02024R1309 — MT — 08.05.2024 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1309 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2024 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża tal-implimentazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-gigabits, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits) (ĠU L 1309 8.5.2024, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2024/1309 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ April 2024
dwar miżuri biex tonqos l-ispiża tal-implimentazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-gigabits, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits)
(Test b’rilevanza għaz-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/1972, b’mod partikolari d-definizzjonijiet ta’ “network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi”, “network b’kapaċità għolja ħafna”, “network pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi”, “punt tat-terminazzjoni tan-network”, “faċilitajiet assoċjati”, “utent finali”, “sigurtà tan-networks u tas-servizzi”, “aċċess”, u “operatur”.
Japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
“operatur ta’ network” tfisser:
operatur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2018/1972;
impriża li tipprovdi infrastruttura fiżika maħsuba biex tipprovdi:
servizz tal-produzzjoni, tat-trasport jew tad-distribuzzjoni ta’:
servizzi tat-trasport, inkluż linji ferrovjarji, toroq, inkluż toroq urbani, mini, portijiet u ajruporti;
“korp irregolat bil-liġi pubblika” tfisser korp li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:
huwa stabbilit bl-iskop speċifiku li jissodisfa l-ħtiġijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx karattru industrijali jew kummerċjali;
ikollu personalità ġuridika;
huwa ffinanzjat, għalkollox jew fil-parti l-kbira, mill-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati bil-liġi pubblika jew huwa soġġett għal superviżjoni maniġerjali minn dawk l-awtoritajiet jew korpi; jew ikollu bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-awtoritajiet tal-Istat, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati bil-liġi pubblika;
“korp tas-settur pubbliku” tfisser awtorità tal-Istat, reġjonali jew lokali, korp irregolat bil-liġi pubblika jew assoċjazzjoni maħluqa minn awtorità waħda jew aktar bħal dawn, jew minn korp wieħed jew aktar bħal dawn irregolati bil-liġi pubblika;
“infrastruttura fiżika” tfisser:
kwalunkwe element ta’ network li hu maħsub biex jilqa’ elementi oħra tan-network bla ma jsir element attiv tan-network innifsu, bħal pajpijiet, arbli, tubi, kaxxetti tal-ispezzjoni, tappieri, kaxxi tat-triq, installazzjonijiet tal-antenni, torrijiet u arbli, kif ukoll il-bini inkluż is-soqfa tagħhom jew partijiet mill-faċċati tagħhom jew id-daħliet għall-bini, u kwalunkwe ass ieħor, inkluż għamara tat-toroq, bħal arbli tad-dawl, sinjali tat-triq, dwal tat-traffiku, billboards u strutturi għall-pedaġġ, kif ukoll waqfiet tal-karozzi tal-linja u tat-tramm u stazzjonijiet tal-metro u ferrovjarji;
fejn ma jkunux parti minn network u jkunu proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollati minnhom: bini inkluż is-soqfa tagħhom u partijiet mill-faċċati tagħhom jew id-daħliet għall-bini, u kwalunkwe ass ieħor, inkluż għamara tat-toroq, bħal arbli tad-dawl, sinjali tat-triq, dwal tat-traffiku, billboards u strutturi għall-pedaġġ, kif ukoll waqfiet tal-karozzi tal-linja u tat-tramm u stazzjonijiet tal-metro u ferrovjarji.
Il-kejbils, inkluż il-fibra skura, kif ukoll l-elementi tan-networks użati għall-forniment tal-ilma għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) mhumiex infrastruttura fiżika skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament;
“xogħlijiet ċivili” tfisser l-eżitu ta’ xogħlijiet tal-bini jew tal-inġinerija ċivili meħuda kollha flimkien li minnu innifsu jkun biżżejjed biex titwettaq funzjoni ekonomika jew teknika u li jinvolvi element wieħed jew aktar ta’ infrastruttura fiżika;
“infrastruttura fiżika fil-bini” tfisser infrastruttura fiżika jew installazzjonijiet fiżiċi fil-post tal-utent finali, inkluż elementi b’sjieda konġunta, maħsuba biex tilqa’ networks ta’ aċċess bil-wajer u/jew mingħajru, meta dawn in-networks ta’ aċċess ikunu jifilħu jagħtu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u jqabbdu l-punt ta’ aċċess tal-bini mal-punt ta’ terminazzjoni tan-network;
“wajers tal-fibra fil-bini” tfisser kejbils tal-fibra ottika fil-post tal-utent finali, inkluż elementi bi sjieda konġunta, maħsuba biex iwasslu servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u jgħaqqdu l-punt tal-aċċess tal-bini mal-punt tat-terminazzjoni tan-network;
“infrastruttura fiżika fil-bini lesta għall-fibra” tfisser infrastruttura fiżika fil-bini maħsuba biex tilqa’ elementi tal-fibra ottika;
“xogħlijiet kbar ta’ rinnovazzjoni” tfisser xogħlijiet ċivili fil-post tal-utent finali li jinkludu modifiki strutturali tal-infrastruttura fiżika fil-bini kollha kemm hi jew ta’ parti sinifikanti minnha u li jeħtieġu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, permess tal-bini;
“permess” tfisser deċiżjoni espliċita jew impliċita jew sett ta’ deċiżjonijiet meħuda simultanjament jew suċċessivament minn awtorità kompetenti waħda jew aktar li huma meħtieġa skont il-liġi nazzjonali biex impriża twettaq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ċivili meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ elementi ta’ VHCNs;
“punt ta’ aċċess” tfisser punt fiżiku, li jkun jinsab ġewwa jew barra l-bini, aċċessibbli għall-impriżi li jipprovdu jew li huma awtorizzati biex jipprovdu networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li permezz tiegħu tkun tista’ ssir disponibbli l-konnessjoni mal-infrastruttura fiżika fil-bini lesta għall-fibra;
“drittijiet ta’ aċċess” tfisser id-drittijiet imsemmijin fl-Artikolu 43(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, mogħtija lil operatur biex jinstalla faċilitajiet fuq, minn fuq jew minn taħt proprjetà pubblika jew privata biex jimplimenta VHCNs u faċilitajiet assoċjati.
