12003TN02/09



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0555 - 0561


9. IT-TASSAZZJONI

1. 31969 L 0335: Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas- 17 ta' Lulju 1969 dwar taxxi indiretti fuq meta jinġabar il-kapital (ĠU L 249, 3.10.1969, p. 25), kif emendata minn:

- 11972 B: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit (ĠU L 73, 27.3.1972, p. 14),

- 31973 L 0079: Id-Direttiva tal-Kunsill 73/79/KEE tad- 9.4.1973 (ĠU L 103, 18.4.1973, p. 13),

- 31974 L 0553: Id-Direttiva tal-Kunsill 74/553/KEE tas- 7.11.1974 (ĠU L 303, 13.11.1974, p. 9),

- 11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17),

- 31985 L 0303: Id-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE ta' l- 10.6.1985 (ĠU L 156, 15.6.1985, p. 23),

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21).

Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Artikolu 3 (1)(a):

"Kumpanniji taħt il-liġi tar-Repubblika Ċeka magħrufa bħala:

- "akciová společnost"

- "komanditní společnost"

- "polečnost s ručením omezeným";

Kumpanniji taħt il-liġi ta' Ċipru magħrufa bħala:

- "εταιρείες περιορισμένης ευθύνης";

Kumpanniji taħt il-liġi tal-Latvja magħrufa bħala:

- "kapitālsabiedrība";

Kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala:

- "részvénytársaság"

- "korlátolt felelősségű társaság";

Kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala:

- "Kumpanniji ta' Responsabbiltà Limitata"

- "Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f'azzjonijiet";

Kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala:

- "spółka akcyjna"

- "spółka z ograniczoną odpowiedzialnością";

Kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala:

- "delniška družba"

- "komanditna delniška družba"

- "družba z omejeno odgovornostjo";

Kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala:

- "akciová spoločnosť"

- "spoločnosť s ručením obmedzeným"

- "komanditná spoločnosť""

.

2. 31976 L 0308: Id-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal- 15 ta' Marzu 1976 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkuprar ta' talbiet li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18), kif emendata bi:

- 11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17),

- 31979 L 1071: Id-Direttiva tal-Kunsill 79/1071/KEE tas- 6.12.1979 (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 10),

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — L-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

- 31992 L 0108: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE ta' l- 14.12.1992 (ĠU L 390, 31.12.1992, p. 124),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 32001 L 0044: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/44/KE tal- 15.6.2001 (ĠU L 175, 28.6.2001, p. 17).

Dan li ġej jiżdied mas-sitt inċiż ta' l-Artikolu 3:

"f'Malta: Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti

fis-Slovenja: (i) davek od prometa zavarovalnih poslov

(ii) požarna taksa"

.

3. 31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas- 17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — sistema Komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1), kif emendata bi:

- 11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 95),

- 31980 L 0368: Id-Direttiva tal-Kunsill 80/368/KEE tas- 26.3.1980 (ĠU L 90, 3.4.1980, p. 41),

- 31984 L 0386: Id-Direttiva tal-Kunsill 84/386/KEE tal- 31.7.1984 (ĠU L 208, 3.8.1984, p. 58),

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — L-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 167),

- 31989 L 0465: Id-Direttiva tal-Kunsill 89/465/KEE tat- 18.7.1989 (ĠU L 226, 3.8.1989, p. 21),

- 31991 L 0680: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas- 16.12.1991 (ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1),

- 31992 L 0077: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/77/KEE tad- 19.10.1992 (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 1),

- 31992 L 0111: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE ta' l- 14.12.1992 (ĠU L 384, 30.12.1992, p. 47),

- 31994 L 0004: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/4/KE ta' l- 14.2.1994 (ĠU L 60, 3.3.1994, p. 14),

- 31994 L 0005: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/5/KE ta' l- 14.2.1994 (ĠU L 60, 3.3.1994, p. 16),

- 31994 L 0076: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/76/KE tat- 22.12.1994 (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 53),

- 31995 L 0007: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE ta' l- 10.4.1995 (ĠU L 102, 5.5.1995, p. 18),

- 31996 L 0042: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/42/KE tal- 25.6. 1996 (ĠU L 170, 9.7.1996, p. 34),

- 31996 L 0095: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/95/KE ta' l- 20.12.1996 (ĠU L 338, 28.12.1996, p. 89),

- 31998 L 0080: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/80/KE tat- 12.10.1998 (ĠU L 281, 17.10.1998, p. 31),

