12008E025

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI - Artikolu 25 (ex Artikolu 22 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0058 - 0058


Artikolu 25

(ex Artikolu 22 TKE)

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali kull tliet snin dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti. Dan ir-rapport għandu jikkonsidra l-iżvilupp ta' l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta provvedimenti sabiex isaħħu jew iżidu mad-drittijiet elenkati fl-Artikolu 20(2). Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

--------------------------------------------------