12007P047

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea - TITOLU VI - ĠUSTIZZJA - Artikolu 47 - Id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali

Official Journal 303 , 14/12/2007 P. 0012 - 0012


Artikolu 47

Id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali

Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi ta' l-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġjonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi. Kull persuna għandu jkollha l-possibbiltà li tieħu parir, ikollha difiża u tkun irrappreżentata.

Għandha tingħata għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.

--------------------------------------------------