- 31999 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/49/KE tal- 25.5.1999 (ĠU L 139, 2.6.1999, p. 27),

- 31999 L 0059: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/59/KE tas- 17.6.1999 (ĠU L 162, 26.6.1999, p. 63),

- 31999 L 0085: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/85/KE tat- 22.10.1999 (ĠU L 277, 28.10.1999, p. 34),

- 32000 L 0017: Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/17/KE tat- 30.3.2000 (ĠU L 84, 5.4.2000, p. 24),

- 32000 L 0065: Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/65/KE tas- 17.10.2000 (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 44),

- 32001 L 0004: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/4/KE tad- 19.1.2001 (ĠU L 22, 24.1.2001, p. 17),

- 32001 L 0115: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE ta' l- 20.12. 2001 (ĠU L 15, 17.01.02, p. 24),

- 32002 L 0038: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas- 7.5.2002 (ĠU L 128, 15.5.2002, p. 41).

(a) L-Artikolu li ġej jiżdied wara l-Artikolu 24:

"Artikolu 24 bis

Fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 24(2) sa (6), l-Istati Membri li ġejjin jistgħu jeżentaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li l-valur tal-bejgħ annwali tagħhom huwa anqas mill-ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta:

- fir-Repubblika Ċeka: EUR 35000;

- fl-Estonja: EUR 16000;

- f'Ċipru: EUR 15600;

- fil-Latvja: EUR 17200;

- fil-Litwanja: EUR 29000;

- fl-Ungerija: EUR 35000;

- f'Malta: EUR 37000 meta l-attività ekonomika tikkonsisti prinċipalment fil-provvista ta' merkanzija, EUR 24300 meta l-attività ekonomika tinkonsisti prinċipalment fil-provvista ta' servizzi b'valur miżjud baxx (inputs għoljin), u EUR 14600 f'każijiet oħra, jiġifieri provdituri ta' servizzi b'valur miżjud għoli (inputs baxxi);

- fil-Polonja: EUR 10000;

- fis-Slovenja: EUR 25000;

- fis-Slovakkja: EUR 35000;

Dawn l-eżenzjonijiet ma għandhom ikollhom l-ebda effett fuq ir-riżorsi ta' dawn il-persuni stess għal-liema riżorsi il-bażi ta' stima ser ikollha terġa' tiġi stabblilita mill-ġdid skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru. 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi ta' persuni stess li ġejjin mit-taxxa fuq il-valur miżjud []

.

(b) It-titolu tat-TITOLU XVIċ qed jinbidel b'dan li ġej:

"It-TITOLU XVIċ

Miżuri transitorji applikabbli fil-kuntest ta' l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fl- 1 ta' Jannar 1995, u ta' Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fl- 1 ta' Mejju 2004."

(ċ) Fit-TITOLU XVIċ, it-tieni indent ta' l-Artikolu 28p(1) jinbidel b'dan li ġej:

"— "l-Istati Membri l-ġodda" għandha tfisser it-territorju ta' l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl- 1 ta' Jannar 1995 u fl- 1 ta' Mejju 2004, kif definita għal kull wieħed mill-Istati Membri mill-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva,"

;

(d) Fit-TITOLU XVIċ, l-aħħar sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 28p(7) jinbidel b'dan li ġej:

"Din il-kondizzjoni għandha titqies li ġiet mwettqa fil-każijiet li ġejjin:

- fejn, fir-rigward ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, id-data ta' l-ewwel użu tal-mezzi tat-trasport kienet qabel l- 1 ta' Jannar 1987;

- fejn, fir-rigward tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, id-data ta' l-ewwel użu tal-mezzi tat-trasport kienet qabel l- 1 ta' Mejju 1996;

- fejn l-ammont ta' taxxa dovuta minħabba l-importazzjoni hija insinifikanti."

.

4. 31977 L 0799: Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad- 19 ta' Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta (ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15), kif emendata minn:

- 11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17),

- 31979 L 1070: Id-Direttiva tal-Kunsill 79/1070/KEE tas- 6.12.1979 (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 8),

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

- 31992 L 0012: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal- 25.2.1992 (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21).

