02025R0854 — MT — 05.05.2026 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/854

tas-7 ta’ Mejju 2025

dwar programm koordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2026, l-2027 u l-2028 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumaturi għar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u fuqu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/989

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 854 8.5.2025, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/824 tal-14 ta’ April 2026

  L 824

1

15.4.2026




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/854

tas-7 ta’ Mejju 2025

dwar programm koordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2026, l-2027 u l-2028 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumaturi għar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u fuqu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/989

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

1.  
Matul is-snin 2026, 2027 u 2028, l-Istati Membri ( 1 ) għandhom jieħdu u janalizzaw il-kampjuni għall-kombinamenti ta’ prodotti/pestiċidi, kif stabbilit fl-Anness I.
2.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu kampjuni kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness II u janalizzaw il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar u l-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika f’konformità mar-rekwiżiti għall-analiżi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness II.
3.  
L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-lott li għandu jittieħed kampjun minnu b’mod aleatorju.

Il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2026, fl-2027 u fl-2028 sal-31 ta’ Awwissu tal-2027, tal-2028 u tal-2029 rispettivament fil-format tar-rappurtar elettroniku kif stabbilit mill-Awtorità.

Meta d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva u/jew metabolita, jew prodott ta’ degradazzjoni jew ta’ reazzjoni), ir-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrappurtati f’konformità mad-definizzjoni sħiħa tar-residwu. Ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sa fejn dawn jitkejlu b’mod individwali.

Artikolu 3

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/989 jitħassar.

Madankollu, fir-rigward tal-kampjuni ttestjati fl-2025, għandu japplika sal-1 ta’ Settembru 2026.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

PARTI A

Prodotti  ( 2 ) li joriġinaw mill-pjanti  ( 3 ) li jridu jittieħdu l-kampjuni minnhom fl-2026, fl-2027 u fl-2028



2026

2027

2028

(a)

(b)

(c)

(0110020) Larinġ (1)

(0151000) Għeneb tal-mejda (1)

(0130010) Tuffieħ (1)

(0130020) Lanġas (1)

(0163020) Banana (1)

(0152000) Frawli (1)

(0162010) Kiwi (1)

(0110010) Grejpfrut (1)

(0140030) Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili (1)

(0241020) Pastard (1)

(0231030) Brunġiel (1)

Inbid (aħmar jew abjad) magħmul minn (0151020) għeneb tal-inbid (meta ma jkun hemm l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid disponibbli, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati)

(0220020) Basal (1)

(0241010) Brokkli (1)

(0251020) Ħass (1)

(0213020) Karrotti (1)

(0233010) Bettieħ (1)

(0242020) Kaboċċi kkapoċċati (1)

(0211000) Patata (1)

(0280010) Faqqiegħ ikkultivat (1)

(0231010) Tadam (1)

(0300010) Fażola (mnixxfa) (1)

(0231020) Bżar (1)

(0252010) Spinaċi (1)

(0500070) Segala (2)

(0500090) Qamħ (2)

(0500050) Ħbub tal-ħafur (2) (3)

(0500060) Ir-ross ismar (ir-ross meħluf), li huwa ddefinit bħala ross wara li titneħħa l-qoxra mir-ross bil-ħliefa (4)

Żejt taż-żebbuġa verġni minn (0402010) Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt (jekk ma jkun disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għaż-żejt, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati)

(0500010) Xgħir (2) (5)

(1)   

Għandhom jiġu analizzati l-prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli.

(2)   

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħabb tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir, jista’ jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.

(3)   

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħbub tal-ħafur, il-parti tal-għadd ta’ kampjuni meħtieġa għall-ħabb tal-ħafur li ma jkunx seta’ jittieħed, jista’ jiżdied mal-għadd ta’ kampjuni tal-ħabb tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni tal-ħabb tal-ħafur ikun inqas u l-għadd tal-kampjuni ta’ ħabb tax-xgħir jiżdied b’mod proporzjonali.

