12006E/APP/01

Emendi għall-liġi primarja wara l-adeżjoni tar-repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. - I. Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0327 - 0327


EMENDI GĦALL-LIĠI PRIMARJA WARA L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U R-RUMANIJA MA' L-UNJONI EWROPEA.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli li ġejjin jiġu emendati kif ġej.

I. TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA

1. Fl-Artikolu 23 (2), it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu għandha tinbidel b'dan li ġej:

"Sabiex jiġu adottati, id-deċiżjonijiet għandhom jeħtieġu mill-anqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ terzi tal-membri."

2. Fl-Artikolu 34(3) it-tmiem ta' l-ewwel sentenza jaqra kif ġej:

"u sabiex jiġu adottati l-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu mill-inqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ-terzi tal-membri."

3. Fl-Artikolu 53, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Skond it-Trattati ta' l-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Eston, bil-Finlandiż, bl-Ungeriż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Isvediż ta' dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi."

--------------------------------------------------