(a) Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Artikolu 1 (3):

"fir-Repubblika Ċeka:

Daně z příjmů

Daň z nemovitostí

Daň dědická, daň darovací a daň z převodu nemovitostí

Daň z přidané hodnoty

Spotřební daně

fl-Estonja:

Tulumaks

Sotsiaalmaks

Maamaks

f'Ċipru:

Φόρος Εισοδήματος

'Εκτακτη Εισφορά για την Άμυνα της Δημοκρατίας

Φόρος Κεφαλαιουχικών Κερδών

Φόρος Ακίνητης Ιδιοκτησίας

fil-Latvja:

iedzīvotāju ienākuma nodoklisn

nekustamā īpašuma nodoklis

uzņēmumu ienākuma nodoklis

fil-Litwanja:

Gyventojų pajamų mokestis

Pelno mokestis

Įmonių ir organizacijų nekilnojamojo turto mokestis

Žemės mokestis

Mokestis už valstybinius gamtos išteklius

Mokestis už aplinkos teršimą

Naftos ir dujų išteklių mokestis

Paveldimo turto mokestis

fl-Ungerija:

személyi jövedelemadó

társasági adó

osztalékadó

általános forgalmi adó

jövedéki adó

építményadó

telekadó

f'Malta:

Taxxa fuq l-income

fil-Polonja:

Podatek dochodowy od osób prawnych

Podatek dochodowy od osób fizycznych

Podatek od czynności cywilnoprawnych

fis-Slovenja:

Dohodnina

Davki občanov

Davek od dobička pravnih oseb

Posebni davek na bilančno vsoto bank in hranilnic

fis-Slovakkja:

daň z príjmov fyzických osôb

daň z príjmov právnických osôb

daň z dedičstva

daň z darovania

daň z prevodu a prechodu nehnuteľností

daň z nehnuteľností

daň z pridanej hodnoty

spotrebné dane"

(b) Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Artikolu 1(5):

"fir-Repubblika Ċeka:

Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat

fl-Estonja:

Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat

f'Ċipru:

Υπουργός Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat

fil-Latvja:

Finanšu ministrs jew rappreżentant awtorizzat

fil-Litwanja:

Finansų ministras jew rappreżentant awtorizzat

fl-Ungerija:

A pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat

f'Malta:

Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat

fil-Polonja:

Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat

fis-Slovenja:

Minister za financií jew rappreżentant awtorizzat

fis-Slovakkja:

Minister financií jew rappreżentant awtorizzat"

.

5. 31979 L 1072: It-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE tas- 6 ta' Diċembru 1979 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ - Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11), kif emendata minn:

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

- 31986 L 0560: It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas- 17.11.1986 (ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p.21).

(a) Dan li ġej qed jiżdied ma' Punt D ta' l-Anness Ċ:

"— Ir-Repubblika Ċeka: Finanční úřad pro Prahu 1

— L-Estonja: Maksuamet

— Ċipru: Υπουργείο Οικονομικών, Τμήμα Τελωνείων, Υπηρεσία Φ.Π.Α.

— Il-Latvja: Valsts ieņēmumu dienesta Lielo nodokļu maksātāju pārvalde

— Il-Litwanja: Vilniaus apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

— L-Ungerija: Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal

— Malta: Id-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud fil-Ministeru tal-Finanzi

— Il-Polonja: Drugi Urząd Skarbowy Warszawa Śródmieście

— Is-Slovenja: Davčni urad Ljubljana

— Is-Slovakkja: Daňový úrad Bratislava I'"

.

(b) Dan li ġej qed jiżdied ma' l-ewwel paragrafu ta' punt I ta' l-Anness Ċ:

"CZK …

EEK …

CYP …

LVL …

LTL …

HUF …

MTL …

PLN …

SIT …

SKK …"

;

(ċ) Dan li ġej qed jiżdied mat-tieni paragrafu ta' punt I ta' l-Anness Ċ:

"CZK …

EEK …

CYP …

LVL …

LTL …

HUF …

MTL …

PLN …

SIT …

SKK …"

.

6. 31983 L 0182: Id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE tat-28 ta' Marzu dwar eżenzjonijiet mit-taxxa fi ħdan il-Komunita għal ċerti mezzi ta' trasport importati temporanjament f'xi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59), kif emendata minn:

- 11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

- 31991 L 0680: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas- 16.12.1991 (ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1),

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21).

Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Anness:

"IR-REPUBBLIKA ĊEKA

- Silniční daň

ĊIPRU

- Ο περί Τελωνειακών Δασμών και Φόρων Καταναλώσεως Νόμος

- Ο περί Μηχανοκινήτων Οχημάτων και Τροχαίας Κινήσεως Νόμος του 1972, όπως τροποποιήθηκε

- Οι περί Μηχανοκινήτων Οχημάτων και Τροχαίας Κινήσεως Κανονισμοί του 1984, όπως τροποποιήθηκαν

IL-LATVJA

- akcīzes nodoklis (likums "Par akcīzes nodokli", pieņemts 1999. gada 25. novembrī)

- transportlīdzekļu ikgadējā nodeva (likums "Par transportlīdzekļu ikgadējo nodevu", pieņemts 2001. gada 22. novembrī)

IL-LITWANJA

- Prekių apyvartos mokestis ((Žin., 2002, Nr. 56-2229).

MALTA

- Dazju tas-Sisa fuq Vetturi bil-Mutur (Att dwar Taxxa tar-Registrazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur, Kap. 368)

IS-SLOVENJA

- Davki od prometa motornih vozil (Zakon o davkih na motorna vozila, Ur.l. RS, št. 52/99)

IS-SLOVAKKJA

- Zákon o cestnej dani."

7. 31990 L 0434: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat- 23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-amalgamazzjonijiet, diviżjonijiet, it-trasferimenti ta' assi u l-iskambju ta' ishma fir-rigward ta' kumpanniji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1), kif emendata minn:

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21).

(a) Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Artikolu 3 (ċ):

"— Daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka,

— Tulumaks fl-Estonja,

— Φόρος Εισοδήματος f'Ċipru,

— uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja,

— Pelno mokestis fil-Litwanja,

— Társasági adó fl-Ungerija,

— Taxxa fuq l-income f'Malta,

— Podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja,

— Davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja,

— Daň z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja"

.

(b) Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Anness:

"(p) kumpanniji taħt il-liġi tar-Repubblika Ċeka magħrufa bħala: "akciová společnost", "společnost s ručením omezeným";

(q) kumpanniji taħt il-liġi ta' l-Estonja magħrufa bħala: "täisühing", "usaldusühing", "osaühing", "aktsiaselts", "tulundusühistu";

(r) kumpanniji taħt il-liġi ta' Ċipru: "εταιρείες" kif imfissra fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq l-Income;

(s) kumpanniji taħt il-liġi tal-Latvja magħrufa bħala: "akciju sabiedrība", "sabiedrība ar ierobežotu atbildību";

(t) kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja;

(u) kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: "közkereseti társaság", "betéti társaság", "közös vállalat", "korlátolt felelősségű társaság", "részvénytársaság", "egyesülés", "közhasznú társaság", "szövetkezet";

(v) kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala: "Kumpanniji ta' Responsabbiltà Limitata", "Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f'azzjonijiet";

(w) kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: "spółka akcyjna", "spółka z ograniczoną odpowiedzialnością";

(x) kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala: "delniška družba", "komanditna družba", "družba z omejeno odgovornostjo";

(y) kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala: "Akciová spoločnosť", "Spoločnosť s ručením obmedzeným", "Komanditná spoločnosť"."

.

8. 31990 L 0435: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat- 23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli fil-każ ta' kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6), kif emendata minn:

- 11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p.21).

(a) Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Artikolu 2 (ċ):

"— Daň z příjmů právnických osob fir-Repubblika Ċeka

— Tulumaks fl-Estonja

— Φόρος Εισοδήματος f'Ċipru

— uzņēmumu ienākuma nodoklis fil-Latvja

— Pelno mokestis fil-Litwanja

— Társasági adó, osztalékadó fl-Ungerija

— Taxxa fuq l-income f'Malta

— Podatek dochodowy od osób prawnych fil-Polonja

— Davek od dobička pravnih oseb fis-Slovenja

— daň z príjmov právnických osôb fis-Slovakkja"

.

(b) Dan li ġej qed jiżdied ma' l-Anness:

"(p) kumpanniji taħt il-liġi tar-Repubblika Ċeka magħrufa bħala: "akciová společnost", "společnost s ručením omezeným";

(q) kumpanniji taħt il-liġi ta' l-Estonja magħrufa bħala: "täisühing", "usaldusühing", "osaühing", "aktsiaselts", "tulundusühistu";

(r) kumpanniji taħt il-liġi ta' Ċipru: "εταιρείες" kif imfissra fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq l-Income;

(s) kumpanniji taħt il-liġi tal-Latvja magħrufa bħala: "akciju sabiedrība", "sabiedrība ar ierobežotu atbildību";

(t) kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja;

(u) kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: "közkereseti társaság", "betéti társaság", "közös vállalat", "korlátolt felelősségű társaság", "részvénytársaság", "egyesülés", "szövetkezet";

(v) kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala: "Kumpaniji ta' Responsabbiltà Limitata", "Socjetajiet en commandite li l-kapital taghhom maqsum f'azzjonijiet";

(w) kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: "spółka akcyjna", "spółka z ograniczoną odpowiedzialnością";

(x) kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala: "delniška družba", "komanditna družba", "družba z omejeno odgovornostjo";

(y) kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala: "akciová spoločnosť", "spoločnosť s ručením obmedzeným", "komanditná spoločnosť"."

