7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/17


Artikolu 27

Il-kumpens għall-ħsara li jsofri applikant bħala riżultat ta' l-impożizzjoni ta' klassifika ta' sigurtà għal raġunijiet ta' difiża għandu jkun suġġett għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri u għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istat li kien impona dik il-klassifika jew li jkun akkwista klassifika ogħla jew estenzjoni ta' kull klassifikazjoni jew li jkun impedixxa l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni 'l barra mill-Komunità.

Fil-każ li tnejn jew aktar mill-Istati Membri jkunu akkwistaw klassifikazjoni ogħla jew estenzjoni ta' klassifika jew li kienu mpedew il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni l-barra mill-Komunità, dawk l-Istati għandhom flimkien iħallsu kumpens għall-ħsara li tkun riżultat.

Il-Komunità m'għandhiex tkun intitolata għal kumpens skond dan l-Artikolu.