Artikolu 3
Aċċess għall-infrastruttura fiżika eżistenti
L-operaturi u l-persuni ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet milħuqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu, inkluż il-prezz miftiehem.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu gwida dwar it-termini u l-kundizzjonijiet, inkluż il-prezz, sabiex jiffaċilitaw il-konklużjoni ta’ tali ftehimiet.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-sidien ta’ bini kummerċjali privat, li ma jkunux jappartjenu jew ikkontrollati minn operatur tan-network għandhom jissodisfaw, fuq it-talba bil-miktub ta’ operatur, talbiet raġonevoli għall-aċċess għal dak il-bini, inkluż il-bjut tagħhom, bil-ħsieb li jinstallaw elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, u bi prezz li jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq. Qabel talba bħal din minn dawk li jkunu qed ifittxu aċċess għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-bini jkun jinsab f’żona rurali jew remota kif definit mill-Istati Membri;
ma jkun hemm disponibbli l-ebda VHCN tal-istess tip – fiss jew mobbli – bħal dak li dawk li jkunu qed ifittxu aċċess ikun biħsiebhom jimplimentaw fiż-żona li għaliha ssir it-talba għall-aċċess, u ma jkun hemm l-ebda pjan biex jiġi implimentat tali network skont l-informazzjoni miġbura mill-punt uniku ta’ informazzjoni disponibbli fid-data tat-talba,
ma jkun hemm l-ebda infrastruttura fiżika fiż-żona li għaliha ntalab l-aċċess, li hija proprjetà ta’ operaturi ta’ networks jew korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollata minnhom u li hija teknikament adatta biex tilqa’ elementi ta’ VHCNs.
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw lista ta’ kategoriji ta’ bini kummerċjali li jistgħu jkunu eżentati mill-obbligu li jissodisfaw tali talba għal aċċess, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, difiża, sikurezza u saħħa. Dik il-lista u l-kriterji li għandhom jiġu applikati biex dawk il-kategoriji jiġu identifikati għandhom jiġu ppubblikati permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni.
Meta jiddeterminaw termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inkluż il-prezzijiet, għall-għoti tal-aċċess, u sabiex jevitaw prezzijiet eċċessivi, l-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha għandhom, fejn rilevanti, iqisu mill-inqas dawn li ġejjin:
kuntratti u termini u kundizzjonijiet kummerċjali eżistenti miftiehma bejn operaturi li jfittxu aċċess u operaturi ta’ networks jew korpi tas-settur pubbliku li jagħtu aċċess għal infrastruttura fiżika;
il-ħtieġa li jkun żgurat li l-fornitur tal-aċċess ikollu opportunità ġusta biex jirkupra l-ispejjeż li jġarrab biex jipprovdi aċċess għall-infrastruttura fiżika tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, il-mudelli tan-negozju, u kwalunkwe struttura tariffarja stabbilita biex tingħata opportunità ġusta għall-irkupru tal-ispejjeż; fil-każ tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandu jitqies ukoll kull rimedju impost minn awtorità regolatorja nazzjonali;
kwalunkwe spiża addizzjonali ta’ manutenzjoni u adattament li jirriżulta mill-għoti ta’ aċċess għall-infrastruttura fiżika rilevanti;
l-impatt tal-aċċess mitlub fuq il-pjan tan-negozju tal-fornitur tal-aċċess, inkluż l-investimenti fl-infrastruttura fiżika li għaliha jkun intalab l-aċċess;
fil-każ speċifiku ta’ aċċess għall-infrastruttura fiżika tal-operaturi, kwalunkwe gwida rilevanti skont il-paragrafu 13, u b’mod partikolari:
il-vijabbiltà ekonomika ta’ dawk l-investimenti fuq il-bażi tal-profil ta’ riskju tagħhom;
il-ħtieġa għal redditu ġust fuq l-investiment u għal kwalunkwe skeda ta’ żmien għal tali redditu fuq l-investiment;
kwalunkwe impatt tal-aċċess fuq il-kompetizzjoni downstream u konsegwentement fuq il-prezzijiet u r-redditu fuq l-investiment;
kwalunkwe deprezzament tal-assi tan-network fil-mument tat-talba għal aċċess;
kwalunkwe argument għall-vijabbiltà li jirfed l-investiment fil-mument li jkun sar, b’mod partikolari investiment fl-infrastruttura fiżika użata għall-forniment tal-konnettività; u
kwalunkwe possibbiltà offruta preċedentement lil dawk li jkunu qed ifittxu aċċess biex jikkoinvestu fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura fiżika, b’mod partikolari skont l-Artikolu 76 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, jew jimplimentawha b’mod konġunt;
