21.6.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

377


ATT FINALI

I.   TEST TA' L-ATT FINALI

1.

Il-Plenipotenzjarji ta':

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLLIKA TA' L-ESTONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IL-PRESIDENT TA' MALTA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA,

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IL-GVERN TAR-RENJU TA' L-ISVEZJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Miġburin fil-Lussemburgu fil-ħamsa u għoxrin ġurnata ta' April fis-sena elfejn u ħamsa fl-okkażjoni ta' l-iffirmar tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Bejġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiza, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

Irreġistraw il-fatt li t-testi li ġejjin ġew imfassla u adottati fi ħdan il-Konferenza bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea:

I.

it-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiza, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “it-Trattat ta' l-Adeżjoni”);

II.

it-testi tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, fil-lingwa Bulgara u dik Rumena;

III.

il-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (min hawn 'il quddiem ''il-Protokoll ta' l-Adeżjoni);

IV.

it-testi elenkati hawn taħt li ġew annessi mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni:

A.

Anness I

Lista ta' konvenzjonijiet u protokolli li magħhom jaderixxu l-Bulgarija u Rumanija ma' l-ade żjoni (imsemmija fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll)

Anness II

Lista ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b' xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu l-Istati Membri ġodda u jkunu applikabbli fihom mill-ade żjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll)

Anness III

Lista msemmija fl-Artikolu 16 tal-Protokoll: adattamenti lil atti adottati mill-istituzzjonijiet

Anness IV

Lista msemmija fl-Artikolu 17 tal-Protokoll: adattamenti ulterjuri lil atti adottati mill-istituzzjonijiet

Anness V

Lista msemmija fl-Artikolu 18 tal-Protokoll: disposizzjonijiet permanenti oħra

Anness VI

Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: mi żuri transitorji, Bulgarija

Anness VII

Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: miżuri transitorji, Rumanija

Anness VIII

Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 34 tal-Protokoll)

Anness IX

Impenji speċifiċi assunti, u rekwiżiti aċċettati, mir-Rumanija fil-konklużjoni tan-negozjati ta' l-adeżjoni fl-14 ta' Diċembru 2004 (imsemmija fl-Artikolu 39 tal-Protokoll);

B.

it-testi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u t-Trattati li jemendawhom jew iżidu magħhom bil-lingwa Bulgara u dik Rumena.

V.

l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea (min hawn il' quddiem “l-Att ta' Adeżjoni”);

VI.

it-testi elenkati hawn taħt li huma annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni

A.

Anness I

Lista ta' Konvenzjonijiet u Protokolli li għalihom jaderixxu l-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 3(3) fl-Att ta' l-Adeżjoni)

Anness II

Lista ta' disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b' xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu l-Istati Membri ġodda u japplikaw fihom mill-ade żjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) fl-Att ta' l-Ade żjoni)

Anness III

Lista msemmija fl-Artikolu 19 ta' l-Att ta' l-Ade żjoni: adattamenti lil atti adottati mill-istituzzjonijiet

Anness IV

Lista msemmija fl-Artikolu 20 ta' l-Att ta' l-Ade żjoni: adattamenti ulterjuri lil atti adottati mill-istituzzjonijiet

Anness V

Lista msemmija fl-Artikolu 21 ta' l-Att ta' l-Ade żjoni: disposizzjonijiet permamenti oħra

Anness VI

Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Ade żjoni: disposizzjonijiet transitorji, Bulgarija

Anness VII

Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Ade żjoni: disposizzjonijiet transitorji, Rumanija

Anness VIII

Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 34 ta' l-Att ta' l-Ade żjoni)

Anness IX

Impenji speċifiċi assunti, u rekwi żiti aċċettati, mir-Rumanija fil-konklu żjoni tan-negozjati ta' l-ade żjoni fl-14 ta' Diċembru 2004 (imsemmija fl-Artikolu 39 fl-Att ta' l-Ade żjoni);

B.

it-testi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u t-Trattati li jemendawhom jew iżidu magħhom, inkluż it-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, ta' l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, it-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, it-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika tal-Portugall, it-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja u t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka fil-lingwa Bulgara u dik Rumena.

2.

Il-Partijiet Kontraenti Għolja laħqu ftehim politiku dwar sett ta' adattamenti lil atti adottati mill-Istituzzjonijiet meħtieġa minħabba l-adeżjoni u jistiednu lill-Kunsill u l-Kummissjoni jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni skond l-Artikolu 56 tal-Protokoll ta' l-Adeżjoni jew, skond kif ikun il-każ skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, kompletati u aġġornati fejn meħtieġ sabiex jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.

