02022D1975 — MT — 19.10.2022 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1975 tat-13 ta’ Ottubru 2022 (ĠU L 271 19.10.2022, p. 3) |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1975
tat-13 ta’ Ottubru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit bil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi 10-A u 10-B għall-Ftehim
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit bl-Artikolu 15.1 tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda għall-Annessi 10-A u 10-B għall-Ftehim għandha tissejjes fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
ABBOZZ
ID-DEĊIŻJONI NRU …. TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ UE-KOREA
ta'…
dwarl-emenda tal-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra
Artikolu 1
Referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Korea fil-Kapitolu 10, it-Taqsima B, is-Subtaqsima C “Indikazzjonijiet Ġeografiċi”, in-noti f’qiegħ il-paġna (51), (53) – (55) fil-verżjoni tal-Ftehim ippubblikata fl-UE jew l-istess noti f’qiegħ il-paġna nnumerati bħala (2), (4)-(6) fil-verżjoni tal-Ftehim ippubblikat fil-Korea ( 19 ), għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dik il-leġiżlazzjoni kif emendata jew sostitwita f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim huma emendati kif ġej:
iż-żieda tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni taħt il-lista korrispondenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Istat Membru rispettiv fil-Parti A tal-Anness 10-A tal-Ftehim;
iż-żieda tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni taħt il-lista korrispondenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Korea fil-Parti B tal-Anness 10-A tal-Ftehim;
iż-żieda tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni taħt il-lista korrispondenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Istat Membru rispettiv fit-Taqsima 1 u fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 10-B tal-Ftehim;
iż-żieda tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni taħt il-lista korrispondenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Korea fil-Parti B tal-Anness 10-B tal-Ftehim;
it-tneħħija tal-indikazzjonijiet ġeografiċi “Pacharán” (Spanja), “Polska Wiśniówka/Polish Cherry” (il-Polonja) u “Scotch Whisky” (ir-Renju Unit) mil-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness 10-B tal-Ftehim;
it-tneħħija tal-indikazzjonijiet ġeografiċi “Seosan Garlic (서산마늘)”, “Muan White Lotus Tea (무안백련차)” u “Cheongyang Powdered Hot Pepper (청양고춧가루)”, “Yeoju Sweet Potato (여주고구마)” mil-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Korea fil-Parti B tal-Anness 10-A tal-Ftehim; u
sostituzzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li kellhom bidliet fl-isem fil-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Istat Membru rispettiv fil-Parti A tal-Anness 10-A tal-Ftehim bl-ismijiet korrispondenti tal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness VI ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw notifiki bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi li jiċċertifikaw li huma lestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha.
ANNESS I
Referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Korea fil-Kapitolu 10, it-Taqsima B, is-Subtaqsima C “Indikazzjonijiet Ġeografiċi”, in-noti f’qiegħ il-paġna (51), (53) – (55) fil-verżjoni tal-Ftehim ippubblikata fl-UE jew l-istess noti f’qiegħ il-paġna nnumerati bħala (2), (4)-(6) fil-verżjoni tal-Ftehim ippubblikat fil-Korea, għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dik il-leġiżlazzjoni kif emendata jew sostitwita bil-modi li ġejjin:
Għar-referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-UE:
Ir-referenzi għar-“Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89” għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għar-“Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008”;
Ir-referenzi għar-“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel” għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għar-“Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel”;
Ir-referenzi għar-“Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid” għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għar-“Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91”;
Ir-referenzi għar-“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid”, li tħassar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999”, għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għar-“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)”; u
Ir-referenzi għar-“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika)” għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għar-“Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007”.
Għar-referenzi għal-leġiżlazzjoni Koreana:
Ir-referenzi għall-Att dwar il-Kontroll tal-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli (l-Att Nru 9759, id-9 ta’ Ġunju 2009) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għall-Att dwar il-Kontroll tal-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli u tas-Sajd (l-Att Nru 18599, il-21 ta’ Diċembru 2021); u
Ir-referenzi għall-Att dwar it-Taxxa tal-Likuri (l-Att Nru 8852, id-29 ta’ Frar 2008) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għall-Att dwar it-Taxxa tal-Likuri (l-Att Nru 18593, il-21 ta’ Diċembru 2021) u l-Att dwar il-Liċenzji tal-Likuri (l-Att Nru 18723, is-6 ta’ Jannar 2022).