(4)   

Meta jkun jixraq, jista’ jiġi analizzat ukoll il-ħabb tar-ross imqaxxar u meħluf. Għandu jiġi rrappurtat liema tip ta’ ross ikun ġie analizzat, jekk kienx ross imqaxxar u meħluf, jew ross meħluf biss. Jekk ikun ġie analizzat ross imqaxxar u meħluf, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.

(5)   

Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħabb tax-xgħir, l-għadd ta’ kampjuni mill-għadd meħtieġ tal-ħabb tax-xgħir li ma jkunx seta’ jittieħed, jista’ jiżdied mal-għadd ta’ kampjuni tal-ħabb tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni tal-ħabb tax-xgħir ikun inqas, u l-għadd tal-kampjuni ta’ ħabb tal-ħafur jiżdied b’mod proporzjonali.

PARTI B

Prodotti  ( 4 ) li joriġinaw mill-annimali  ( 5 ) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2026, fl-2027 u fl-2028



2026

2027

2028

(f)

(d)

(e)

(1016020) Tessut xaħmi tal-pollam (1), (2)

(1012020) Tessut xaħmi tal-bovini (1), (2)

(1020010) Ħalib tal-baqra (3)

(1012030) Fwied tal-bovini (1)

(1030010) Bajd tat-tiġieġ (1), (4)

(1011020) Tessut xaħmi tal-ħnieżer (1), (2)

(1)   

Għandhom jiġu analizzati l-prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli.

(2)   

Jistgħu wkoll jittieħdu kampjuni mil-laħam f’konformità mat-Tabella 3 tal-Anness tad-Direttiva 2002/63/KE.

(3)   

Il-ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġu analizzat, kif ukoll il-ħalib iffriżat, pasturizzat, imsaħħan, sterilizzat jew iffiltrat.

(4)   

Għandu jiġi analizzat il-bajd sħiħ mingħajr il-qoxra.

PARTI C

Kombinamenti ta’ residwi/prodotti tal-pestiċidi li jridu jiġu analizzati fi/fuq il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti



 

2026

2027

2028

Kummenti

2,4-D

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-larinġ, fil-frott tal-kiwi, fil-lanġas, fil-pastard, fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026; fil-grapefruit, fl-għeneb tal-mejda, fil-brunġiel, fil-brokkli u fuqhom fl-2027; fil-ħawħ, fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2028.

2-Fenilfenol

(a)

(b)

(c)

Għanda tiġi analizzata biss fil-larinġ, fiz-zunnarija, fil-lanġas, fis-segala u fir-ross ismar u fuqhom fl-2026; fil-grapefruit u fil-banana u fuqhom fl-2027; fil-frawli u fuqu fl-2028.

4-CPA

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas u fuqu fl-2026; fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu, u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fil-frawli u fuqu fl-2028.

Abamektina

(a)

(b)

(c)

 

Aċefat

(a)

(b)

(c)

 

Aċetamiprid

(a)

(b)

(c)

 

Aklonifen

(a)

 

 

Għandha tiġi analizzata biss fiz-zunnarija u fuqhom fl-2026.

Akrinatrina

(a)

(b)

(c)

 

Aldikarb

(a)

(b)

(c)

 

Aldrin u dieldrin

(a)

(b)

(c)

 

Ametoktradin

(a)

(b)

(c)

 

Ażadiraktin

(a)

(b)

(c)

 

Ażinfos-metil

(a)

(b)

(c)

 

Ażossistrobin

(a)

(b)

(c)

 

Klorur tal-benżalkonju

(a)

(b)

(c)

 

Bifentrin

(a)

(b)

(c)

 

Bifenil

(a)

(b)

(c)

 

Bitertanol

(a)

(b)

(c)

 

Boskalid

(a)

(b)

(c)

 

Joni tal-bromur

(a)

 

 

Għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u l-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026.