3.

Il-Partijiet Kontraenti Għolja jintrabtu li jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lil xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Protokoll ta' l-Adeżjoni jew, skond kif ikun il-każ, ta' l-Att ta' l-Adeżjoni. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fi żmien suffiċjenti qabel id-data ta' l-adeżjoni sabiex tkun permessa l-applikazzjoni sħiħa tal-Protokoll ta' l-Adeżjoni jew, skond kif ikun il-każ, ta' l-Att ta' l-Adezjoni mid-data ta' l-adeżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-funzjonament tas-suq intern. F'dan il-kuntest hija ta' importanza primarja n-notifika f'ħin siewi taħt l-Artikolu 53 tal-Protokoll ta' l-Adeżjoni jew, skond kif ikun il-każ taħt l-Artikolu 53 ta' l-Att ta' l-Adezjoni tal-miżuri adottati mill-Bulgarija u mir-Rumanija. Il-Kummissjoni tista' tinforma lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Rumanija dwar iż-żmien li fih hija tqis li jkun xieraq tirċievi jew tittrasmetti xi informazzjoni speċifika. Sa dan il-jum tal-firma, il-Partijiet Kontraenti ġew provduti b'lista li tesponi l-obbligi ta' informazzjoni fil-qasam veterinarju.

4.

Il-Plenipotenzjarji ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet li ġejjin li ġew annessi ma' dan l-Att Finali:

A.

Dikjarazzjonijiet Konġunti: L-Istati Membri attwali

1.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Bulgarija

2.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-legumi taż-żerriegħa: Bulgarija

3.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Rumanija

4.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-iżvilupp rurali: Bulgarija u Rumanija

B.

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Istati Membri attwali u l-Kummissjoni

5.

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-preparazzjonijiet tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-adeżjoni

Ċ.

Dikjarazzjoni Konġunta minn diversi Stati Membri attwali

6.

Dikjarazzjoni Konġunta tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika ta' l-Awstrija dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Bulgarija u Rumanija

D.

Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Bulgarija

7.

Dikjarazzjoni mir-Repubblika tal-Bulgarija dwar l-użu ta' l-alfabet Ċirilliku fl-Unjoni Ewropea

5.

Il-Plenipotenzjarji ħadu nota ta' l-Iskambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li jridu jittieħdu matul il-perjodu ta' qabel l-adeżjoni u li huwa mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Съставено в Люксембург на двадесет и пети април две хиляди и пета година.

Hecho en Luxemburgo, el veinticinco de abril del dos mil cinco.

V Lucemburku dne dvacátého pátého dubna dva tisíce pět.

Udfærdiget i Luxembourg den femogtyvende april to tusind og fire.

Geschehen zu Luxemburg am fünfundzwanzigsten April zweitausendfünf.

Kahe tuhande viienda aasta aprillikuu kahekümne viiendal päeval Luxembourgis.

'Εγινε στo Λουξεμβούργο, στις είκοσι πέντε Απριλίου δύο χιλιάδες πέντε.

Done at Luxembourg on the twenty‐fifth day of April in the year two thousand and five.

Fait à Luxembourg, le vingt‐cinq avril deux mille cinq.

Fatto a Lussembourgo, addi' venticinque aprile duemilacinque.

Luksemburgā, divtūkstoš piektā gada divdesmit piektajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai penktų metų balandžio dvidešimt penktą dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer ötödik év április huszonötödik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' April tas-sena elfejn u ħamsa.

Gedaan te Luxemburg, de vijfentwintigste april tweeduizend vijf.

Sporządzono w Luksemburgu dnia dwudziestego piątego kwietnia roku dwutysięcznego piątego.

Feito em Luxemburgo, em vinte e cinco de Abril de dois mil e cinco.

Întocmit la Luxemburg la douăzecişicinci aprilie anul două mii cinci.

V Luxembourgu, petindvajsetega aprila leta dva tisoč pet.

V Luxemburgu dňa dvadsiateho piateho apríla dvetisícpäť.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaviisi.

Som skedde i Luxemburg den tjugofemte april tjugohundrafem.