meta titqies il-ħtieġa tal-operaturi għal redditu ġust fuq l-investiment li jirrifletti l-kundizzjonijiet rilevanti tas-suq, il-mudelli kummerċjali differenti tagħhom, b’mod partikolari fil-każ ta’ impriżi li primarjament jipprovdu faċilitajiet assoċjati u joffru aċċess fiżiku għal aktar minn impriża waħda li tipprovdi, jew li hija awtorizzata li tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
L-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal infrastruttura fiżika speċifika fuq il-bażi ta’ waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
l-infrastruttura fiżika li għaliha jkun intalab l-aċċess ma tkunx teknikament xierqa biex tospita xi wieħed mill-elementi tal-VHCN imsemmija fil-paragrafu 1;
ikun hemm nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ spazju biex jintlaqgħu l-elementi tal-VHCNs jew tal-faċilitajiet assoċjati msemmijin fil-paragrafu 1, inkluż wara li tkun tqieset il-ħtieġa futura għal spazju tal-fornitur tal-aċċess li tkun intweriet b’mod suffiċjenti, pereżempju b’referenza għall-pjanijiet ta’ investimenti disponibbli pubblikament jew għal perċentwal applikat konsistentement għall-kapaċità riżervata għall-ħtiġijiet futuri, imqabbla mal-kapaċità kollha tal-infrastruttura fiżika;
l-eżistenza ta’ raġunijiet ġustifikati rigward is-sikurezza, is-sigurtà nazzjonali u s-saħħa pubblika;
l-eżistenza ta’ raġunijiet ġustifikati kif xieraq rigward l-integrità u s-sigurtà ta’ kwalunkwe network, b’mod partikolari l-infrastruttura kritika nazzjonali;
l-eżistenza ta’ riskju ġustifikat kif xieraq ta’ interferenzi serji tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ppjanati bil-forniment ta’ servizzi oħra fuq l-istess infrastruttura fiżika;
id-disponibbiltà ta’ mezzi alternattivi vijabbli ta’ aċċess fiżiku passiv bl-ingrossa għan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, xierqa għall-forniment ta’ VHCNs, u offruti b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, li jiġu pprovduti mill-istess operatur ta’ network jew, fil-każ speċifiku ta’ żoni rurali jew remoti fejn network jitħaddem fuq bażi bl-ingrossa biss u jkun proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollat minnhom, li jiġu pprovduti mill-operatur ta’ tali network.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-operaturi ta’ networks u l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha jistgħu jirrifjutaw l-aċċess għal infrastruttura fiżika speċifika meta jkun hemm mezzi alternattivi vijabbli ta’ aċċess attiv bl-ingrossa miftuħ u nondiskriminatorju għal VHCNs, li huma pprovduti mill-istess operatur ta’ network jew mill-istess korp pubbliku, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
tali mezzi alternattivi ta’ aċċess bl-ingrossa jiġu offruti b’termini u kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, inkluż il-prezz;
il-proġett ta’ implimentazzjoni tal-operatur rikjedenti jindirizza l-istess żona ta’ kopertura u ma jkun hemm ebda network ieħor tal-fibra li jservi ż-żona ta’ kopertura li jikkonnettja l-bini tal-utent finali.
Dan il-paragrafu għandu japplika biss għal dawk l-Istati Membri fejn tali possibbiltà għal rifjut jew possibbiltà ekwivalenti għal rifjut tiġi applikata fil-11 ta’ Mejju 2024, f’konformità mal-liġi nazzjonali li tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 4
Trasparenza tal-infrastruttura fiżika
Biex ikun jista’ jitlob aċċess għall-infrastruttura fiżika f’konformità mal-Artikolu 3, operatur għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess, meta jitolbu, għall-informazzjoni minima li ġejja dwar l-infrastruttura fiżika eżistenti, b’format elettroniku permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni:
il-post u r-rotta ġeoreferenzjati;
it-tip u l-użu attwali tal-infrastruttura;
punt tal-kuntatt.
Din l-informazzjoni minima għandha tkun aċċessibbli, skont termini proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti u, fi kwalunkwe każ, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara d-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-aċċess għall-informazzjoni. F’każijiet ġustifikati kif xieraq, dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża b’ħamest ijiem tax-xogħol. L-operaturi li jitolbu aċċess għandhom jiġu infurmati bi kwalunkwe estensjoni tal-iskadenza permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni.
