02022D1668 — MT — 02.08.2023 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1668

tat-28 ta’ Settembru 2022

dwar standards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 251 29.9.2022, p. 6)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/601 tat-13 ta’ Marzu 2023

  L 79

176

17.3.2023

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1587 tal-1 ta’ Awwissu 2023

  L 194

134

2.8.2023




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1668

tat-28 ta’ Settembru 2022

dwar standards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 titħassar.

Artikolu 3

Il-Komunikazzjoni 2018/C 371/01 titħassar. Madankollu, għandha tkompli tapplika fir-rigward tar-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni sad-dati tal-irtirar ta’ dawk ir-referenzi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS I



Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN 1010-1:2004+A1:2010

Sikurezza ta’ makkinarju - Rekwiżiti ta’ sikurezza għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni tal-istampar u ta’ konverżjoni ta’ karta għal użijiet diversi - Parti 1: Rekwiżiti komuni

2.

EN 1010-2:2006+A1:2010

Sikurezza ta’ makkinarju - Rekwiżiti ta’ sikurezza għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni tal-istampar u ta’ konverżjoni ta’ karta għal użijiet diversi - Parti 2: Magni tal-istampar u verniċjar inkluż makkinarju ta’ qabel l-istampar

3.

EN 1127-1:2019

Atmosferi splussivi - Prevenzjoni ta’ u protezzjoni minn splużjoni - Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija

4.

EN 1127-2:2014

Atmosferi splussivi - Prevenzjoni ta’ u protezzjoni minn splużjoni - Parti 2: Kunċetti bażiċi u metodoloġija għat-tħaffir f’minjieri

5.

EN 1755:2015

Trakkijiet industrijali -Rekwiżiti ta’ sikurezza u verifika - Rekwiżiti supplementari għall-operat f’atmosferi potenzjalment splussivi

6.

EN 1834-1:2000

Magni li joperaw b’sistema ta’ kombustjoni interna li jaħdmu b’moviment alternat - Rekwiżiti ta’ sikurezza għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi - Parti 1: Magni tal-Grupp II għall-użu f’atmosferi fejn hemm gass u fwar li jaqbad

7.

EN 1834-2:2000

Magni li joperaw b’sistema ta’ kombustjoni interna li jaħdmu b’moviment alternat - Rekwiżiti ta’ sigurtà għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni biex jintużaw f’atmosferi potenzjalment splussivi - Parti 2: Magni tal-Grupp I għall-użu f’xogħlijiet taħt l-art li huma suxxettibbli għal arja kombustibbli u.jew għal trab kombustibbli

8.

EN 1834-3:2000

Magni li joperaw b’sistema ta’ kombustjoni interna li jaħdmu b’moviment alternat - Rekwiżiti ta’ sikurezza għad-disinn u kostruzzjoni ta’ magni għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi - Parti 3: Magni tal-Grupp II għall-użu f’atmosferi fejn ikun hemm trab li jaqbad

9.

EN 1839:2017

Determinazzjoni tal-limiti ta’ splużjoni u tal-limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ ossiġenu (LOC) għal gassijiet u fwar li jaqbdu

10.

EN 1953:2013

Tagħmir li jatomizza u jisprejja għal materjali tal-kisi - Rekwiżiti ta’ sikurezza

11.

EN 12581:2005+A1:2010

Impjanti tal-kisi - Makkinarju għall-applikazzjoni ta’ materjal tal-kisi likwidu organiku permezz ta’ immersjoni jew elettrolosi - Rekwiżiti ta’ sikurezza

12.

EN 12621:2006+A1:2010

Magni għall-provvista u/jew ċirkolazzjoni ta’ materjali tal-kisi taħt pressjoni - Rekwiżiti ta’ sikurezza

13.

EN 12757-1:2005+A1:2010

Makkinarju tat-taħlit għal materjali tal-kisi - Rekwiżiti ta’ sikurezza - Parti 1: Makkinarju tat-taħlit li jintuża għal-lostru mill-ġdid ta’ vetturi

14.

EN 13012:2021

Pompi tal-petrol - Konstruzzjoni u prestazzjoni ta’ żennuni awtomatiċi għall-użu fuq distributuri tal-fjuwil

15.

EN 13237:2012

Atmosferi potenzjalment splussivi - Termini u definizzjonijiet għal tagħmir u sistemi protettivi maħsubin għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi

16.

