12008M002

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu 2

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0017 - 0017


Artikolu 2

L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

--------------------------------------------------