Pour Sa Majesté le Roi des Belges

Voor Zijne Majesteit de Koning der Belgen

Für Seine Majestät den König der Belgier

Image

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image

Za prezidenta České republiky

Image

For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

Image

Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi Presidendi nimel

Image

Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας

Image

Por Su Majestad el Rey de España

Image

Pour le Président de la République française

Image

Thar ceann Uachtarán na hÉireann

For the President of Ireland

Image

Per il Presidente della Repubblica italiana

Image

Για τον Πρόεδρο της Κυπριακής Δημοκρατίας

Image

Latvijas Republikas Valsts prezidentes vārdā

Image

Lietuvos Respublikos Prezidento vardu

Image

Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság Elnöke részéről

Image

Għall-President ta' Malta

Image

Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

Image

Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

Image

Za Prezydenta Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pelo Presidente da República Portuguesa

Image

Pentru Preşedintele României

Image

Za predsednika Republike Slovenije

Image

Za prezidenta Slovenskej republiky

Image

Suomen Tasavallan Presidentin puolesta

För Republiken Finlands President

Image

För Konungariket Sveriges regering

Image

For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image


II.   DIKJARAZZJONIJIET

A.   DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-ISTATI MEMBRI ATTWALI

1.   Dikjarazzjoni konġunta dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Bulgarija

L-Unjoni Ewropea tisħaq fuq l-elementi qawwija ta' differenzjazzjoni u ta' flessibbiltà fl-arranġament għall-moviment liberu tal-ħaddiema. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jagħtu aċċess akbar għas-suq tax-xogħol lil ċittadini Rumeni taħt il-liġi nazzjonali tagħhom, bil-għan li titħaffef l-approssimazzjoni ma' l-acquis. Bħala riżultat ta' dan, l-opportunitajiet ta' xogħol fl- Unjoni Ewropea għal ċittadini Rumeni għandhom jitjiebu b'mod sostanzjali ma' l-adeżjoni tar-Rumanija. Barra minn hekk, l-Istati Membri tal-UE se jagħmlu l-aħjar użu mill-arranġament propost sabiex jaslu kemm jista' jkun malajr għall-applikazzjoni sħiħa ta' l-acquis fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

2.   Dikjarazzjoni konġunta dwar il-legumi taż- żerriegħa: Bulgarija

Fir-rigward ta' legumi taż-żerriegħa ttieħed kont ta' żona ta' 18 047 ha għall-kalkolu tal-limitu massimu nazzjonali tal-Bulgarija fl-Anness VIIIA mar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

3.   Dikjarazzjoni konġunta dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Rumanija

L-Unjoni Ewropea tisħaq fuq l-elementi qawwija ta' differenzjazzjoni u ta' flessibbiltà fl-arranġament għall-moviment liberu tal-ħaddiema. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jagħtu aċċess akbar għas-suq tax-xogħol lil ċittadini Rumeni taħt il-liġi nazzjonali tagħhom, bil-għan li titħaffef l-approssimazzjoni ma' l-acquis. Bħala riżultat ta' dan, l-opportunitajiet ta' xogħol fl-Unjoni Ewropea għal ċittadini Rumeni għandhom jitjiebu b'mod sostanzjali ma' l-adeżjoni tar-Rumanija. Barra minn hekk, l-Istati Membri tal-UE se jagħmlu l-aħjar użu mill-arranġament propost sabiex jaslu kemm jista' jkun malajr għall-applikazzjoni sħiħa ta' l-acquis fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

4.   Dikjarazzjoni konġunta dwar l-iżvilupp rurali: Bulgarija u Rumanija

Fir-rigward ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-iżvilupp rurali li joriġinaw mis-Sezzjoni ta' Garanzija ta' l-EAGGF għall-Bulgarija u r-Rumanija matul il-perjodu ta' tliet snin 2007‐2009 imsemmija fl-Artikolu 34(2) tal-Protokoll ta' l-Adeżjoni u l-Artikolu 34(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, l-Unjoni tinnota li jistgħu jkunu mistennija l-allokazzjonijiet li ġejjin:

(EUR miljun, prezzijiet ta' l-2004)

 

2007

2008

2009

2007-2009

Bulgarija

183

244

306

733

Rumanija

577

770

961

2 308

Total

760

1 014

1 267

3 041

L-allokazzjonijiet għall-iżvilupp rurali tal-Bulgarija u tar-Rumanija lil hinn mill-perjodu ta' tliet snin 2007‐2009 sejrin ikunu bbażati fuq l-applikazzjoni tar-regoli eżistenti jew dawk ir-regoli li joħorġu minn kull riforma ta' linji politiċi li tkun seħħet sadanittant.