Kull operatur li jitlob aċċess għall-informazzjoni skont dan l-Artikolu għandu jispeċifika ż-żona ġeografika fejn ikun biħsiebu jimplimenta l-elementi ta’ VHCNs jew il-faċilitajiet assoċjati.
L-aċċess għall-informazzjoni minima jista’ jkun limitat jew irrifjutat dment li jkun meħtieġ biex jiġu żgurati s-sigurtà ta’ ċertu bini li jkunu proprjetà ta’ korpi tas-settur pubbliku jew ikkontrollati minnhom, is-sigurtà tan-networks u l-integrità tagħhom, is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà tal-infrastruttura nazzjonali kritika, is-saħħa jew is-sikurezza pubblika, jew minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità jew sigrieti kummerċjali u operattivi.
Il-paragrafi 1, 3 u 5 ma għandhomx japplikaw fejn:
l-infrastruttura fiżika mhix adattata teknikament għall-implimentazzjoni ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati”;
l-obbligu li tingħata informazzjoni dwar ċerti tipi eżistenti ta’ infrastruttura fiżika skont il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ikun sproporzjonat, abbażi ta’analiżi tal-ispiżabenefiċċji mwettqa mill-Istati Membri u ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati; jew
l-infrastruttura fiżika ma tkunx soġġetta għal obbligi tal-aċċess f’konformità mal-Artikolu 3(10).
Il-ġustifikazzjoni, il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ kull eċċezzjoni bħal din għandhom jiġu ppubblikati permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni u nnotifikati lill-Kummissjoni.
Artikolu 5
Koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili
It-talbiet għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili għandhom jiġu ssodisfati, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili ma tkunx ser tinvolvi spejjeż addizzjonali li ma jistgħux jiġu rkuprati, inkluż dawk ikkawżati minn dewmien addizzjonali, għall-operatur tan-network jew il-korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha li inizjalment ippreveda x-xogħlijiet ċivili inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-partijiet ikkonċernati jaqblu dwar it-tqassim tal-ispejjeż;
l-operatur tan-network jew il-korp tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha li inizjalment ippreveda x-xogħlijiet ċivili jibqa’ jkollu kontroll tal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet;
it-talba tiġi sottomessa mill-aktar fis possibbli u, meta jkun meħtieġ permess għax-xogħlijiet ċivili, fi żmien mill-inqas xahar qabel is-sottomissjoni tal-proġett finali lill-awtoritajiet kompetenti tal-għoti tal-permessi.
Talba għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili magħmula minn impriża li tipprovdi, jew li hi awtorizzata li tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lil impriża li tipprovdi jew li hi awtorizzata li tipprovdi networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tista’ titqies mhux raġonevoli meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
it-talba tikkonċerna żona li kienet soġġetta għal xi waħda minn dawn:
previżjoni tal-ilħuq minn networks tal-broadband, inkluż minn VHCNs skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972;
stedina biex tiġi ddikjarata l-intenzjoni li jiġi implimentat VHCNs skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva (UE) 2018/1972;
konsultazzjoni pubblika għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat;
l-impriża rikjedenti naqset milli tesprimi l-intenzjoni tagħha li timplimenta VHCNs fiż-żona msemmija fil-punt (a) f’xi waħda mill-aktar proċeduri reċenti minn dawk elenkati f’dak il-punt li jkopru l-perjodu li matulu ssir it-talba għal koordinazzjoni.
Jekk talba għal koordinazzjoni titqies mhux raġonevoli abbażi tal-ewwel subparagrafu, l-impriża li tipprovdi, jew li hi awtorizzata tipprovdi, networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li tkun irrifjutat il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili għandha timplimenta infrastruttura fiżika b’kapaċità biżżejjed biex takkomoda l-ħtiġijiet raġonevoli futuri possibbli tal-aċċess tal-partijiet terzi.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi ta’ networks ma għandhomx japplikaw il-paragrafi 2 u 4 għat-tipi ta’ xogħlijiet ċivili relatati mal-infrastruttura kritika nazzjonali jew għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali identifikati mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Il-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi tan-networks jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 u 4 għat-tipi ta’ xogħlijiet li huma identifikati mill-Istati Membri bħala b’ambitu limitat skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Sat-12 ta’ Novembru 2025, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, il-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim u korpi jew aġenziji kompetenti oħra tal-Unjoni fis-setturi rilevanti kif xieraq, u wara li jittieħed kont tal-prinċipji stabbiliti sew u s-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ kull Stat Membru, il-BEREC għandu, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jipprovdi linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari dwar:
it-tqassim tal-ispejjeż assoċjati mal-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1;
il-kriterji li l-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim jenħtieġ li jsegwu meta jsolvu tilwim li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu; u
il-kriterji biex tiġi żgurata kapaċità suffiċjenti biex jiġu akkomodati ħtiġijiet raġonevoli prevedibbli fil-futur jekk il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili tiġi rrifjutata skont il-paragrafu 4.