.

9. 31992 L 0083: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad- 19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u fuq ix-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21).

Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 22:

"6. Ir-Repubblika Ċeka, tista' tapplika rata mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa, ta' mhux anqas minn 50 % tar-rata nazzjonali standard tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol etiliku, fuq l-alkoħol etiliku magħmul mid-distilleriji tal-bdiewa tal-frott u li jipproduċu, kull sena, 'l fuq minn 10 ettolitri ta' alkoħol etiliku minn frott fornut lilhom mill-familji tal-bdiewa tal-frott. L-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa għandha tkun limitata għal 30 litru ta' spirti tal-frott għal kull familja tal-bdiewa tal-frott kull sena, u destinati biss għall-konsum personali tagħhom."

.

"7. Is-Slovakkja u l-Ungerija jistgħu japplikaw rata mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa, ta' mhux anqas minn 50 % tar-rata nazzjonali standard tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol etiliku, fuq l-alkoħol etiliku magħmul mid-distilleriji tal-bdiewa tal-frott u li jipproduċu, kull sena, 'l fuq minn 10 ettolitri ta' alkoħol etiliku minn frott fornut lilhom mill-familji tal-bdiewa tal-frott. L-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa għandha tkun limitata għal 50 litru ta' spirti tal-frott għal kull familja tal-bdiewa tal-frott kull sena, u destinati biss għall-konsum personali tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan l-arranġament fis-sena 2015 u għandha tirraporta lill-Kunsill dwar xi modifiki possibbli."

.

10. 31992 R 2719: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2719/92 tal- 11 ta' Settembru 1992 dwar id-dokument amministrattiv li jakkompanja prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa waqt li jiċċirkolaw taħt arranġamenti għas-sospensjoni tad-dazju (ĠU L 276, 19.9.1992, p. 1), kif emendat bi:

- 31993 R 2225: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2225/93 tas- 27.7.1993 (ĠU L 198, 7.8.1993, p. 5).

(a) L-Artikolu 2a(2) jinbidel b'dan li ġej:

"2. Dokumenti ta' akkompanjament li jsiru skond il-paragrafu 1 għandhom iġibu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin f'dik il-parti ta' Kaxxa 24 li hija riservata għall-firma tal-kunsinnatarju:

- Dispensa de firma

- Podpis prominut

- Fritaget for underskrift

- Freistellung von der Unterschriftsleistung

- Allkirjanõudest loobutud

- Δεν απαιτείται υπογραφή

- Signature waived

- Dispense de signature

- Dispensa dalla firma

- Derīgs bez paraksta

- Parašo nereikalaujama

- Aláírás alól mentesítve

- Firma mhux meħtiega

- Van ondertekening vrijgesteld

- Z pominięciem podpisu

- Dispensa de assinatura

- Podpis sa nevyžaduje

- Opustitev podpisa"

.

(b) Fl-Anness I, Noti ta' spjegazzjoni, punt 2, Kaxxa 12, il-lista ta' abbrevjazzjonijiet tinbidel b'dan li ġej:

"BE | Il-Belġju |

CZ | Ir-Repubblika Ċeka |

DK | Id-Danimarka |

DE | Il-Ġermanja |

EE | L-Estonja |

GR | Il-Greċja |

ES | Spanja |

FR | Franza |

IE | L-Irlanda |

IT | L-Italja |

CY | Ċipru |

LV | Il-Latvja |

LT | Il-Litwanja |

LU | Il-Lussemburgu |

HU | L-Ungerija |

MT | Malta |

NL | L-Olanda |

AT | L-Awstrija |

PL | Il-Polonja |

PT | Il-Portugall |

SI | Is-Slovenja |

SK | Is-Slovakkja |

FI | Il-Finlandja |

SE | L-Isvezja |

GB | Ir-Renju Unit" |

.

[] ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 9, Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 26/1999 (ĠU L 126, tal-20.5.1999, p. 1)."

--------------------------------------------------