02023R2053 — MT — 08.04.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2023/2053 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Settembru 2023

li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627

(ĠU L 238 27.9.2023, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2024/897 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-13 ta’ Marzu 2024

  L 897

1

19.3.2024




▼B

REGOLAMENT (UE) 2023/2053 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Settembru 2023

li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali għall-implimentazzjoni uniformi u effettiva mill-Unjoni tal-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn (Thunnus thynnus) fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, kif adottat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“l-ICCAT”).

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika:

(a) 

għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għall-bastimenti tal-Unjoni li jintużaw għas-sajd rikreattiv:

(i) 

li jaqbdu t-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni; kif ukoll

(ii) 

li jittrażbordaw jew ikollhom abbord, inkluż ’l barra miż-Żona tal-Konvenzjoni, tonn maqbud fiż-Żona tal-Konvenzjoni;

(b) 

għall-farms tal-ħut tal-Unjoni;

(c) 

għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u għall-bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jintużaw għas-sajd rikreattiv li jistadu fl-ibħra tal-Unjoni u li jaqbdu t-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni;

(d) 

għall-bastimenti ta’ pajjiżi terzi li jiġu spezzjonati fil-portijiet tal-Istati Membri u li jkollhom abbord tonn maqbud fiż-Żona tal-Konvenzjoni jew prodotti tas-sajd li joriġinaw mit-tonn maqbud fl-ibħra tal-Unjoni li ma jkunux inħattu l-art jew ġew ittrażbordati fil-portijiet qabel.

Artikolu 3

Objettiv

L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi implimentat il-pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn, kif adottat mill-ICCAT, li għandu l-għan li jżomm bijomassa tat-tonn f’livell li jkun ’il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.

Artikolu 4

Relazzjoni ma’ attioħrajn tal-Unjoni

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għal atti oħrajn tal-Unjoni li jirregolaw is-settur tas-sajd, b’mod partikulari:

(1) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009;

(2) 

ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

(3) 

ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(4) 

ir-Regolament (UE) 2017/2107;

(5) 

Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

▼M1

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“ICCAT” tfisser il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku;

(2) 

“SCRS” tfisser il-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT;

(3) 

“il-Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku;

(4) 

“Żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona ġeografika kif sipulata fl-Artikolu I tal-Konvenzjoni;

(5) 

“PKK” tfisser Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni u parti, entità jew entità tas-sajd mhux kontraenti li tikkoopera magħha;

(6) 

“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li tkun qed twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet marbutin ma’ kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(7) 

“Stat Membru tal-farm tal-ħut” jew “Stat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut” tfisser l-Istat Membru li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jinsab il-farm tal-ħut;

(8) 

“Stat Membru tal-bandiera” tfisser l-Istat Membru li l-bastiment tas-sajd qed itajjar il-bandiera tiegħu;

(9) 

“Stat Membru tat-tunnara” jew “Stat Membru responsabbli għat-tunnara” tfisser l-Istati Membri li taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom tinsab in-nassa;

(10) 

“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment bil-mutur użat għall-finijiet tal-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn, inkluż il-bastimenti tal-qbid, il-bastimenti tal-ipproċessar, il-bastimenti ta’ appoġġ, il-bastimenti tal-irmunkar, il-bastimenti involuti fit-trażbord, il-bastimenti tat-trasport mgħammra b’tagħmir għat-trasport tal-prodotti tat-tonn u l-bastimenti awżiljarji, minbarra l-bastimenti għat-trasport tal-kontejners;

(11) 

“bastiment tal-qbid” tfisser bastiment li jintuża għall-finijiet tal-qbid kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn;

(12) 

“bastiment tal-irmunkar” tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża biex jirmonka l-ġaġeġ tat-tonn ħaj;

(13) 

“bastiment għall-ipproċessar” tfisser bastiment li fuqu l-prodotti tas-sajd issirilhom waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin qabel ma jiġu ppakkjati: iffilettjar jew tfettit, iffriżar u/jew ipproċessar;

(14) 

“bastiment ta’ appoġġ” tfisser kwalunkwe bastiment tas-sajd, minbarra bastiment tal-qbid, bastiment għall-ipproċessar, bastiment tal-irmunkar, bastiment involut fit-trażbord, bastiment tat-trasport mgħammar għat-trasport ta’ prodotti tat-tonn jew bastiment awżiljarju, awtorizzat biex jopera fis-sajd għat-tonn biex iwettaq kompiti ta’ appoġġ;

(15) 

“bastiment awżiljarju” tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża għat-trasport tat-tonn mejjet (mhux ipproċessat) minn ġo gaġġa tat-trasport jew tat-trobbija tal-ħut, minn bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew tunnara għal port magħżul jew għal bastiment tal-ipproċessar;

(16) 

“bastiment kostali fuq skala żgħira” tfisser bastiment tal-qbid li jkollu tal-inqas tliet karatteristiċi mill-ħamsa li ġejjin:

(a) 

tul totali ta’ inqas minn 12-il metru;

(b) 

il-bastiment jistad biss fl-ibħra li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tal-bandiera;

(c) 

id-durata tal-vjaġġi tas-sajd tiegħu tkun ta’ inqas minn 24 siegħa;

(d) 

l-għadd massimu ta’ erba’ persuni bħala membri tal-ekwipaġġ;

(e) 

il-bastiment jistad billi juża tekniki li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas;

(17) 

“bastiment kbir tas-sajd pelaġiku bil-konz” tfisser bastiment tas-sajd pelaġiku bil-konz li jkun fih tul ta’ iżjed minn 24 metru;

(18) 

“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet ta’ sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

(19) 

“tartarun tal-borża” tfisser kwalunkwe xibka tat-tidwir li l-parti ta’ taħt tagħha tingħaqad permezz ta’ vajjina li tkun fil-qiegħ nett tax-xibka, li tgħaddi minn sensiela ta’ ħoloq imqabbda mal-ħabel ta’ taħt, li tippermetti x-xibka tinġieb lura u tingħalaq;

(20) 

“operazzjoni konġunta tas-sajd” tfisser kwalunkwe attività li ssir bejn żewġ bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew aktar fejn il-qabda ta’ bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża partikulari tiġi allokata għal bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża wieħed jew aktar f’konformità ma’ skema ta’ allokazzjoni miftiehma minn qabel;

(21) 

“grupp ta’ rkaptu” tfisser grupp ta’ bastimenti tas-sajd li jużaw l-istess irkaptu li għalihom ġiet allokata kwota tal-grupp;

(22) 

“sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta’ bastiment tas-sajd sabiex titkejjel l-intensità tal-operazzjonijiet tas-sajd; dak il-kejl ivarja minn irkaptu għall-ieħor: għas-sajd bil-konz, il-kejl isir f’termini tal-għadd ta’ snanar jew ta’ snanar fis-siegħa; fil-każ tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża, il-kejl isir f’termini ta’ jiem fuq id-dgħajsa (il-ħin tas-sajd u l-ħin tat-tiftix);

(23) 

“sajd attiv” tfisser, għal kwalunkwe bastiment tal-qbid, il-fatt li dan jintuża għas-sajd għat-tonn matul staġun tas-sajd partikulari;

(24) 

“BCD” tfisser dokument dwar il-qabdiet tat-tonn;

(25) 

“eBCD” tfisser dokument elettroniku dwar il-qabdiet tat-tonn;

(26) 

“trażbord” tfisser il-ħatt minn bastiment tas-sajd għal fuq bastiment tas-sajd ieħor tal-prodotti tas-sajd kollha jew ta’ parti minnhom; madankollu, il-ħatt tat-tonn mejjet mit-tartarun tal-borża, mit-tunnara jew minn fuq il-bastiment tal-irmunkar għal fuq bastiment awżiljarju ma għandux jitqies bħala trażbord;

(27) 

“tonn ħaj” tfisser tonn li jinżamm ħaj għal ċertu perjodu f’tunnara, jew li jiġi ttrasferit ħaj lejn installazzjoni tat-trobbija, jitpoġġa f’gaġġa, jitrabba u fl-aħħar nett jinħasad jew jiġi rrilaxxat;

(28) 

“ħsad” tfisser il-qtil tat-tonn fil-farms tal-ħut jew fit-tunnari;

(29) 

“tunnara” tfisser rkaptu fiss immażżrat mal-qiegħ, li s-soltu jkollu xibka li twassal it-tonn għal ġo magħlaq jew għal ġo sensiela ta’ kompartimenti magħluqin fejn jinżamm qabel jinħasad jew jitrabba;

(30) 

“tqegħid fil-gaġeġ” tfisser ir-rilokazzjoni tat-tonn fil-farms tal-ħut u l-għalf sussegwenti tiegħu bil-għan li jissemmen u li tiżdied il-bijomassa totali tiegħu;

(31) 

“tqegħid fil-gaġeġ ta’ kontroll” tfisser ripetizzjoni tal-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ li qed tiġi implimentata fuq talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll, bil-għan li jiġi vverifikat l-għadd jew il-piż medju ta’ ħut li jkun tqiegħed fil-gaġeġ;

(32) 

“trobbija tal-ħut” jew “tismin” tfisser it-tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ fil-farms tal-ħut u sussegwentament l-għalf bil-għan li jissemmen u li tiżdied il-bijomassa totali tiegħu;

(33) 

“farm” tfisser żona tal-baħar, f’post wieħed jew aktar li kollha huma definiti b’mod ċar minn koordinati ġeografiċi b’definizzjoni ċara ta’ lonġitudni u latitudni għal kull wieħed mill-punti tal-poligonu, użati għat-tismin jew għat-trobbija tat-tonn maqbud mit-tunnari jew mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża;

(34) 

“kapaċità tat-trobbija tal-input” tfisser l-ammont massimu ta’ tonn selvaġġ f’tunnellati li farm tal-ħut jista’ jqiegħed fil-gaġeġ matul staġun tas-sajd;

(35) 

“trasferiment” tfisser kwalunkwe trasferiment ta’:

(a) 

tonn ħaj mix-xibka tal-bastiment tal-qbid għall-gaġġa tat-trasport;

(b) 

tonn ħaj mit-tunnara għall-gaġġa tat-trasport, indipendentement mill-preżenza ta’ bastiment tal-irmunkar;

(c) 

tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport għal gaġġa oħra tat-trasport;

(d) 

gaġġa bit-tonn ħaj minn bastiment tal-irmunkar għal bastiment ieħor tal-irmunkar;

(e) 

tonn ħaj bejn gaġeġ differenti fl-istess farm tal-ħut (trasferiment ġewwa l-farm tal-ħut);

(f) 

tonn ħaj mill-gaġġa tal-farm tal-ħut għal gaġġa tat-trasport;

(36) 

“trasferiment ta’ kontroll” tfisser ir-ripetizzjoni ta’ kwalunkwe trasferiment li qed jiġi implimentat fuq talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll;

(37) 

“trasferiment bejn il-farms tal-ħut” tfisser ir-rilokazzjoni ta’ tonn ħaj minn farm tal-ħut għal farm tal-ħut ieħor magħmul minn żewġ fażijiet, trasferiment mill-gaġġa tal-farm donatur għal gaġġa tat-trasport u tqegħid fil-gaġeġ mill-gaġġa tat-trasport għall-gaġġa tal-farm riċevitur;

(38) 

“l-ewwel trasferiment” tfisser trasferiment ta’ tonn ħaj minn tartarun tal-borża jew tunnara għal gaġġa tat-trasport;

(39) 

“trasferiment ulterjuri” tfisser kwalunkwe trasferiment li jsir wara l-ewwel trasferiment u qabel it-tqegħid fil-gaġeġ fil-farm ta’ destinazzjoni, bħall-qsim jew l-għaqda tal-kontenut ta’ żewġ gaġeġ tat-trasport, bl-eċċezzjoni ta’ trasferimenti volontarji jew ta’ kontroll;

(40) 

“trasferiment volontarju” tfisser ir-ripetizzjoni ta’ kwalunkwe trasferiment li qed jiġi implimentat volontarjament mill-operatur donatur;

(41) 

“kamera ta’ kontroll” tfisser kamera sterjoskopika jew vidjokamera konvenzjonali użata biex jitwettqu l-kontrolli skont dan ir-Regolament;

(42) 

“kamera sterjoskopika” tfisser kamera b’żewġ lentijiet jew aktar, li jkollha sensur separat tal-immaġni jew qafas separat tal-films għal kull lenti, li tippermetti li jittieħdu immaġnijiet tridimensjonali biex jitkejjel it-tul tal-ħut;

(43) 

“operatur donatur” tfisser il-kaptan, jew ir-rappreżentant tal-kaptan, tal-bastiment tal-qbid jew tal-irmunkar, jew l-operatur, jew ir-rappreżentant tal-operatur, tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara, li minnu, ħlief fil-każ ta’ trasferimenti volontarji u ta’ kontroll, toriġina operazzjoni ta’ trasferiment;

(44) 

“Stat Membru tal-operatur donatur” tfisser l-Istat Membru li jeżerċita l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq l-operatur donatur.

▼B

KAPITOLU II

Miżuri ta’ Ġestjoni

Artikolu 6

Kundizzjonijiet relatati mal-miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd

1.  
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tal-qbid u tat-tunnari tiegħu jkun proporzjonat mal-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn li huwa jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom jinkludu l-istabbiliment ta’ kwoti individwali għall-bastimenti tal-qbid tagħhom li jkollhom tul totali ta’ iktar minn 24-il metru li jkunu inklużi fil-lista tal-bastimenti awtorizzati msemmija fl-Artikolu 26.
2.  
KullIstat Membru għandu jitlob lill-bastimenti tal-qbid jipproċedu minnufih lejn port magħżul minnhom meta jitqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
3.  
L-attivitajiet tal-kiri ma għandhomx ikunu permessi fis-sajd għat-tonn.

Artikolu 7

Riporti tat-tonn ħaj mhux maqtul

▼M1

1.  
Ir-riport tat-tonn ħaj mhux maqtul minn qabdiet ta’ snin ta’ qabel fi ħdan farm tal-ħut jista’ jkun permess biss jekk l-Istat Membru jiżviluppa sistema msaħħa ta’ kontroll u jirrapporta dan lill-Kummissjoni. Dik is-sistema għandha tifforma parti integrali mill-pjan ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni annwali tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14 u għandha tinkludi tal-inqas il-miżuri stabbiliti skont l-Artikolu 56c, 56d u 61.

▼B

2.  

Jekk ikun permess riport f’konformità mal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-punti li ġejjin:

(a) 

sal-25 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jimlew u jippreżentaw lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ta’ riport annwali li għandha tinkludi:

(i) 

il-kwantitajiet (espressi f’kg) u n-numru ta’ ħut intenzjonati għar-riport,

(ii) 

is-sena tal-qbid,

(iii) 

il-piż medju,

(iv) 

l-Istat Membru tal-bandiera jew il-PKK,

(v) 

ir-referenzi tal-BCD li jikkorrispondu għall-qbid riportat,

(vi) 

l-isem u n-numru tal-ICCAT tal-farm tal-ħut,

(vii) 

in-numru tal-gaġġa, u

(viii) 

l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet maqtula (espressi f’kg), wara li timtela;

(b) 

il-kwantitajiet riportati skont il-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu f’gaġeġ separati jew serje ta’ gaġeġ separati fil-farm tal-ħut skont is-sena tal-qbid.

3.  
Qabel ma jibda staġun tas-sajd, l-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni bir-reqqa ta’ kwalunkwe tonn ħaj li jkun ġie riportat wara l-qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. Għal dak il-għan, it-tonn ħaj kollu li jkun ġie riportat mis-sena tal-qbid li fiha sar qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut għandu jiġi ttrasferit lejn gaġeġ oħrajn bl-użu ta’ sistemi ta’ kameras sterjoskopiċi jew ta’ metodi alternattivi, sakemm dawn ikunu jiżguraw l-istess livell ta’ preċiżjoni u ta’ akkuratezza, skont l-Artikolu 51. Għandha tiġi żgurata f’kull ħin it-traċċabbiltà ddokumentata bis-sħiħ. Ir-riport tat-tonn mis-snin li fihom ma jkunx sar qtil bl-ingrossa għandu jiġi kkontrollat kull sena billi tiġi applikata l-istess proċedura għall-kampjuni xierqa abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.
4.  
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli ddettaljati għall-iżvilupp ta’ sistema msaħħa ta’ kontroll għar-riport tat-tonn ħaj. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68.

▼M1

Artikolu 8

Riport tal-kwoti mhux użati

1.  
Ir-riport awtomatiku tal-kwota mhux użata m’għandux ikun permess.
2.  
Stat Membru jista’ jitlob li jittrasferixxi perċentwal massimu ta’ 5 % tal-kwota annwali tiegħu minn sena għas-sena ta’ wara. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinkludi dik it-talba fil-pjanijiet annwali tiegħu dwar is-sajd u dwar il-ġestjoni tal-kapaċità li għandhom jiġu inklużi fil-pjan tal-Unjoni dwar is-sajd u l-ġestjoni tal-kapaċità għall-approvazzjoni mill-ICCAT.

▼B

Artikolu 9

Trasferimenti tal-kwoti

▼M1

1.  
It-trasferimenti tal-kwoti bejn l-Unjoni u l-PKK l-oħrajn għandu jsir biss jekk l-Istati Membri u l-PKK ikkonċernati jkunu awtorizzaw dan minn qabel. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lis-Segretarjat tal-ICCAT bil-kwantità tal-kwoti kkonċernati qabel it-trasferiment tal-kwoti.

▼B

2.  
Għandu jkun permess it-trasferiment tal-kwoti fi ħdan il-gruppi tal-irkaptu, il-kwoti għall-qabdiet aċċessorji u l-kwoti tas-sajd individwali ta’ kull Stat Membru, dejjem jekk l-Istati Membri kkonċernati jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-quddiem bit-tali trasferimenti, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT qabel mat-trasferiment jidħol fis-seħħ.

Artikolu 10

Tnaqqis tal-kwoti fil-każ ta’ sajd eċċessiv

Jekkl-Istati Membri jistadu b’mod eċċessiv il-kwoti allokati lilhom u s-sitwazzjoni ma tkunx tista’ titranġa permezz tal-iskambji tal-kwoti skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 11

Pjanijiet annwali tas-sajd

1.  

Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali tas-sajd. Dak il-pjan għandu jinkludi, tal-inqas, l-informazzjoni li ġejja għall-bastimenti tal-qbid u t-tunnari:

(a) 

il-kwoti allokati għal kull grupp ta’ rkaptu, inklużi l-kwoti għall-qabdiet aċċessorji;

(b) 

meta dan ikun applikabbli, il-metodu użat għall-allokazzjoni u għall-ġestjoni tal-kwoti;

(c) 

il-miżuri li jiżguraw li jitħarsu l-kwoti individwali;

(d) 

l-istaġuni tas-sajd miftuħin għal kull kategorija ta’ rkaptu;

(e) 

informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin;

(f) 

ir-regoli dwar il-qabdiet aċċessorji; kif ukoll

(g) 

l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid li jkollhom tul totali ta’ iktar minn 24 metru, minbarra l-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ, u ta’ bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.

2.  
L-Istati Membri li għandhom bastimenti kostali fuq skala żgħira li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn għandhom jallokaw kwota settorjali speċifika għal dawk il-bastimenti u għandhom jinkludu t-tali allokazzjoni fil-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll miżuri addizzjonali biex jimmonitorjaw mill-qrib il-konsum tal-kwoti minn dik il-flotta fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ spezzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd differenti ta’ bastimenti biex jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, bl-użu tal-parametri msemmijin fil-paragrafu 1.
3.  
Il-Portugall u Spanja jistgħu jallokaw kwoti settorjali għad-dgħajjes tas-sajd bil-lixka li jistadu fl-ibħra tal-Unjoni tal-arċipelagi tal-Azores, ta’ Madeira u tal-Gżejjer Kanarji. Dawk il-kwoti settorjali għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom u miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ tal-konsum ta’ dawk il-kwoti għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar fil-pjanijiet annwali ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ spezzjoni tagħhom.
4.  
Meta l-Istati Membri jallokaw il-kwoti settorjali skont il-paragrafu 2 jew 3, ma għandux japplika r-rekwiżit tal-kwota minima ta’ ħames tunnellati stabbilit fl-att applikabbli tal-Unjoni għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.
5.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta kwalunkwe emenda fil-pjan annwali tas-sajd lill-Kummissjoni tal-inqas tlett ijiem tax-xogħol qabel ma tibda l-attività tas-sajd li magħha jkollha x’taqsam l-emenda. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-emenda lis-Segretarjat tal-ICCAT tal-inqas jum tax-xogħol qabel tibda l-attività tas-sajd li magħha jkollha x’taqsam l-emenda.

Artikolu 12

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta’ natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b’mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta, filwaqt li jqisu b’mod speċjali s-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u jipprovdu inċentivi lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b’impatt ambjentali mnaqqas.

Artikolu 13

Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd

Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd. F’dak il-pjan, l-Istat Membru għandu jaġġusta l-għadd ta’ bastimenti tal-qbid u tunnari b’tali mod li jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tkun tikkorrispondi mal-opportunitajiet tas-sajd allokati għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari għall-perjodu rilevanti tal-kwota. L-Istat Membru għandu jaġġusta l-kapaċità tas-sajd bl-użu tal-parametri ddefiniti fl-att applikabbli tal-Unjoni għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. L-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd tal-Unjoni għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandu jkun limitat għal varjazzjoni massima ta’ 20 % meta mqabbla mal-kapaċità tas-sajd tal-linja bażi tal-2018.

▼M1

Artikolu 14

Pjan annwali ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni

Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jibgħat il-pjan rispettiv tiegħu lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-pjan tiegħu skont:

(a) 

l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri kif ukoll il-parametri referenzjarji għall-attivitajiet ta’ spezzjoni stipulati fil-programm ta’ kontroll u spezzjoni speċifiku għat-tonn stabbilit skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(b) 

il-programm ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll għat-tonn stabbilit skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sal-31 ta’ Diċembru 2025, u, wara dik id-data, f’konformità mal-programm nazzjonali għall-kontroll stabbilit skont l-Artikolu 93a ta’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 15

Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut

1.  
Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut.
2.  
Fil-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kapaċità totali tal-ħut maqbud u l-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut ikunu jikkorrispondu għall-ammont stmat ta’ tonn disponibbli għat-trobbija.

▼M1

3.  
L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kapaċità tagħhom ta’ trobbija tat-tonn għall-kapaċità totali ta’ trobbija rreġistrata fir-rekord tal-ICCAT ta’ farms awtorizzati li joperaw għat-tonn (“reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT”) jew awtorizzat u ddikjarat lill-ICCAT fl-2018.

▼B

4.  
L-ammont massimu ta’ tonn salvaġġ maqbud li jista’ jiddaħħal fil-farms tal-ħut ta’ Stat Membru għandu jkun limitat għal-livell tal-kwantitajiet imdaħħlin irreġistrati mal-ICCAT fir-“rekord ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” mill-farms tal-ħut ta’ dak l-Istat Membru fl-2005, fl-2006, fl-2007 jew fl-2008.
5.  
Jekk Stat Membru jkun jeħtieġ iżid l-ammont massimu ta’ tonn salvaġġ maqbud f’farm tat-tonn wieħed jew f’iktar farms tat-tonn tiegħu, dik iż-żieda għandha tkun tikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd allokati lil dak l-Istat Membru, u għal kwalunkwe importazzjoni tat-tonn ħaj minn xi Stat Membru ieħor jew minn xi Parti Kontraenti oħra.

▼M1

6.  
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw statistika dwar l-ammont annwali ta’ tqegħid fil-gaġeġ (input ta’ ħut selvaġġ maqbud), il-ħsad u l-esportazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tittrażmetti d-data lis-Segretarjat tal-ICCAT, sakemm is-segretarjat tal-ICCAT ikun żviluppa funzjonalità tal-estrazzjoni tad-data fis-sistema tal-eBCD u tali funzjonalità ssir disponibbli.
7.  
Fejn ikun xieraq, sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom iressqu pjanijiet riveduti ta’ ġestjoni tat-trobbija tal-ħut lill-Kummissjoni għat-trażmissjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena.

▼B

Artikolu 16

Trażmissjoni tal-pjanijiet annwali

1.  

Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jibgħat il-pjanijiet li ġejjin lill-Kummissjoni:

(a) 

il-pjan annwali tas-sajd għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari li jintużaw għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, stabbilit skont l-Artikolu 11;

(b) 

il-pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd stabbilit skont l-Artikolu 13;

▼M1

(c) 

il-pjan annwali ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 14; u

▼B

(d) 

il-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut stabbilit skont l-Artikolu 15.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tiġbor flimkien il-pjanijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u tużahom biex tistabbilixxi pjan annwali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjan annwali tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena biex l-ICCAT tkun tista’ tiddiskutih u tapprovah.
3.  
Fil-każ li Stat Membru jonqos milli jippreżenta pjan imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sal-iskadenza stabbilita f’dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibgħat il-pjan tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr il-pjanijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tieħu kont ta’ wieħed mill-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 imressqa wara l-iskadenza stabbilita f’dak il-paragrafu, iżda qabel l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2. Jekk pjan imressaq minn Stat Membru ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-pjanijiet annwali tas-sajd, tal-kapaċità, tal-ispezzjoni u tat-trobbija tal-ħut jew ikun fih difett serju li jista’ jwassal biex il-pjan annwali tal-Unjoni ma jiġix approvat mill-Kummissjoni tal-ICCAT, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibgħat il-pjan annwali tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr il-pjanijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-aktar fis possibbli u għandha tagħmel ħilitha biex tinkludi kwalunkwe pjan rivedut imressaq minn dak l-Istat Membru fil-pjan annwali tal-Unjoni jew f’emendi għall-pjan annwali tal-Unjoni, sakemm dawk il-pjanijiet riveduti jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-pjanijiet annwali tas-sajd, tal-kapaċità, tal-ispezzjoni u tat-trobbija tal-ħut.

KAPITOLU III

Miżuri Tekniċi

Artikolu 17

Staġuni tas-sajd

1.  
Is-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-borża għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu mis-26 ta’ Mejju sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
2.  
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 11, Ċipru u l-Greċja jistgħu jitolbu li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħhom jitħallew jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Mediterran (fiż-żoni tas-sajd 37.3.1 u 37.3.2 tal-FAO) mill-15 ta’ Mejju sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.
3.  
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-pjan annwali tas-sajd tagħha msemmi fl-Artikolu 11, il-Kroazja tista’ titlob li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħha jitħallew jistadu għat-tonn għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut fil-Baħar Adrijatiku (fiż-żona tas-sajd 37.2.1 tal-FAO) mis-26 ta’ Mejju sal-15 ta’ Lulju ta’ kull sena.

▼M1

4.  
B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, jekk il-kundizzjonijiet tat-temp jipprevjenu l-operazzjonijiet tas-sajd, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istaġuni tas-sajd imsemmija f’dawk il-paragrafi jitwessgħu b’għadd ekwivalenti ta’ jiem mitlufa sa 10 ijiem.
5.  
Is-sajd għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti tal-qbid kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena bl-eċċezzjoni taż-żona delimitata mill-Punent ta’ 10 °W u tat-Tramuntana ta’ 42 °N.

▼B

6.  
Fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istaġuni tas-sajd għall-flotot tagħhom, minbarra l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u l-bastimenti l-kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

Artikolu 18

Obbligu ta’ ħatt l-art

‘Dan il-Kapitolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inkluża kwalunkwe deroga applikabbli għalih.

Artikolu 19

Daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni

1.  
Għandu jkun ipprojbit li jinqabad, jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasferit, jinħatt l-art, jiġi ttrasportat, jinħażen, jinbiegħ, jintwera jew jiġi offrut għall-bejgħ tonn li jkun jiżen inqas minn 30 kg jew li jkollu tul sal-qasma tad-denb ta’ inqas minn 115-il cm, inkluż dak li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja jew waqt is-sajd rikreattiv.
2.  

B’deroga mill-paragrafu 1, għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għat-tonn ta’ 8 kg jew ta’ 75 cm ta’ tul sal-qasma tad-denb fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fil-każ tat-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku mid-dgħajjes tas-sajd bil-lixka u mid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa;

(b) 

fil-każ tat-tonn maqbud fil-Mediterran permezz tas-sajd għall-ħut frisk mill-flotta kostali fuq skala żgħira b’dgħajjes tas-sajd bil-lixka, b’bastimenti tas-sajd bil-konz u b’bastimenti tas-sajd bix-xolfa tal-idejn; kif ukoll

(c) 

fil-każ tat-tonn maqbud fil-Baħar Adrijatiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Kroazja għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut.

3.  
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness I.
4.  
L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastimenti li jkunu qed jistadu skont id-derogi msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 tal-Anness I. Il-bastimenti kkonċernati għandhom jiġu indikati fil-lista tal-bastimenti tal-qbid imsemmija fl-Artikolu 26.
5.  
Il-ħut li jkun iżgħar mid-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni stabbiliti f’dan l-Artikolu li jiġi skartat mejjet għandu jingħadd mal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 20

Qabdiet inċidentali ta’ ħut li jkun taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni

1.  
B’deroga mill-Artikolu 19(1), il-bastimenti tal-qbid u t-tunnari kollha li jistadu b’mod attiv għat-tonn għandhom jitħallew jaqbdu tonn li jkun jiżen bejn 8 kg u 30 kg jew, b’mod alternattiv, li jkollu tul sal-qasma tad-denb ta’ bejn 75 cm u 115-il cm li jkun jammonta għal ammont massimu ta’ 5 % skont l-għadd tal-qabdiet aċċessorji tagħhom.
2.  
Il-perċentwal ta’ 5 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-qabdiet kollha tat-tonn miżmuma abbord il-bastiment jew fit-tunnara, fi kwalunkwe ħin wara kull attività tas-sajd.
3.  
Il-qabdiet inċidentali għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara.
4.  
Il-qabdiet inċidentali tat-tonn li jkun taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-Artikoli 31, 33, 34 u 35.

Artikolu 21

Qabdiet aċċessorji

1.  
Kull Stat Membru għandu jipprevedi qabdiet aċċessorji tat-tonn fil-kwota tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan meta jippreżenta l-pjan tas-sajd tiegħu.
2.  
Il-livell tal-qabdiet aċċessorji awtorizzati, li ma għandux jaqbeż l-20 % tal-qabdiet totali abbord fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd, kif ukoll il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati dawk il-qabdiet aċċessorji b’rabta mal-qabda totali abbord, għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar fil-pjan annwali tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 11. Il-perċentwal tal-qabdiet aċċessorji jista’ jiġi kkalkulat skont il-piż jew skont l-għadd ta’ individwi. Il-kalkolu skont l-għadd ta’ individwi għandu japplika biss għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhuh ġestiti mill-ICCAT. Il-livell tal-qabdiet aċċessorji awtorizzati għall-flotta tal-bastimenti kostali fuq skala żgħira jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi annwali.
3.  
Il-qabdiet aċċessorji kollha tat-tonn mejjet li huma miżmuma abbord jew skartati għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera u jiġu rreġistrati u rrappurtati lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 31 u 32.
4.  
Għall-Istati Membri li ma għandhomx kwota għat-tonn, il-qabdiet aċċessorji kkonċernati għandhom jitnaqqsu mill-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita skont l-Artikolu 43(3) TFUE u skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
5.  
Jekk il-kwota totali allokata lil Stat Membru tkun ġiet eżawrita, ma għandu jiġi permess il-qbid tal-ebda tonn minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura r-rilaxx tat-tonn li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja. Jekk il-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita skont l-Artikolu 43(3) TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tkun ġiet eżawrita, m’għandu jkun permess l-ebda qbid tat-tonn mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri li m’għandhomx kwota tat-tonn, u dawk l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rilaxx tat-tonn li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja. F’dawk il-każijiet, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn mejjet għandhom ikunu pprojbiti u l-qabdiet kollha għandhom jiġu rreġistrati. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni dwar tali kwantitajiet tal-qabdiet aċċessorji ta’ tonn mejjet fuq bażi annwali lill-Kummissjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
6.  
Il-bastimenti li ma jkunux qed jistadu b’mod attiv għat-tonn għandhom jisseparaw b’mod ċar kwalunkwe kwantità ta’ tonn miżmuma abbord minn speċijiet oħrajn biex l-awtoritajiet ta’ kontroll ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformita’ ma’ dan l-Artikolu. Dawk il-qabdiet aċċessorji jistgħu jiġu kkummerċjalizzati jekk ikollhom magħhom l-eBCD.

▼M1

Artikolu 21a

Projbizzjoni taż-żamma tat-tonn abbord il-bastimenti ta’ appoġġ

Il-bastimenti ta’ appoġġ ma għandhomx iżommu abbord jew jittrasportaw it-tonn.

▼B

Artikolu 22

Użu tat-trasport bl-ajru

Għandu jkun ipprojbit li jintuża kwalunkwe trasport bl-ajru, fosthom inġenji tal-ajru, ħelikopters jew kwalunkwe tip ta’ vettura tal-ajru oħra mingħajr bdot abbord, għat-tiftix tat-tonn.

KAPITOLU IV

Sajd rikreattiv

Artikolu 23

Kwota speċifika għas-sajd rikreattiv

▼M1

1.  
L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fejn xieraq, kwota speċifika għas-sajd rikreattiv. It-tonn mejjet li jista’ jkun hemm għandu jitqies fit-tali allokazzjoni, fosthom fil-kuntest tas-sajd ta’ qbid u rilaxx. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwota allokata għas-sajd rikreattiv meta jippreżentaw il-pjanijiet tas-sajd tagħhom.

▼B

2.  
Il-qabdiet tat-tonn mejjet għandhom jiġu rrappurtati u għandhom jingħaddu mal-kwota tal-Istat Membru.

Artikolu 24

Kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd rikreattiv

▼M1

1.  

Stati Membri li għandhom kwota għat-tonn allokata għas-sajd rikreattiv għandhom jirregolaw dak is-sajd billi joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti għall-finijiet tas-sajd rikreattiv. Fuq talba tal-ICCAT, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-lista ta’ dawk il-bastimenti li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni tas-sajd biex jaqbdu t-tonn. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti dik il-lista elettronikament lill-ICCAT. Il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull bastiment:

(a) 

l-isem tal-bastiment;

(b) 

in-numru fir-reġistru;

(c) 

in-numru fir-reġistru tal-ICCAT (jekk ikun hemm);

(d) 

l-isem preċedenti (jekk ikun hemm);

(e) 

l-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien u tal-operaturi.

▼B

2.  
Fil-kuntest tas-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta’ iktar minn tonna waħda għal kull bastiment kuljum.
3.  
Il-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn maqbud waqt is-sajd rikreattiv għandha tkun ipprojbita.

▼M1

4.  
Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data dwar il-qabdiet, inkluż il-piż ta’ kull tonna maqbuda fis-sajd rikreattiv u għandu jikkomunika d-data għas-sena ta’ qabel lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

▼B

5.  
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura, sa fejn ikun possibbli, ir-rilaxx tat-tonn, speċjalment dak li jkun għadu żgħir, maqbud ħaj fis-sajd rikreattiv. Kwalunkwe tonn li jinħatt l-art għandu jkun sħiħ, bil-garġi mneħħija u/jew imsewwi.

Artikolu 25

Qbid, tikkettar u rilaxx

1.  
B’deroga mill-Artikolu 23(1), l-Istati Membri li jawtorizzaw is-sajd “ta’ qbid u rilaxx” fil-Grigal tal-Atlantiku mwettaq biss minn bastimenti li jintużaw għas-sajd sportiv jistgħu jħallu lil għadd limitat ta’ bastimenti li jintużaw għas-sajd sportiv jistadu għat-tonn għall-finijiet tas-sajd ta’ qbid, tikkettar u rilaxx mingħajr il-ħtieġa li jallokaw kwota speċifika lilhom. Dawn il-bastimenti għandhom jaħdmu fil-kuntest ta’ proġett xjentifiku ta’ istitut tar-riċerka integrat fi programm tar-riċerka xjentifika. Ir-riżultati tal-proġett għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera.
2.  
Il-bastimenti li jwettqu riċerka xjentifika fil-kuntest tal-Programm tar-Riċerka tal-ICCAT dwar it-tonn ma għandhomx jitqiesu li qed iwettqu attivitajiet “ta’ qbid, tikkettar u rilaxx” kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3.  