Artikolu 6
Trasparenza fix-xogħlijiet ċivili ppjanati
Biex ikun jista’ jsir in-negozjar ta’ ftehimiet dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili msemmija fl-Artikolu 5, kwalunkwe operatur ta’ networks u korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha għandu jagħmel disponibbli b’format elettroniku permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni l-informazzjoni minima li ġejja:
il-post ġeoreferenzjat u t-tip ta’ xogħlijiet;
l-elementi tal-infrastruttura fiżika involuta;
id-data stmata għall-bidu tax-xogħlijiet u d-durata tagħhom;
id-data stmata għas-sottomissjoni tal-proġett finali lill-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tal-permessi, meta applikabbli;
punt tal-kuntatt.
L-operatur tan-network u l-korp tas-settur pubbliku li huwa s-sid ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollaha għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għax-xogħlijiet ċivili ppjanati relatati mal-infrastruttura fiżika tagħhom, hija korretta, u aġġornata u disponibbli fil-pront, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni uniku, malli l-informazzjoni tkun disponibbli għall-operatur tan-network għax-xogħlijiet ċivili tiegħu previsti għas-sitt xhur ta’ wara u, fi kwalunkwe każ u fejn ikun previst permess, mhux aktar tard minn xahrejn qabel l-ewwel sottomissjoni tal-applikazzjoni għal permess lill-awtoritajiet kompetenti.
L-operaturi għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw l-informazzjoni minima msemmija fl-ewwel subparagrafu f’format elettroniku, fuq talba ġustifikata, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, li jispeċifika ż-żona li fiha l-operatur rikjedenti jipprevedi li jimplimenta elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba għall-aċċess għall-informazzjoni, l-informazzjoni mitluba għandha ssir disponibbli b’termini proporzjonati, nondiskriminatorji u trasparenti. F’każijiet ġustifikati kif xieraq, dik l-iskadenza tista’ tiġi estiża darba b’ħamest ijiem tax-xogħol. L-aċċess għall-informazzjoni minima jista’ jkun limitat jew irrifjutat biss meta meħtieġ biex jiġu żgurati s-sigurtà tan-networks u l-integrità tagħhom, is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà tal-infrastruttura kritika, is-saħħa jew is-sikurezza pubblika, jew minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità jew sigrieti kummerċjali u operattivi.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi tan-networks ma għandhomx japplikaw il-paragrafu 1 għat-tipi ta’ xogħlijiet ċivili relatati mal-infrastruttura kritika nazzjonali jew għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali identifikati mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Il-korpi tas-settur pubbliku li huma s-sidien ta’ infrastruttura fiżika jew jikkontrollawha u l-operaturi tan-networks jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 għall-informazzjoni dwar tipi ta’ xogħlijiet ċivili b’ambitu limitat u lanqas għar-raġunijiet ta’ emerġenza identifikati mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 7
Proċeduri tal-għoti tal-permessi u d-drittijiet ta’ aċċess
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-kompletezza tal-applikazzjoni għall-permessi jew għad-drittijiet ta’ aċċess fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-applikazzjoni.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistiednu lill-applikant jipprovdi kwalunkwe informazzjoni nieqsa matul dak il-perjodu. Id-determinazzjoni mill-awtorità kompetenti li l-applikazzjoni għal permess hija kompluta ma għandhiex tirriżulta f’xi sospensjoni jew interruzzjoni tal-perjodu globali ta’ erba’ xhur għall-eżami tal-applikazzjoni għall-permess, li jibda mid-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta.
L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal skadenzi jew obbligi speċifiċi oħra stabbiliti għat-twettiq xieraq tal-proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-għoti tal-permessi, inkluż il-proċedimenti tal-appell, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali li tosserva l-liġi tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għar-regoli li jagħtu lill-applikant drittijiet addizzjonali jew li jkollhom l-għan li jiżguraw li l-permessi jingħataw malajr kemm jista’ jkun.
L-Istati Membri għandhom jistipulaw u jippubblikaw, bil-quddiem, permezz ta’ punt uniku tal-informazzjoni, ir-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tista’, f’każijiet eċċezzjonali u sostanzjati kif xieraq, filwaqt li taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, testendi l-iskadenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u fil-paragrafu 6.
Kull estensjoni għandha tkun l-iqsar possibbli u ma għandhiex taqbeż l-erba’ xhur, għajr meta din tkun meħtieġa biex jiġu ssodisfati skadenzi jew obbligi speċifiċi oħra stabbiliti għat-twettiq xieraq tal-proċedura li jkunu applikabbli għall-proċedura tal-għoti tal-permessi, inkluż il-proċedimenti tal-appell, skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li tosserva l-liġi tal-Unjoni.
Ma għandhiex tintalab estensjoni sabiex tinkiseb informazzjoni nieqsa li l-awtorità kompetenti tkun naqset milli titlob mill-applikant skont it-tieni subparagrafu.
Kull rifjut ta’ permess jew dritt ta’ aċċess għandu jiġi ssostanzjat kif xieraq abbażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati.
