12008M022

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU V: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Kapitolu 1: Dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni - Artikolu 22

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0029 - 0030


Artikolu 22

1. Abbażi tal-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21, il-Kunsill Ewropew għandu jidentifika l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni.

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni għandhom jirrigwardaw il-politika estera u ta' sigurtà komuni u oqsma oħra ta' azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jikkonċernaw ir-relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' pajjiż jew reġjun speċifiku jew jista' jkollhom approċċ tematiku. Dawn għandhom jiddefinixxu d-durata tagħhom, u l-mezzi li għandhom jipprovdu l-Unjoni u l-Istati Membri.

Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, adottata minn dan ta' l-aħħar skond l-arranġamenti stabbiliti għal kull qasam. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew għandhom jiġu implimentati skond il-proċeduri previsti fit-Trattati.

2. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għall-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni, u l-Kummissjoni għall-oqsma l-oħra ta' azzjoni esterna, jistgħu jippreżentaw proposti konġunti lill-Kunsill.

--------------------------------------------------