ANNESS II
Kodiċi tal-Pajjiż |
Isem li għandu jkun protett |
Prodott |
Traskrizzjoni għall-alfabett Korean |
AT |
Steirisches Kürbiskernöl |
Żejt taż-żerriegħa tal-qara’ aħmar |
슈타이리쉐스 퀴르비스케른욀 |
CY |
Λουκούμι Γεροσκήπου / Loukoumi Geroskipou |
Ħelu |
루꾸미 게로스끼뿌 |
DE |
Hopfen aus der Hallertau |
Ħops |
할러타우 홉펜 |
DE |
Lübecker Marzipan |
Ħelu |
뤼베커 마르지판 |
DE |
Nürnberger Lebkuchen |
Ħelu |
뉘른베르거 렙쿠헨 |
DE |
Schwarzwälder Schinken |
Perżut |
슈바르츠벨더 쉰켄 |
DK |
Danablu |
Ġobon |
다나블루 |
ES |
Aceite de Terra Alta/Oli de Terra Alta |
Żejt taż-żebbuġa |
아쎄이떼 데 떼라 알따; 올리 데 떼라 알따 |
ES |
Aceite Monterrubio |
Żejt taż-żebbuġa |
아쎄이떼 몬떼루비오 |
ES |
Estepa |
Żejt taż-żebbuġa |
에스떼빠 |
ES |
Les Garrigues |
Żejt taż-żebbuġa |
레스 가리게스 |
ES |
Sierra de Cazorla |
Żejt taż-żebbuġa |
씨에라 데 까쏘를라 |
ES |
Siurana |
Żejt taż-żebbuġa |
씨우라나 |
EL |
Καλαμάτα / Kalamata (1) |
Żejt taż-żebbuġa |
칼라마타 |
EL |
Σητεία Λασιθίου Κρήτης / Sitia Lasithiou Kritis |
Żejt taż-żebbuġa |
시티아 라시티우 크리티스 |
EL |
Λακωνία / Lakonia |
Żejt taż-żebbuġa |
라코니아 |
EL |
Γραβιέρα Κρήτης / Graviera Kritis |
Ġobon |
그라비에라 크리티스 |
EL |
Κασέρι / Kasseri |
Ġobon |
카세리 |
IT |
Aceto Balsamico di Modena |
Ħall |
아체토 발사미코 디 모데나 |
IT |
Bresaola della Valtellina |
Perżut |
브레사올라 델라 발텔리나 |
IT |
Kiwi Latina |
Kiwi |
키위 라티나 |
IT |
Mela Alto Adige / Südtiroler Apfel |
Tuffieħ |
멜라 알토 아디제; 수드티롤레르 아펠 |
IT |
Toscano |
Żejt taż-żebbuġa |
토스카노 |
IT |
Pecorino Toscano |
Ġobon |
페코리노 토스카노 |
IT |
Salamini italiani alla cacciatora |
Salami |
살라미니 이탈리아니 알라 카차토라 |
NL |
Edam Holland |
Ġobon |
에담 홀란드 |
NL |
Gouda Holland |
Ġobon |
고다 홀란드 |
(1)
Il-protezzjoni tal-IĠ “Kalamata” ma għandhiex tipprevjeni l-użu tal-isem ta’ varjetà ta’ pjanti fir-rigward taż-żebbuġ fit-territorju tal-Korea. Dik il-formulazzjoni ma tbiddilx jew ma tnaqqasx il-protezzjoni diġà mogħtija mill-Ftehim lill-IĠ protetta “Elia Kalamatas”. |
ANNESS III
Isem li għandu jkun protett |
Prodott |
Traskrizzjoni għall-alfabett Latin |
천안배(Cheonan Bae (Pear)) |
Lanġas |
Cheonan Bae |
나주배(Naju Bae (Pear)) |
Lanġas |
Naju Bae |
안성배(Anseong Bae (Pear)) |
Lanġas |
Anseong Bae |
고려흑삼제품(Korean Black Ginseng Product) |
Prodotti tal-Ġinseng Iswed |
Goryeo Heuksamjepum |
예산사과(Yesan Apple) |
Tuffieħ |
Yesan Sagwa |
안성쌀(Anseong Ssal (Rice)) |
Ross |
Anseong Ssal |
영월고춧가루(Yeongwol Red Pepper Powder) |
Trab tal-Bżar Aħmar |
Yeongwol Gochutgaru |
고려흑삼(Korean Black Ginseng) |
Ġinseng iswed |
Goryeo Heuksam |
보성웅치올벼쌀(Boseong Ungchi Olbyeossal) |
Ross |
Boseong Ungchi Olbyeossal |
김포쌀(Gimpo Ssal (Rice)) |
Ross |
Gimpo Ssal |
진도검정쌀(Jindo Black Rice) |
Ross |
Jindo Geomjeong Ssal |
군산쌀(Gunsan Ssal (Rice)) |
Ross |
Gunsan Ssal |