Artikolu 8
Nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess
L-ewwel subparagrafu għandu japplika dment li l-proċedura tal-għoti tal-permessi ma tikkonċernax id-drittijiet ta’ aċċess. Fuq talba, l-operatur jew kwalunkwe parti affettwata għandha tkun intitolata li tirċievi konferma bil-miktub mill-awtorità kompetenti li, fejn applikabbli, il-permess ikun ingħata b’mod impliċitu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe parti terza affettwata jkollha d-dritt li tintervjeni fil-proċedura amministrattiva u li tikkontesta d-deċiżjoni li tagħti l-permess.
L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn ikun disponibbli mill-inqas wieħed mir-rimedji li ġejjin għall-proċedura rilevanti tal-għoti tal-permessi:
l-operatur li ġarrab dannu bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti mal-iskadenza applikabbli stipulata f’konformità mal-Artikolu 7(5) ikun intitolat li jitlob kumpens għad-dannu, f’konformità mal-liġi nazzjonali;
l-operatur jista’ jirreferi l-każ lil qorti jew lil awtorità superviżorja.
Artikoli 9
Eżenzjonijiet mill-proċeduri tal-għoti tal-permessi
Ix-xogħlijiet ċivili li jikkonsistu f’xi waħda minn dawn li ġejjin ma għandhom ikunu soġġetti għal ebda proċedura tal-għoti tal-permessi skont it-tifsira tal-Artikolu 7, sakemm tali permess ma jkunx meħtieġ f’konformità ma’ atti legali oħra tal-Unjoni:
xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni b’ambitu limitat, bħal fir-rigward ta’ valur, daqs, impatt u durata;
aġġornamenti tekniċi limitati ta’ xogħlijiet jew installazzjonijiet eżistenti, b’impatt limitat;
xogħlijiet ċivili fuq skala żgħira li huma b’ambitu limitat, bħal fir-rigward ta’ valur, daqs, impatt jew durata meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ VHCNs.
B’deroga mill-paragrafu 1 u soġġett għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu permessi għall-introduzzjoni ta’ elementi ta’ VHCNs jew faċilitajiet assoċjati fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
għal infrastruttura fiżika jew ċerti kategoriji ta’ infrastruttura fiżika protetta għal raġunijiet ta’ valur arkitettoniku, storiku, reliġjuż jew ambjentali, jew protetti mod ieħor f’konformità mal-liġi nazzjonali; jew
fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, difiża, sikurezza, ambjent jew saħħa pubblika, jew biex tiġi protetta s-sigurtà tal-infrastruttura kritika.
Din in-notifika ma għandhiex tinvolvi aktar minn dikjarazzjoni mill-operatur tal-intenzjoni tiegħu li jibda x-xogħlijiet ċivili u s-sottomissjoni tal-informazzjoni minima li hija meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk dawk ix-xogħlijiet humiex koperti mid-deroga stipulata fil-paragrafu 3. Dik l-informazzjoni minima għandha tinkludi mill-inqas id-data meta x-xogħlijiet ċivili huma mistennija li jibdew, id-durata tagħhom, id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli għat-twettiq tax-xogħlijiet u ż-żona kkonċernata mix-xogħlijiet.
Artikolu 10
Infrastruttura fiżika u wajers tal-fibra fil-bini
Sat-12 ta’ Novembru 2025, l-Istati Membri għandhom, f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati u abbażi tal-aħjar prattiki tal-industrija, jadottaw l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3. Dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jippermettu faċilment attivitajiet ta’ manutenzjoni ordinarji għall-wajers tal-fibra individwali li jintużaw minn kull operatur biex jipprovdi servizzi tal-VHCN u għandhom jistabbilixxu mill-inqas:
l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt ta’ aċċess għall-bini u l-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċa tal-fibra;
l-ispeċifikazzjonijiet tal-kejbil;
l-ispeċifikazzjonijiet tas-sokit;
l-ispeċifikazzjonijiet għall-conduits jew il-mikrokanali;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex tiġi evitata interferenza mal-kejbils elettriċi;
ir-raġġ minimu tal-liwja;
speċifikazzjonijiet tekniċi għall-installazzjoni tal-kejbils.
