7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/42


Artikolu 164

L-infurzar għandu jkun irregolat skond il-proċedura ċivili in vigore f'dak l-Istat li fit-territorju tiegħu iseħħ. Id-digriet ta' eżekuzzjoni għandu jkun ippreżentat, mingħajr ebda formalità oħra ħlief tal-verifika dwar l-awtentiċità tad-dokument, minn awtorità nazzjonali li l-gvern ta' kull Stat Membru jkun innomina għal dan l-iskop u li dwar dan ikun ta avviż lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea u lill-Kumitat ta' Arbitraġġ imwaqqaf skond l-Artikolu 18.

Wara t-twettiq ta' dawn il-formalitajiet fuq it-talba tal-parti konċernata, din ta' l-aħħar tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni skond il-liġi nazzjonali, billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorita' kompetenti.

L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b' deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-verifika tar-regolarità tal-miżuri ta' eżekuzzjoni tkun fil-kompetenza ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali.