12008E267

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 5: Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 267 (ex Artikolu 234 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0164 - 0164


Artikolu 267

(ex Artikolu 234 TKE)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha jkollha l-kompetenza li tagħti sentenzi preliminari dwar:

a) l-interpretazzjoni tat-Trattati;

b) il-validità u l-interpretazzjoni ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet, korpi jew organi ta' l-Unjoni;

Meta l-kwistjoni titqajjem quddiem xi qorti jew tribunal ta' xi Stat Membru, dik il-Qorti jew tribunal jistgħu, jekk ikun jidhrilhom li deċiżjoni fuq dik il-kwistjoni tkun meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza, jitolbu lill-Qorti sabiex tagħti deċiżjoni dwarha.

Meta l-kwistjoni titqajjem f’każ pendenti quddiem xi qorti jew tribunal ta' Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal, għandhom jirriferu l-kwistjoni lill-Qorti.

Jekk din il-kwistjoni titressaq f'każ pendenti quddiem ġurisdizzjoni ta' Stat Membru fir-rigward ta' persuna miżmuma f' kustodja, il-Qorti għandha taġixxi mill-aktar fis possibbli.

--------------------------------------------------