Artikolu 11
Aċċess għall-infrastruttura fiżika fil-bini
Artikolu 12
Diġitalizzazzjoni tal-punti ta’ informazzjoni uniċi
Artikolu 13
Soluzzjoni tat-tilwim
Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li każ jiġi riferut quddiem qorti, kull parti għandha tkun intitolata li tirreferi tilwima li tista’ tinqala’ quddiem il-korp nazzjonali kompetenti għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilit skont l-Artikolu 14:
meta l-aċċess għall-infrastruttura eżistenti jiġi rrifjutat jew ma jkunx intlaħaq qbil dwar it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż il-prezz, fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba għall-aċċess skont l-Artikolu 3;
b’rabta mad-drittijiet u l-obbligi stipulati fl-Artikoli 4 u 6, inkluż meta l-informazzjoni mitluba ma tiġix ipprovduta sal-iskadenzi applikabbli;
meta ma jkunx intlaħaq qbil dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili skont l-Artikolu 5(2) fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba formali għall-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili; jew
meta ma jkunx intlaħaq qbil dwar l-aċċess għall-infrastruttura fiżika fil-bini msemmi fl-Artikolu 11(2) jew (3) fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba formali tal-aċċess.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fil-każ tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (d), meta l-entità li mingħandha l-operatur talab aċċess tkun fl-istess ħin l-entità intitolata li tagħti d-dritt ta’ aċċess lill-proprjetà li fuqha, li fiha jew taħtha jinsab is-suġġett tat-talba għall-aċċess, il-korp nazzjonali kompetenti għas-soluzzjoni tat-tilwim jista’ wkoll isolvi t-tilwima rigward id-dritt ta’ passaġġ.
Filwaqt li jqis bis-sħiħ il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipji stabbiliti fil-gwida rilevanti tal-Kummissjoni jew il-linji gwida tal-BEREC, il-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu joħroġ deċiżjoni vinkolanti biex isolvi t-tilwima:
fi żmien erba’ xhur mid-data tal-wasla tat-talba tas-soluzzjoni tat-tilwim, fir-rigward tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a).
fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba tas-soluzzjoni tat-tilwim, fir-rigward tat-tilwim imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c) u (d).
Dawk l-iskadenzi jistgħu jiġu estiżi biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq.
Meta t-tilwima tkun relatata mal-aċċess għall-infrastruttura ta’ operatur u l-korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim ikun l-awtorità regolatorja nazzjonali, għandhom jitqiesu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, meta xieraq.
Artikolu 14
Korpi kompetenti
Il-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv, u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn xi korp ieħor meta jiddeċiedu dwar it-tilwim sottomess lilhom. Dan ma għandux jipprevjeni superviżjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali. Il-korpi tal-appell kompetenti biss għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew ibiddlu d-deċiżjonijiet tal-korpi nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim.
Id-dritt għal appell f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jressqu t-tilwima quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti.
Artikolu 15
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u ta’ xi deċiżjoni vinkolanti adottata skont dan ir-Regolament mill-korpi kompetenti msemmija fl-Artikolu 14 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu xierqa, effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 16
Rapport u monitoraġġ
Ir-rapport għandu jinkludi żviluppi relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandhom impatt potenzjali fuq il-progress lejn l-implimentazzjoni rapida u estensiva tal-VHCN, f’żoni rurali, insulari u remoti, bħall-gżejjer u r-reġjuni muntanjużi u b’popolazzjoni baxxa, kif ukoll fuq l-evoluzzjoni tas-suq għall-infrastruttura ta’ torrijiet, u l-adozzjoni ta’ diversi soluzzjonijiet ta’ backhauling inkluż backhauling bis-satellita fil-konnettività diġitali ta’ veloċità għolja.
Artikolu 17
Emendi għar-Regolament (UE) 2015/2120
Ir-Regolament (UE) 2015/2120 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
‘servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri’ tfisser servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 );
‘komunikazzjonijiet domestiċi’ tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġina fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u li jittermina fi kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni, tal-istess Stat Membru;
‘komunikazzjonijiet intra-UE’ tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġina fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u li jittermina fi kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.
fl-Artikolu 5a, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 għandha tinkludi:
l-evoluzzjoni tal-ispejjeż bl-ingrossa relatati mal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE;
l-evoluzzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u x-xejra tal-prezzijiet bl-imnut tal-komunikazzjonijiet intra-UE fl-Istati Membri differenti;
l-evoluzzjoni tal-preferenzi tal-konsumaturi u l-għażla ta’ offerti speċjali u pakketti mhux imposti fuq il-bażi tal-konsum reali tal-komunikazzjonijiet intra-UE;
l-impatt possibbli fuq is-swieq nazzjonali għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u b’mod partikolari fuq il-prezzijiet bl-imnut imposti fuq il-konsumaturi b’mod ġenerali, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE, u l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq id-dħul għall-fornituri u, jekk possibbli, il-kapaċità ta’ investiment tal-fornituri, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-introduzzjoni futura ta’ networks f’konformità mal-miri għall-konnettività stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 fejn l-imposti addizzjonali għall-komunikazzjonijiet intra-UE ma jkunux diġà ġew applikati;
il-firxa tal-użu, id-disponibbiltà u l-kompetittività tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jew kwalunkwe alternattiva għall-komunikazzjonijiet intra-UE;
l-evoluzzjoni tal-pjanijiet tariffarji fir-rigward tal-komunikazzjonijiet intra-UE, u b’mod partikolari, il-punt sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 8 pproduċiet riżultati fid-direzzjoni tal-eliminazzjoni tad-differenzi fil-prezzijiet bl-imnut għall-konsumaturi bejn komunikazzjonijiet domestiċi u dawk intra-UE.
jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 5b
Proċedura ta’ kumitat
fl-Artikolu 10(5), id-data “14 ta’ Mejju 2024” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2032.”.
