12008E157

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU X: POLITIKA SOĊJALI - Artikolu 157 (ex Artikolu 141 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0117 - 0118


Artikolu 157

(ex Artikolu 141 TKE)

1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, għandu jkun applikat.

2 Għall-għan ta' dan l-Artikolu, "paga" tfisser il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, sew jekk fi flus jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, minngħand min iħaddmu.

Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni ibbażata fuq is-sess tfisser:

a) dik il-paga għall-istess xogħol bl-imqieta għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi ta' l-istess unità ta' kejl;

b) dik il-paga għal xogħol li jitħallas bil-ħin tkun l-istess għall-istess xogħol.

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadotta miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċpju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f’materji ta' impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.

4. Bl-għan li tkun assigurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta' trattament indaqs m’għandux ifixkel lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għal dak is-sess li jkun anqas rappreżentat sabiex jfittex attività professjonali jew sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.

--------------------------------------------------