Bromopropilat

(a)

(b)

(c)

 

Bupirimat

(a)

(b)

(c)

 

Buprofeżin

(a)

(b)

(c)

 

Kaptan

(a)

(b)

(c)

 

Karbaril

(a)

(b)

(c)

 

Karbendażim u benomil

(a)

(b)

(c)

 

Karbofuran

(a)

(b)

(c)

 

Klorantraniliprol

(a)

(b)

(c)

 

Klorati

(a)

(b)

(c)

 

Klorfenapir

(a)

(b)

(c)

 

Klormekwat

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-patata, fil-pastard, fiz-zunnarija, fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026; fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħafur, fix-xgħir u fuqhom fl-2028.

Klorotalonil

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, fil-frott tal-kiwi, fil-patata u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026; fil-bettieħ, fl-għeneb tal-mejda, fil-banana u fil-brunġiel u fuqhom fl-2027; fil-ħawħ, fil-frawli, fit-tadam u fil-ħass u fuqhom fl-2028.

Klorprofam

(a)

(b)

(c)

 

Klorpirifos

(a)

(b)

(c)

 

Klorpirifos-metil

(a)

(b)

(c)

 

Klofenteżina

(a)

(b)

(c)

 

Klopiralid

 

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fl-għeneb tal-mejda, fil-brokkli u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fil-ħawħ, fil-kaboċċi kkapoċċati, fl-ispinaċi u fil-ħafur u fuqhom fl-2028.

Klotijanidina

(a)

(b)

(c)

 

Komposti tar-ram

(a)

(b)

(c)

 

Ċjantraniliprol

(a)

(b)

(c)

 

Ċjażofammid

(a)

(b)

(c)

 

Ċiflufenammid

(a)

(b)

(c)

 

Ċiflumetofen

(a)

(b)

(c)

 

Ċiflutrin

(a)

(b)

(c)

 

Ċimoksanil

(a)

(b)

(c)

 

Ċipermetrina

(a)

(b)

(c)

 

Ċiprokonażol

(a)

(b)

(c)

 

Ċiprodinil

(a)

(b)

(c)

 

Ċiromażina

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-patata, fil-basal, fiz-zunnarija, fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026; fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, fil-bettieħ u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fil-ħass u t-tadam u fuqhom fl-2028.

Deltametrina

(a)

(b)

(c)

 

Diażinon

(a)

(b)

(c)

 

Diklorvos

(a)

(b)

(c)

 

Dikloran

(a)

(b)

(c)

 

Dikofol

(a)

(b)

(c)

 

Klorur tad-dideċildimetilammonju

(a)

(b)

(c)

 

Dietofenkarb

(a)

(b)

(c)

 

Difenokonażol

(a)

(b)

(c)

 

Diflubenżuron

(a)

(b)

(c)

 

Dimetoat

(a)

(b)

(c)

 

Dimetomorf

(a)

(b)

(c)

 

Dinikonażol

(a)

(b)

(c)

 

Difenilammina

(a)

(b)

(c)

 

Ditijanon

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas u fuqu fl-2026; fl-għeneb tal-mejda u fuqu fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ u fil-frawli u fuqhom fl-2028.

Ditijokarbamati

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata fil-prodotti bażiċi kollha elenkati u fuqhom, għajr il-brokkli, il-pastard, il-kaboċċi kkapoċċati, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal.

Dodina

(a)

(b)

(c)

 

Emamektin benżoat B1a, espress bħala emamektin

(a)

(b)

(c)

 

Endosulfan

(a)

(b)

(c)

 

Epossikonażol

(a)

(b)

(c)

 

Etefon

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-larinġ u fil-lanġas u fuqhom fl-2026; fil-grapefruit, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu, fil-qamħ, u fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam, fix-xgħir u fl-inbid u fuqhom fl-2028.

Etjon

(a)

(b)

(c)

 

Etirimol

(a)

(b)

(c)

 

Etofenproks

(a)

(b)

(c)

 

Etossażol

(a)

(b)

(c)

 

Ossidu tal-etilen

(a)

 

 

Għandha tiġi analizzata fil-fażola mnixxfa, fir-ross ismar u fuqhom fl-2026.

