02022O1378 — MT — 08.08.2022 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

LINJA GWIDA (UE) 2022/1378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Lulju 2022

li temenda l-Linja Gwida 2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2022/28)

▼B

(ĠU L 206 8.8.2022, p. 55)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 195, 3.8.2023, p.  55 ((UE) 2022/1378)




▼B

▼C1

LINJA GWIDA (UE) 2022/1378 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Lulju 2022

li temenda l-Linja Gwida 2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2022/28)

▼B



Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida 2008/596/KE (BĊE/2008/5) hija emendata kif ġej:

1. 

fl-Artikolu 1, it-tieni inċiż huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“ ‘Ġurisdizzjonijiet Ewropej’ tfisser il-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri kollha li adottaw l-euro skont it-Trattat, kif ukoll id-Danimarka, l-Iżvezja, l-Isvizzera, u l-Ingilterra u Wales.”;

2. 

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.  

Operazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, xiri mill-ġdid imreġġa’ lura, operazzjonijniet ta’ xiri/bejgħ lura u bejgħ/xiri lura li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE, għandhom jiġu dokumentati bl-użu tal-ftehimiet standard li ġejjin fl-edizzjoni jew verżjoni indikata, jew f’kull edizzjoni jew verżjoni aktar reċenti approvata mill-BĊE:

(a) 

il-Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji (Edizzjoni 2004) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe waħda mill-ġurisdizzjonijiet Ewropej u skont il-liġijiet tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja;

(b) 

Il-Ftehim Master ta’ Xiri mill-Ġdid tal-Assoċjazzjoni tas-Suq tal-Bonds (verżjoni ta’ Settembru 1996) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet federali jew statali tal-Istati Uniti; u

(c) 

Il-Ftehim Master Globali ta’ Xiri mill-Ġdid tat-TBMA/ISMA (verżjoni tal-2000) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni minbarra dawk imniżżla fil-punti (a) jew (b).”;

3. 

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.  

Operazzjonijiet ta’ derivattivi over-the-counter li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE għandhom jiġu ddokumentati bl-użu tal-ftehimiet standard li ġejjin fl-edizzjoni jew il-verżjoni indikata, jew fi kwalunkwe edizzjoni jew verżjoni aktar reċenti approvata mill-BĊE:

(a) 

Il-Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji (Edizzjoni 2004) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni Ewropea;

(b) 

Il-Ftehim Master tal-1992 tal-Assoċjazzjoni tal-Iswaps Internazzjonali u d-Derivattivi (Aktar minn valuta waħda — intra fruntieri, verżjoni tal-liġi ta’ New York) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġi federali jew statali tal-Istati Uniti; u

(c) 

Il-Ftehim Master tal-1992 tal-Assoċjazzjoni tal-Iswaps Internazzjonali u d-Derivattivi (Aktar minn valuta waħda — intra fruntieri, verżjoni tal-liġi Ingliża) għandu jintuża għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skont il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni minbarra dawk imniżżla fil-punti (a) jew (b).”;

4. 

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.  
Depożiti li jinvolvu l-assi ta’ riżervi barranin tal-BĊE ma’ kontropartijiet li: (i) huma eliġibbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u/jew 3 hawn fuq; u (ii) huma organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni Ewropea ħlief l-Irlanda, għandhom jiġu ddokumentati bl-użu tal-Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji (Edizzjoni 2004, jew kwalunkwe edizzjoni aktar reċenti approvata mill-BĊE). F’każijiet li ma jaqgħux taħt il-punti (i) u (ii) hawn fuq, id-depożiti li jinvolvu l-assi ta’ riżervi barranin tal-BĊE għandhom jiġu ddokumentati bl-użu tal-ftehim master dwar in-netting kif speċifikat fil-paragrafu 7 hawn taħt.”;
5. 

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.  
Dokument bl-Ingliż fil-format stabbilit fl-Anness I (iktar ’il quddiem l-“Anness tal-BĊE”) għandu jiġi anness ma’ u jifforma parti integrali minn kull ftehim standard li permezz tiegħu jitwettqu operazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, xiri mill-ġdid imreġġa’ lura, xiri/bejgħ lura, bejgħ/xiri lura, self ta’ titoli, operazzjonijiet ta’ triparty repo jew ta’ derivattivi over-the-counter li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE sakemm tali operazzjonijiet ma jitwettqux skont il-Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji.”;
6. 

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 7, il-kliem introduttorju hu ssostitwit b’dan li ġej:

“7.  
Ftehim master ta’ netting għandu jiġi konkluż mal-kontropartijiet kollha, ħlief mal-kontropartijiet: (i) li magħhom il-BĊE ffirma Ftehim Master tal-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji; u (ii) li huma organizzati jew inkorporati taħt il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni Ewropea, minbarra l-Irlanda, kif ġej:”;
7. 