EN 13616-1:2016

Apparati għall-prevenzjoni ta’ mili żejjed ta’ tankijiet statiċi għal fjuwils likwidi - Parti 1: Apparati għall-prevenzjoni ta’ mili żejjed b’apparat li jagħlaq

17.

EN 13617-1:2021

Pompi tal-petrol - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ pompi tal-kejl, distributuri u unitajiet ta’ pompi li jitħaddmu mill-bogħod

18.

EN 13617-2:2021

Pompi tal-petrol - Parti 2: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ tagħmir sikur li jaqtal-fluss għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri

19.

EN 13617-3:2021

Pompi tal-petrol - Parti 3: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ valvoli ta’ sikurezza

20.

EN 13617-4:2021

Pompi tal-petrol - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri

21.

EN 13760:2021

Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Sistema tal-mili tal-LPG għall-vetturi ħfief u tqal - Żennuni, rekwiżiti tal-ittestjar u dimensjonijiet

22.

EN 13852-1:2013

Krejnijiet - Krejnijiet li joperaw ’il barra mill-kosta - Parti 1: Krejnijiet għal skopijiet ġenerali li joperaw ’il barra mill-kosta

23.

EN 13852-3:2021

Krejnijiet - Krejnijiet li joperaw ’il barra mill-kosta - Parti 3: Krejnijiet ħfief li joperaw lil hinn mill-kosta

Avviż 1: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-klawżola 2 tal-istandard armonizzat EN IEC 60079-0:2018 għandhom jinqraw bħala EN IEC 60079-0:2018 ikkoreġut mill-EN IEC 60079-0:2018/AC:2020-02

Avviż 2: Ir-referenzi normattivi msemmija fil-klawżola 2 tal-istandard armonizzat EN ISO 80079-36:2016 għandhom jinqraw bħala EN ISO 80079-36:2016 ikkoreġut mill-EN ISO 80079-36:2016/AC:2019 Restrizzjoni: din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-parti li ġejja tal-istandard: il-kolonna “Kummenti/Noti” tat-Tabella ZB.1

24.

EN 14034-1:2004+A1:2011

Determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ splużjoni ta’ sħab ta’ trab - Parti 1: Determinazzjoni tal-pressjoni massima ta’ splużjoni pmax ta’ sħab ta’ trab

25.

EN 14034-2:2006+A1:2011

Determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ splużjoni ta’ sħab ta’ trab - Parti 2: Determinazzjoni tar-rata massima ta’ żieda fil-pressjoni ta’ splużjoni (dp/dt)max ta’ sħab ta’ trab

26.

EN 14034-3:2006+A1:2011

Determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ splużjoni ta’ sħab ta’ trab - Parti 3: Determinazzjoni tal-limitu aktar baxx ta’ splużjoni LEL ta’ sħab ta’ trab

27.

EN 14034-4:2004+A1:2011

Determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ splużjoni ta’ sħab ta’ trab - Parti 4: Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni limitattiva ta’ ossiġenu LOC ta’ sħab ta’ trab

28.

EN 14373:2021

Sistemi ta’ soppressjoni tal-isplużjonijiet

29.

EN 14460:2018

Tagħmir reżistenti għall-isplużjonijiet

30.

EN 14491:2012

Sistemi protettivi ta’ ftuħ għall-arja f’każ ta’ splużjoni ta’ trab

31.

EN 14492-1:2006+A1:2009

Krejnijiet - Vinċijiet u paranki motorizzati - Parti 1: Vinċijiet motorizzati

EN 14492-1:2006+A1:2009/AC:2010

32.

EN 14492-2:2006+A1:2009

Krejnijiet - Vinċijiet u paranki motorizzati - Parti 2: Paranki motorizzati

EN 14492-2:2006+A1:2009/AC:2010

33.

EN 14522:2005

Determinazzjoni tat-temperatura tat-tqabbid awtokombustjoni ta’ gassijiet u fwar

34.

EN 14591-1:2004

Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art - Sistemi protettivi - Parti 1: Struttura ta’ ventilazzjoni reżistenti għal splużjoni ta’ 2 bar

EN 14591-1:2004/AC:2006

35.

EN 14591-2:2007

Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art - Sistemi protettivi - Parti 2: Ostakli passivi ta’ kontenituri tal-ilma

EN 14591-2:2007/AC:2008

36.

EN 14591-4:2007

Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art - Sistemi protettivi - Parti 4: Sistemi awtomatiċi ta’ estinzjoni għal road headers

EN 14591-4:2007/AC:2008

37.