Famoksadon

(a)

(b)

(c)

 

Fenamidon

(a)

(b)

(c)

 

Fenamifos

(a)

(b)

(c)

 

Fenarimol

(a)

(b)

(c)

 

Fenażakin

(a)

(b)

(c)

 

Fenbukonażol

(a)

(b)

(c)

 

Ossidu tal-fenbutatin

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-larinġ u fil-lanġas u fuqhom fl-2026; fil-grapefruit u fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-frawli u fil-ħawħ u fuqhom fl-2028.

Feneżammid

(a)

(b)

(c)

 

Fenitrotijon

(a)

(b)

(c)

 

Fenossikarb

(a)

(b)

(c)

 

Fenpropatrina

(a)

(b)

(c)

 

Fenpropidina

(a)

(b)

(c)

 

Fenpropimorf

(a)

(b)

(c)

 

Fenpirażammina

(a)

(b)

(c)

 

Fenpirossimat

(a)

(b)

(c)

 

Fentijon

(a)

(b)

(c)

 

Fenvalerat

(a)

(b)

(c)

 

Fipronil

(a)

(b)

(c)

 

Flonikammid

(a)

(b)

(c)

 

Fluważifop-P

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, fil-pastard, fil-fażola mnixxfa, fil-patata, fiz-zunnarija, fil-basal u fuqhom fl-2026; fil-brunġiel, fil-brokkli, fil-bżar ħelu, u fuqhom fl-2027; fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fl-ispinaċi u fuqhom fl-2028.

Flubendiammid

(a)

(b)

(c)

 

Fludiossonil

(a)

(b)

(c)

 

Flufenossuron

(a)

(b)

(c)

 

Fluwopikolid

(a)

(b)

(c)

 

Fluwopiram

(a)

(b)

(c)

 

Flupiradifuron

(a)

(b)

(c)

 

Flukwinkonażol

(a)

(b)

(c)

 

Flusilażol

(a)

(b)

(c)

 

Flutrijafol

(a)

(b)

(c)

 

Flużapirossad

(a)

(b)

(c)

 

Folpet

(a)

(b)

(c)

 

Formetanat

(a)

(b)

(c)

 

▼M1

Fosetil-Al

(a)

(b)

(c)

Għas-sejbiet tal-fosetil-Al japplika l-MRL għall-metabolit tiegħu l-aċidu fosfoniku.

▼B

Fostijażat

(a)

(b)

(c)

 

Glufosinat-ammonju

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, fil-patata, fil-frott tal-kiwi, fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026; fl-għeneb tal-mejda, fil-banana u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fil-ħawħ, fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fit-tuffieħ u fil-ħass u fuqhom fl-2028.

Glifosat

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, fil-frott tal-kiwi, fil-fażola mnixxfa, fir-ross ismar, fis-segala, fiz-zunnarija u fil-larinġ u fuqhom fl-2026; fil-faqqiegħ ikkultivat, fl-għeneb tal-mejda, fil-grapefruit, fil-brunġiel, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fl-inbid, fl-ispinaċi, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2028.

Aloksifop inkluż l-aloksifop-P

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, fil-patata, fiz-zunnarija, fil-pastard, fil-basal u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026; fil-brokkli u fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati u fuqhom fl-2028.

Eżakonażol

(a)

(b)

(c)

 

Eksitijażoks

(a)

(b)

(c)

 

Imażalil

(a)

(b)

(c)

 

Imidakloprid

(a)

(b)

(c)

 

Indoksakarb

(a)

(b)

(c)

 

Iprodjon

(a)

(b)

(c)

 

Iprovalikarb

(a)

(b)

(c)

 

Isokarbofos

(a)

(b)

(c)

 

Isofetammid

(a)

(b)

(c)

 

Isoprotijolan

(a)

 

 

Għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2026.

Kreżoksim-metil

(a)

(b)

(c)

 

Lambda ċjalotrina

(a)

(b)

(c)

 

Linuron

(a)

(b)

(c)

 

Lufenuron

(a)

(b)

(c)

 

Malatijon

(a)

(b)

(c)

 

Idrażid malejku

(a)

 

 

Għandha tiġi analizzata biss fil-basal u fil-patata u fuqhom fl-2026.