B.   DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-ISTATI MEMBRI ATTWALI U MILL-KUMMISSJONI

5.   Dikjarazzjoni kongunta dwar il-preparazzjonijiet għall-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija

L-Unjoni Ewropea sejra tkompli ssegwi mill-qrib it-tħejjijiet u l-kisbiet tal-Bulgarija U r-Rumanija, inkluża l-implimentazzjoni effettiva ta' l-impenji assunti fl-oqsma kollha ta' l-acquis.

L-Unjoni Ewropea tfakkar il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tas-16/17 ta' Diċembru 2004, b'mod partikolari taħt il-punti 8 u 12, filwaqt li tissottolinja li, fil-każ tar-Rumanija, sejra tingħata attenzjoni partikolari lit-tħejjijiet fl-oqsma tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, tal-Kompetizzjoni u ta' l-Ambjent, u li fil-każ tal-Bulgarija, sejra tingħata attenzjoni partikolari lit-tħejjijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Il-Kummissjoni sejra tkompli tippreżenta rapporti annwali dwar il-progress tal-Bulgarija u tar-Rumanija lejn l-adeżjoni, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet jekk ikun opportun. L-Unjoni Ewropea tfakkar li l-klawżoli ta' salvagwardja jipprovdu għal miżuri sabiex jiġu ndirizzati problemi serji li jistgħu jinqalgħu, skond il-każ, qabel l-adeżjoni jew fit-tliet snin ta' wara l-adeżjoni.

C.   DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MINN DIVERSI STATI MEMBRI ATTWALI

6.   Dikjarazzjoni konġunta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika ta' l-Awstrija dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema: Bulgarija u Rumanija

It-test tal-punt 13 tal-miżuri transitorji dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema taħt id-Direttiva 96/71/KE fl-Annessi VI u VII kemm mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni kif ukoll ma' l-Att ta' l-Adeżjoni huwa mifhum mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika ta' l-Awstrija bi qbil mal-Kummissjoni li jfisser li “ċerti reġjuni” jistgħu, fejn ikun il-każ, jinkludu wkoll it-territorju nazzjonali kollu.

D.   DIKJARAZZJONI MIR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

7.   Dikjarazzjoni mir-repubblika tal-bulgarija dwar l-użu ta' l-alfabet Ċirilliku fl-Unjoni Ewropea

Bir-rikonoxximent tal-Bulgaru bħala lingwa awtentika tat-Trattati kif ukoll bħala lingwa uffiċjali u lingwa ta' ħidma li għandha tintuża mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, l-alfabet Ċirilliku sejjer isir wieħed mit-tlett alfabeti wżati uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea. Din il-parti sostanzjali tal-wirt kulturali ta' l-Ewropa tirrappreżenta kontribut Bulgaru partikolari lid-diversità lingwistika u kulturali ta' l-Unjoni.


III.   SKAMBJU TA' ITTRI

Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħrali għandhom jittieħdu matul il-perjodu ta' qabel l-adeżjoni

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għall-kwistjoni li tikkonċerna l-proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perjodu ta' qabel l-adeżjoni ta' pajjiżek ma' l-Unjoni Ewropea li tqajmet fil-qafas tan-negozjati għall-adeżjoni.

Jiena b'dan nikkonferma li l-Unjoni Ewropea tista' taqbel ma' din il-proċedura, fit-termini stabbiliti fl-Anness għal din l-ittra, li tista' tiġi applikata b'effett mill-1 ta' Ottubru 2004.

Jiena nkun obbligat jekk inti tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Għoddni tiegħek,

Sinjur,

Għandi l-unur ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek li tinqara kif ġej:

“Għandi l-unur nirreferi għall-kwistjoni li tikkonċerna l-proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perjodu ta' qabel l-adeżjoni ta' pajjiżek ma' l-Unjoni Ewropea li tqajmet fil-qafas tan-negozjati għall-adeżjoni.

Jiena b'dan nikkonferma li l-Unjoni Ewropea tista' taqbel ma' din il-proċedura, fit-termini stabbiliti fl-Anness għal din l-ittra, li tista' tiġi applikata b'effett mill-1 ta' Ottubru 2004.

Jiena nkun obbligat jekk inti tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.”

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Għoddni tiegħek,

ANNESS

Proċedura ta' informazzjoni u konsultazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet u miżuri oħra li għandhom jittieħdu matul il-perjodu ta' qabel l-adeżjoni

I.

1.

