7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/37


Artikolu 97

L-ebda restrizzjoni fuq ċittadinanza ma' tista' tiġi applikata għall-persuni fiżiċi jew legali, sew pubbliċi jew privati, taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u li jixtiequ li jipparteċipaw fil-kostruzzjoni fil-Komunità ta' faċilitajiet nukleari ta' karattru xjentifiku jew industrijali.