12006E061

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU IV - Il-Visa, l-asil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu ta' persuni - Artikolu 61

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0065 - 0066
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0057 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0200 - Consolidated version


Artikolu 61

Sabiex jistabbilixxi progressivament spazju ta' libertà, sigurta' u ġustizzja, il-Kunsill għandu jadotta:

a) f' terminu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, miżuri maħsuba li jassiguraw il-moviment liberu ta’ persuni skond l-Artikolu 14, flimkien ma' miżuri ta' appoġġ direttament relatati ma' dak li għandu x’jaqsam ma' kontrolli fil-fruntieri esterni, ma' asil u immigrazzjoni, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 63 (2) u (3) u l-Artikolu 63 (1)(a) u (2)(a), u miżuri li jimpedixxu u jiġġieldu l-kriminalità skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 31 (e) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

b) miżuri oħra fl-oqsma ta’ asil, immigrazzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 63;

ċ) miżuri fil-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili kif previsti fl-Artikolu 65;

d) miżuri xierqa li jinkoraġixxu u jsaħħu l-kooperazzjoni amministrativa, skond kif provdut fl-Artikolu 66;

e) miżuri fil-qasam ta’ pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali li jkollhom l-iskop ta’ sigurtà ta’ livell għoli billi timpedixxi u tiġġieled il-kriminalita' fl-Unjoni skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

--------------------------------------------------