12006E/APP/02

Emendi għall-liġi primarja wara l-adeżjoni tar-repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. - II. Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0327 - 0329


EMENDI GĦALL-LIĠI PRIMARJA WARA L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U R-RUMANIJA MA' L-UNJONI EWROPEA.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli li ġejjin jiġu emendati kif ġej.

II. TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITA' EWROPEA

1. Fl-Artikolu 57 (1) l-aħħar sentenza għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Rigward ir-restrizzjonijiet eżistenti skond il-liġi nazzjonali tal-Bulgarija, l-Estonja u l-Ungerija, id-data rilevanti għandha tkun il- 31 ta' Diċembru 1999."

2. Fl-Artikolu 189 it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"In-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew ma għandux jaqbeż is-736."

3. B'effett mill-bidu tal-leġislatura 2009-2014, fl-Artikolu 190(2) l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. In-numru ta' rappreżentanti eletti f'kull Stat Membru għandu jkun kif ġej:

Belġju | 22 |

Bulgarija | 17 |

Repubblika Ċeka | 22 |

Danimarka | 13 |

Ġermanja | 99 |

Estonja | 6 |

Greċja | 22 |

Spanja | 50 |

Franza | 72 |

Irlanda | 12 |

Italja | 72 |

Ċipru | 6 |

Latvja | 8 |

Litwanja | 12 |

Lussemburgu | 6 |

Ungerija | 22 |

Malta | 5 |

Olanda | 25 |

Awstrija | 17 |

Polonja | 50 |

Portugall | 22 |

Rumanija | 33 |

Slovenja | 7 |

Slovakkja | 13 |

Finlandja | 13 |

Isvezja | 18 |

Renju Unit | 72." |

4. Fl-Artikolu 205 (2) l-ewwel paragrafu jiżdied b' dan li ġej:

"Bulgarija | 10 |

Rumanija | 14" |

5. Fl-Artikolu 205 (2), it-tieni u t-tielet paragrafu għandhom jinbidlu b' dan li ġej:

" L-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu għall-adozzjoni tagħhom mill-anqas 255 vot favur espressi minn maġġoranza tal-membri fejn dan it-Trattat jeħtieġ li jiġu adottati fuq proposta mill-Kummissjoni.

Fil-każijiet l-oħra, għall-adozzjoni tagħhom l-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu mill-anqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ terzi tal-membri."

6. Fl-Artikolu 258, it-tieni paragrafu jiżdied b' dan li ġej:

"Bulgarija | 12 |

Rumanija | 15." |

7. Fl-Artikolu 263, it-tielet paragrafu jiżdied b' dan li ġej:

"Bulgarija | 12 |

Rumanija | 15." |

8. Fl-Artikolu 299 (1), il-lista ta' Stati Membri tiżdied bir-referenza għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

9. It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 314 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi."

--------------------------------------------------