02021R2268 — MT — 14.07.2022 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►C3  REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2268

tas-6 ta’ Settembru 2021

li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 dwar il-metodoloġija sottostanti u l-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni, il-preżentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikaturi sommarji tal-kostijiet, il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat u l-preżentazzjoni tal-kostijiet tal-prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) li joffru firxa ta’ opzjonijiet għall-investiment u jallinjaw l-arranġament tranżizzjonali għall-manifatturi tal-PRIIP li joffru unitajiet ta’ fondi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala opzjonijiet ta’ investiment sottostanti b’arranġament tranżitorju estiż stabbilit f’dan l-Artikolu ◄

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 455I 20.12.2021, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/975 tas-17 ta’ Marzu 2022

  L 167

35

24.6.2022


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 029, 10.2.2022, p.  46 (2021/2268)

►C2

Rettifika, ĠU L 115, 13.4.2022, p.  187 (2021/2268)

►C3

Rettifika, ĠU L 010, 12.1.2023, p.  111 (2021/2268)




▼B

▼C3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2268

tas-6 ta’ Settembru 2021

li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 dwar il-metodoloġija sottostanti u l-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni, il-preżentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikaturi sommarji tal-kostijiet, il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat u l-preżentazzjoni tal-kostijiet tal-prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) li joffru firxa ta’ opzjonijiet għall-investiment u jallinjaw l-arranġament tranżizzjonali għall-manifatturi tal-PRIIP li joffru unitajiet ta’ fondi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala opzjonijiet ta’ investiment sottostanti b’arranġament tranżitorju estiż stabbilit f’dan l-Artikolu

▼B

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

▼C2



Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/653 huwa emendat kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fl-ewwel paragrafu, jiżdiedu l-punti minn (f) sa (i) li ġejjin:

“(f) 

fejn applikabbli, f’każijiet fejn l-manifattur tal-PRIIP jkun jagħmel parti minn grupp ta’ kumpaniji għal skopijiet legali, amministrattivi jew kummerċjali, l-isem ta’ dan il-grupp;

(g) 

meta l-PRIIP jieħu l-forma ta’ impriża għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) jew f’fond ta’ investiment alternattiv (AIF), l-identifikazzjoni tal-UCITS jew tal-AIF inkluża l-klassi tal-ishma jew il-kompartiment tal-investiment tagħhom, iddikjarati b’mod prominenti;

(h) 

id-dettalji tal-awtorizzazzjoni, fejn applikabbli;

(i) 

meta l-PRIIP jieħu l-forma ta’ UCITS jew ta’ AIF u f’dawk il-każijiet fejn l-UCITS tkun ġestita minn kumpanija ta’ maniġment kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE, jew meta tkun kumpanija ta’ investiment kif imsemmi fl-Artikolu 27 ta’ din id-Direttiva (kollettivament ‘kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS’) li tkun qed taħdem fir-rigward tad-drittijiet tal-UCITS skont l-Artikolu 16 ta’ din id-Direttiva, jew f’każijiet fejn l-AIF ikun ġestit minn maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) li jkun qed jaħdem fir-rigward ta’ dawn id-drittijiet tal-AIF skont l-Artikoli 31, 32 u 33 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), għandha tkun inkluża dikjarazzjoni addizzjonali dwar dan il-fatt.

(b) 

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (g), fil-każ ta’ kompartiment ta’ investiment jew klassi ta’ ishma, l-isem tal-UCITS jew tal-AIF għandu jsegwi l-isem tal-kompartiment jew tal-klassi tal-ishma. Meta jkun hemm numru ta’ kodiċi li jidentifika l-UCITS jew l-AIF, il-kompartiment tal-investiment jew il-klassi tal-ishma, għandu jagħmel parti mill-identifikazzjoni tal-UCITS jew tal-AIF.”;

(2) 

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) 

jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b u 2c li ġejjin:

“2a.  

Meta l-PRIIP jieħu l-forma ta’ UCITS jew ta’ AIF, l-informazzjoni fit-taqsima intitolata ‘X’inhu dan il-prodott?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tkopri dawk il-karatteristiċi essenzjali tal-UCITS jew tal-AIF li dwarhom l-investitur fil-livell ta’ konsumatur għandu jiġi infurmat, anki meta dawn il-karatteristiċi ma jiffurmawx parti mid-deskrizzjoni tal-objettivi u tal-politika ta’ investiment fil-prospett tal-UCITS kif imsemmi fl-Artikolu 68 tad-Direttiva 2009/65/KE jew mid-deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi ta’ investiment tal-AIF imsemmija fl-Artikolu 23(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2011/61/UE, inkluż:

(a) 

il-kategoriji ewlenin tal-istrumenti finanzjarji eliġibbli li huma l-oġġett tal-investiment;

(b) 

il-possibbiltà li l-investitur fil-livell ta’ konsumatur jista’ jifdi l-unitajiet ta’ UCITS jew ta’ AIF fuq talba, filwaqt li jikkwalifika din id-dikjarazzjoni b’indikazzjoni tal-frekwenza ta’ negozjar fl-unitajiet, jew fejn applikabbli b’dikjarazzjoni li ma hemm l-ebda possibbiltà li l-unitajiet jinfdew fuq talba;