L-Istati Membri li jawtorizzaw attivitajiet “ta’ qbid, tikkettar u rilaxx” għandhom:

(a) 

jippreżentaw deskrizzjoni ta’ dawk l-attivitajiet u tal-miżuri applikabbli għalihom bħala parti integrali mill-pjanijiet tas-sajd u ta’ spezzjoni tagħhom imsemmijin fl-Artikoli 12 u 15;

(b) 

jimmonitorjaw mill-qrib l-attivitajiet tal-bastimenti kkonċernati biex jiżguraw li dawn ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament;

(c) 

jiżguraw li l-attivitajiet tat-tikkettar u tar-rilaxx jitwettqu minn membri tal-persunal imħarrġa sabiex tiġi żgurata rata għolja ta’ sopravivenza tal-ħut; kif ukoll

(d) 

jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dwar l-attivitajiet xjentifiċi li jkunu twettqu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lis-Segretarjat tal-ICCAT 60 jum qabel il-laqgħa tal-SCRS tas-sena ta’ wara.

4.  
Kwalunkwe tonn li jmut waqt l-attivitajiet “ta’ qbid, tikkettar u rilaxx” għandu jiġi rrappurtat u għandu jitnaqqas mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera.

KAPITOLU V

Miżuri ta’ Kontroll

Taqsima 1

Listi u reġistri tal-bastimenti u tat-tunnari

Artikolu 26

Listi u reġistri tal-bastimenti

▼M1

1.  

Kull sena, xahar qabel il-bidu tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-listi ta’ bastimenti li ġejjin:

(a) 

lista tal-bastimenti kollha tal-qbid li jistadu b’mod attiv għat-tonn; u

(b) 

lista tal-bastimenti l-oħrajn kollha involuti f’attivitajiet relatati mat-tonn, minbarra l-bastimenti tal-qbid.

Kull lista tal-bastimenti għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem u n-numru fir-reġistru tal-bastiment;

(b) 

l-ispeċifikazzjoni tat-tip ta’ bastiment li tiddistingwi mill-inqas bejn il-bastimenti tal-qbid, il-bastimenti tal-irmunkar, il-bastimenti awżiljarji, il-bastimenti ta’ appoġġ u l-bastimenti għall-ipproċessar;

(c) 

it-tul u t-tunnellaġġ gross reġistrat (GRT) jew, fejn possibbli, it-tunnellaġġ gross (GT);

(d) 

in-numru IMO (fejn dan ikun applikabbli);

(e) 

l-irkaptu użat (jekk ikun hemm);

(f) 

il-bandiera preċedenti (jekk ikun hemm);

(g) 

l-isem preċedenti (jekk ikun hemm);

(h) 

kwalunkwe dettall preċedenti tat-tħassir minn reġistri oħra;

(i) 

is-sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju (jekk kien hemm);

(j) 

l-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien u tal-operaturi; u

(k) 

il-perjodu ta’ żmien awtorizzat għas-sajd, l-operat u t-trasport tat-tonn għat-trobbija tal-ħut.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT 15-il jum qabel tibda l-attività tas-sajd, sabiex il-bastimenti inklużi f’dawk il-listi jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati u, jekk ikun rilevanti, fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti li jkollhom tul totali ta’ 20 metru jew iktar li jkunu awtorizzati joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

▼B

2.  
F’sena kalendarja partikulari, bastiment tas-sajd jista’ jiġi inkluż fiż-żewġ listi msemmijin fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx inkluż fihom it-tnejn fl-istess ħin.
3.  
L-informazzjoni dwar il-bastimenti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandu jkun fiha isem il-bastiment u n-numru tiegħu tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (CFR), kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 ( 3 ).
4.  
Il-Kummissjoni ma għandha taċċetta l-ebda tressiq retroattiv tal-listi msemmijin fil-paragrafu 1.

▼M1

5.  

Il-bidliet sussegwenti fil-listi msemmija fil-paragrafu 1 u fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 matul sena kalendarja għandhom jiġu aċċettati biss jekk bastiment tas-sajd innotifikat jitwaqqaf milli jipparteċipa fis-sajd minħabba raġunijiet operattivi leġittimi jew ta’ forza maġġuri. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’dan il-fatt, u għandu jipprovdi:

(a) 

id-dettalji kollha tal-bastiment jew tal-bastimenti tas-sajd maħsubin biex jieħdu post dak il-bastiment; u

(b) 

rendikont komprensiv tar-raġuni li tiġġustifika s-sostituzzjoni u kwalunkwe evidenza jew referenza ta’ appoġġ rilevanti.

▼B

6.  
Jekk ikun hemm bżonn, matul is-sena l-Kummissjoni għandha temenda l-informazzjoni dwar il-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, billi tipprovdi informazzjoni aġġornata lis-Segretarjat tal-ICCAT skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2017/2403.

Artikolu 27

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti

1.  
L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti inklużi f’waħda mil-listi msemmija fl-Artikolu 26(1) u (5). L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinkludu, bħala minimu, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u għandhom jinħarġu fil-format stipulat f’dak l-Anness. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun preċiża u tkun konsistenti ma’ dan ir- Regolament.
2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(6), il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistri tal-ICCAT imsemmijin fl-Artikolu 26(1) għandhom jitqiesu li mhumiex awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jittrasportawh, jittrasferixxuh, jipproċessawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.
3.  
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn maħruġa għal bastiment u jista’ jitlob lill-bastiment jipproċedi minnufih lejn port magħżul minnu, meta tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali assenjata lill-bastiment.

Artikolu 28

Listi u reġistri tat-tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn

▼M1

1.  
Bħala parti mill-pjan tas-sajd tiegħu, kull Stat Membru għandu jippreżenta elettronikament lill-Kummissjoni, lista tat-tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Dik il-lista għandha tinkludi l-isem u n-numru tar-reġistru tat-tunnari u l-koordinati ġeografiċi tal-poligonu tat-tunnara. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk it-tunnari jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tat-tunnari li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tunnari li jkunu inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinkludu, bħala minimu, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u għandhom jagħmlu użu mill-format stipulat f’dak l-Anness. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun preċiża u tkun konsistenti ma’ dan ir-Regolament.
3.  
It-tunnari tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru tal-ICCAT tat-tunnari li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn ma għandhomx jitqiesu li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrasferit, li jitqiegħed fil-gaġeġ jew li jinħatt l-art it-tonn maqbud minn dawk it-tunnari.
4.  
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn maħruġa għat-tunnari meta titqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota assenjata lilhom.

▼M1

5.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda, tneħħija minn u kwalunkwe modifika tal-lista tagħhom ta’ tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti tali bidliet lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.

Artikolu 28a

Listi u reġistru tal-farms tal-ħut

1.  

Bħala parti mill-pjan tas-sajd tiegħu, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni elettronikament, lista ta’ farms tal-ħut awtorizzati li joperaw għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Dik il-lista għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem tal-farm tal-ħut;

(b) 

in-numru fir-reġistru;

(c) 

l-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien u tal-operaturi;

(d) 

l-input u l-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut allokati għal kull farm tal-ħut;

(e) 

il-koordinati ġeografiċi taż-żoni awtorizzati għall-attivitajiet tat-trobbija tal-ħut; u

(f) 

l-istatus tal-farm tal-ħut (attiv jew inattiv).

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk il-farms tal-ħut ikunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT.

2.  
Il-farms tal-ħut li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT ma għandhomx jitqiesu li huma awtorizzati joperaw għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.
3.  
L-ebda attività tat-trobbija tal-ħut, inkluż l-għalf għal skopijiet ta’ tismin jew ħsad, ma għandha tiġi awtorizzata barra mill-koordinati ġeografiċi approvati għall-attivitajiet tat-trobbija.
4.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda, tnaqqis jew modifika fil-listi tagħhom tal-farms tal-ħut. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti tali bidliet lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.
5.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda tonn ma jitqiegħed f’farm tal-ħut mhux elenkat fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT u li dawk il-farms tal-ħut ma jirċevux tonn minn bastimenti li mhumiex inklużi fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu kwalunkwe operazzjoni fil-farms tal-ħut li ma humiex irreġistrati fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT.

▼B

Artikolu 29

Informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ sajd

1.  

Sal-15 ta’ Lulju ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni informazzjoni ddettaljata dwar il-qabdiet tat-tonn li kien hemm fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul is-sena ta’ qabel. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena. Din l-informazzjoni għandha tinkludi:

(a) 

l-isem u n-numru tal-ICCAT ta’ kull bastiment tal-qbid;

(b) 

il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet għal kull bastiment tal-qbid;

(c) 

il-qabdiet totali ta’ kull bastiment tal-qbid matul il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet, inkluż meta ma jkunx inqabad ħut;

(d) 

l-għadd totali ta’ jiem li matulhom kull bastiment tal-qbid ikun stad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet; kif ukoll

(e) 

il-qabda totali li kien hemm barra l-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom (il-qabda aċċessorja).

2.  

L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li ma kinux awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran iżda li qabdu t-tonn bħala qabda aċċessorja:

(a) 

l-isem tal-bastiment u n-numru tal-ICCAT tiegħu jew in-numru tiegħu fir-reġistru nazzjonali, jekk dan ma jkunx irreġistrat mal-ICCAT; kif ukoll

(b) 

il-qabdiet totali tat-tonn.

3.  
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe bastiment li ma jkunx inkluż fil-paragrafi 1 u 2, iżda li huwa magħruf jew preżunt li stad għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT malli tkun disponibbli.

Artikolu 30

Attivitajiet konġunti tas-sajd

1.  
Kwalunkwe attività konġunta tas-sajd għat-tonn għandha tkun permessa biss jekk il-bastimenti parteċipanti jkunu awtorizzati mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri tal-bandiera. Sabiex ikun awtorizzat, kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandu jkun mgħammar biex jistad għat-tonn, biex ikollu kwota individwali u biex jikkonforma mal-obbligi tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 32.
2.  
Il-kwota allokata għal attività konġunta tas-sajd għandha tkun daqs it-total tal-kwoti allokati għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża parteċipanti.
3.  
Il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tal-Unjoni ma għandhomx iwettqu attivitajiet konġunti tas-sajd ma’ bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża minn PKK oħrajn.
4.  

Il-formola tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-parteċipazzjoni f’attività konġunta tas-sajd hija stabbilita fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikseb l-informazzjoni li ġejja mingħand il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tiegħu li jkunu qed jipparteċipaw f’attività konġunta tas-sajd:

(a) 

il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni mitlub għall-attività konġunta tas-sajd;

(b) 

l-identità tal-operaturi involuti fiha;

(c) 

il-kwoti tal-bastimenti individwali;

(d) 

l-iskema ta’ allokazzjoni tal-qabdiet involuti bejn il-bastimenti involuti; kif ukoll

(e) 

informazzjoni dwar il-farms tal-ħut destinatarji.

5.  
Tal-inqas għaxart ijiem qabel ma tibda l-attività konġunta tas-sajd, kull Stat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti l-oħrajn tas-sajd li jkunu qed jieħdu sehem fl-attività konġunta tas-sajd, tal-inqas ħamest ijiem qabel ma tibda l-attività tas-sajd.
6.  
Fil-każ ta’ forza maġġuri, l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 5 ma għandhomx japplikaw għall-informazzjoni dwar il-farms tal-ħut destinatarji. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jibagħtu aġġornament dwar dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-avvenimenti li kienu jikkostitwixxu forza maġġuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

Taqsima 2

Ir-Reġistrazzjoni tal-Qbid

Artikolu 31

Rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni

1.  
Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord tas-sajd dwar l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-Artikoli 14, 15, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u mat-Taqsima A tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2.  
Il-kaptani tal-bastimenti tal-irmunkar, tal-bastimenti awżiljarji u tal-bastimenti tal-ipproċessar tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet B, Ċ u D tal-Anness II.

Artikolu 32

Rapporti tal-qabdiet mibgħuta mill-kaptani u mill-operaturi tat-tunnari

1.  
Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jistadu attivament għandhom jibagħtu lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom rapporti ta’ kuljum dwar il-qabdiet matul il-perjodu kollu li fih huma awtorizzati jistadu għat-tonn. Dawk ir-rapporti ma għandhomx ikunu obbligatorji għall-bastimenti li jkunu jinsabu fil-port, ħlief jekk dawn ikunu involuti f’attività konġunta tas-sajd. Id-data fir-rapporti għandha tittieħed mill-ġurnali ta’ abbord u għandha tinkludi d-data, il-ħin, il-post (il-latitudni u l-lonġitudni) u l-piż u l-għadd tat-tonn maqbud fiż-Żona tal-Konvenzjoni, inklużi r-rilaxxi u l-iskartar tal-ħut mejjet. Il-kaptani għandhom jibagħtu r-rapporti fil-format stabbilit fl-Anness III jew f’format meħtieġ mill-Istat Membru.
2.  
Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandhom joħorġu r-rapporti ta’ kuljum dwar il-qabdiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għal kull attività tas-sajd, inklużi l-attivitajiet li matulhom ma jkunu qabdu xejn. Il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu għandhom jibagħtu r-rapporti lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu sad-9.00 GMT għall-jum ta’ qabel.
3.  
L-operaturi tat-tunnari li jintużaw għas-sajd attiv tat-tonn jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom joħorġu rapporti ta’ kuljum u għandhom jintbagħtuhom lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom fi żmien kull 48 siegħa matul il-perjodu kollu li fih ikunu awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu n-numru tar-reġistru tal-ICCAT tat-tunnara, id-data u l-ħin tal-qabda, il-piż u l-għadd tat-tonn maqbud, inkluż meta ma jkun inqabad xejn, ir-rilaxxi u l-iskartar tal-ħut mejjet. L-operaturi għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni fil-format stabbilit fl-Anness III.
4.  
Il-kaptani ta’ bastimenti tal-qbid minbarra l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandhom jibagħtu r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom sat-Tlieta f’12:00 GMT għall-ġimgħa ta’ qabel li tintemm il-Ħadd.

Taqsima 3

Ħatt l-Art u Trażbord

Artikolu 33

Portijiet magħżula

1.  
Kull Stat Membru li jkun ġie allokat kwota għat-tonn għandu jagħżel il-portijiet fejn ikunu awtorizzati l-attivitajiet ta’ ħatt l-art tat-tonn jew tat-trażbord tiegħu. L-informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin għandha tiġi inkluża fil-pjan annwali tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 11. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe emenda tal-informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.
2.  

Biex port jiġi stabbilit bħala port magħżul, l-Istat Membru tal-port għandu jiżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-ħinijiet ta’ ħatt l-art u tat-trażbord huma stabbiliti;

(b) 

il-postijiet ta’ ħatt l-art u tat-trażbord huma stabbiliti; kif ukoll

(c) 

il-proċeduri ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza li jiżguraw kopertura tal-ispezzjoni matul il-ħinijiet kollha ta’ ħatt l-art u tat-trażbord u fil-postijiet kollha ta’ ħatt l-art u tat-trażbord f’konformità mal-Artikolu 35 huma stabbiliti.

3.  
Għandu jkun ipprojbit li wieħed iħott l-art jew jittrażborda mill-bastimenti tal-qbid, kif ukoll mill-bastimenti tal-ipproċessar u mill-bastimenti awżiljarji, kwalunkwe kwantità ta’ tonn mistada fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran f’postijiet oħrajn minbarra l-portijiet magħżulin mill-PKK u mill-Istati Membri. B’mod eċċezzjonali, it-tonn mejjet li jkun inqatel fit-tunnara jew fil-gaġġa jista’ jiġi ttrasportat għal fuq bastiment tal-ipproċessar bl-użu ta’ bastiment awżiljarju, dejjem jekk tali trasport isir fil-preżenza tal-awtorità ta’ kontroll.

▼M1

4.  
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess għall-port skont id-dritt internazzjonali dwar bastimenti tas-sajd f’diffikultà jew f’każ ta’ forza maġġuri.

▼B

Artikolu 34

Notifika minn qabel tal-ħatt l-art

1.  
L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom tul totali ta’ 12-il metru jew iktar li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26. In-notifika minn qabel skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li l-portijiet jew il-faċilità ta’ ħatt l-art tagħha huma jkunu jixtiequ jużaw.

▼M1

2.  

Qabel jidħlu fil-port, il-kaptani, jew ir-rappreżentanti tagħhom, tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, inkluż il-bastimenti għall-ipproċessar u tal-bastimenti awżiljarji inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26, għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom jew tal-PKK li l-portijiet jew il-faċilità ta’ ħatt l-art tagħha li huma jkunu jixtiequ jużaw, tal-inqas bl-informazzjoni li ġejja:

(a) 

id-data u l-ħin stmati tal-wasla;

(b) 

il-kwantità stmata ta’ tonn miżmum abbord;

(c) 

l-informazzjoni dwar iż-żona ġeografika fejn ikunu saru l-qabdiet.

▼B

3.  
Meta l-Istati Membri jkunu awtorizzati, skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni, japplikaw perjodu ta’ notifika iqsar mill-perjodu ta’ erba’ sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla, il-kwantitajiet stmati ta’ tonn miżmum abbord jistgħu jiġu nnotifikati fil-ħin applikabbli tan-notifika qabel il-wasla. Jekk il-post għas-sajd ikun inqas minn erba’ sigħat mill-port, il-kwantitajiet stmati ta’ tonn miżmum abbord jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin qabel il-wasla.
4.  
L-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-port għandhom iżommu reġistru tan-notifiki kollha minn qabel li jsiru għas-sena attwali.

▼M1

5.  
Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art fl-Unjoni għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet ta’ kontroll rilevanti tal-Istat Membru tal-port u għandu jiġi spezzjonat perċentwal tagħhom abbażi ta’ sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju li tinvolvi l-kwoti, id-daqs tal-flotta u l-isforz tas-sajd. Id-dettalji kollha tat-tali sistema ta’ kontroll adottata minn kull Stat Membru għandhom jiġu stipulati fil-pjan annwali ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni msemmi fl-Artikolu 14.