영월고추(Yeongwol Red Pepper) |
Bżar Aħmar |
Yeongwol Gochu |
영천포도(Yeongcheon Grapes) |
Għeneb |
Yeongcheon Podo |
무주사과(Muju Apple) |
Tuffieħ |
Muju Sagwa |
삼척마늘(Samcheok Garlic) |
Tewm |
Samcheok Maneul |
김천자두(Gimcheon Jadu (Plum)) |
Għanbaqar |
Gimcheon Jadu |
영동포도(Yeongdong Grapes) |
Għeneb |
Yeongdong Podo |
문경오미자(Mungyeong Omija) |
Omija |
Mungyeong Omija |
청도반시(Cheongdo Seedless Flat Persimmon) |
Kaki |
Cheongdo Bansi |
평창산양삼(PyeongChang Wild-cultivated Ginseng) |
Ġinseng ikkultivat fis-selvaġġ |
PyeongChang Sanyangsam |
보은대추(Boeun Jujube) |
Jujube |
Boeun Daechu |
충주밤(Chungju Bam (Chestnut)) |
Qastan |
Chungju Bam |
가평잣(Gapyeong Korean Pine nuts) |
Ġewż tal-Arżnu |
Gapyeong Jat |
정선곤드레(Jeongseon Gondre) |
Gondre (Xewk Korean) |
Jeongseon Gondre |
영동곶감(Yeongdong Persimmon Dried) |
Kaki |
Yeongdong Gotgam |
부여표고(Buyeo Pyogo (Oak mushroom)) |
Faqqiegħ tal-Ballut |
Buyeo Pyogo |
완도미역(Wando Sea mustard) |
Mustarda tal-Baħar |
Wando Miyeok |
완도다시마(Wando Sea tangle) |
Laminarja tas-Swaba’ |
Wando Dasima |
기장미역(Gijang sea mustard) |
Mustarda tal-Baħar |
Gijang Miyeok |
기장다시마(Gijang sea tangle) |
Laminarja tas-Swaba’ |
Gijang Dasima |
완도김(Wando Laver) |
Laver |
Wando Gim |
장흥김(Jangheung Laver) |
Laver |
Jangheung Gim |
여수굴(Yeosu Gul (Yeosu Oyster)) |
Gajdri |
Yeosu Gul |
고흥미역(Goheung Dried Sea mustard) |
Mustarda tal-Baħar |
Goheung Miyeok |
고흥다시마(Goheung Dried Sea tangle) |
Laminarja tas-Swaba’ |
Goheung Dasima |
신안김(Sinan Gim (Laver)) |
Laver |
Sinan Gim |
해남김(Haenam Gim (Laver)) |
Laver |
Haenam Gim |
고흥김(Goheung Laver) |
Laver |
Goheung Gim |
고흥굴(Goheung Gul (Oyster)) |
Gajdri |
Goheung Gul |
ANNESS IV
TAQSIMA 1
INBEJJED LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA
Kodiċi tal-Pajjiż |
Isem tad-Denominazzjoni |
Traskrizzjoni għall-alfabett Korean |
CY |
Κουμανδαρία (traskrizzjoni għall-alfabett Latin: Commandaria ) |
꼬만다리아 |
DE |
Franken |
프랑켄 |
ES |
Utiel-Requena |
우띠엘 레께나 |
FR |
Pays d'Oc |
패이 독 / 뻬이 독 |
FR |
Romanée-Conti |
로마네 콘티 / 로마네 꽁띠 |
FR |
Pauillac |
포이약 / 뽀이약 |
FR |
Saint-Estèphe |
세인트 에스테브 / 쎙 에스테프 |
IT |
Prosecco |
프로세코 |
RO |
Cotnari |
코트나리 |
SI |
Vipavska dolina |
비파브스카 돌리나 |
SK |
Vinohradnícka oblasť Tokaj |
비노흐라드니스카 오블라스트 토카이 |
TAQSIMA 2
SPIRTI LI JORIĠINAW MILL-UNJONI EWROPEA
Kodiċi tal-Pajjiż |
Isem tad-Denominazzjoni |
Traskrizzjoni għall-alfabett Korean |
CY |
Ζιβανία/Τζιβανία/Ζιβάνα/Zivania |
지바니아 |
ES |
Brandy del Penedés |
브란디 델 뻬네데스 |
EL |
Τσίπουρο/Tsipouro |
치푸로 |
IE |
Irish Cream |
아이리쉬 크림 |
LT |
Originali lietuviška degtinė/Original Lithuanian vodka |
오리지널 리투아니아 보드카 |
BE+NL+FR+DE |
Genièvre/Jenever/Genever |
예네이버/제니버 |
ANNESS V
