26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

L-EWWEL PARTI

PRINĊIPJI

TITOLU I

KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI

Artikolu 6

L-Unjoni għandha kompetenza li tieħu azzjonijiet sabiex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri. Fil-livell Ewropew, l-oqsma ta' dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu:

a)

il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem;

b)

l-industrija;

c)

il-kultura;

d)

it-turiżmu;

e)

l-edukazzjoni, il-formazzjoni vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport;

f)

il-protezzjoni ċivili;

g)

il-koperazzjoni amministrattiva.