▼B

6.  
Fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt l-art, il-kaptani ta’ bastimenti tal-qbid tal-Unjoni, ikun xi jkun it-tul totali tal-bastiment, għandhom jibagħtu dikjarazzjoni ta’ ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK fejn ikun sar il-ħatt l-art u lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid tal-Unjoni għandu jkun responsabbli għall-kompletezza u għall-akkuratezza tad-dikjarazzjoni u għandu jiċċertifika dan. Id-dikjarazzjoni ta’ ħatt l-art għandha tindika, bħala minimu, il-kwantitajiet ta’ tonn li nħattu l-art u ż-żona minn fejn inqabdu. Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art għandhom jintiżnu. L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat rekord tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK, 48 siegħa wara li jitlesta l-ħatt l-art.

Artikolu 35

Trażbord

1.  
It-trażbord fuq il-baħar minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom abbord it-tonn, jew minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi fl-ibħra tal-Unjoni, għandu jkun ipprojbit fiċ-ċirkustanzi kollha.
2.  
Mingħajr preġudizzju għal-Artikolu 52(2) u (3), fl-Artikolu 54 u fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2017/2107, il-bastimenti tas-sajd għandhom jittrażbordaw biss il-qabdiet tat-tonn fil-portijiet magħżulin kif imsemmi fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament.
3.  
Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li jkun qed jirċievi l-ħut jew ir-rappreżentant tal-kaptan, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat tal-port, tal-inqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni mniżżla fil-mudell tad-dikjarazzjoni tat-trażbord stabbilit fl-Anness V. Għal kwalunkwe trażbord għandha tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera jew mill-PKK tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat li jkun qed jittrażborda l-ħut. Barra minn hekk, meta jkun qed isir it-trażbord, il-kaptan tal-bastiment li jkun qed jittrażborda l-ħut għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu jew lill-PKK tal-bandiera tiegħu bid-dati meħtieġa skont l-Anness V.
4.  
L-Istat Membru tal-port għandu jispezzjona l-bastiment li jkun irċieva l-ħut hekk kif dan jasal fil-port u għandu jivverifika l-kwantitajiet u d-dokumentazzjoni marbuta mal-attività tat-trażbord.

▼M1

5.  
Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni impenjati f’attivitajiet ta’ trażbord, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT u jibagħtuha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera tagħhom mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara d-data tat-trażbord fil-port. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jittrażbordaw il-ħut, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT f’konformità mal-format stipulat fl-Anness V. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord tal-ICCAT għandha tkun marbuta mal-eBCD biex tiġi ffaċilitata l-kontroverifika tad-data li jkun hemm fiha.

▼B

6.  
L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat rekord tat-trażbord lill-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK tal-bastiment tas-sajd li jkun ittrażborda l-ħut fi żmien ħamest ijiem minn meta jitlesta t-trażbord.
7.  
Kull trażbord għandu jiġi spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-portijiet magħżulin.

Taqsima 4

L-Obbligi tar-Rappurtar

▼M1

Artikolu 36

Rapporti dwar il-qabdiet ippreżentati mill-Istati Membri

Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapporti dwar il-qabdiet kull ġimagħtejn. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu d-data meħtieġa skont l-Artikolu 32 fir-rigward ta’ tunnari u bastimenti tal-qbid. L-informazzjoni għandha tkun imqassma skont it-tip ta’ rkaptu. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.

▼B

Artikolu 37

Tagħrif dwar l-eżawriment tal-kwoti

1.  
Minbarra li jikkonforma mal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jqis li l-kwota allokata għal grupp ta’ rkaptu tkun laħqet it-80 %.
2.  
Minbarra li jikkonforma mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jqis li l-kwota allokata għal grupp ta’ rkaptu jew għal attività konġunta tas-sajd jew għal bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tkun ġiet eżawrita. Ma’ dik l-informazzjoni għandha tintbagħat id-dokumentazzjoni uffiċjali li tagħti provi tas-sejħa għall-waqfien mis-sajd jew għal ritorn fil-port li l-Istat Membru ħareġ għall-flotta, għall-grupp tal-irkaptu, għall-attività konġunta tas-sajd jew għall-bastimenti li għandhom kwota individwali, u li tinkludi indikazzjoni ċara tad-data u tal-ħin tal-għeluq tas-sajd.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT bid-dati meta l-kwota tal-Unjoni għat-tonn tkun ġiet eżawrita.

Taqsima 5

Programmi ta’ Osservaturi

Artikolu 38

Programm ta’ osservaturi nazzjonali

1.  

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-assenjar ta’ osservaturi nazzjonali li jkun inħarġilhom dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali għal fuq bastimenti tas-sajd u tunnari li jkunu attivi fis-sajd għat-tonn ikun ikopri tal-inqas:

(a) 

20 % tal-bastimenti attivi tat-tkarkir pelaġiku tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru);

(b) 

20 % tal-bastimenti attivi tas-sajd bil-konz tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru);

(c) 

20 % tad-dgħajjes attivi tas-sajd bil-lixka tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru);

(d) 

100 % tal-bastimenti tal-irmunkar;

(e) 

100 % tal-attivitajiet tal-qtil fit-tunnari.

L-Istati Membri li għandhom inqas minn ħames bastimenti tal-qbid tal-kategoriji mniżżlin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn għandhom jiżguraw li l-assenjar tal-osservaturi nazzjonali jkun ikopri tal-inqas 20 % tal-ħin li matulu l-bastimenti jkunu qed jistadu b’mod attiv għat-tonn.

▼M1

2.  
B’deroga mill-paragrafu 1, għar-rilaxx tat-tonn mill-farms tal-ħut, l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT biss kif imsemmija fl-Artikolu 39, għandhom ikunu preżenti fuq bastimenti tal-irmunkar.
3.  
L-obbligi, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-osservaturi nazzjonali huma stipulati fl-Anness VIII.

▼B

4.  
Id-data u l-informazzjoni li jinġabru fil-kuntest tal-programm tal-osservaturi ta’ kull Stat Membru għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik id-data u dik l-informazzjoni lill-SCRS jew lis-Segretarjat tal-ICCAT, kif xieraq.

▼M1

5.  

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:

(a) 

kopertura temporali u spazjali rappreżentattiva sabiex jiġu żgurat li l-Kummissjoni tirċievi data u informazzjoni xierqa u adegwati dwar il-qabdiet, dwar l-isforz tas-sajd u dwar aspetti xjentifiċi u ta’ ġestjoni oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-flotot u tas-sajd;

(b) 

li jkun hemm protokolli sodi tal-ġbir tad-data;

(c) 

li l-osservaturi jkunu mħarrġa u approvati kif suppost qabel ma jintbagħtu fuq ħidma;

(d) 

li l-osservaturi jingħataw, qabel il-bidu tal-ħidma tagħhom, lista ta’ kuntatti fl-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jirrapportaw l-osservazzjonijiet;

(e) 

li sa fejn ikun prattikabbli, tfixkil mill-inqas għall-operazzjonijiet tat-tunnari u tal-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

(f) 

li l-kaptani tal-bastiment tas-sajd u l-operaturi tat-tunnara jippermettu li l-osservaturi jkollhom aċċess għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni abbord il-bastiment tas-sajd jew fuq it-tunnari.

▼B

Artikolu 39

Programm ta’ osservaturi reġjonali tal-ICCAT

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta’ osservaturi reġjonali tal-ICCAT kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Anness VIII.
2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li osservatur reġjonali tal-ICCAT ikun preżenti:

(a) 

fuq kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li huwa awtorizzat jistad għat-tonn;

(b) 

waqt kull trasferiment tat-tonn minn fuq il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża;

(c) 

waqt kull trasferiment tat-tonn minn ġot-tunnari għal ġol-gaġeġ tat-trasport;

▼M1

(d) 

matul it-trasferimenti kollha minn gaġġa ta’ farm tal-ħut wieħed għal gaġeġ tat-trasport, li mbagħad jiġu rmunkati għal farm tal-ħut ieħor;

▼B

(e) 

waqt kull attività ta’ tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ fil-farms tal-ħut;

(f) 

waqt il-qtil kollu tat-tonn fil-farms tal-ħut; kif ukoll

(g) 

waqt ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut għal ġol-baħar.

▼M1

2a  
B’deroga mill-paragrafu 1, il-ħsad minn farms tal-ħut sa 1 000  kg kuljum u sa massimu ta’ 50 tunnellata għal kull farm tal-ħut fis-sena biex jissupplixxi s-suq tat-tonn frisk jista’ jiġi awtorizzat mill-Istat Membru rilevanti sakemm spettur nazzjonali awtorizzat mill-Istat Membru tal-farm tal-ħut jinsab fuq il-post għal 100 % ta’ tali ħsad, u jikkontrolla l-operazzjoni kollha. Dak l-ispettur nazzjonali awtorizzat għandu wkoll jivvalida wkoll il-kwantitajiet maħsuda fis-sistema eBCD. F’każijiet bħal dawn, il-firma tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT ma għandhiex tkun meħtieġa fit-taqsima tal-informazzjoni dwar il-ħsad tal-eBCD.

▼B

3.  
Il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li ma jkollhomx osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadu għat-tonn.

▼M1

4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għandu jiġi assenjat osservatur reġjonali wieħed tal-ICCAT għal kull farm tal-ħut għall-perjodu kollu tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ u ta’ ħsad. F’każ ta’ forza maġġuri, u wara li l-Istat Membru tal-farm jikkonferma dawk iċ-ċirkustanzi li jikkostitwixxu forza maġġuri, jew fejn farms tal-ħut ġirien, kif awtorizzati u kkontrollati mill-istess Stat Membru tal-farm tal-ħut, joperaw b’mod konġunt bħala unità waħda, osservatur reġjonali tal-ICCAT jista’ jiġi assenjat għal iktar minn farm tal-ħut wieħed sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tat-trobbija tal-ħut, jekk ikun żgurat li l-kompiti tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT jitwettqu kif xieraq u wara konferma mill-Istat Membru tal-farm tal-ħut.
4a.  
B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ trasferiment bejn żewġ farms tal-ħut differenti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-istess Stat Membru, osservatur reġjonali wieħed tal-ICCAT jista’ jiġi assenjat biex ikopri l-proċess kollu inkluż it-trasferiment tal-ħut lejn gaġġa tat-trasport tal-irmunkar, l-irmunkar tal-ħut mill-farm tal-ħut donatur għall-farm tal-ħut destinatarju u t-tqegħid fil-gaġeġ tal-ħut fil-farm tal-ħut destinatarju. F’dak il-każ, il-farm tal-ħut donatur għandu juża osservatur reġjonali tal-ICCAT u l-kost għandu jinqasam mill-farm tal-ħut donatur u mill-farm tal-ħut destinatarju, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mill-operaturi ta’ dawk il-farms tal-ħut.

▼B

5.  

Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b’mod partikulari, li:

(a) 

josservaw u jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd u tat-trobbija tal-ħut f’konformità mal-miżuri rilevanti ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ICCAT, inkluż permezz tal-aċċess għall-filmat meħud bil-kameras sterjoskopiċi fil-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ, li jippermetti li jitkejjel it-tul u li tingħata stima tal-piż korrispondenti;

(b) 

jiffirmaw l-ITDs u l-BCDs meta l-informazzjoni mogħtija fihom tkun konsistenti mal-osservazzjonijiet tagħhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jindikaw fuq l-ITDs u fuq il-BCDs li huma kienu preżenti u jagħtu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil tagħhom billi jikkwotaw b’mod speċifiku r-regola jew ir-regoli jew il-proċedura jew il-proċeduri li ma tħarsux;

(c) 

iwettqu ħidma xjentifika, inkluż il-ġbir ta’ kampjuni, abbażi tal-linji gwida tal-SCRS.

▼M1

6.  
Il-kaptani, il-membri tal-ekwipaġġ u l-operaturi tal-farms tal-ħut, tat-tunnari u tal-bastimenti ma għandhomx ifixklu, jintimidaw, jinterferixxu jew jinfluwenzaw bla bżonn bi kwalunkwe mezz lill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT fil-qadi ta’ dmirijiethom
7.  
L-obbligi, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT huma stipulati fl-Anness VIII.

▼B

Taqsima 6

Attivitajiet ta’ trasferiment

Artikolu 40

Awtorizzazzjoni tat-trasferiment

▼M1

1.  

Qabel il-bidu ta’ operazzjoni ta’ trasferiment, inkluż trasferiment volontarju, l-operatur donatur għandu jibgħat lill-Istat Membru tal-bandiera, tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara notifika minn qabel tat-trasferiment li tindika:

(a) 

in-numru u l-piż stmat tal-individwi tat-tonn li jrid jiġi ttrasferit;

(b) 

l-isem u n-numru tal-ICCAT tal-bastiment tal-qbid, tal-bastimenti tal-irmunkar, tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara;

(c) 

id-data u l-post tal-qabdiet;

(d) 

id-data u l-ħin stmat tat-trasferiment;

(e) 

il-pożizzjoni stmata (il-latitudini u l-lonġitudni) fejn ikun ser isir it-trasferiment u n-numri tal-gaġeġ donaturi u riċevituri;

(f) 

l-isem u n-numru tal-ICCAT tal-farm tal-ħut destinatarju;

(g) 

l-isem u n-numru tal-ICCAT tal-farm donatur, fil-każ ta’ trasferiment mill-gaġġa tal-farm tal-ħut għal gaġġa tat-trasport;

(h) 

in-numri tal-gaġeġ taż-żewġ gaġeġ tal-farm tal-ħut u kwalunkwe gaġġa tat-trasport involuta, fil-każ ta’ trasferimenti ġewwa l-farm tal-ħut.

▼M1 —————

▼M1

3.  
Għandu jiġi assenjat numru uniku ta’ identifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 45c lill-gaġeġ kollha użati fl-operazzjonijiet ta’ trasferiment u fit-trasport assoċjat tat-tonn ħaj.

▼B

4.  
L-Istat Membru li lilu ntbagħtet notifika tat-trasferiment skont il-paragrafu 1 għandu jagħti numru tal-awtorizzazzjoni lil kull attività ta’ trasferiment u għandu jibagħtu lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew lill-operatur tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut, skont il-każ. In-numru tal-awtorizzazzjoni għandu jinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, erba’ numri li juru s-sena u tliet ittri li jindikaw awtorizzazzjoni pożittiva (AUT) jew negattiva (NEG), segwiti minn numri sekwenzjali.

▼M1

5.  
L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu, fi żmien 48 siegħa wara l-preżentazzjoni tan-notifika ta’ trasferiment minn qabel, jawtorizza jew jirrifjuta li jawtorizza t-trasferiment. It-trasferiment ma għandux jibda mingħajr in-numru tal-awtorizzazzjoni minn qabel li jindika l-awtorizzazzjoni pożittiva (AUT) maħruġa.

▼B

6.  
L-awtorizzazzjoni tat-trasferiment ma għandhiex tippreġudika l-konferma tal-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ.

▼M1

7.  
It-trasferimenti volontarji u ta’ kontroll ma għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni ġdida ta’ trasferiment.

▼B

Artikolu 41

▼M1

Ċaħda tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment u r-rilaxx konsegwenti tat-tonn

▼B

1.  

L-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet notifika tat-trasferiment minn qabel skont l-Artikolu 40(1) għandu jirrifjuta li jawtorizza t-trasferiment jekk, malli jirċievi n-notifika minn qabel tat-trasferiment, huwa jqis li:

(a) 

il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma kellhomx kwota biżżejjed;

▼M1

(b) 

l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn ma jkunux ġew irrappurtati kif xieraq mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara, jew it-tqegħid fil-gaġeġ tal-individwi tat-tonn ma kienx awtorizzat;

(c) 

il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma kellhomx awtorizzazzjoni valida biex jistadu għat-tonn, maħruġa f’konformità mal-Artikolu 27 jew 28;

(d) 

il-bastiment tal-irmunkar li ġie ddikjarat li ser jirċievi t-trasferiment tal-ħut mhuwiex irreġistrat fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħrajn tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 26, jew mhuwiex mgħammar b’VMS li tiffunzjona għalkollox jew b’apparat ta’ lokalizzazzjoni ekwivalenti; jew

(e) 

il-farm tal-ħut destinatarju ma huwiex irrapportat bħala attiv fir-reġistru ta’ faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn tal-ICCAT.

▼B

2.  
Jekk l-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet notifika tat-trasferiment skont l-Artikolu 40(1) jirrifjuta it-trasferiment, huwagħandu joħroġ minnufih ordni tar-rilaxx lill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-bastiment tal-irmunkar jew lill-operatur tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut, skont il-każ, biex jgħarrafhom li t-trasferiment mhuwiex awtorizzat u jitlobhom jirrilaxxaw il-ħut fil-baħar skont l-Anness XII.

▼M1

3.  
F’każ ta’ ħsara teknika fil-VMS tiegħu matul it-trasport lejn il-farm tal-ħut, il-bastiment tal-irmunkar għandu jiġi sostitwit b’bastiment ieħor tal-irmunkar li jkollu VMS li tiffunzjona għalkollox, jew inkella għandha tiġi installata jew użata VMS ġdida li taħdem malli dan ikun fattibbli u sa mhux aktar minn 72 siegħa wara dik il-ħsara teknika. Dak il-perjodu ta’ 72 siegħa jista’ jiġi estiż b’mod eċċezzjonali fil-każ ta’ forza maġġuri jew ta’ restrizzjonijiet operattivi leġittimi. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa minnufih bil-ħsara teknika u, min-naħa tagħha, għandha tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT b’dan. Minn x’ħin tiġi nnutata l-ħsara teknika sa ma din tissewwa, kull siegħa, il-kaptan jew ir-rappreżentant tal-kaptan għandu jibgħat lill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru tal-bandiera l-koordinati ġeografiċi aġġornati tal-bastiment tas-sajd bil-mezzi tat-telekomunikazzjoni x-xierqa.

▼B

Artikolu 42

Dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT

▼M1

1.  

Fi tmiem l-operazzjoni tat-trasferiment, l-operatur donatur għandu jimla u jittrażmetti d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT (“ITD”) f’konformità mal-format stipulat fl-Anness VI biex:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tat-tunnara;

(b) 

l-osservatur reġjonali tal-ICCAT meta l-preżenza ta’ dak l-osservatur tkun obbligatorja; u

(c) 

fejn applikabbli, il-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar jew l-operatur tal-farm tal-ħut destinatarju.