Sabiex ikun żgurat li r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati aderenti”, jinżammu infurmati adegwatament, kull proposta, komunikazzjoni, rakkomandazzjoni jew inizjattiva li tista' twassal għal xi deċiżjoni mill-istituzzjonijiet jew korpi ta' l-Unjoni Ewropea għandha tiġi mgħarrfa lill-Istati aderenti wara li tiġi mibgħuta lill-Kunsill.

2.

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fuq talba motivata minn Stat aderenti, li fiha għandu jistipula espressament l-interessi tiegħu bħala membru futur ta' l-Unjoni flimkien ma' l-osservazzjonijiet tiegħu.

3.

Bħala regola ġenerali, deċiżjonijiet amministrattivi ma għandhomx jagħtu lok għal konsultazzjonijiet.

4.

Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi ħdan ta' Kumitat Interim magħmul minn rappreżentanti ta' l-Unjoni u mill-Istati aderenti. Ħlief għal oġġezzjoni motivata minn Stat aderenti, il-konsultazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll fil-forma ta' skambju ta' messaġġi b'mezzi elettroniċi, partikolarment fil-politika estera u ta' sigurtà komuni.

5.

Min-naħa ta' l-Unjoni, il-membri tal-Kumitat Interim għandhom ikunu l-membri tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti jew persuni magħżula minnhom għal dan l-iskop. Fejn jaqbel, il-membri jistgħu jkunu l-Membri tal-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna biex tkun rappreżentata f'dan ix-xogħol.

6.

Il-Kumitat Interim għandu jkun mgħejun minn Segretarjat, li għandu jkun dak tal-Konferenza, li għandu jitkompla għal dan l-iskop.

7.

Il-konsultazzjonijiet għandhom normalment isiru hekk kif ix-xogħol preparatorju magħmul fil-livell ta' l-Unjoni bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet jew posizzjonijiet komuni mill-Kunsill ikun ipproduċa linji gwida komuni li jippermettu li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'mod utli.

8.

Jekk wara konsultazzjonijiet jifdal xi diffikultajiet serji, il-kwistjoni tista' titqajjem f'livell ministerjali fuq talba ta' Stat aderenti.

9.

Id-disposizzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

10.

Il-proċedura stipulata fil-paragrafi ta' hawn fuq għandha tapplika wkoll għal kull deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Istati aderenti li tista' taffettwa l-impenji li jirriżultaw mill-posizzjoni tagħhom bħala membri futuri ta' l-Unjoni.

II.

11.

L-Unjoni u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim jew konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3(3), 6(2) and 6(6) tal-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3(3), 6(2) u 6(6) ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Republika tal-Bulgarija u r-Rumanija tikkoinċidi sa fejn ikun possibbli, u taħt il-kondizzjonijiet stipulati f'dak il-Protokoll u f'dak il-Att, mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni.

12.

Sakemm il-ftehim jew il-konvenzjonijiet fost l-Istati Membri jeżistu biss bħala abbozz u x'aktarx ma jistgħux jiġu ffirmati fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni, l-Istati aderenti ser jiġu mistiedna, wara l-iffirmar tat-Trattat ta' Adeżjoni u skond il-proċeduri xierqa, biex jassoċjaw ruħhom mat-tħejjija ta' dawk l-abbozzi fi spirtu pożittiv u b'mod li jiffaċilita l-konklużjoni tagħhom.

13.

Fir-rigward tan-negozjati mal-partijiet ko-kontraenti tal-protokolli msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(2) ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tal-Republika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, ir-rappreżentanti ta' l-Istati aderenti għandhom ikunu assoċjati max-xogħol bħala osservaturi, maġenb ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri attwali.

14.

Ċerti ftehim non-preferenzjali konklużi mill-Komunità, li jibqgħu fis-seħħ wara d-data ta' l-adeżjoni, jistgħu jkunu soġġetti għal adattazzjonijiet jew aġġustamenti sabiex jittieħed kont tat-tkabbir ta' l-Unjoni. Dawn l-adattamenti jew aġġustamenti ser ikunu nnegozjati mill-Komunità f'assoċjazzjoni mar-rappreżentanti ta' l-Istati aderenti skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu preċedenti.

III.

15.

L-istituzzjonijiet għandhom, eventwalment, ifasslu t-testi msemmija fl-Artikoli 58 u 60 tal-Protokoll u fl-Artikoli 58 u 60 ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Għal dak il-għan, il-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandhom jipprovdu lill-istituzzjonijiet bit-traduzzjonijiet ta' dawk it-testi fi żmien adegwat.