12003TN11/04/A



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0862 - 0866


A. IL-LEĠISLAZZJONI DWAR L-AGRIKOLTURA

1. 31975 R 2759: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2759/75 tad- 29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32000 R 1365: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1365/2000 tad- 19.6.2000 (ĠU L 156, 29.6.2000, p. 5).

31975 R 2771: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2771/75 tad- 29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49), kif l-aħħar emendat bi:

- 32002 R 0493 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 493/2002 tad- 19.3.2002 (ĠU L 77, 20.3.2002, p. 7);

31975 R 2777: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2777/75 tad- 29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77), kif l-aħħar emendat bi:

- 32002 R 0493 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 493/2002 tad- 19.3.2002 (ĠU L 77, 20.3.2002, p. 7);

31992 R 1766: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1766/92 tat- 30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (ĠU L 181, 1.7.1992, p. 21), kif l-aħħar emendat bi:

- 32000 R 1666: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1666/2000 tas- 17.7.2000 (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 1);

31995 R 3072: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3072/95 tat- 22 ta' Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (ĠU L 329, 30.12.1995, p. 18), kif emendat bi:

- 32002 R 0411 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 411/2002 ta' l- 4.3.2002 (ĠU L 62, 5.3.2002, p. 27);

31996 R 2200: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2200/96 tat- 28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u tal-ħxejjex (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32002 R 1881: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1881/2002 ta' l- 14.10.2002 (ĠU L 285, 23.10.2002, p. 13);

31996 R 2201: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2201/96 tat- 28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29), kif l-aħħar emendat bi:

- 32002 R 0453: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 453/2002 tat- 13.3.2002 (ĠU L 72, 14.3.2002, p. 9);

31999 R 1254: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21), kif l-aħħar emendat bi:

- 32001 R 2345: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2345/2001 tat- 30.11.2001 (ĠU L 315, 1.12.2001, p. 29);

31999 R 1255: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1255/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48), kif l-aħħar emendat bi:

- 32002 R 0509: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 509/2002 tal- 21.3.2002 (ĠU L 79, 22.3.2002, p. 15);

31999 R 1493: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32001 R 2585: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2585/2001 tad- 19.12.2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 10);

32001 R 1260: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/2001 tad- 19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1), kif emendat bi:

- 32002 R 0680: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 680/2002 tad- 19.4.2002 (ĠU L 104, 20.4.2002, p. 26);

Programm Speċjali dwar il-Politika tas-Suq għall-Agrikoltura Maltija (SMPPMA)

(a) Għajnuna speċjali u temporanja mogħtija mill-Istat bħala appoġġ għall-produtturi agrikoli

B'deroga mill-Artikolu 21 tar-Regolament (KEE) Nru. 2759/75, l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru. 2771/75, l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru. 2777/75, l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru. 2200/96, l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru. 2201/96, l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1255/1999 u l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999, Malta tista' tagħti għajnuna speċjali u temporanja mogħtija mill-Istat lill-produtturi tat-tadam għall-ipproċessar, tal-frott u l-ħxejjex friski, ta' l-inbid, tal-laħam tal-majjal, tal-ħalib, tal-laħam tat-tiġieġu tal-bajd. Din l-assistenza tista' tiġi adattata għal kull settur inkwistjoni filwaqt li jittieħed kont ta' l-assistenza li teżisti taħt ir-regoli attwali tal-politika agrikola komuni.

Din l-għajnuna tista' tingħata għal perijodu ta' seba' snin mid-data ta' l-adeżjoni għall-prodotti li ġejjin mill-bhejjem u għal ħdax-il sena mid-data ta' l-adeżjoni għall-uċuħ, skond l-iskeda digressiva li ġejja:

- għall-prodotti mill-bhejjem: l-ewwel sena 100 %, it-tieni sena 95 %, it-tielet sena 90 %, ir-raba' sena 72 %, il-ħames sena 54 %, is-sitt sena 36 % u s-seba' sena' 18 %;

- għall-uċuħ: l-ewwel u it-tieni sena 100 %, it-tielet u ir-raba' sena 95 %, il-ħames u is-sitt sena 90 %, is-seba' sena 75 %, it-tmien sena 60 %, id-disa' sena 45 %, l-għaxar sena 30 %, u l-ħdax-il sena 15 %.

