26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IT-TIELET PARTI

POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

TITOLU III

AGRIKOLTURA U SAJD

Artikolu 42

(ex Artikolu 36 TKE)

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu li jirriferi għar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli biss safejn jista’ jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tad-dispożizzjonijiet u skond il-proċedura li hemm fl-Artikolu 43(2), u meħud kont xieraq ta' l-objettivi imsemmija fl-Artikolu 39.

Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza l-għoti ta’ għajnuna:

a)

biex jipproteġi impriżi żvantaġġati minħabba kondizzjonijiet strutturali jew naturali,

b)

fil-qafas ta' programmi ta’ żvilupp ekonomiku.