Mandipropammid

(a)

(b)

(c)

 

Mefentriflukonażol

(a)

(b)

(c)

 

Mepanipirim

(a)

(b)

(c)

 

Mepikwat

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, fil-pastard, fil-patata, fil-fażola mnixxfa, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2026; fl-għeneb tal-mejda, fil-bżar ħelu, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fl-inbid, fil-frawli, fix-xgħir, fil-ħafur u fuqhom fl-2028.

Metaflumiżon

(a)

(b)

(c)

 

Metalaksil u metalaksil-M

(a)

(b)

(c)

 

Metamitron

(a)

(b)

(c)

 

Metamidofos

(a)

(b)

(c)

 

Metidatijon

(a)

(b)

(c)

 

Metijokarb

(a)

(b)

(c)

 

Metomil

(a)

(b)

(c)

 

Metossifenożid

(a)

(b)

(c)

 

Metrafenon

(a)

(b)

(c)

 

Monokrotofos

(a)

(b)

(c)

 

Miklobutanil

(a)

(b)

(c)

 

Nikotina

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, fil-basal, fil-patata u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026; fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fil-frawli, fil-ħass, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2028.

Ometoat

(a)

(b)

(c)

 

Oksadiksil

(a)

(b)

(c)

 

Oksamil

(a)

(b)

(c)

 

Oksatijapiprolin

(a)

(b)

(c)

 

Ossidemeton-metil

(a)

(b)

(c)

 

Paklobutrażol

(a)

(b)

(c)

 

Paratijon-metil

(a)

(b)

(c)

 

Penkonażol

(a)

(b)

(c)

 

Penċikuron

(a)

(b)

(c)

 

Pendimetalina

(a)

(b)

(c)

 

Permetrina

(a)

(b)

(c)

 

Fosmet

(a)

(b)

(c)

 

Pirimikarb

(a)

(b)

(c)

 

Pirimifosmetil

(a)

(b)

(c)

 

Prokloraż

(a)

(b)

(c)

 

Proċimidon

(a)

(b)

(c)

 

Profenofos

(a)

(b)

(c)

 

Propamokarb

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-lanġas, fiz-zunnarija, fil-pastard, fil-basal, fil-patata u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2026; fl-għeneb tal-mejda, fil-bettieħ, fil-banana, fil-brunġiel, fil-brokkli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati, l-ispinaċi, il-ħass, it-tadam, fix-xgħir u fuqhom fl-2028.

Proparġit

(a)

(b)

(c)

 

Propikonażol

(a)

(b)

(c)

 

Propiżammid

(a)

(b)

(c)

 

Prokinażid

(a)

(b)

(c)

 

Prosulfokarb

(a)

(b)

(c)

 

Protijokonażol

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fiz-zunnarija, fil-basal, fis-segala u fir-ross ismar u fuqhom fl-2026; fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fit-tadam, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2028.

Pimetrożina

 

(b)

(c)

Ma għandha tiġi analizzata fl-ebda prodott jew fuq l-ebda prodott fl-2026. Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2027; fil-ħass, fil-frawli, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2028.

Piraklostrobin

(a)

(b)

(c)

 

Piretrini

(a)

(b)

(c)

 

Piridaben

(a)

(b)

(c)

 

Piridalil

(a)

(b)

(c)

 

Pirimetanil

(a)

(b)

(c)

 

Piriprossifen

(a)

(b)

(c)

 

Kwinossifen

(a)

(b)

(c)

 

Spinetoram

(a)

(b)

(c)

 

Spinosad

(a)

(b)

(c)

 

Spirodiklofen

(a)

(b)

(c)

 

Spirodiklofen

(a)

(b)

(c)

 

Spiroksamina

(a)

(b)

(c)

 

Spirotetramat

(a)

(b)

(c)

 

Sulfoksaflor

(a)

(b)

(c)

 

Tau-Fluvalinat

(a)