Artikolu 18
Tħassir
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/61/UE japplikaw minn data aktar tard, id-dispożizzjonijiet korrispondenti li ġejjin ta’ dik id-Direttiva għandhom jibqgħu fis-seħħ sa dik l-istess data, kif stipulat hawn taħt:
L-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 4(4), l-ewwel sentenza, l-Artikolu 6(1), (2), (3) u (5) u l-Artikolu 7(1) u (2), ta’ dik id-Direttiva għandhom jibqgħu fis-seħħ sat-12 ta’ Mejju 2026;
L-Artikolu 8(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva għandu jibqa’ fis-seħħ sat-12 ta’ Frar 2026.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:
l-Artikolu 5(6) u l-Artikolu 11(6) għandhom japplikaw mill-11 ta’ Mejju 2024;
l-Artikolu 17 għandu japplika mill-15 ta’ Mejju 2024.
l-Artikolu 10(1), (2) u (3) għandu japplika mit-12 ta’ Frar 2026;
l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(2) u (3) u l-Artikolu 12(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mit-12 ta’ Mejju 2026;
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Direttiva 2014/61/UE |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) |
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(3) |
|
Artikolu 1(4) |
Artikolu 1(2) |
|
— |
Artikolu 1(4) |
|
— |
Artikolu 1(5) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(11) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(1) |
|
— |
Artikolu 3(2) |
|
— |
Artikolu 3(3) |
|
— |
Artikolu 3(4) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(5) |
|
— |
Artikolu 3(6) |
|
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(7) |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 13(1)(a) |
|
Artikolu 3(5) |
Artikolu 13(2) Artikolu 13(3) Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 3(8) |
|
— |
Artikolu 3(9) |
|
— |
Artikolu 3(10) |
|
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3(12) |
|
— |
Artikolu 3(13) |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(3) |
|
— |
Artikolu 4(2) |
|
–Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1) Artikolu 4(3) |
|
Artikolu 4(4) l-ewwel sentenza |
Artikolu 4(3) |
|
— |
Artikolu 4(4) |
|
Artikolu 4(4) it-tieni u t-tielet sentenza |
Artikolu 4(1), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 4(5) |
Artikolu 4(5) |
|
Artikolu 4(6) |
Artikolu 13(1)(b) Artikolu 13(2)(b) |
|
Artikolu 4(7) |
Artikolu 4(6) Artikolu 4(7) |
|
Artikolu 4(8) |
Artikolu 4(8) |
|
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(2) |
|
— |
Artikolu 5(3) |
|
— |
Artikolu 5(4) |
|
Artikolu 5(3) |
Artikolu 13(1)(c) |
|
Artikolu 5(4) |
Artikolu 13(2)(b) Artikolu 13(3) |
|
Artikolu 5(5) |
Artikolu 5(5) |
|
— |
Artikolu 5(6) |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 6(2) |
— |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 6(4) |
Artikolu 13(1)(b), Artikolu 13(2)(b), |
|
Artikolu 6(5) |
Artikolu 6(2) |
|
— |
Artikolu 7(1) |
|
Artikolu 7(1) |
Artikolu 7(2) |
|
Artikolu 7(2) |
Artikolu 7(3) |
|
— |
Artikolu 7(4) |
|
Artikolu 7(3) |
Artikolu 7(5) |
|
— |
Artikolu 7(6) Artikolu 7(7) Artikolu 7(8) Artikolu 7(9) Artikolu 7(10) Artikolu 7(11) Artikolu 7(12) |
|
Artikolu 7(4) |
— |
|
— |
Artikolu 8 |
|
— |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 10(1) |
|
Artikolu 8(2) |
Artikolu 10(2) |
|
Artikolu 8(3) |
Artikolu 10(6) |
|
Artikolu 8(4) |
Artikolu 10(7) Artikolu 10(8) |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 11(1) |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 11(2) |
|
Artikolu 9(3) |
Artikolu 11(3) Artikolu 13(1)(d) Artikolu 13(2) |
|
Artikolu 9(4) |
Artikolu 11(3) |
|
Artikolu 9(5) |
Artikolu 11(4) |
|
Artikolu 9(6) |
Artikolu 11(5) |
|
— |
Artikolu 11(6) |
|
— |
Artikolu 12 |
|
— |
Artikolu 13(1) it-tieni subparagrafu |
|
— |
Artikolu 13(4) l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 13(5) |
|
Artikolu 10(1) |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 10(2) |
Artikolu 14(2) u Artikolu 14(3) |
|
Artikolu 10(3) |
Artikolu 14(4) |
|
Artikolu 10(4) |
Artikolu 14(5) |
|
— |
Artikolu 14(6) |
|
— |
Artikolu 14(7) |
|
Artikolu 10(5) |
Artikolu 14(9) |
|
Artikolu 10(6) |
Artikolu 14(10) |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 16(1) |
|
— |
Artikolu 16(2) |
|
— |
Artikolu 17 |
|
— |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 13 |
— |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 15 |
— |
( ) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
( *1 ) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).”;