Isem li għandu jkun protett |
Traskrizzjoni għall-alfabett Latin |
무주머루와인 (Muju Wild Grape Wine) |
Inbid Muju Meoru |
ANNESS VI
FRANZA
Huile essentielle de lavande de Haute-Provence/Essence de lavande de Haute-Provence (1) |
Żejt essenzjali tal-lavanda |
윌 에썽씨엘 드 라벙드 드 오뜨 프로방스 / 에썽스 드 라벙드 드 오뜨 프로방스 (오뜨 프로방스 라벙드 에센스 오일) |
(1)
“Huile essentielle de lavande de Haute-Provence” sar “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence/Essence de lavande Haute-Provence”. |
L-ITALJA
Prosciutto di San Daniele (1) |
Perżut |
프로슈토 디 산 다니엘레(생햄) |
(1)
“Prosciutto di S. Daniele” sar “Prosciutto di San Daniele”. |
SPANJA
Jamón de Teruel/Paleta de Teruel (1) |
Perżut |
하몬 데 떼루엘 / 빨레따 데 떼루엘 |
Jabugo (2) |
Perżut |
하부고 |
(1)
“Jamon de Teruel” sar “Jamón de Teruel/Paleta de Teruel”.
(2)
“Jamón de Huelva” became “Jabugo”. |
( 1 ) ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.
( 2 ) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
( 3 ) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
( 4 ) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
( 5 ) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
( 6 ) ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.
( 7 ) ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14.
( 8 ) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
( 9 ) ĠU L 154, 17.6.2009, p. 1.
( 10 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
( 11 ) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
( 12 ) 대한민국정부 관보 제20151호(gazzetta uffiċjali 20151), 21.12.2021, p.47.
( 13 ) 대한민국정부 관보 제19907호(gazzetta uffiċjali 19907), 29.12.2020, p.110.
( 14 ) 대한민국정부 관보 제20151호(gazzetta uffiċjali 20151), 21.12.2021, p.39.
( 15 ) 대한민국정부 관보 제20163호 별권1 (gazzetta uffiċjali 20163, volum separat 1), 6.1.2022, p. 4.
대한민국정부 관보 제20163호 별권1 (gazzetta uffiċjali 20163, volum separat 1), 6.1.2022, p. 4.
◄
( 16 ) ĠU L 114, 30.4.2019, p. 7.
( 17 ) “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence” sar “Huile essentielle de lavande de Haute-Provence/Essence de lavande Haute-Provence” (traskrizzjoni: 윌 에썽씨엘 드 라벙드 드 오뜨 프로방스 / 에썽스 드 라벙드 드 오뜨 프로방스 (오뜨 프로방스 라벙드 에센스 오일) – “Prosciutto di S. Daniele” sar “Prosciutto di San Daniele” (it-traskrizzjoni tibqa’ l-istess) – “Jamon de Teruel” sar “Jamón de Teruel/Paleta de Teruel” (traskrizzjoni: 하몬 데 떼루엘 / 빨레따 데 떼루엘) – “Jamón de Huelva” sar “Jabugo” (traskrizzjoni: 하부고).
( 18 ) Id-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat Kummerċjali tal-UE u l-Korea tat- 23 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ (ĠU L 58, 1.3.2013, p. 9).
( 19 ) 대한민국 관보 제17538호(그2) (gazzetta uffiċjali 17538, volum separat 2), 28.6.2011, p.800.