7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/38


Artikolu 101

Il-Komunità tista', fil-limiti tal-kompetenza tagħha, tidħol f'obbligi billi tikkonkludi ftehim jew konvenzjonijiet ma' pajjiż terz, ma' organizazzjoni internazzjonali jew ma' ċittadin ta' pajjiż terz.

Ftehim u konvenzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu innegozjati mill-Kummissjoni skond direttivi maħruġa mill-Kunsill u għandhom ikunu konklużi mill-Kummissjoni bl-approvazjoni tal-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' vot ta' maġġoranza kkwalifikata.

B'dana kollu, ftehim jew konvenzjonijiet li ma jeħtieġux l-azzjoni tal-Kunsill biex jitwettqu u li jistgħu jiġu esegwiti fil-limiti ta' l-estimi approprijati, għandhom ikunu nnegozjati u konklużi mill-Kummissjoni, basta li hi żżomm lill Kunsill infurmat b'dan.