Din l-għajnuna għandha tkun limitata għall-ammonti li ġejjin f'kull settur:

Programm għall-uċuħ

(EUR miljun) |

Sena | Is-settur tat-tadam għall-ipproċessar, inkluża l-għajnuna addizzjonali | Is-settur ta' l-inbid, inkluża l-għajnuna addizzjonali | Is-settur tal-frott frisk | Is-settur tal-ħxejjex friski | It-total għall-uċuħ |

2004 | 1,37 | 2,76 | 2,43 | 0,96 | 7,52 |

2005 | 1,48 | 2,62 | 2,43 | 0,96 | 7,49 |

2006 | 2,68 | 1,23 | 2,31 | 0,91 | 7,13 |

2007 | 2,68 | 1,10 | 2,31 | 0,91 | 7,00 |

2008 | 2,63 | 1,04 | 2,18 | 0,86 | 6,71 |

2009 | 2,63 | 0,94 | 2,18 | 0,86 | 6,61 |

2010 | 2,15 | 0,83 | 1,82 | 0,72 | 5,52 |

2011 | 1,46 | 0,83 | 1,46 | 0,57 | 4,32 |

2012 | 0,85 | 0,76 | 1,10 | 0,43 | 3,14 |

2013 | 0,42 | 0,51 | 0,73 | 0,29 | 1,95 |

2014 | 0,18 | 0,36 | 0,37 | 0,15 | 1,06 |

Total | 18,53 | 12,98 | 19,32 | 7,62 | 58,45 |

Programm għal prodotti li ġejjin mill-bhejjem

(EUR miljun) |

Sena | Programm SMPPMA għas-settur tal-prodotti tal-ħalib, inkluża l-għajnuna għar-ristrutturar | Is-settur tal-laħam tal-majjal, inkluża l-għajnuna għar-ristrutturar | Is-settur tal-bajd, inkluża l-għajnuna għar-ristrutturar | Is-settur tal-laħam tat-tiġieġ, inkluża l-għajnuna għar-ristrutturar | It-total għall-prodotti li ġejjin mill-bhejjem, inkluża l-għajnuna għar-ristrutturar |

2004 | 2,50 | 5,40 | 2,30 | 1,80 | 12,0 |

2005 | 2,45 | 5,17 | 2,18 | 1,70 | 11,5 |

2006 | 2,40 | 4,94 | 2,03 | 1,63 | 11,0 |

2007 | 1,97 | 4,15 | 1,70 | 1,38 | 9,20 |

2008 | 1,63 | 3,28 | 1,34 | 1,15 | 7,40 |

2009 | 1,28 | 2,46 | 0,99 | 0,87 | 5,60 |

2010 | 0,94 | 1,65 | 0,59 | 0,62 | 3,80 |

Total | 13,17 | 27,05 | 11,13 | 9,15 | 60,5 |

Għal kull settur, l-għajnuna mogħtija mill-Istat tista' tiġi allokata biss fil-limiti massimi kwantitattivi li ġejjin:

Uċuħ(kwantitajiet annwali):

Tadam għall-ipproċessar : 27000 tunnellata metrika

Frott frisk : 19400 tunnellata metrika

ħxejjex friski : 38200 tunnellata metrika

Inbid : 1000 ettaru

Prodotti li ġejjin mill-bhejjem (kwantitajiet annwali):

Prodotti tal-ħalib : 45000 tunnellata metrika

Laħam tal-majjal : 125200 ras

Tiġieġ : 7000 tunnellata metrika

Bajd : 5000 tunnellata metrika

(b) L-għajnuna speċjali u temporanja mogħtija mill-Istat bħala appoġġ lill-proċessuri u l-bejjiegħa bl-imnut rikonoxxuti ta' prodotti agrikoli importati

B'deroga mill-Artikolu 21 tar-Regolament (KEE) Nru. 2759/75, l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru. 1766/92, l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru. 3072/95, l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru. 2201/96, l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1255/1999 u l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru. 1260/2001, Malta tista' tagħti għajnuna speċjali u temporanja mill-Istat bħala appoġġ għax-xiri ta' prodotti agrikoli importati li qabel l-adeżjoni kien jibbenefikaw minn rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew li kienu importati minn pajjiżi terzi mingħajr dazji sakemm Malta tipprovdi mekkaniżmu li jiggarantixxi li l-appoġġ effettivament jingħadda lill-konsumaturi. Din l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi ta' u ma għandhiex taqbeż, id-differenza bejn il-prezzijiet ta' l-UE (inkluż it-trasport) u dawk tas-suq mondjali, u għandha tikkunsidra l-livell tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.