EN 14677:2008

Sikurezza ta’ makkinarju - Formazzjoni tal-azzar b’sistema sekondarja - Makkinarju u tagħmir għat-trattament ta’ azzar likwidu

38.

EN 14678-1:2013

Tagħmir u aċċessorji tal-LPG - Kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ tagħmir tal-LPG għal pompi tal-petrol għall-awtomobbli - Parti 1: Distributuri

39.

EN 14681:2006+A1:2010

Sikurezza ta’ makkinarju - Rekwiżiti ta’ sikurezza għal makkinarju u tagħmir għall-produzzjoni ta’ azzar b’fornijiet bl-ark elettriku

40.

EN 14797:2006

Apparati ta’ ftuħ għall-arja f’każ ta’ splużjoni

41.

EN 14973:2015

Ċineg trasportatriċi għall-użu fi stallazzjonijiet taħt l-art - Rekwiżiti ta’ sikurezza elettrika u ta’ protezzjoni mill-ħruq

42.

EN 14983:2007

Prevenzjoni u protezzjoni minn splużjonijiet f’minjieri taħt l-art -Tagħmir u sistemi protettivi maħsubin biex jintużaw f’arja kombustibbli

43.

EN 14986:2017

Disinn ta’ fannijiet li jintużaw f’atmosferi potenzjalment splussivi

44.

EN 14994:2007

Sistemi protettivi ta’ ftuħ għall-arja f’każ ta’ splużjoni ta’ gass

45.

EN 15089:2009

Sistemi għall-iżolament tal-isplużjoni

46.

EN 15188:2020

Determinazzjoni ta’ kif akkumulazzjonijiet ta’ trab jaqbdu spontanjament

47.

EN 15198:2007

Metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ tagħmir u komponenti mhux elettriċi maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi

48.

EN 15233:2007

Metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sikurezza funzjonali ta’ sistemi protettivi għal atmosferi potenzjalment splussivi

49.

EN 15268:2008

Pompi tal-petrol - Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni ta’ assemblaġġi ta’ pompi sommerġibbli

50.

EN 15794:2009

Determinazzjoni tal-punti ta’ splużjoni ta’ likwidi li jaqbdu

51.

EN 15967:2022

Determinazzjoni tal-pressjoni massima ta’ splużjoni u r-rata massima ta’ żieda fil-pressjoni ta’ gassijiet u fwar

52.

EN 16009:2011

Apparati ta’ ftuħ għall-arja f’każ ta’ splużjoni bla fjamma

53.

EN 16020:2011

Apparati li jiddevjaw l-isplużjoni

54.

EN 16447:2014

Valvoli flap għall-iżolament tal-isplużjoni

55.

EN ISO 16852:2016

Apparat li ma jwaqqaf it-tixrid ta’ fjammi - Rekwiżiti ta’ prestazzjoni, metodi ta’ ttestjar u limiti għall-użu (ISO 16852:2016)

56.

EN 17077:2018

Determinazzjoni ta’ komportament ta’ ħruq ta’ strati ta’ trab

57.

EN 50050-1:2013

Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar elettrostatiku - Rekwiżiti ta’ sikurezza - Parti 1: Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar li jintuża fuq materjali tal-kisi likwidi li jaqbdu malajr

58.

EN 50050-2:2013

Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar elettrostatiku - Rekwiżiti ta’ sikurezza - Parti 2: Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar li jintuża fuq trab tal-kisi li jaqbad malajr

59.

EN 50050-3:2013

Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar elettrostatiku - Rekwiżiti ta’ sikurezza - Parti 3: Tagħmir miżmum fl-idejn għal sprejjar għall-użu fuq materjali naturali jew sintetiċi li jaqbdu malajr

60.

EN 50104:2010

Apparat elettriku għad-detezzjoni u kejl tal-ossiġenu - Rekwiżiti tal-prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar

▼M2

60a.

EN 50104:2019

Tagħmir elettriku għad-detezzjoni u l-kejl tal-ossiġenu – Rekwiżiti tal-prestazzjoni u metodi ta’ ttestjar

EN 50104:2019/A1:2023

▼B

61.

EN 50176:2009

Tagħmir stazzjonarju ta’ applikazzjonijiet elettrostatiċi għal materjal tal-kisi likwidu li jaqbad malajr - Rekwiżiti ta’ sikurezza

62.

EN 50177:2009

Tagħmir stazzjonarju ta’ applikazzjonijiet elettrostatiċi għal trab tal-kisi li jaqbad malajr - Rekwiżiti ta’ sikurezza

EN 50177:2009/A1:2012

63.