▼B

2.  
L-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment tas-sajd, għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara minn fejn joriġina t-trasferiment għandhom jinnumeraw il-formoli tal-ITD. In-numru tal-formola tal-ITD għandu jinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, segwit minn erba’ numri li juru s-sena u tliet numri sekwenzjali segwiti mit-tliet ittri “ITD” (SM-20**/xxx/ITD).

▼M1

3.  
L-ITD oriġinali għandha takkumpanja t-trasferiment lejn il-farm tal-ħut destinatarju fejn l-individwi tat-tonn għandhom jitqiegħdu fil-gaġeġ.

Mal-ewwel trasferiment, l-ITD oriġinali għandha tiġi dduplikata mill-operatur donatur meta qabda waħda tiġi ttrasferita mit-tartarun tal-borża jew mit-tunnara għal aktar minn gaġġa tat-trasport waħda.

Fil-każ ta’ trasferiment ulterjuri, il-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar donatur għandu jaġġorna l-ITD billi jimla t-taqsima 3 (Trasferimenti ulterjuri) tagħha, u jipprovdi l-ITD aġġornata lill-bastiment tal-irmunkar riċevitur.

Kopja tal-ITD għandha tinżamm abbord il-bastimenti tal-qbid jew tal-irmunkar donatur, jew mill-operatur tat-tunnara donatur jew il-farm tal-ħut donatur, u tkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għal skopijiet ta’ kontroll matul id-durata tal-istaġun tas-sajd.

▼B

4.  
Il-kaptani tal-bastimenti li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta’ trasferiment għandhom jirrappurtaw l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-Anness II.

▼M1

5.  
L-informazzjoni dwar ħut li jkun osservat li jkun mejjet matul trasferiment jew matul it-trasport tal-ħut lejn il-farm tal-ħut destinatarju, għandha tiġi rreġistrata f’konformità mal-Anness XIII.

▼B

Artikolu 43

Monitoraġġ permezz ta’ vidjokamera

▼M1

1.  

L-operatur donatur għandu jiżgura li t-trasferiment jiġi mmonitorjat permezz ta’ vidjokamera fl-ilma sabiex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu ttrasferiti, ħlief għat-trasferimenti tal-gaġeġ bejn żewġ bastimenti tal-irmunkar, li ma jinvolvux il-moviment tal-individwi tat-tonn ħaj bejn dawk il-gaġeġ. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha ssir f’konformità mal-istandards minimi għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X.

Kull awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li jiġu pprovduti kopji tar-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera rilevanti mill-operatur donatur mingħajr dewmien:

(a) 

għall-ewwel trasferiment u għal kwalunkwe trasferiment volontarju, lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar li jkun qed jirċievi l-ħut u, fi tmiem il-vjaġġ tas-sajd, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tat-tunnara tal-operatur donatur;

(b) 

għal aktar trasferimenti, lill-osservatur nazzjonali abbord il-bastiment tal-irmonk donatur, lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk riċevitur u, fi tmiem il-vjaġġ tal-irmonk, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-irmunkar donatur;

(c) 

għat-trasferimenti bejn żewġ farms tal-ħut differenti, lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar li jkun qed jirċievi l-ħut u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tal-operatur donatur; u

(d) 

jekk spettur nazzjonali jew tal-ICCAT ikun preżenti matul l-operazzjoni ta’ trasferiment, lil dak l-ispettur.

1a.  
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera kkonċernata għandha takkumpanja l-ħut sal-farm tal-ħut tad-destinazzjoni. Għandha tinżamm kopja fit-tunnari, fil-farms tal-ħut jew abbord il-bastimenti donaturi, u għandha tkun aċċessibbli għal skopijiet ta’ kontroll fi kwalunkwe ħin matul l-istaġun tas-sajd.

▼B

2.  
Meta l-SCRS jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi kopji tar-reġistrazzjonijiet bil-vidjo, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dawk il-kopji lill-Kummissjoni, li għandha tibgħathom lill-SCRS.

▼M1

3.  
L-operatur donatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom iżommu r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera relatati mat-trasferimenti għal mill-inqas tliet snin u jżommuhom sakemm ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ kontroll u infurzar.

Artikolu 43a

Trasferimenti volontarji u ta’ kontroll

1.  
Jekk ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera msemmija fl-Artikolu 43 ma tissodisfax l-istandards minimi għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X, u b’mod partikolari jekk il-kwalità u ċ-ċarezza tagħha ma jkunux biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu ttrasferiti, l-operatur donatur jista’ jwettaq trasferimenti volontarji.
2.  
Jekk ma jkun sar l-ebda trasferiment volontarju, jew jekk, minkejja t-trasferiment volontarju, ikun għadu mhux possibbli li jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut tal-operatur donatur għandha tordna trasferiment ta’ kontroll, li għandu jiġi ripetut sakemm il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tippermetti li jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti.
3.  
It-trasferimenti volontarji u ta’ kontroll għandhom jitwettqu f’gaġġa vojta. L-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti, kif determinat matul it-trasferiment volontarju jew ta’ kontroll validu, għandu jintuża biex jimtela l-ġurnal ta’ abbord, l-ITD u t-taqsimiet rilevanti tal-eBCD.
4.  
Is-separazzjoni tal-gaġġa tat-trasport mill-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża, mit-tunnara jew mill-gaġġa tal-farm tal-ħut ma għandhiex issir sakemm l-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża, jew li jkun preżenti fil-farm tal-ħut jew fit-tunnara, ikun wettaq il-kompiti rilevanti.
5.  
Jekk il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tat-trasferimenti volontarji xorta ma tippermettix li jiġi ddeterminat l-għadd ta’ individwi li jkunu qed jiġu trasferiti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur tista’ tippermetti s-separazzjoni tal-gaġeġ tat-trasport mill-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża, mit-tunnara jew mill-farm tal-ħut. F’każ bħal dan, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur għandha tordna li l-bibien tal-gaġeġ tat-trasport ikkonċernati jiġu ssiġillati f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Anness XVa, u tirrikjedi li t-trasferimenti ta’ kontroll jitwettqu f’ħin u f’post determinati, fil-preżenza tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut ikkonċernat.
6.  
Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut ma jkunux jistgħu jkunu preżenti fit-trasferiment tal-kontroll, it-trasferiment tal-kontroll għandu jseħħ fil-preżenza ta’ osservatur reġjonali tal-ICCAT. F’dak il-każ, l-operatur tal-farm tal-ħut li jkun is-sid tal-individwi tat-tonn li jkun qed jiġi trasferiti għandu jkun responsabbli għall-assenjar tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT għall-fini tal-verifika tat-trasferiment tal-kontroll.

▼M1

Artikolu 44

Investigazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur

1.  

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur għandhom jinvestigaw il-każijiet kollha fejn:

(a) 

ikun hemm differenza ta’ aktar minn 10 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn irrapportati fl-ITD mill-operatur donatur u l-għadd ta’ individwi tat-tonn iddeterminat mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, jew mill-osservatur nazzjonali, kif xieraq;

(b) 

l-osservatur reġjonali tal-ICCAT ma ffirmax l-ITD.

Il-marġni ta’ żball ta’ 10 % imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jiġi espress bħala perċentwal taċ-ċifri tal-operatur donatur.

Fil-bidu ta’ investigazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK tal-bastimenti tal-irmunkar ikkonċernati dwar l-investigazzjoni u tiżgura li ma jkun permess l-ebda trasferiment minn jew lejn il-gaġġa tat-trasport ikkonċernata sakemm tintemm l-investigazzjoni.

Fejn applikabbli, l-investigazzjoni għandha tinkludi l-analiżi tar-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera rilevanti kollha. Ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri, investigazzjoni bħal din għandha tintemm qabel il-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ fil-farm tal-ħut u fi kwalunkwe każ fi żmien 96 siegħa mill-bidu tal-investigazzjoni. Sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni, ma għandux ikun awtorizzat it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsima rilevanti tal-eBCD ma għandhiex tiġi vvalidata.

2.  
Għall-operazzjonijiet kollha ta’ trasferiment fejn tkun meħtieġa reġistrazzjoni bil-vidjokamera, differenza ta’ aktar minn 10 % fl-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti rrappurtati mill-operatur donatur fl-ITD u l-għadd iddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-operatur donatur għandu jikkostitwixxi nuqqas potenzjali ta’ konformità tal-bastiment tas-sajd, tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut ikkonċernat.

▼B

Artikolu 45

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68.

▼M1

Artikolu 45a

Emendi għall-ITDs u l-eBCDs wara spezzjonijiet fuq il-baħar jew investigazzjonijiet

Jekk, wara spezzjoni fuq il-baħar jew investigazzjoni, id-differenza fl-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jiġu trasferiti tinstab li tkun aktar minn 10 % għal dik iddikjarata fl-ITD u fl-eBCD, l-eBCD għandu jiġi emendat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur donatur biex jirrifletti r-riżultat ta’ dik l-ispezzjoni jew dik l-investigazzjoni.

▼B

Taqsima 7

Attivitajiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ

▼M1

Artikolu 45b

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Kull Stat Membru tal-farm tal-ħut għandu jinnomina awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni tal-ġbir u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ imwettqa fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, għall-kontroll tal-attivitajiet fil-farms tal-ħut li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, u għar-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera u tat-tunnara u tal-PKK tal-bastimenti jew tat-tunnari li qabdu t-tonn fil-gaġeġ u l-kooperazzjoni magħhom.
2.  
L-attivitajiet kollha tas-sajd tat-tonn u tal-farms tal-ħut għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll stipulat fil-pjan ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni annwali mressaq taħt l-Artikolu 14.
3.  
L-Istati Membri involuti fl-attivitajiet relatati mat-tqegħid fil-gaġeġ għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw biex jiżguraw li l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn maħsuba għat-tqegħid fil-gaġeġ ikunu preċiżi, konsistenti mal-ammonti tal-qabdiet irrapportati mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew l-operatur tat-tunnara, u ddikjarati fit-taqsimiet rilevanti tal-eBCD.
4.  
L-Istati Membri tal-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li f’kull ħin l-operaturi tal-farms tal-ħut iżommu pjan skematiku preċiż tal-farms tal-ħut tagħhom, li jindika n-numri uniċi ta’ identifikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 45c, tal-gaġeġ kollha u l-pożizzjoni individwali tagħhom fil-farm tal-ħut. Dak il-pjan għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut f’kull ħin għall-finijiet ta’ kontroll u tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT li jkun intbagħat fil-farm tal-ħut. Kwalunkwe aġġornament tal-pjan skematiku għandu jkun soġġett għal notifika minn qabel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm. Il-pjan skematiku għandu jiġi aġġornat kull meta l-għadd jew id-distribuzzjoni tal-gaġeġ tal-farm tal-ħut jiġu modifikati.
5.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u l-operatur tal-farm għandhom iżommu l-informazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-materjal kollha relatati mal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ imwettqa fil-farms tal-ħut taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha għal mill-inqas tliet snin, u jżommu l-informazzjoni sakemm tkun meħtieġa għal skopijiet ta’ infurzar. Dan l-obbligu għandu japplika mutatis mutandis għall-operaturi tal-farms tal-ħut fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ imwettqa fil-farms tal-ħut tagħhom.

Artikolu 45c

Numru uniku ta’ identifikazzjoni

1.  
Qabel il-bidu tal-kampanja tas-sajd għat-tonn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tassenja numru uniku ta’ identifikazzjoni (“numru tal-gaġġa”) lil kull gaġġa assoċjata ma’ farms tal-ħut taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, inkluż dawk il-gaġeġ użati għat-trasport tal-ħut lejn il-farm tal-ħut.
2.  
In-numri tal-gaġeġ għandhom jinħarġu f’konformità ma’ sistema ta’ numerazzjoni unika li tinkludi tal-inqas il-kodiċi alfa-3 li jikkorrispondi għall-Istat Membru tal-farm tal-ħut, segwit minn tliet numri. In-numri tal-gaġeġ għandhom ikunu permanenti u ma għandhomx ikunu trasferibbli minn gaġġa għal oħra.
3.  
In-numri tal-gaġeġ għandhom jiġu ttimbrati jew miżbugħin fuq żewġ naħat opposti taċ-ċirku tal-gaġġa u ‘l fuq mil-linja tal-ilma, b’kulur li jikkuntrasta mal-isfond li fuqu huma miżbugħin jew ittimbrati, u għadhom ikunu viżibbli u leġibbli fi kwalunkwe ħin għal skopijiet ta’ kontroll. L-għoli tal-ittri u n-numri għandu jkun mill-inqas 20 cm bi ħxuna tal-linja ta’ mill-inqas 4 cm.
4.  
B’deroga mill-paragrafu 3, għandhom ikunu permessi metodi alternattivi biex jiġi mmarkat in-numru tal-gaġġa fuq il-gaġġa, sakemm dawn joffru l-istess garanzija ta’ viżibbiltà, leġġibilità u invjolabbiltà.

Artikolu 45d

Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ

1.  
Kull operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ għandha tkun soġġetta għall-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4.
2.  

L-operatur tal-farm tal-ħut għandu jitlob awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ li għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut. L-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn li għandhom jitqiegħdu fil-gaġeġ kif imsemmi fl-ITD;

(b) 

l-ITD rilevanti;

(c) 

l-għadd tal-eBCDs ikkonċernati, kif ikkonfermat u vvalidat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara;

(d) 

ir-rapporti kollha tal-ħut li jmutu waqt it-trasport, irreġistrati kif xieraq f’konformità mal-Anness XIII.

3.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara jew tal-PKK, u għandha titlob konferma li l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ tista’ tiġi awtorizzata.
4.  
Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tal-PKK li l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ ikkonċernata tista’ tiġi awtorizzata jew għandha tiġi rrifjutata. Fil-każ ta’ ċaħda, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha tispeċifika r-raġunijiet għal dik iċ-ċaħda. Iċ-ċaħda għandha tinkludi l-ordni ta’ rilaxx konsegwenti.
5.  
L-Istat Membru tal-farm għandu joħroġ l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ immedjatament wara li jirċievi l-konferma mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara ikkonċernata. Fin-nuqqas ta’ dik il-konferma, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut ma għandhiex tawtorizza l-operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ.
6.  
L-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ ma għandhomx ikunu awtorizzati jekk is-sett sħiħ ta’ informazzjoni meħtieġ skont il-paragrafu 2 ma jakkumpanjax il-ħut soġġett għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ.
7.  
Sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 44 imwettqa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara, l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex tkun awtorizzata u t-taqsimiet rilevanti dwar l-informazzjoni dwar il-qbid u l-informazzjoni dwar il-kummerċ għall-kummerċ ta’ ħut ħaj tal-eBCD ma għandhomx jiġu vvalidati.
8.  
Jekk l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ ma tkunx inħarġet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-farm tal-ħut fi żmien xahar wara t-talba mill-operatur tal-farm tal-ħut għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tordna u tipproċedi biex tirrilaxxa l-ħut kollu li jinsab fil-gaġġa tat-trasport ikkonċernata, f’konformità l-Anness XII. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara kkonċernata u lis-Segretarjat tal-ICCAT bir-rilaxx.

▼M1

Artikolu 46

Ċaħda ta’ awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ

1.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandha tirrifjuta li tapprova t-tqegħid fil-gaġeġ jekk tqis li:

(a) 

il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li qabdu l-ħut ma kellhomx kwota suffiċjenti biex ikopru t-tonn li kellu jitqiegħed fil-gaġeġ;

(b) 

il-kwantità ta’ ħut li għandha titqiegħed fil-gaġeġ ma ġietx irrapportata kif suppost mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara; jew

(c) 

il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma għandhomx awtorizzazzjoni valida biex jistadu għat-tonn, maħruġa f’konforità mal-Artikolu 27 jew 28.

2.  

Jekk l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara jirrifjuta li japprova t-tqegħid fil-gaġeġ, huwa għandu:

(a) 

jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-farm tal-ħut; u

(b) 

jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-farm tal-ħut biex tipproċedi bis-sekwestru tal-qabdiet u r-rilaxx tal-ħut fil-baħar.

Artikolu 46a

Tqegħid fil-gaġeġ

1.  
Mal-wasla tal-bastiment tal-irmunkar qrib il-farm tal-ħut, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li dak il-bastiment tal-irmunkar jinżamm f’distanza minima ta’ mil nawtiku minn kwalunkwe faċilità tal-farm tal-ħut sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tkun fiżikament preżenti. Il-pożizzjoni u l-attività tal-bastiment tal-irmunkar għandhom jiġu mmonitorjati f’kull ħin.
2.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut ma għandhiex tawtorizza il-bidu tat-tqegħid fil-gaġeġ mingħajr il-preżenza ta’ dik l-awtorità u tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT jew qabel ma jimtlew u jiġu vvalidati t-taqsimiet rilevanti dwar l-informazzjoni dwar il-qbid u l-informazzjoni dwar il-kummerċ għall-kummerċ ta’ ħut ħaj tal-eBCD mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-PKK tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara.
3.  
L-ankraġġ tal-gaġeġ tat-trasport fil-farm tal-ħut bħala gaġeġ tal-farms tal-ħut, mingħajr rilokazzjoni tal-ħut biex tkun tista’ tiġi rreġistrata kamera sterjoskopika għandu jkun ipprojbit.
4.  
Wara t-trasferiment tal-individwi tat-tonn mill-gaġġa tal-irmunkar għall-gaġġa tal-farm tal-ħut, l-awtorità ta’ kontroll tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li l-gaġeġ tal-farm tal-ħut li jkun fihom l-individwi tat-tonn jiġu ssiġillati l-ħin kollu. It-tneħħija tas-siġillar għandha tkun possibbli biss fil-preżenza tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u wara l-awtorizzazzjoni tagħha. L-awtorità ta’ kontroll tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tistabbilixxi protokolli għall-issiġillar tal-gaġeġ tal-farms tal-ħut, li għandhom jiżguraw l-użu ta’ siġilli uffiċjali u li dawk is-siġilli jitqiegħdu b’tali mod li jipprevjenu l-ftuħ tal-bibien mingħajr ma jinkisru s-siġilli.
5.  
L-Istati Membri tal-farm tal-ħut għandhom jiżguraw li l-qabdiet tat-tonn jitqiegħdu f’gaġeġ jew f’sensiela ta’ gaġeġ separati u mqassmin abbażi tal-Istat Membru jew il-PKK ta’ oriġini u s-sena tal-qbid. Madankollu, jekk it-tonn ikun inqabad fil-kuntest ta’ operazzjoni konġunta tas-sajd, il-qabdiet ikkonċernati għandhom jitqiegħdu f’gaġeġ separati jew f’sensiela ta’ gaġeġ u jinqasmu abbażi tal-operazzjoni konġunta tas-sajd u s-sena tal-qbid.
6.  
Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel it-22 ta’ Awwissu ta’ kull sena, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut ma jipprovdux raġunijiet validi għal dan, inkluż forza maġġuri, li għandhom jingħataw mar-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ meta dan jitressaq. Fi kwalunkwe każ, il-ħut ma għandux jitqiegħed fil-gaġeġ wara s-7 ta’ Settembru ta’ kull sena. L-iskadenzi ta’ hawn fuq ma japplikawx fil-każ ta’ trasferimenti bejn il-farms tal-ħut.

