7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/25


Artikolu 57

1.   Id-dritt ta' l-għażla ta' l-Aġenzija għandu jkopri:

(a)

l-akkwist ta' drittijiet ta' l-utenti u tal-konsumaturi f'dak li għandu x'jaqsam ma' materjali li jkunu l-proprjetà tal-Komunità skond id-disposizzjonijiet ta' Kapitolu VIII;

(b)

l-akkwist ta' drittijiet ta' proprjetà fil-każijiet l-oħrajn kollha.

2.   L-Aġenzija għandha teżerċita id-dritt ta' l-għażla billi tikkonkludi kuntratti ma' produtturi ta' minerali, materi primi u materjali speċjali fissili.

Salv id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 58, 62 u 63, kull produttur għandu joffri lill-Aġenzija, qabel ma' jagħmel użu, jittrasferixxi jew jaħżen minerali, materji primi jew materjali speċjali fissili li hu jkun ipproduċa fit-terrirorji ta' Stati Membri.