12005SA042

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU IV:DISPOSIZZJONIJIET OħRA - Artikolu 42

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0217 - 0217


Artikolu 42

Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi faċilitata t-transizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Bulgarija u fir-Rumanija għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji u fitosanitarji Komunitarji u r-regoli Komunitarji dwar is-sigurtà ta' l-ikel, tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura pertinenti kif determinat fil-leġislazzjoni applikabbli. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu matul il-perjodu ta' tliet snin wara d-data ta' l-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perjodu.

--------------------------------------------------