Artikolu 47

Dokumentazzjoni dwar il-qabdiet tat-tonn

Għandu jkun ipprojbit għall-Istati Membri tal-farms tal-ħut li jawtorizzaw il-gaġġa tat-tonn li ma tkunx akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa mill-ICCAT fil-qafas tal-programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid tar-Regolament (UE) 2023/2833 ( 4 ). Id-dokumentazzjoni għandha tkun preċiża u kompluta, u għandha tiġi vvalidata mill-Istat Membru jew mill-PKK tal-bandiera tal-bastimenti tal-qbid jew tal-Istat Membru jew tal-PKK tat-tunnara tal-qbid.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 49

Reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ minn kameras tal-kontroll u dikjarazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ

1.  
L-Istati Membri tal-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ jiġu mmonitorjati mill-awtoritajiet ta’ kontroll tagħhom bl-użu ta’ kameras kemm konvenzjonali kif ukoll sterjoskopiċi. Għandhom isiru reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera għal kull attività ta’ tqegħid fil-gaġeġ f’konformità ma l-istandards minimi għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X.
2.  
Jekk il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ta’ kontroll użata biex jiġu ddeterminati l-għadd u l-piż ta’ individwi tat-tonn fil-gaġeġ ma tikkonformax mal-istandards minimi għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tordna kontroll tat-tqegħid fil-gaġeġ sakemm ikun possibbli li jiġu ddeterminati l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn. Ir-ripetizzjoni tal-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fil-gaġeġ.
3.  
F’każ ta’ kontroll tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li l-gaġġa tal-farm tal-ħut donatur tkun issiġillata u li l-gaġġa ma tkunx tista’ tiġi mmanipulata qabel l-operazzjoni l-ġdida tat-tqegħid fil-gaġeġ. Il-gaġeġ tar-farm tal-ħut riċevitur użati fil-gaġeġ ta’ kontroll għandhom ikunu vojta.
4.  
Meta titlesta l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li l-osservatur reġjonali tal-ICCAT ikollu aċċess immedjat għar-reġistrazzjonijiet kollha bil-vidjokamera tal-kontroll u jitħalla jagħmel kopja biex ilesti l-kompitu tal-analiżi ta’ dawk ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera f’ħin jew f’post ieħor.
5.  
L-Istati Membri tal-farm tal-ħut għandhom jiżguraw li, għal kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ, l-operatur tal-farm tal-ħut jippreżenta dikjarazzjoni tal-ICCAT dwar it-tqegħid fil-gaġeġ fi żmien ġimgħa wara li tkun saret l-operazzjoni attwali tat-tqegħid fil-gaġeġ, billi juża l-mudell stipulat fl-Anness XIV.

Artikolu 50

Tnedija tal-investigazzjonijiet u twettiq tagħhom

1.  
Fejn, għal operazzjoni tal-qbid waħda, ikun hemm differenza ta’ aktar minn 10 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jkunu qed jitqiegħdu fil-gaġeġ kif ikkomunikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut f’konformità mal-Artikolu 51(3), mill-għadd irrappurtat fl-eBCD jew fl-ITD bħala maqbuda u/jew trasferiti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha tniedi investigazzjoni biex tiddetermina l-piż preċiż tal-qbid li għandu jitnaqqas mill-kwota nazzjonali tat-tonn.
2.  
B’appoġġ għall-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha titlob l-informazzjoni komplementari kollha u r-riżultati tal-analiżi rilevanti tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera u tal-farm tal-ħut li kienu involuti fl-operazzjoni tat-trasport u tat-tqegħid fil-gaġeġ ikkonċernata.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluż l-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti li kienu involuti fit-trasport tal-ħut, għandhom jikkooperaw b’mod attiv, inkluż permezz tal-iskambju tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom.
4.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha tikkonkludi l-investigazzjoni fi żmien xahar minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tkun ikkomunikat ir-riżultati tat-tqegħid fil-gaġeġ.
5.  
Differenza akbar minn 10 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn irrappurtati bħala maqbuda mill-bastiment jew mit-tunnara kkonċernati u l-għadd iddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara bħala riżultat tal-investigazzjoni għandha tikkostitwixxi nuqqas potenzjali ta’ konformità tal-bastiment jew tat-tunnara kkonċernati.
6.  
Il-marġni ta’ żball ta’ 10 % imsemmi fil-paragrafi 1 u 5 għandu jingħata bħala perċentwal taċ-ċifri rrappurtati mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew mir-rappreżentant tal-kaptan, jew mill-operatur tat-tunnara jew mir-rappreżentat tal-operatur tat-tunnara, u għandu jkun applikabbli fil-livell tal-operazzjoni individwali tat-tqegħid fil-gaġeġ.
7.  
L-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandu jiddetermina l-piż tat-tonn li għandu jitnaqqas mill-kwota nazzjonali tiegħu tat-tonn filwaqt li jqis il-kwantitajiet fil-gaġeġ, ikkalkulati f’konformità ma l-Anness XI, li jiżgura li l-piż fil-gaġeġ jiġi kkalkulat abbażi tar-relazzjoni bejn it-tul u l-piż għall-ħut selvaġġ, u l-mortalitajiet irrapportati, f’konformità mal-Anness XIII.
8.  
Madankollu, fejn l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tikkonkludi li individwi tat-tonn jintilfu kif definit fl-Anness XIII, il-piż tal-ħut mitluf għandu jitnaqqas mill-kwota tal-Istat Membru f’konformità mal-Anness XIII, billi jiġi applikat il-piż individwali medju waqt it-tqegħid fil-gaġeġ ikkomunikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut, għall-għadd ta’ individwi tat-tonn fil-qabda kif determinat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tat-tunnara li jirriżulta mill-analiżi tagħha tal-ewwel reġistrazzjoni bil-vidjokamera tat-trasferiment fil-kuntest tal-investigazzjoni.
9.  
Minkejja l-paragrafu 8, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera involut fit-trasport tal-ħut lejn il-farm tal-ħut tad-destinazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tat-tunnara tista’ tiddeċiedi li ma tnaqqasx mill-kwota tal-Istat Membru l-ħut iddeterminat fl-investigazzjoni bħala ħut mitluf, meta t-telf ġie ddokumentat kif suppost bħala “forza maġġuri” mill-operatur (jiġifieri, stampi tal-gaġġa bil-ħsara, rapporti meteoroloġiċi), l-informazzjoni rilevanti ġiet ikkomunikata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operatur immedjatament wara l-avveniment u t-telf ma rriżultax f’mortalitajiet magħrufa.

Artikolu 51

Miżuri u programmi biex jiġu ddeterminati l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn li qed jitqiegħdu fil-gaġeġ

1.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiddetermina l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn li qed jitqiegħdu fil-gaġeġ, billi tanalizza r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ta’ kull operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ ipprovduti mill-operatur tal-farm tal-ħut. Biex iwettqu dik l-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fl-Anness XI.
2.  
Meta jkun hemm differenza ta’ aktar minn 10 % bejn l-għadd jew il-piż determinat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u ċ-ċifri korrispondenti rrappurtati fid-dikjarazzjoni tal-ICCAT dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tniedi investigazzjoni biex tidentifika r-raġunijiet għad-diskrepanza u, kif xieraq, taġġusta l-għadd u/jew il-piż tal-individwi tat-tonn li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ. Dak il-marġni ta’ żball ta’ 10 % għandu jiġi espress bħala perċentwal taċ-ċifri pprovduti mill-operatur tal-farm tal-ħut.
3.  
Wara li titlesta operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ jew, fil-każ ta’ operazzjoni konġunta tas-sajd jew ta’ tunnari tal-istess Stat Membru, l-aħħar operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ assoċjata ma’ dik l-operazzjoni konġunta tas-sajd jew ma’ dawk it-tunnari, l-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandu jikkomunika r-riżultati tal-programm sterjoskopiku msemmi fl-Anness XI lill-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara jew lill-PKK f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 2, tal-Anness XI.
4.  
L-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandu wkoll jibgħat ir-riżultati tal-programm sterjoskopiku msemmi fil-paragrafu 3 lill-entità li tkun qed topera l-programm tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT f’isem l-ICCAT.
5.  
Il-programm sterjoskopiku imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jitwettaq f’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Anness XI. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi biss jekk l-ICCAT tkun approvathom matul il-laqgħa annwali tagħha.
6.  
Kull Stat Membru tal-farm tal-ħut għandu jissottometti l-proċeduri u r-riżultati relatati mal-programm sterjoskopiku jew metodi alternattivi imsemmija fil-paragrafu 5 lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena sabiex jiġu trażmessi lill-SCRS sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena.
7.  
It-tonn kollu li jmut waqt operazzjoni ta’ tqegħid fil-gaġeġ għandu jiġi rrappurtat mill-operatur tal-farm tal-ħut, f’konformità mal-Anness XIII.
8.  

L-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandu joħroġ ordni ta’ rilaxx, f’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Anness XII, għall-kwantitajiet imqegħdin fil-gaġeġ li jaqbżu l-kwantitajiet iddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti, jekk:

(a) 

l-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(1) ma tintemmx fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta jkunu ntbagħtu r-riżultati tal-programm sterjoskopiku, għal operazzjoni waħda ta’ tqegħid fil-gaġeġ, jew għall-operazzjonijiet kollha ta’ tqegħid fil-gaġeġ fil-każ ta’ operazzjoni konġunta tas-sajd; jew

(b) 

l-eżitu tal-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(1) juri li l-għadd ta’ tonn u/jew il-piż medju tiegħu huwa aktar minn dak iddikjarat bħala maqbud u ttrasferit.

L-ammont żejjed għandu jiġi rrilaxxat fil-preżenza tal-awtoritajiet ta’ kontroll.

9.  
Ir-riżultati tal-programm sterjoskopiku għandhom jintużaw biex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn isiru r-rilaxxi u d-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsimiet rilevanti tal-BCD għandhom jimtlew kif xieraq. Meta tkun inħarġet ordni ta’ rilaxx, l-operatur tal-farm tal-ħut għandu jitlob li awtorità nazzjonali ta’ kontroll u osservatur reġjonali tal-ICCAT jkunu preżenti biex jimmonitorjaw ir-rilaxx.

Artikolu 52

Rilaxx assoċjat ma’ operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ

1.  
Id-determinazzjoni tal-ħut li jrid jiġi rilaxxat għandha ssir f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 3, tal-Anness XI.
2.  
Jekk il-piż tat-tonn li jitqiegħed fil-gaġeġ jaqbeż dak li kien iddikjarat bħala maqbud u/jew trasferit, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-qbid jew tat-tunnara għandha toħroġ ordni ta’ rilaxx u tibgħatha mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut ikkonċernat. L-ordni ta’ rilaxx għandha tinħareġ f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 3, tal-Anness XI, filwaqt li jitqies il-kumpens possibbli fil-livell tal-operazzjoni konġunta tas-sajd jew tat-tunnara, f’konformità mat-Taqsima B, il-punt 5, tal-Anness XI.
3.  
L-operazzjoni ta’ rilaxx għandha titwettaq f’konformità mal-protokoll stipulat fl-Anness XII.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 56

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68.

▼M1

Taqsima 7a

Operazzjonijiet ta’ Ħsad

Artikolu 56a

Ħsad

1.  
Bastimenti għall-ipproċessar li jkunu biħsiebhom joperaw f’farms tal-ħut jew f’tunnari għandhom jibagħtu notifika minn qabel lill-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tat-tunnari mill-inqas 48 siegħa qabel il-wasla tal-bastiment fiż-żona tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara. In-notifika minn qabel għandha tinkludi tal-inqas id-data u l-ħin stmat tal-wasla u informazzjoni dwar jekk il-bastiment għall-ipproċessar għandux tonn abbord, u, jekk iva, għandha tipprovdi dettalji dwar il-merkanzija, inkluż kwantitajiet f’piż ipproċessat u piż ħaj u d-dettalji tal-oriġini (farm tal-ħut jew tunnara u l-Istat Membru jew PKK) tat-tonn abbord.
2.  

Kwalunkwe operazzjoni ta’ ħsad f’farms tal-ħut jew f’tunnari għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara. Għal dak l-għan, l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara li jkun biħsiebu jaħsad it-tonn għandu jippreżenta talba għall-awtorizzazzjoni lill-Istat Membru tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara tiegħu, kif applikabbli, li għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

— 
id-data jew il-perjodu tal-ħsad,
— 
il-kwantitajiet stmati li għandhom jinħasdu f’għadd ta’ individwi tat-tonn u f’kg,
— 
in-numru tal-eBCD assoċjat mal-individwi tat-tonn li jridu jinħasdu,
— 
id-dettalji tal-bastimenti awżiljarji involuti fl-operazzjoni, u
— 
id-destinazzjoni tat-tonn maħsud (bastiment għall-ipproċessar, esportazzjoni, suq lokali, eċċ.).
3.  
Ħlief għal individwi tat-tonn li jkunu waslu biex imutu, l-ebda operazzjoni ta’ ħsad ma għandha tiġi awtorizzata qabel ma jkunu ġew iddeterminati r-riżultati tal-użu tal-kwota f’konformità mal-Artikolu 50(7) sa (9) u jkunu twettqu r-rilaxxi assoċjati.
4.  
L-operazzjonijiet ta’ ħsad ma għandhomx iseħħu mingħajr il-preżenza ta’ osservatur nazzjonali fil-każ tat-tunnari, jew osservatur reġjonali tal-ICCAT fil-każ ta’ ħsad fil-farms tal-ħut. Għall-ħut ikkunsinnat lil bastimenti għall-ipproċessar, l-osservatur nazzjonali jew l-osservatur reġjonali tal-ICCAT jista’ jwettaq il-kompiti rilevanti tiegħu mill-bastimenti għall-ipproċessar.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandhom jivverifikaw u jagħmlu kontroverifika tar-riżultati tal-operazzjonijiet kollha tal-ħsad li jsiru fil-farms tal-ħut u fit-tunnari fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, billi jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha fil-pussess tagħhom. L-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti tal-Istati Membri tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandhom jispezzjonaw l-operazzjonijiet kollha tal-ħsad tat-tonn destinat għall-bastimenti għall-ipproċessar u perċentwal tal-bqija tal-operazzjonijiet tal-ħsad ibbażat fuq analiżi tar-riskju.
6.  
Meta d-destinazzjoni tat-tonn hija bastiment għall-ipproċessar, il-kaptan tal-bastiment għall-ipproċessar jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jimla dikjarazzjoni tal-ipproċessar. Meta t-tonn maħsud ikun ser jinħatt l-art direttament fil-port, l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandu jimla dikjarazzjoni tal-ħsad. Id-dikjarazzjonijiet tal-ipproċessar u tal-ħsad għandhom jiġu vvalidati mill-osservatur nazzjonali jew l-osservatur reġjonali tal-ICCAT preżenti fl-operazzjoni tal-ħsad.
7.  
Id-dikjarazzjonijiet tal-ipproċessar u tal-ħsad għandhom jintbagħtu b’email lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-farm tal-ħut fi żmien 48 siegħa mill-operazzjoni tal-ħsad bl-użu tal-mudell stipulat fl-Anness XVb.

Taqsima 7b

Attivitajiet ta’ kontroll fil-farms tal-ħut wara t-tqegħid fil-gaġeġ

Artikolu 56b

Trasferimenti ġewwa l-farm tal-ħut

1.  
It-trasferiment ġewwa l-farm tal-ħut ma għandux iseħħ mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-preżenza tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut. Kull trasferiment għandu jiġi rreġistrat minn kameras ta’ kontroll biex jiġi kkonfermat l-għadd ta’ individwi tat-tonn trasferiti. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun konformi mal-istandards minimi għall-proċeduri tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha timmonitorja u tikkontrolla dawk it-trasferimenti u għandha tiżgura li kull trasferiment ġewwa l-farm tal-ħut jiġi rreġistrat fis-sistema tal-eBCD.
2.  
Minkejja d-definizzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ fl-Artikolu 5, il-punt 30, ir-rilokazzjoni tal-individwi tat-tonn bejn żewġ postijiet differenti fl-istess farm tal-ħut (trasferiment ġewwa l-farm tal-ħut) bl-użu ta’ gaġġa tat-trasport, ma għandhiex titqies bħala tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-Taqsima 7.
3.  
Waqt trasferimenti ġewwa l-farm tal-ħut, ir-raggruppament mill-ġdid ta’ ħut tal-istess oriġini tal-bandiera u l-istess operazzjoni konġunta tas-sajd, jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut, dment li jinżammu t-traċċabbiltà u l-applikabbiltà tar-rati ta’ tkabbir tal-SCRS.
4.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u l-operatur tal-farm tal-ħut għandhom iżommu r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera minn trasferimenti ġewwa l-farm tal-ħut li jsiru fil-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha għal minimu ta’ tliet snin u jżommu l-informazzjoni sakemm ikun meħtieġ għal finijiet ta’ infurzar.