EN 50223:2015

Tagħmir stazzjonarju ta’ applikazzjonijiet elettrostatiċi għal materjali naturali jew sintetiċi li jaqbdu malajr – Rekwiżiti ta’ sikurezza

64.

EN 50271:2018

Apparat elettriku għad-detezzjoni u kejl ta’ gassijiet kombustibbli, gassijiet tossiċi jew ossiġenu - Rekwiżiti u testijiet għal apparati li jużaw softwer u/jew teknoloġiji diġitali

65.

EN 50281-2-1:1998

Apparat elettriku għall-użu f’ambjenti fejn hemm trab kombustibbli - Parti 2-1: Metodi ta’ ttestjar - Metodi għad-determinazzjoni tat-temperatura tat-tqabbid minima ta’ trab

EN 50281-2-1:1998/AC:1999

66.

EN 50303:2000

Tagħmir tal-Grupp I, Kategorija M1, maħsub biex jiffunzjona f’atmosferi esposti għal gass kombustibbli u/jew trab tal-faħam

67.

EN 50381:2004

Kmamar ventilati trasportabbli b’sors ta’ emissjoni interna jew mingħajru

EN 50381:2004/AC:2005

68.

EN 50495:2010

Apparati ta’ sikurezza meħtiġin għall-funzjonament sikur ta’ tagħmir fir-rigward ta’ riskji ta’ splużjoni

69.

EN IEC 60079-0:2018

Atmosferi splussivi - Parti 0: Tagħmir – Rekwiżiti ġenerali (IEC 60079-0:2017)

70.

EN 60079-1:2014

Atmosferi splussivi - Parti 1: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ interkjużuri reżistenti għall-fjammi “d” (IEC 60079-1:2014)

71.

EN 60079-2:2014

Atmosferi splussivi - Parti 2: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ interkjużuri bi pressjoni għolja “p” (IEC 60079-2:2014)

EN 60079-2:2014/AC:2015

72.

EN 60079-5:2015

Atmosferi splussivi - Parti 5: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ mili bit-trab “q” (IEC 60079-5:2015)

73.

EN 60079-6:2015

Atmosferi splussivi - Parti 6: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ immersjoni f’likwidu “o” (IEC 60079-6:2015)

74.

EN 60079-7:2015

Atmosferi splussivi - Parti 7: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ sikurezza miżjuda “e” (IEC 60079–7:2015)

EN IEC 60079-7:2015/A1:2018

75.

EN 60079-11:2012

Atmosferi splussivi - Parti 11: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ sikurezza intrinsika “i” (IEC 60079–11:2011)

76.

EN 60079-15:2010

Atmosferi splussivi - Parti 15: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz bit-tip ta’ protezzjoni “n” (IEC 60079-15:2010)

77.

EN 60079-18:2015

Atmosferi splussivi - Parti 18: Protezzjoni ta’ tagħmir permezz ta’ inkapsulament “m” (IEC 60079-18:2014)

EN 60079-18:2015/A1:2017

78.

EN 60079-20-1:2010

Atmosferi splussivi - Parti 20-1: Karatteristiċi tal-materjali għall-klassifikazzjoni ta’ gass u fwar - Metodi ta’ ttestjar u data (IEC 60079-20-1:2010)

79.

EN 60079-25:2010

Atmosferi splussivi - Parti 25: Sistemi elettriċi intrinsikament sikuri (IEC 60079-25:2010)

EN 60079-25:2010/AC:2013

80.

EN 60079-26:2015

Atmosferi splussivi - Parti 26: Tagħmir bl-livell ta’ protezzjoni tat-tagħmir (EPL) Ga (IEC 60079-26:2014)

81.

EN 60079-28:2015

Atmosferi splussivi - Parti 28: Protezzjoni tat-tagħmir u tas-sistemi ta’ trażmissjoni bl-użu ta’ radjazzjoni ottika (IEC 60079-28:2015)

82.

EN 60079-29-1:2016

Atmosferi splussivi - Parti 29-1: Detetturi tal-gass - Rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detetturi għall-gassijiet li jaqbdu (IEC 60079-29-1:2016, (Modifikat))

▼M1

82a.

EN 60079-29-1:2016

Atmosferi splussivi – Parti 29-1: Detetturi tal-gas – Prestazzjoni rekwiżiti tad-detetturi għall-gassijiet li jaqbdu

EN 60079-29-1:2016/A1:2022

EN 60079-29-1:2016/A11:2022

▼B

83.