Din l-għajnuna mogħtija mill-Istat għandha tapplika b'mod digressiv fuq perijodu massimu ta' seba' snin mid-data ta' l-adeżjoni: l-ewwel sena 100 %, it-tieni sena 95 %, it-tielet sena 90 %, mir-raba' sas-seba' sena 18 % tnaqqis kull sena.

Din l-għajnuna għandha tkun limitata għall-ammonti li ġejjin f'kull settur:

Miżuri ta' provvista

EUR miljuni |

Prodotti | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | Total |

Ċereali | 3,0 | 2,9 | 2,7 | 2,2 | 1,6 | 1,1 | 0,5 | 14,0 |

Zokkor | 11,0 | 10,5 | 9,9 | 7,9 | 5,9 | 4,0 | 2,0 | 51,2 |

Prodotti tal-laħam | 0,8 | 0,8 | 0,8 | 0,6 | 0,5 | 0,3 | 0,2 | 3,9 |

Prodotti tal-ħalib | 1,0 | 1,0 | 0,9 | 0,7 | 0,5 | 0,4 | 0,2 | 4,7 |

Prodotti semi-pproċessati tat-tadam | 0,8 | 0,8 | 0,7 | 0,6 | 0,4 | 0,3 | 0,1 | 3,7 |

Total | 77,4 |

Għal kull settur, l-għajnuna mogħtija mill-Istat tista' tiġi allokata biss fil-limiti massimi kwantitattivi li ġejjin:

Prodott | Kwantità (tunnellati metriċi kull sena) |

Zokkor

Zokkor | 35000 |

Ċereali

Żerriegħa tal-qamħ komuni u ta' taħlita ta' ċereali | 52000 |

Xgħir, minbarra ż-żerriegħa tax-xgħir | 61000 |

Qamħirrum (qamħ), minbarra ż-żerriegħa | 62000 |

Ross | 3000 |

Malt ta' ċereali oħra minbarra d-dqiq tal-qamħ | 2,500 |

Smid (taħlita mitħuna ta' xgħir u qamħ durum) | 3500 |

Prodotti tal-ħalib

Krema tal-ħalib fi trab jew għamla solida oħra, kontenut ta' xaħam < 1,5 % | 521 |

Butir naturali, kontenut ta' xaħam < 85 % imballaġġ immedjat | 250 |

Butir ieħor, kontenut ta' xaħam < 85 % imballaġġ immedjat | 250 |

Ġobon cheddar | 1200 |

Ġobon edam | 1000 |

Ġobon ipproċessat ieħor (Kefalo-tyri, eċċ.) | 1500 |

Prodotti tal-laħam

Il-partijiet ta' wara tal-bovini bl-għadma, iffriżati | 4200 |

Robbu ta' quddiem tal-bovina bis-sidra maqtugħu ffriżat | 2000 |

Prodotti oħra tal-majjal domestiku ppreparati u pproċessati | 500 |

Corned beef f'kontenituri mitbuqa | 1200 |

Prodotti Oħra

Tadam ippreparat b'kontenut ta' materjal niexef > 30 % f'pakki ta' > 3 kg | 5500 |

Tadam ippreservat sħiħ jew f'biċċiet f'kontenituri ta' > 3 kg | 3000 |

(ċ) Fir-rigward ta' kull prodott agrikolu li jaqa' taħt il-SMPPMA, il-klawsola ta' salvagwardja ekonomika ġenerali stipulata fl-Artikolu 37 ta' dan l-Att għandha tkun applikabbli għal Malta sa ħames snin wara d-data ta' l-adeżjoni.

(d) Malta għandha tissottometti rapport kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna mogħtija mill-Istat, fejn tindika x-xorta u l-ammonti ta' l-għajnuna għal kull settur.

2. 31992 R 3950: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3950/92 tat- 28 ta' Diċembru 1992, li jistabilixxi l-ġbir ta' imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32002 R 0582: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 582/2002 ta' l- 4.4.2002 (ĠU L 89, 5.4.2002, p. 7).

B'deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru. 3950/92, il-kontentut rappreżentattiv ta' xaħam ta' ħalib imqassam għandu jkun iffissat għal Malta wara perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-adeżjoni.

Sakemm jiġi stipulat il-kontenut rappreżentattiv ta' xaħam, il-tqabbil ta' kontenut ta' xaħam bil-għan li tiġi kkalkulata l-imposta addizzjonali kif stipulat fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru. 1392/2001 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 3950/92 [4] ma għandux japplika f'Malta.

