26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 25

(ex Artikolu 12 TUE)

L-Unjoni għandha twettaq il-politika estera u ta' sigurtà komuni billi:

a)

tiddefinixxi l-linji gwida ġenerali;

b)

tadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu:

i)

l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Unjoni;

ii)

il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Unjoni;

iii)

l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fil-punti i) u ii);

u

c)

billi ssaħħaħ il-koperazzjoni sistematika bejn l-Istati Membri fit-twettiq tal-politika tagħhom.