7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/13


Artikolu 18

Għandu jitwaqqaf Kumitat ta' l-Arbitraġġ għall-iskopijiet indikati f'din is-sezzjoni; il-membri tiegħu għandhom ikunu maħtura u r-regoli tal-proċedura tiegħu stabbiliti, mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet jistgħu, f terminu ta' xahar wieħed min-notifika ta' deċiżjoni mill-Kumitat ta' l-Artbitraġġ, iressqu appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea biex jissospendu l-eżekuzzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha tillimita ruħha għall-eżami tal-validità formali tad-deċiżjoni u għall-interpretazzjoni mogħtija mill-Kumitat ta' l-Arbitraġġ lid-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat.

Id-deċiżjonijiet finali tal-Kumitat ta' l-Arbitraġġ għandhom ikollhom il-forza ta' res judicata bejn il-partijiet. Għandhom ikunu eżegwibbli skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164.