EN 60079-29-4:2010

Atmosferi splussivi - Parti 29-4: Detetturi tal-gass - Rekwiżiti tal-prestazzjoni tad-detetturi ta’ perkors miftuħ għall-gassijiet li jaqbdu (IEC 60079-29-4:2009, (Modifikat))

84.

EN 60079-30-1:2017

Atmosferi splussivi - Parti 30-1: Tisħin ta’ superfiċi permezz ta’ reżistenza elettrika - Rekwiżiti ġenerali u tal-ittestjar (IEC/IEEE 60079-30-1:2015, (Modifikat))

85.

EN 60079-31:2014

Atmosferi splussivi - Parti 31: Protezzjoni ta’ tagħmir mill-kombustjoni ta’ trab permezz ta’ interkjużura “t” (IEC 60079-31:2013)

86.

EN 60079-35-1:2011

Atmosferi splussivi - Parti 35-1: Elmi bid-dawl għall-użu f’minjieri fejn hemm gass kombustibbli - Rekwiżiti ġenerali – Kostruzzjoni u ttestjar fir-rigward tar-riskju ta’ splużjoni (IEC 60079-35-1:2011)

EN 60079-35-1:2011/AC:2011

87.

EN ISO/IEC 80079-20-2:2016

Atmosferi splussivi - Parti 20-2: Karatteristiċi tal-materjali - Metodi ta’ ttestjar ta’ trab kombustibbli (ISO/IEC 80079-20-2:2016)

EN ISO/IEC 80079-20-2:2016/AC:2017

88.

EN ISO/IEC 80079-34:2011

Atmosferi splussivi - Parti 34: Applikazzjoni ta’ sistemi ta’ kwalità għall-manifattura ta’ tagħmir (ISO/IEC 80079-34:2011)

89.

EN ISO 80079-36:2016

Atmosferi splussivi - Parti 36: Tagħmir mhux elettriku għal atmosferi splussivi - Metodu u rekwiżiti bażiċi (ISO 80079-36:2016)

90.

EN ISO 80079-37:2016

Atmosferi splussivi - Parti 37: Tagħmir mhux elettriku għal atmosferi splussivi - Tip ta’ protezzjoni mhux elettrika għas-sikurezza kostruttiva “c”, għall-kontroll ta’ sorsi ta’ tqabbid “b”, għall-immersjoni f’likwidi “k” (ISO 80079-37:2016)

91.

EN ISO/IEC 80079-38:2016

Atmosferi splussivi - Parti 38: Tagħmir u komponenti għall-użu f’atmosferi splussivi f’minjieri taħt l-art (ISO/IEC 80079-38:2016)

EN ISO/IEC 80079-38:2016/A1:2018

▼M1

92.

EN 17348:2022

Rekwiżiti għad-disinn u l-ittestjar tal-vacuum cleaners għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi

▼B




ANNESS II



Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

1.

EN 13012:2012

Pompi tal-petrol - Konstruzzjoni u prestazzjoni ta’ żennuni awtomatiċi għall-użu fuq distributuri tal-fjuwil

3.9.2023

2.

EN 13617-1:2012

Pompi tal-petrol - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ pompi tal-kejl, distributuri u unitajiet ta’ pompi li jitħaddmu mill-bogħod

3.9.2023

3.

EN 13617-2:2012

Pompi tal-petrol - Parti 2: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ tagħmir sikur li jaqtal-fluss għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri

3.9.2023

4.

EN 13617-3:2012

Pompi tal-petrol - Parti 3: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ valvoli ta’ sikurezza

3.9.2023

5.

EN 13617-4:2012

Pompi tal-petrol - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-kostruzzjoni u prestazzjoni ta’ swivels għall-użu fuq pompi tal-kejl u distributuri

3.9.2023

6.

EN 13760:2003

Sistema tal-mili tal-LPG għall-vetturi ħfief u tqal - Żennuni, rekwiżiti tal-ittestjar u dimensjonijiet

19.11.2023

7.

EN 14373:2005

Sistemi ta’ soppressjoni tal-isplużjonijiet

19.11.2023

8.

EN 15188:2007

Determinazzjoni ta’ kif akkumulazzjonijiet ta’ trab jaqbdu spontanjament

27.11.2022

9.

EN 15967:2011

Determinazzjoni tal-pressjoni massima ta’ splużjoni u r-rata massima ta’ żieda fil-pressjoni ta’ gassijiet u fwar

29.3.2024