(b)

(c)

 

Tebukonażol

(a)

(b)

(c)

 

Tebufenożid

(a)

(b)

(c)

 

Tebufenpirad

(a)

(b)

(c)

 

Teflubenżuron

(a)

(b)

(c)

 

Teflutrin

(a)

(b)

(c)

 

Terbutilażina

(a)

(b)

(c)

 

Tetrakonażol

(a)

(b)

(c)

 

Tetradifon

(a)

(b)

(c)

 

Tijabendażol

(a)

(b)

(c)

 

Tijakloprid

(a)

(b)

(c)

 

Tijametossam

(a)

(b)

(c)

 

Tijodikarb

(a)

(b)

(c)

 

Tijofanat-metil

(a)

(b)

(c)

 

Tolklofos-metil

(a)

(b)

(c)

 

Trijadimefon

(a)

(b)

(c)

 

Trijadimenol

(a)

(b)

(c)

 

Triażofos

(a)

(b)

(c)

 

Triċiklażol

(a)

 

 

Għandha tiġi analizzata biss fir-ross ismar u fuqu fl-2026.

Trifloksistrobin

(a)

(b)

(c)

 

Triflumiżol

(a)

(b)

(c)

 

Triflumuron

(a)

(b)

(c)

 

▼M1

Katjoni tat-trimetil-sulfonju

(a)

(b)

(c)

L-analiżi għandha ssir biss fil-larinġ, fil-lanġas, fil-pastard, fil-basal, fil-fażola mnixxfa u fir-ross ismar, u fuqhom, fl-2026; fl-għeneb tal-mejda, fil-banana, fil-grejpfrut, fil-brunġiel, fil-faqqiegħ ikkultivat u fil-bżar ħelu, u fuqhom, fl-2027; fit-tuffieħ, fil-frawli, fil-ħawħ, fil-kaboċċi kkapoċċati u fil-ħafur, u fuqhom, fl-2028.

▼B

Trineksapak

(a)

(b)

(c)

Għandha tiġi analizzata biss fil-larinġ u s-segala u fuqhom fl-2026; fil-ħass u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-frawli, fix-xgħir u fil-ħafur u fuqhom fl-2028.

Vinklożolin

(a)

(b)

(c)

 

Żossammid

(a)

(b)

(c)

 

PARTI D

Kombinamenti ta’ residwi ta’ pestiċidi/prodotti li jridu jiġu analizzati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali



 

2026

2027

2028

Kummenti

Aldrin u dieldrin

(f)

(d)

(e)

 

Klorur tal-benżalkonju

(f)

(d)

(e)

 

Bifentrin

(f)

(d)

(e)

 

Klorati

(f)

(d)

(e)

 

Klordan

(f)

(d)

(e)

 

Klormekwat

(f)

(d)

(e)

 

Klorpirifos

(f)

(d)

(e)

 

Klorpirifos-metil

(f)

(d)

(e)

 

Komposti tar-ram

(f)

(d)

(e)

 

Ċipermetrina

(f)

(d)

(e)

 

DDT

(f)

(d)

(e)

 

Deltametrina

(f)

(d)

(e)

 

Diażinon

(f)

(d)

(e)

 

Klorur tad-dideċildimetilammonju

(f)

(d)

(e)

 

Endosulfan

(f)

(d)

(e)

 

Famoksadon

(f)

(d)

(e)

 

Fenvalerat

(f)

(d)

(e)

 

Fipronil

(f)

(d)

(e)

 

Glufosinat-ammonju

(f)

(d)

(e)

 

Glifosat

(f)

(d)

(e)

 

Ettakloru

(f)

(d)

(e)

 

Eżaklorobenżen

(f)

(d)

(e)

 

Eżakloroċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru)

(f)

(d)

(e)

 

Eżakloroċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru)

(f)

(d)

(e)

 

Indoksakarb

 

 

(e)

Għandha tiġi analizzata biss fil-ħalib tal-baqra u fuqu fl-2028.