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 9 li ġej huwa miżjud:

“9.  
Il-ftehimiet master kollha konklużi mill-BĊE mill-1 ta’ Awwissu 2022 jew konklużi mill-BĊE qabel dik id-data u emendati wara dan għandu jkun fihom rappreżentazzjoni fuq bażi kontinwa minn kull kontroparti li: (a) il-kontroparti tkun f’konformità fl-aspetti materjali kollha mal-liġijiet applikabbli kollha (inklużi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti) relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; (b) il-kontroparti ma tkunx involuta fil-ħasil tal-flus u/jew fil-finanzjament tat-terroriżmu; u (c) il-kontroparti tikkonforma mal-miżuri restrittivi applikabbli kollha (komunement imsejħa “sanzjonijiet”) adottati fil-livell tal-Unjoni Ewropea u/jew tan-Nazzjonijiet Uniti, jew imposti minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.”;

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.  
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2.  
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Awwissu 2022.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.




ANNESS

L-Anness I għal-Linja Gwida 2008/596/KE (BĊE/2008/5) huwa sostitwit minn dan li ġej:

ANNESS BĊE

1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom ikunu termini u kundizzjonijiet supplimentari li japplikaw għal [isem il-ftehim standard li għalih japplika dan l-Anness] datat [id-data tal-ftehim] (il-“Ftehim”) bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (il-“BĊE”) u [isem tal-kontroparti] (il-“Kontroparti”). Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom ikunu annessi ma’, inkorporati fi u jiffurmaw parti integrali mill-Ftehim. Jekk u sa fejn xi dispożizzjonijiet tal-Ftehim (minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness) jew il-Ftehim Master tan-Netting tal-BĊE datat minn [data] (il-“Ftehim Master tan-Netting”) bejn il-BĊE u l-Kontroparti, inkluż kwalunkwe termini u kundizzjonijiet supplimentari, anness jew skeda mal-Ftehim, ikun fihom dispożizzjonijiet inkonsistenti ma’ jew bl-istess effett jew simili għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom jipprevalu u japplikaw minflok dawk id-dispożizzjonijiet.

2. Ħlief kif meħtieġ mil-liġi jew regolament, il-Kontroparti taqbel li għandha żżomm kunfidenzjali, u taħt l-ebda ċirkostanza ma tiżvela lil parti terza, kwalunkwe informazzjoni jew parir fornuti mill-BĊE jew kwalunkwe informazzjoni li tikkonċerna l-BĊE miksuba mill-Kontroparti bħala riżultat li tkun parti mill-Ftehim, inkluż mingħajr limitazzjoni informazzjoni dwar l-eżistenza jew it-termini tal-Ftehim (inkluż dan l-Anness) jew ir-relazzjoni bejn il-Kontroparti u l-BĊE maħluqa b’dan, u lanqas il-Kontroparti m’għandha tuża l-isem tal-BĊE fi kwalunkwe reklamar jew materjal promozzjonali.

3. Il-Kontroparti taqbel li tinnotifika lill-BĊE bil-miktub malajr kemm jista’ jkun raġonevoli dwar: (i) kwalunkwe konsolidazzjoni jew amalgamazzjoni ma’, jew għaqda ma’ jew fi, jew trasferiment tal-assi kollha tagħha jew sostanzjalment kollha lil, entità oħra; (ii) il-ħatra ta’ xi likwidatur, riċevitur, amministratur jew uffiċjal analogu jew il-bidu ta’ xi proċedura għall-istralċ jew riorganizzazzjoni tal-Kontroparti jew kwalunkwe proċedura analoga oħra; jew (iii) bidla fl-isem tal-Kontroparti.

4. M’għandu jkun hemm ebda rinunzja mill-BĊE ta’ immunità minn kawżi jew ġurisdizzjoni ta’ xi qorti, jew kwalunkwe eżenzjoni kontra l-BĊE permezz ta’ inġunzjoni, ordni għal eżekuzzjoni speċifika jew għall-irkupru ta’ kwalunkwe proprjetà tal-BĊE jew sekwestru tal-assi tiegħu (kemm jekk qabel jew wara s-sentenza), f’kull każ sal-limitu massimu permess mil-liġi applikabbli.

5. M’għandux japplika fir-rigward tal-BĊE xi avveniment ta’ inadempjenza jew dispożizzjoni oħra ta’ kwalunkwe tip li fiha ssir referenza għall-falliment, insolvenza jew avveniment ieħor analogu tal-BĊE.

6. Il-Kontroparti taqbel li daħlet fil-Ftehim (inkluż dan l-Anness) bħala prinċipali u mhux bħala aġent għal kwalunkwe entità oħra u li għandha tidħol fit-tranżazzjonijiet kollha bħala prinċipali”.