7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/93 |
Artikolu 109
(ex Artikolu 89 TKE)
Il-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, jista' jagħmel regoli approprijati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 107 u 108 u jista' partikolarment jiffissa l-kondizzjonijiet li fihom l-Artikolu 108(3) għandu japplika u l-kategoriji ta’ għajnuna eżenti minn din il-proċedura.