7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/20 |
Artikolu 35
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-faċilitajiet meħtieġa għall-kontroll permanenti tal-livelli ta' radjo-attività fl-atmosfera, fl-ilma u fil-ħamrija u għall-kontroll tal-konformità man-normi bażiċi.
Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt ta' l-aċċess għall-faċilitajiet ta' kontroll bħal dawn u tista' twettaq provi dwar l-operat u l-effiċjenza tagħhom.