12007P025

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea - TITOLU III - L-UGWALJANZA - Artikolu 25 - Id-drittijiet ta' l-anzjani

Official Journal 303 , 14/12/2007 P. 0007 - 0007


Artikolu 25

Id-drittijiet ta' l-anzjani

L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet ta' l-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali.

--------------------------------------------------