26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IV
MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL
KAPITOLU 3
IS-SERVIZZI
Artikolu 57
(ex Artikolu 50 TKE)
Servizzi fis-sens tat-Trattati għandhom jitqiesu li jinkludu servizzi normalment mogħtija bi ħlas, sa fejn ma jkunux regolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni.
Is-servizzi jinkludu b'mod partikolari:
a) |
attivitajiet ta’ natura industrijali, |
b) |
attivitajiet ta’ natura kummerċjali, |
c) |
attivitajiet ta’ sengħa, |
d) |
l-attivitajiet tal-professjonijiet liberi. |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu dwar id-dritt ta’ l-istabbiliment, persuna li tagħti servizz tista’, sabiex tagħti dan is-servizz, teżerċita l-attivita tagħha temporanjament fl-Istat Membru fejn ikun qed jingħata s-servizz, bl-istess kondizzjonijiet li huma imposti minn dan l-Istat fuq ċittadini tiegħu.