Lindan

(f)

(d)

(e)

 

Mefentriflukonażol

(f)

(d)

(e)

 

Mepikwat

(f)

(d)

(e)

 

Metossiklor

(f)

(d)

(e)

 

Paratijon

(f)

(d)

(e)

 

Pendimetalina

(f)

(d)

(e)

 

Permetrina

(f)

(d)

(e)

 

Pirimifosmetil

(f)

(d)

(e)

 




ANNESS II

PARTI A

Għadd ta’ kampjuni u teħid ta’ kampjuni ta’ prodotti li joriġinaw mill-biedja organika u ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar

1. 

L-għadd minimu ta’ kampjuni li għandu jittieħed għal kull prodott u jiġi analizzat għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I (għal kull sena għal kull prodott bażiku) għandu jkun kif ġej:



 

 

 

 

 

BE

15

 

LT

12

 

 

 

BG

15

 

LU

12

 

 

 

CZ

15

 

HU

15

 

 

 

DK

12

 

MT

12

 

 

 

DE

106

 

NL

20

 

 

 

EE

12

 

AT

15

 

 

IE

12

 

PL

51

 

 

 

EL

15

 

PT

15

 

 

ES

55

 

RO

22

 

 

 

FR

78

 

SI

12

 

 

 

HR

12

 

SK

12

 

 

 

IT

75

 

FI

12

 

 

 

CY

12

 

SE

15

 

 

 

LV

12

 

UK(NI) (1)

12

 

 

 

GĦADD TOTALI TA’ KAMPJUNI: 683

(1)   

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87) flimkien mal-Anness 2, it-taqsima 24, ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

2. 

Minbarra l-punt 1, kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I, il-Parti C u l-Parti D, dan li ġej:



2026

2027

2028

Ħames kampjuni ta’ formuli tat-trabi u ħames kampjuni ta’ formuli ta’ prosegwiment

10 kampjuni ta’ ikel tat-trabi pproċessat abbażi taċ-ċereali

10 kampjuni ta’ ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta’ prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat abbażi taċ-ċereali

3. 

Kampjuni minn prodotti li joriġinaw mill-biedja organika għandhom, fejn disponibbli, jittieħdu fi proporzjon mas-sehem tas-suq ta’ dawk il-prodotti f’kull Stat Membru b’minimu ta’ 1 u analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I, il-Parti C u l-Parti D.

4. 

Għal ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk humiex qed jiġu rispettati l-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127, fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/125/KE, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Meta jiġu analizzati l-kampjuni tal-prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew kif rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, għandhom jitqiesu l-livelli massimi ta’ residwi stabbiliti fid-Direttiva 2006/125/KE u r-Regolamenti Delegati (UE) 2016/127 u (UE) 2016/128. F’każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta’ tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f’forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott kif jinbiegħ.

PARTI B

Rekwiżiti għall-analiżi

1. L-Istati Membri li jużaw metodi multiresidwi jistgħu jużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv fuq massimu ta’ 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati f’konformità mal-punt 1 tal-Parti A. Meta jintużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv, l-għadd ta’ kampjuni li jifdal għandu jiġi analizzat permezz ta’ metodi multiresidwi kwantitattivi.

Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu mmirat li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

2. Fir-rigward tal-metodi ta’ residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jittrażmettu kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati f’konformità mal-punt 1 tal-Parti A lil-laboratorji uffiċjali li diġà għandhom il-metodi analitiċi vvalidati meħtieġa.

3. Fis-sit web tal-Kummissjoni tinsab ippubblikata gwida bl-isem “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” ( 6 ).



( 1 ) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)) flimkien mal-Anness 2, it-taqsima 24, ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

( 2 ) Il-kodiċijiet tal-prodotti f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

( 3 ) Il-partijiet tal-prodotti mhux ipproċessati li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

( 4 ) Il-kodiċijiet tal-prodotti f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

( 5 ) Il-partijiet tal-prodotti mhux ipproċessati li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

( 6 ) Id-Dokument SANTE/11312/2021 v2.