12003TN13/07



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0910 - 0911


7. IL-POLITIKA SOĊJALI U IMPJIEG

1. 31986 L 0188: Id-Direttiva tal-Kunsill 86/188/KEE tat- 12 ta' Mejju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji ġejjin minn ħsejjes fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 137, 24.5.1986, p. 28), kif emendata l-aħħar minn:

- 31998 L 0024: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas- 7.4.1998 (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

Fis-Slovenja, id-Direttiva 86/188/KEE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005.

Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa.

2. 31991 L 0322: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/322/KEE tad- 29 ta' Mejju 1991 dwar li jiġu stabbiliti valuri limiti indikattivi bl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji ġejjin minn aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 177, 5.7.1991, p. 22).

Fis-Slovenja, id-Direttiva 91/322/KEE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005.

Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa.

3. Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas- 7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn riskji ġejjin minn aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax il-Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

Fis-Slovenja, id-Direttiva 98/24/KE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005.

Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa.

4. 32000 L 0039: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE tat- 8 ta' Ġunju 2000 dwar li tiġi stabbilita l-ewwel lista ta' valuri limiti indikattivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn riskji li ġejjin minn aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 142, 16.6.2000, p. 47).

Fis-Slovenja, id-Direttiva 2000/39/KE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005.

Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa.

5. 32000 L 0054: Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji li ġejjin minn aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba' Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).

Fis-Slovenja, id-Direttiva 2000/54/KE ma għandiex tapplika qabel il- 31 ta' Diċembru 2005.

Mid-data ta' l-adeżjoni u sat-tmiem tal-perijodu fuq imsemmi, is-Slovenja ser tkompli tipprovdi lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata fuq bażi regolari dwar il-programm u l-miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva tiġi mħarsa.

--------------------------------------------------