3. 31996 R 2201: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2201/96 tat- 28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29), kif l-aħħar emendat bi:

- 32002 R 0453: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 453/2002 tat- 13.3.2002 (ĠU L 72, 14.3.2002, p. 9).

B'deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2201/96, matul is-snin ta' marketing 2004/2005 sa 2008/2009, il-kuntratti bejn dawk li jipproċessaw u l-produtturi individwali għandhom ikunu eliġibbli għall-iskema li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament. Mill-kwantità globali ta' tadam li għaliha jkun ikkuntratta xi wieħed minn dawk li jipproċessaw, is-sehem mill-kwantitajiet li jaqgħu taħt il-kuntratti bejn dawk li jipproċessaw u l-produtturi individwali għandu jlaħħaq sa massimu ta' 75 % matul is-sena ta' marketing 2004/2005, 65 % matul is-sena ta' marketing 2005/2006, 55 % matul is-sena ta' marketing 2006/2007, 40 % matul is-sena ta' marketing 2007/2008 u 25 % matul is-sena ta' marketing 2008/2009. Il-koperattivi Maltin eżistenti u assoċjazzjonijiet oħra ta' produtturi li mhumiex rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi skond il-leġislazzjoni Komunitarja għandhom ikunu meqjusa bħala "produtturi individwali".

4. 31997 R 2597: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2597/97 tat- 18 ta' Diċembru 1997 li jistipula regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb (ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13), kif l-aħħar emendat bi:

- 31999 R 1602: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1602/1999 tad- 19.7.1999 (ĠU L 189, 22.7.1999, p. 43).

B'deroga mill-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 2597/97, il-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib sħiħ ma għandhomx japplikaw għall-ħalib tax-xorb prodott f'Malta għal perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-adeżjoni. Ħalib tax-xorb li mhux konformi mal-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut ta' xaħam jista' jkun imqiegħed fis-suq f'Malta biss jew ikun esportat lejn pajjiż terz.

5. 31999 R 1254: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21), kif l-aħħar emendat bi:

- 32001 R 2345: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2345/2001 tat- 30.11.2001 (ĠU L 315, 1.12.2001, p. 29).

B'deroga mill-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, l-applikazzjoni tad-densità ta' bhejjem miżmuma f'Malta għandha tiġi introdotta b'mod gradwali fuq bażi lineari minn 4,5 UTB għal kull ettaru għall-ewwel sena wara l-adeżjoni għal 1,8 UTB għal kull ettaru ħames snin wara l-adeżjoni. Matul dan il-perijodu, sabiex tiġi determinata id-densità ta' bhejjem fl-azjenda, ma għandux jittieħed kont tal-baqar tal-ħalib li huma meħtieġa biex jipproduċu l-kwantità ta' referenza totali ta' ħalib allokati lill-produttur.

Malta għandha tissottometti rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din il-miżura lill-Kummissjoni sal- 31 ta' Diċembru 2007.

6. 31999 R 1493: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32001 R 2585: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2585/2001 tad- 19.12.2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 10).

B'deroga mill-Anness V, punt Ċ.3, tar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999, Malta tista' żżomm fis-seħħ sal- 31 Diċembru 2008 il-qawwa alkoħolika naturali minima ta' inbid magħmul mill-varjetajiet tad-dwieli indiġeni Ġellewża u Ghirgentina f'livell ta' 8 % vol. u tkun tista' żżid il-qawwa alkoħolika naturali (tisħiħ) sa 3 % vol.

Matul dan il-perijodu Malta għandha tiżgura li t-teknika tal-vitikultura tiġi adattata b'mod effettiv sabiex ikun jista' jiġi prodott għeneb għall-inbid ta' karattru indiġenu ta' kwalità għolja sal- 31 ta' Diċembru 2008.

7. 32001 R 1260: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/2001 tad- 19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32002 R 0680: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 680/2002 tad- 19.4.2002 (ĠU L 104, 20.4.2002, p. 26);

B'deroga mill-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru. 1260/2001 u l-Artikoli korrispondenti tar-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, Malta tista' għal perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-adeżjoni tagħti għajnuna mill-Istat lit-trasport bil-vapur ta' prodotti agrikoli minn Għawdex fuq bażi lineari digressiva (tnaqqis ta' 20 % kull sena).

Malta għandha tissottometti rapport kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna mogħtija mill-Istat, fejn tindika x-xorta u l-ammonti ta' l-għajnuna.

[4] ĠU L 187, 10.7.2001, p. 19.

--------------------------------------------------