Artikolu 56c

Riport

1.  
Qabel il-bidu tal-istaġuni tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew bit-tunnara li jkun imiss, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tivvaluta bir-reqqa t-tonn ħaj riportat fil-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Għal dak il-għan, it-tonn ħaj ikkonċernat għandu jiġi ttrasferit għal gaġeġ vojta u mmonitorjat permezz ta’ kameras ta’ kontroll, sabiex jiġu ddeterminati l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn trasferit.
2.  
B’deroga mill-paragrafu 1, ir-riport tat-tonn minn snin u gaġeġ fejn ma sar l-ebda ħsad għandu jiġi kkontrollat kull sena bl-applikazzjoni tal-proċedura ta’ kontroll għal għarrieda stipulata fl-Artikolu 56e.
3.  
It-tonn ħaj li jkun ġie riportat għandu jitqiegħed f’gaġeġ separati jew f’sensiela ta’ gaġeġ fil-farm tal-ħut u jitqassam abbażi tal-operazzjoni konġunta tas-sajd jew tal-istess Stat Membru tat-tunnara jew tal-PKK tal-oriġini u tas-sena tal-qbid.
4.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tal-kontroll mit-trasferimenti tal-valutazzjoni tar-riporti tkun konformi mal-istandards minimi rilevanti għall-proċeduri ta’ reġistrazzjoni bil-vidjokamera stipulati fl-Anness X u li d-determinazzjoni tal-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn riportati tkun f’konformità mat-Taqsima A tal-Anness XI.
5.  
Sakemm l-SCRS jiżviluppa algoritmu biex jikkonverti t-tul f’piż għal ħut imsemmen jew imrobbi, jew it-tnejn, id-determinazzjoni tal-piż tal-individwi tal-ħut riportati għandha ssir bl-użu tat-tabelli tar-rati tat-tkabbir l-aktar aġġornati prodotti mill-SCRS.
6.  
Differenza fl-għadd ta’ individwi tat-tonn bejn l-għadd li jirriżulta mill-valutazzjoni tar-riporti u l-għadd mistenni wara l-ħsad għandha tiġi investigata kif suppost mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u rreġistrata fis-sistema tal-eBCD. Fil-każ ta’ għadd żejjed, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tordna r-rilaxx tal-għadd korrispondenti ta’ individwi tat-tonn. L-operazzjoni ta’ rilaxx għandha titwettaq f’konformità mal-Anness XII. Ma għandux ikun permess kumpens għad-differenzi bejn gaġeġ differenti fil-farm tal-ħut. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tista’ tippermetti marġni ta’ żball sa mhux iktar minn 5 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jirriżulta mill-valutazzjoni tar-riport u l-għadd ta’ individwi mistennija li jkunu preżenti fil-gaġġa.
7.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut u l-operatur tal-farm tal-ħut għandhom iżommu r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti minn valutazzjonijiet tar-riporti mwettqa ġewwa l-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha għal minimu ta’ tliet snin u għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun meħtieġ għal finijiet ta’ infurzar.

Artikolu 56d

Dikjarazzjoni ta’ riport annwali

1.  

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-farm tal-ħut għandhom jimlew u jibagħtu, mehmuża mal-pjan rivedut għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut, dikjarazzjoni ta’ riport annwali lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem wara t-tmiem tal-valutazzjoni tar-riport. Din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi tal-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-Istat Membru tal-bandiera;

(b) 

l-isem u n-numru tal-ICCAT tal-farm tal-ħut;

(c) 

is-sena tal-qbid;

(d) 

ir-referenzi tal-BCD li jikkorrispondu għall-qbid riportat;

(e) 

in-numri tal-gaġeġ;

(f) 

il-kwantitajiet (espressi f’kg) u l-għadd ta’ individwi tat-tonn riportati;

(g) 

il-piż medju;

(h) 

informazzjoni dwar kull waħda mill-operazzjonijiet ta’ valutazzjoni tar-riport: data u numri tal-gaġeġ; u

(i) 

informazzjoni dwar trasferimenti preċedenti ġewwa l-farms tal-ħut, fejn applikabbli.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni ta’ riport annwali lis-Segretarjat tal-ICCAT fi żmien 15-il jum wara t-tmiem tal-operazzjoni ta’ valutazzjoni tar-riport.

2.  
Ir-rapport tas-sistema sterjoskopika, fejn applikabbli, għandu jiġi mehmuż mad-dikjarazzjoni tar-riport annwali.

Artikolu 56e

Kontrolli għal għarrieda

1.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha twettaq kontrolli għal għarrieda fil-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Il-kontrolli għal għarrieda minimi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fil-farms tal-ħut bejn il-ħin tat-tlestija tal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ u l-ewwel tqegħid fil-gaġeġ tas-sena ta’ wara. Tali kontrolli għandhom jinvolvu t-trasferimenti obbligatorji tal-individwi tat-tonn kollha minn gaġeġ tal-farm tal-ħut għal gaġeġ oħra tal-farm tal-ħut sabiex l-għadd ta’ individwi tat-tonn ikun jista’ jingħadd permezz ta’ reġistrazzjonijiet bil-vidjokameras tal-kontroll.
2.  
Kull Stat Membru tal-farm tal-ħut għandu jistabbilixxi għadd minimu ta’ kontrolli għal għarrieda li għandhom jitwettqu f’kull farm tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tiegħu. L-għadd ta’ kontrolli għal għarrieda għandu jkopri tal-inqas 10 % tal-għadd ta’ gaġeġ f’kull farm tal-ħut wara t-tlestija tal-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ, b’tal-inqas kontroll wieħed għal kull farm tal-ħut u ttondjat ‘il fuq fejn meħtieġ. L-għażla tal-gaġeġ li jridu jiġu kkontrollati għandha tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju. L-ippjanar għal kontrolli għal għarrieda li għandhom jitwettqu għandu jkun rifless fil-pjan ta’ monitoraġġ, kontroll u spezzjoni tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14.
3.  
Għalkemm mhux obbligatorju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tista’ tagħti lill-farms tal-ħut ikkonċernati avviż ta’ massimu ta’ jumejn kalendarji minn qabel li ser isir kontroll għal għarrieda. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tikkomunika biss il-gaġeġ magħżula lill-operatur tal-farm tal-ħut mal-wasla fil-farm tal-ħut ikkonċernat.
4.  
L-operaturi tal-farms tal-ħut għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa biex jiffaċilitaw il-kontrolli għal għarrieda u, fejn jingħata avviż minn qabel, għandhom jiżguraw li jkun hemm il-mezzi kollha sabiex il-kontrolli għal għarrieda jkunu jistgħu jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut fi kwalunkwe ħin, u fi kwalunkwe gaġġa fil-farm tal-ħut.
5.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tagħmel ħilitha biex tnaqqas iż-żmien bejn l-ordni tal-kontrolli għal għarrieda u d-data meta jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ kontroll. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-operatur tal-farm tal-ħut ma jkollux il-possibbiltà li jimmanipula l-gaġeġ ikkonċernati qabel isir il-kontroll għal għarrieda.
6.  
Wara l-kontroll għal għarrieda, kwalunkwe differenza bejn l-għadd ta’ individwi ta’ tonn determinat mill-kontrolli għal għarrieda u l-għadd mistenni li jkun preżenti fil-gaġġa għandha tiġi investigata u rreġistrata kif suppost fis-sistema tal-eBCD. Fil-każ ta’ għadd żejjed, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha tordna r-rilaxx tal-għadd korrispondenti ta’ individwi tat-tonn. L-operazzjoni ta’ rilaxx għandha titwettaq f’konformità mal-Anness XII. Ma għandux ikun permess kumpens għad-differenzi bejn gaġeġ differenti fil-farm tal-ħut. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut tista’ tippermetti marġni ta’ żball ta’ 5 % bejn l-għadd ta’ individwi tat-tonn li jirriżulta mill-valutazzjoni tar-riport u l-għadd ta’ individwi mistennija li jkunu preżenti fil-gaġġa.
7.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandha żżomm ir-reġistrazzjonijiet kollha bil-vidjokamera mill-kontrolli għal għarrieda mwettqa ġewwa l-farms tal-ħut fil-ġuriżdizzjoni tagħha għal minimu ta’ tliet snin u għandha żżomm l-informazzjoni sakemm ikun meħtieġ għal finijiet ta’ infurzar.
8.  
Ir-riżultati tal-kontrolli għal għarrieda għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT qabel il-bidu tal-istaġun ġdid tas-sajd bit-tartarun tal-borża applikabbli għal kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 17, għat-trażmissjoni lill-Kumitat ta’ Konformità tal-ICCAT.

Artikolu 56f

Trasferimenti bejn il-farms tal-ħut

1.  
It-trasferiment ta’ individwi tat-tonn ħaj bejn żewġ farms tal-ħut differenti ma għandux iseħħ mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-farm tal-ħut ikkonċernat.
2.  
It-trasferiment mill-gaġġa tal-farm tal-ħut donatur għall-gaġġa tat-trasport għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6 inkluż reġistrazzjoni bil-vidjokamera biex tikkonferma l-għadd ta’ individwi tat-tonn trasferiti, it-tlestija tal-ITD u l-verifika tal-operazzjoni minn osservatur reġjonali tal-ICCAT.
3.  
Minkejja l-paragrafu 2, f’każijiet fejn gaġġa tal-farm tal-ħut għandha tiġi ttrasportata kollha kemm hi lejn il-farm tal-ħut tad-destinazzjoni, ma għandux ikun meħtieġ li l-operazzjoni tiġi rreġistrata bil-vidjokamera u l-gaġġa għandha tiġi ttrasportata ssiġillata lejn il-farm tal-ħut tad-destinazzjoni.
4.  
It-tqegħid fil-gaġeġ tat-tonn fil-farm tal-ħut tad-destinazzjoni għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti għall-operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-gaġeġ stipulati fl-Artikoli 46a u 49 u l-Artikolu 51(1), (2) u (7), inkluż reġistrazzjonibil-vidjokamera biex tikkonferma l-għadd u l-piż tal-individwi tat-tonn fil-gaġeġ u l-verifika tal-operazzjoni minn osservatur reġjonali tal-ICCAT. Id-determinazzjoni tal-piż għall-individwi tat-tonn li jitqiegħed fil-gaġeġ minn farm tal-ħut ieħor ma għandhiex tapplika sakemm l-SCRS ikun żviluppa algoritmu biex jikkonverti t-tul f’piż għal ħut imsemmen jew imrobbi jew it-tnejn.

▼B

Taqsima 8

Monitoraġġ u sorveljanza

Artikolu 57

Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

▼M1

1.  
B’deroga mill-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri tal-bandiera għandhom jimplimentaw VMS għall-bastimenti tas-sajd kollha tagħhom li jkollhom tul totali ta’ 12-il metru jew iktar u għall-bastimenti tal-irmunkar kollha tagħhom, irrispettivament mit-tul tagħhom, u f’konformità mal-Anness XV ta’ dan ir-Regolament. Tali bastimenti kollha għandhom jittrażmettu messaġġi tal-inqas darba kull sagħtejn, ħlief għal bastimenti tal-irmunkar u bastimenti tat-tartarun tal-borża li għandhom jittrażmettu tal-inqas kull siegħa.
2.  
Il-bastimenti tas-sajd meħtieġa li jkollhom VMS f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jibdew jibagħtu d-data tal-VMS lis-Segretarjat tal-ICCAT tal-inqas ħamest ijiem qabel il-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom u għandhom ikomplu jagħmlu dan għal tal-inqas ħamest ijiem wara l-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom, sakemm ma tintbagħatx talba minn qabel lill-Kummissjoni biex il-bastiment jitneħħa mir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT.

▼B

3.  
Għall-finijiet tal-kontroll, il-kaptan jew ir-rappreżentant tal-kaptan għandu jiżgura li t-trażmissjoni tad-data tal-VMS mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn ma tiġix interrotta meta l-bastimenti jkunu fil-port, kemm-il darba ma jkunx hemm sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ dħul u ta’ ħruġ mill-port.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċentri tal-monitoraġġ tas-sajd tagħhom jgħaddu l-messaġġi tal-VMS li jirċievu mingħand il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom lill-Kummissjoni u lil korp magħżul minnha, f’ħin reali u billi jużaw il-format “https data feed”. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-messaġġi lis-Segretarjat tal-ICCAT.
5.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw:

▼M1

(a) 

li l-messaġġi tal-VMS mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jintbagħtu lill-Kummissjoni kif stipulat fil-paragrafu 1;

▼B

(b) 

li, f’każ ta’ ħsara teknika fil-VMS, il-messaġġi alternattivi mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jaslu skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa minn meta jaslu fiċ-ċentri tal-monitoraġġ tas-sajd tagħhom;

▼M1

(ba) 

Fil-każ ta’ ħsara teknika tal-VMS, il-bastiment tal-irmunkar ikkonċernat għandu jiġi sostitwit b’bastiment tal-irmunkar ieħor b’VMS li jaħdem kompletament; jekk l-ebda bastiment tal-irmunkar ieħor ma jkun disponibbli, VMS operattiva ġdida għandha tiġi installata abbord jew tintuża jekk tkun diġà installata, malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn 72 siegħa, ħlief f’każ ta’ forza maġġuri, li għandu jiġi kkomunikat lis-Segretarjat tal-ICCAT; sadanittant, il-kaptan jew ir-rappreżentant tal-kaptan għandu, mill-ħin li fih l-avveniment ġie skopert u/jew komunikat, jikkomunika lill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istat Membru tal-bandiera kull siegħa l-koordinati ġeografiċi aġġornati tal-bastiment tal-irmunkar bil-mezzi ta’ telekomunikazzjoni xierqa;

▼B

(c) 

li l-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jingħataw numru sekwenzjali (b’identifikatur uniku) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni;

(d) 

li l-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jkunu skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

6.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-messaġġi kollha li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-bastimenti ta’ spezzjoni tiegħu jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali u jkunu limitati għall-attivitajiet ta’ spezzjoni fuq il-baħar.

Taqsima 9

Spezzjoni u Infurzar

Artikolu 58

Skema tal-ICCAT ta’ Spezzjoni Internazzjonali Konġunta

1.  
L-attivitajiet ta’ spezzjoni internazzjonali konġunta għandhom jitwettqu skont l-Iskema tal-ICCAT ta’ Spezzjoni Internazzjonali Konġunta (“l-iskema tal-ICCAT”) għall-kontrolli internazzjonali fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali, kif stabbilit fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.
2.  
L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn għandhom jaħtru spetturi u jwettqu spezzjonijiet fuq il-baħar fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT.
3.  
Meta, fi kwalunkwe ħin, ikun hemm iktar minn 15-il bastiment tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru partikulari li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd għat-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, bastiment ta’ spezzjoni għall-finijiet tal-ispezzjoni u tal-kontroll fuq il-baħar fiż-Żona tal-Konvenzjoni għall-perjodu kollu li matulu dawk il-bastimenti jkunu hemmhekk. Dak l-obbligu għandu jitqies li jkun tħares f’każijiet fejn l-Istati Membri jikkooperaw biex jibagħtu bastiment ta’ spezzjoni jew f’każijiet fejn jintbagħat bastiment ta’ spezzjoni tal-Unjoni fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
4.  
Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha jistgħu jaħtru spetturi tal-Unjoni għall-iskema tal-ICCAT.
5.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ spezzjoni għall-Unjoni. Flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tfassal programmi ta’ spezzjoni konġunta biex l-Unjoni tkun tista’ twettaq l-obbligu tagħha fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu qed jistadu għat-tonn għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi meta dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw u maż-żoni ġeografiċi fejn dawn għandhom jintużaw.
6.  
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ April ta’ kull sena, bl-ismijiet tal-ispetturi u tal-bastimenti ta’ spezzjoni li beħsiebhom jassenjaw għall-iskema tal-ICCAT matul is-sena. Permezz ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, pjan għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-iskema tal-ICCAT kull sena, li hija għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istati Membri.

Artikolu 59

▼M1

Spezzjonijiet fil-każ ta’ suspett ta’ ksur

▼B

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li ssir spezzjoni fiżika ta’ bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu taħt l-awtorità tiegħu fil-portijiet tiegħu, jew minn spettur maħtur minnu meta l-bastiment tas-sajd ma jkunx jinsab f’wieħed mill-portijiet tiegħu, jekk il-bastiment tas-sajd:

(a) 

ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32; jew

(b) 

ikun kiser dan ir-Regolament jew wettaq ksur serju msemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 60

Kontroverifiki

1.  
Kull Stat Membru għandu jivverifika l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti ta’ spezzjoni u fir-rapporti tal-osservaturi, fid-data tal-VMS u, fejn ikun xieraq, fl-eBCDs, fil-ġurnali ta’ abbord tal-bastimenti tas-sajd tiegħu, fid-dokumenti dwar it-trasferiment u t-trażbord u fid-dokumenti dwar il-qabdiet, kif ukoll il-fatt li dawn jintbagħtu fil-ħin, f’konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
2.  
Kull Stat Membru għandu jwettaq kontroverifiki fuq il-ħatt l-art kollu, it-trażbord kollu jew it-tqegħid kollu fil-gaġeġ bejn il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment tas-sajd jew il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fid-dikjarazzjoni tat-trażbord u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta’ ħatt l-art jew fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, u fi kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, bħall-fatturi jew in-noti tal-bejgħ.

Taqsima 10

infurzar

▼M1

Artikolu 61

Infurzar

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 89 sa 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u b’mod partikulari, għad-dmir tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri xierqa ta’ infurzar b’rabta ma’ bastiment tas-sajd, l-Istat Membru tal-farm tal-ħut għandu jieħu l-miżura xierqa ta’ infurzar b’rabta ma’ farm tal-ħut, fejn ikun ġie stabbilit, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli li l-farm tal-ħut ma jkunx konformi ma l-Artikoli 45b sa 52 ta’ dan ir-Regolament. Il-miżuri jistgħu jinkludu, skont il-gravità tar-reat u f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni jew it-tneħħija tal-farm tal-ħut mil-lista nazzjonali tal-farms tal-ħut u/jew l-impożizzjoni ta’ pieni finanzjarji.

▼B

KAPITOLU VI

Kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 62

Miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.  
Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009 u (KE) Nru 1005/2008 u għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trażbord tat-tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata kif meħtieġ taħt dan ir-Regolament jew taħt atti legali tal-Unjoni oħra li jimplimentaw ir-regoli tal-ICCAT dwar il-programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn.
2.  

Għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjoni, il-ħatt l-art, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-ipproċessar, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trażbord tat-tonn meta:

(a) 

it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f’tunnari li l-Istat tal-bandiera tagħhom ma jkollux kwota, jew limitu fuq il-qbid għat-tonn skont it-termini tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ICCAT; jew

(b) 

it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f’tunnari li l-kwoti individwali tagħhom ikunu eżawriti fil-ħin tal-qabda jew li l-Istat tagħhom ikun eżawrixxa l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu fil-ħin tal-qabda.

3.  
Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009, (KE) Nru 1005/2008 u (UE) Nru 1379/2013, għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjoni, il-ħatt l-art, l-ipproċessar u l-esportazzjoni tat-tonn minn farms tat-trobbija jew tat-tismin tal-ħut li ma jkunux konformi mar-Regolamenti msemmijin fil-paragrafu 1.

KAPITOLU VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 63

Evalwazzjoni

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtulha, mingħajr dewmien, rapport iddettaljat dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta’ dan ir-Regolament. Abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri jkunu bagħtulha, il-Kummissjoni għandha tibgħat, sad-data deċiża mill-ICCAT, rapport iddettaljat lis-Segretarjat tal-ICCAT dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT.

Artikolu 64

Finanzjament

Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), dan ir-Regolament għandu jitqies li huwa pjan pluriennali skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 65

Kunfidenzjalità

Id-data li tinġabar u li tiġi skambjata fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata skont ir-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità skont l-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 66

Proċedura għall-emendi

1.  

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 67 dwar emendi ta’ dan ir-Regolament sabiex tadattah għall-miżuri adottati mill-ICCAT li jorbtu lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha b’rabta mal-affarijiet li ġejjin:

▼M1

(a) 

ir-riport annwali skont l-Artikolu 8 għat-tonn;

(b) 

l-iskadenzi għar-rappurtar tal-informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 15(7), fl-Artikolu 16(1), fl-Artikolu 24(4), fl-Artikolu 26(1), fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 32(2) u (3), fl-Artikolu 35(5) u (6), fl-Artikolu 36, fl-Artikolu 41(3), fl-Artikolu 44(2), fl-Artikolu 50(4), fl-Artikolu 57(5), il-punt (b), u fl-Artikolu 58(6);

(c) 

il-perjodi taż-żmien għall-istaġuni tas-sajd kif previst fl-Artikolu 17(1) sa (4);

▼B

(d) 

id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni stabbilit fl-Artikolu 19(1) u (2) u fl-Artikolu 20(1);

(e) 

il-perċentwali u l-parametri ta’ referenza stabbiliti fl-Artikolu 13, fl-Artikolu 15(3) u (4), fl-Artikolu 20(1), fl-Artikolu 21(2), fl-Artikolu 38(1), fl-Artikolu 44(2), fl-Artikolu 50 u fl-Artikolu 51(8);

(f) 

l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 11(1), fl-Artikolu 24(1), fl-Artikolu 25(3), fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 30(4), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 40(1) u fl-Artikolu 55;

(g) 

il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali u tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT kif previst fl-Artikolu 38(2) u fl-Artikolu 39(5) rispettivament;

(h) 

ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment stabbiliti fl-Artikolu 41(1);

(i) 

ir-raġunijiet għas-sekwestru tal-qabdiet u għall-ordni tar-rilaxx tal-ħut imsemmijin fl-Artikolu 46(4);

(j) 

l-għadd ta’ bastimenti stabbiliti fl-Artikolu 58(3);

▼M1

(k) 

l-Annessi I sa XVb;

▼M1

(l) 

il-kontenut tad-dikjarazzjoni tar-riporti stabbilita fl-Artikolu 7(2), il-punt (a), u d-dispożizzjonijiet għat-tqegħid fil-gaġeġ stabbiliti fl-Artikolu 7(2), il-punt (b);

(m) 

id-derogi stipulati fl-Artikolu 17(2) biex jiġu deżinjati żoni tas-sajd, bastimenti tas-sajd u rkaptu, u fl-Artikolu 17(3) għas-sajd tat-tonn għal skopijiet ta’ trobbija;

(n) 

il-kundizzjonijiet biex jiġu assenjati l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT lill-farms tal-ħut taħt l-Artikolu 39(4).

▼B

2.  
Kull emenda li tiġi adottata skont il-paragrafu 1 għandha tkun strettament limitata għall-implimentazzjoni tal-emendi tar-rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-ICCAT li huma vinkolanti għall-Unjoni u/jew taż-żidiet għalihom.

Artikolu 67

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 66 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Ottubru 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 66 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 66 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsilljew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 68

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit permezz tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 69

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 1936/2001

Ir-Regolament (KE) Nru 1936/2001 huwa emendat kif ġej:

(a) 

jitħassru l-Artikolu 3, punti (g) sa (j), l-Artikoli 4a, 4b u 4c u l-Anness Ia;

(b) 

fl-Annessi I jitħassar l-inċiż “Tonn bluefin: Thunnus thynnus”;

(c) 

fl-Anness II, titħassar ir-ringiela “Thunnus thynnus: Tonn bluefin”.

Artikolu 70

Emenda fir-Regolament (UE) 2017/2107

Fir-Regolament (UE) 2017/2107 jitħassar l-Artikolu 43.

Artikolu 71

Emenda fir-Regolament (UE) 2019/833

Fir-Regolament (UE) 2019/833 jitħassar l-Artikolu 53.

Artikolu 72

Tħassir

1.  
Ir-Regolament (UE) 2016/1627 jitħassar.
2.  
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 73

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JAPPLIKAW GĦALL-BASTIMENTI TAL-QBID LI JKUNU QED JISTADU SKONT L-ARTIKOLU 19

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jitħarsu l-limiti fuq il-kapaċità li ġejjin:

(a) 

l-għadd massimu ta’ dgħajjes tas-sajd bil-lixka u ta’ dgħajjes tas-sajd bir-rixa tiegħu li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ bastimenti li jkunu ħadu sehem fis-sajd dirett għat-tonn fl-2006.

(b) 

l-għadd massimu ta’ bastimenti tal-flotta artiġjanali tiegħu li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn fil-Mediterran ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ bastimenti li jkunu ħadu sehem fis-sajd għat-tonn fl-2008.

(c) 

l-għadd massimu ta’ bastimenti tal-qbid tiegħu li huma awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ bastimenti li jkunu ħadu sehem fis-sajd għat-tonn fl-2008.

Kull Stat Membru għandu jalloka kwoti individwali għall-bastimenti kkonċernati.

2. Kull Stat Membru jista’ jalloka:

— 
mhux iktar minn 7 % tal-kwota tiegħu għat-tonn fost id-dgħajjes tas-sajd bil-lixka u d-dgħajjes tas-sajd bir-rixa tiegħu. Fil-każ ta’ Franza, il-bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża li jkollhom tul totali ta’ inqas minn 17-il metru u li jistadu fil-Golf tal-Biskalja jistgħu jaqbdu massimu ta’ 100 tunnellata tonn li jkun jiżen tal-inqas 6,4 kg jew li jkun twil tal-inqas 70 cm sal-qasma tad-denb.
— 
mhux iktar minn 2 % tal-kwota tiegħu għat-tonn fost il-bastimenti tal-flotta artiġjanali kostali tiegħu li jistadu għall-ħut frisk fil-Mediterran.
— 
mhux iktar minn 90 % tal-kwota tiegħu għat-tonn fost il-bastimenti tal-qbid tiegħu fl-Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut.

3. Għal massimu ta’ 7 % tal-piż ta’ individwi ta’ tonn maqbud fl-Adrijatiku għall-finijiet ta’ trobbija tal-ħut mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha, il-Kroazja tista’ tapplika piż minimu ta’ 6,4 kilogrammi jew 66 cm tul sal-qasma tad-denb.

4. Stati Membri li d-dgħajjes tas-sajd bil-lixka tagħhom, il-bastimenti tas-sajd bil-konz tagħhom, il-bastimenti tas-sajd bix-xolfa tal-idejn tagħhom u d-dgħajjes tas-sajd bir-rixa tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għat-tikkettar tad-denb kif ġej:

— 
għandhom jitwaħħlu tikketti fuq denb it-tonn kollu maqbud minnufih malli jiġi ttrażbordat;
— 
kull tikketta mwaħħla fuq denb it-tonn għandu jkollha numru uniku ta’ identifikazzjoni li jkun inkluż fid-dokumenti dwar il-qabdiet tat-tonn u jkun miktub b’mod li jinqara u li ma jistax jitħassar fuq barra ta’ kwalunkwe pakkett li jkun fih it-tonn.




ANNESS II

REKWIŻITI TAL-ĠURNAL TA’ ABBORD

A.   BASTIMENTI TAL-QBID

Speċifikazzjonijiet minimi għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd:

1. 

Kull folja tal-ġurnal ta’ abbord għandu jkollha numru.

2. 

Il-ġurnal ta’ abbord għandu jimtela kuljum (f’nofsillejl) jew qabel il-wasla fil-port.

3. 

Il-ġurnal ta’ abbord għandu jimtela f’każ ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar.

4. 

Kopja waħda tal-folji għandha tibqa’ mehmuża mal-ġurnal ta’ abbord.

5. 

Il-ġurnali ta’ abbord għandhom jinżammu abbord il-bastiment biex ikopru perjodu ta’ sena waħda ta’ ħidma.

Tagħrif minimu standard għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd:

1. 

Isem il-kaptan u l-indirizz tiegħu.

2. 

Id-dati u l-portijiet tat-tluq u d-dati u l-portijiet tal-wasla.

3. 

Isem il-bastiment, in-numru tiegħu fir-reġistru, in-numru tal-ICCAT tiegħu, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u n-numru tal-OMI (jekk dan ikun disponibbli).

4. 

L-irkaptu tas-sajd:

(a) 

tip skont il-kodiċi tal-FAO;

(b) 

il-qisien (pereżempju t-tul, id-daqs tal-malji u l-għadd ta’ snanar).

5. 

L-attivitajiet fuq il-baħar, b’linja waħda (mill-inqas) għal kull jum tal-vjaġġ, li tkun tinkludi t-tagħrif li ġej:

(a) 

l-attività (pereżempju s-sajd jew it-tbaħħir);

(b) 

pożizzjoni: il-pożizzjonijiet eżatti ta’ kuljum (fi gradi u minuti), irreġistrati għal kull attività tas-sajd jew f’nofsinhar meta ma jkun sar l-ebda sajd matul dak il-jum;

(c) 

reġistru tal-qabdiet, li jinkludi:

— 
il-kodiċi tal-FAO;
— 
il-piż sħiħ (RWT) tal-ħut maqbud kuljum, f’kilogrammi;
— 
l-għadd ta’ ħut maqbud kuljum.

Għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, dik id-data għandha tiġi rreġistrata għal kull attività tas-sajd, inklużi dawk li fihom ma jinqabad xejn.

6. 

Il-firma tal-kaptan.

7. 

Il-mezz tal-użin: stima, użin abbord.

8. 

Fil-ġurnal ta’ abbord, il-piż tal-ħut għandu jingħata f’ammont li jkun ekwivalenti għall-piż tal-ħut ħaj u għandhom jissemmew il-fatturi ta’ konverżjoni użati fl-evalwazzjoni.

Tagħrif minimu għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd fil-każ ta’ ħatt l-art jew tat-trażbord:

1. 

Id-dati ta’ ħatt l-art jew tat-trażbord u l-port fejn dan iseħħ.

2. 

Il-prodotti:

(a) 

l-ispeċijiet u preżentazzjoni tagħhom skont il-kodiċi tal-FAO;

(b) 

l-għadd ta’ ħut jew ta’ kaxxi u l-kwantità f’kilogrammi.

3. 

Il-firma tal-kaptan jew tal-aġent tal-bastiment.

4. 

Fil-każ tat-trażbord: isem il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

Tagħrif minimu għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd fil-każ tat-trasferiment għal ġol-gaġeġ:

1. 

Id-data u l-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni (il-latitudni/il-lonġitudni) fejn dan iseħħ.

2. 

Il-prodotti:

(a) 

identifikazzjoni tal-ispeċijiet skont il-kodiċi tal-FAO tagħhom;

(b) 

l-għadd ta’ ħut ittrasferit għal ġol-gaġeġ u l-kwantità tiegħu f’kilogrammi.

3. 

Isem il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

4. 

Isem il-farm tal-ħut destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

5. 

Fil-każ ta’ attività konġunta tas-sajd, minbarra t-tagħrif imniżżel fil-punti 1 sa 4, il-kaptani għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord tagħhom:

(a) 

għall-bastiment tal-qbid li qed jittrasferixxi l-ħut għal ġol-gaġeġ:

— 
l-ammont ta’ qabdiet imtella’ abbord,
— 
l-ammont ta’ qabdiet magħduda għall-ilħuq tal-kwota individwali tiegħu,
— 
l-ismijiet tal-bastimenti l-oħrajn involuti fl-attività konġunta tas-sajd;
(b) 

għall-bastimenti tal-qbid l-oħrajn tal-istess attività konġunta tas-sajd li mhumiex involuti fit-trasferiment tal-ħut:

— 
l-isem ta’ dawk il-bastimenti, il-kodiċijiet internazzjonali tar-radju tagħhom u n-numri tal-ICCAT tagħhom,
— 
il-fatt li dawn ma tellgħu abbord l-ebda qabda jew ma ttrasferew l-ebda ħut għal ġol-gaġeġ,
— 
l-ammont ta’ qabdiet magħduda għall-ilħuq tal-kwoti individwali tagħhom,
— 
l-isem tal-bastiment tal-qbid imsemmi fil-punt (a) u n-numru tal-ICCAT tiegħu.

B.   BASTIMENTI TAL-IRMUNKAR

1. Il-kaptan ta’ bastiment tal-irmunkar għandu jirreġistra fil-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum id-data u l-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni fejn dan iseħħ, il-kwantitajiet ta’ ħut ittrasferiti (l-għadd ta’ ħut u l-kwantità tiegħu f’kilogrammi), in-numru tal-gaġġa, kif ukoll isem il-bastiment tal-qbid, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu, l-ismijiet tal-bastimenti l-oħrajn involuti u n-numri tal-ICCAT tagħhom, il-farm tal-ħut destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu u n-numru tal-ITD.

2. It-trasferimenti l-oħrajn tal-ħut għal fuq bastimenti awżiljarji jew għal fuq bastimenti oħrajn tal-irmunkar għandhom jiġu rrappurtati billi jingħata l-istess tagħrif bħal dak imsemmi fil-punt 1, kif ukoll billi jingħataw isem il-bastiment awżiljarju jew il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu u n-numru tal-ITD.

3. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trasferimenti kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta’ kontroll.

C.   BASTIMENTI AWŻILJARJI

1. Il-kaptan ta’ bastiment awżiljarju għandu jirreġistra l-attivitajiet fil-ġurnal ta’ abbord kuljum u għandu jinkludi d-data, il-ħin u l-pożizzjonijiet, il-kwantitajiet ta’ tonn imtella’ abbord, u isem il-bastiment tas-sajd, il-farm tal-ħut jew it-tunnara li l-kaptan ta’ bastiment awżiljarju jkun qed jaħdem magħha.

2. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinkludi d-dettalji tal-attivitajiet kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta’ kontroll.

D.   BASTIMENTI TAL-IPPROĊESSAR

1. Fil-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum, il-kaptan ta’ bastiment tal-ipproċessar għandu jdaħħal id-data u l-ħin li fihom saru l-attivitajiet u l-pożizzjoni fejn dawn saru, il-kwantitajiet ittrażbordati u l-għadd ta’ tonn li wasal mill-farms tal-ħut, mit-tunnari jew mill-bastimenti tal-qbid, fejn dan ikun applikabbli, u l-piż tiegħu. Il-kaptan għandu jdaħħal ukoll l-ismijiet u n-numri tal-ICCAT ta’ dawk il-farms tal-ħut, it-tunnari jew il-bastimenti tal-qbid.

2. Il-kaptan ta’ bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tal-ipproċessar ta’ kuljum li jispeċifika l-piż sħiħ tal-ħut ittrasferit jew ittrażbordat u l-għadd tiegħu, il-fattur ta’ konverżjoni użat, u l-piżijiet u l-kwantitajiet mogħtija skont il-preżentazzjoni tal-prodotti.

3. Il-kaptan ta’ bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm pjan tal-istivar li juri l-post u l-kwantitajiet ta’ kull speċi u l-preżentazzjoni tagħhom.

4. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trażbord kollu mwettaq matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta’ abbord ta’ kuljum, il-ġurnal ta’ abbord tal-ipproċessar, il-pjan tal-istivar u d-dikjarazzjonijiet oriġinali tat-trażbord tal-ICCAT għandhom jinżammu abbord il-bastiment u għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta’ kontroll.




ANNESS III

FORMOLA TAR-RAPPORT TAL-QABDIET



Formola tar-rapport tal-qabdiet

Bandiera

Numru tal-ICCAT

Isem il-bastiment

Data tal-bidu tar-rapport

Data ta’ tmiem ir-rapport

Tul ta’ żmien tar-rapport (f’jiem)

Data tal-qabda

Post fejn inqabad il-ħut

Qabdiet

Il-piż allokat fil-każ ta’ attività konġunta tas-sajd (f’kilogrammi)

Latitudni

Lonġitudni

Piż (f’kilogrammi)

Għadd ta’ ħut

Piż medju (f’kilogrammi)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 




ANNESS IV

FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TAL-PARTEĊIPAZZJONI F’ATTIVITÀ KONĠUNTA TAS-SAJD



Attività konġunta tas-sajd

Stat tal-bandiera

Isem il-bastiment

Numru tal-ICCAT

Tul ta’ żmien tal-attività

Identità tal-operaturi

Kwota individwali tal-bastiment

Skema ta’ allokazzjoni għal kull bastiment

Farm tat-tismin u tat-trobbija tal-ħut destinatarju

PKK

Numru tal-ICCAT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Data: …

Validazzjoni tal-Istat tal-bandiera: …




ANNESS V

DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD TAL-ICCAT