(c) 

jekk il-UCITS jew l-AIF għandhomx xi mira partikolari relatata ma’ kwalunkwe settur industrijali, ġeografiku, jew ieħor tas-suq jew ma’ klassijiet speċifiċi ta’ assi;

(d) 

jekk il-UCITS jew l-AIF jippermettux għażliet diskrezzjonali fir-rigward tal-investimenti partikolari li jkunu jridu jsiru, u jekk dan l-approċċ ikunx jinkludi jew jimplika referenza għal xi parametru referenzjarju, u jekk dan ikun il-każ, liema wieħed;

(e) 

jekk l-introjtu minn dividendi jitqassamx jew jerġax jiġi investit.

Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), fejn tkun implikata referenza għal xi parametru referenzjarju, il-livell tal-libertà disponibbli relatat ma’ dan il-parametru referenzjarju għandu jkun indikat, u meta l-UCITS jew l-AIF ikollhom l-objettiv ta’ segwiment tal-indiċi, dan għandu jiġi ddikjarat.

2b.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a għandha tinkludi dan li ġej, meta rilevanti:

(a) 

meta l-UCITS jew l-AIF jinvestu f’titoli ta’ dejn, indikazzjoni dwar jekk dawn it-titoli ta’ dejn ikunux inħarġu minn korpi korporattivi, gvernijiet jew entitajiet oħrajn, u fejn applikabbli, kwalunkwe rekwiżit ta’ klassifikazzjoni minima;

(b) 

meta l-UCITS jew l-AIF ikunu fond ta’ investiment strutturat, spjegazzjoni f’termini sempliċi tal-elementi kollha neċessarji għal fehim korrett tal-gwadan u l-fatturi li huma mistennija jiddeterminaw il-prestazzjoni, inklużi referenzi, fejn ikun meħtieġ, għad-dettalji dwar l-algoritmi u l-mod kif jaħdmu li jidhru fil-prospett tal-UCITS, jew id-deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi ta’ investiment tal-AIF;

(c) 

fejn l-għażla tal-assi tkun iggwidata minn kriterji speċifiċi, spjegazzjoni ta’ dawn il-kriterji, bħalma huwa t-‘tkabbir’, il-‘valur’ jew id-‘dividendi għoljin’;

(d) 

fejn jiġu applikati tekniki speċifiċi tal-ġestjoni tal-assi, li jistgħu jinkludu l-iħħeġġjar, l-arbitraġġ jew mezzi ta’ pressjoni, spjegazzjoni f’termini sempliċi tal-fatturi li mistennija jiddeterminaw il-prestazzjoni tal-UCITS jew tal-AIF;

2c.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2a u 2b għandha tiddistingwi bejn il-kategoriji wiesgħa ta’ investimenti kif speċifikat fil-paragrafu 2a, il-punti (a) u (c), u l-paragrafu 2b, il-punt (a), u l-approċċ għal dawk l-investimenti li għandhom jiġu adottati minn kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS jew minn AIFM kif speċifikat fil-paragrafu 2a, il-punt (d) u l-paragrafu 2b, il-punti (b), (c) u (d).

It-taqsima intitolata ‘X’inhu dan il-prodott?’ tad-dokument bl-inforamzzjoni ewlenija jista’ jkollha elementi oħra apparti dawk elenkati fil-paragrafi 2a u 2b, inkluża d-deskrizzjoni tal-UCITS jew tal-istrateġija tal-investiment tal-AIF, fejn dawn l-elementi huma meħtieġa biex l-objettivi u l-politika tal-investiment tal-UCITS jew tal-AIF jiġu deskritti adegwatament.”;

(b) 

jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

“6.  
Meta l-PRIIP jieħu l-forma ta’ UCITS jew AIF, l-identifikazzjoni u l-ispjegazzjoni tar-riskji msemmija fl-Annessi II u III ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu koerenti mal-proċess intern għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju adottat mill-kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE jew mill-AIFMs f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE. Meta kumpanija ta’ maniġment tiġġestixxi aktar minn UCITS waħda jew meta AIFM jimmaniġġja aktar minn AIF wieħed, ir-riskji għandhom jiġu identifikati u spjegati b’mod konsistenti.
7.  

Meta l-PRIIP jieħu l-forma ta’ UCITS jew ta’ AIF, it-taqsima intitolata ‘X’inhu dan il-prodott?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jkollha din l-informazzjoni għal kull Stat Membru li fih il-UCITS jew l-AIF jkunu kkummerċjalizzati:

(a) 

l-isem tad-depożitarju;

(b) 

fejn u kif tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar l-UCITS jew l-AIF, kopji tal-prospett tal-UCITS jew kopji tad-deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi ta’ investiment tal-AIF, l-aħħar rapport annwali u kwalunkwe rapport ta’ kull sitt xhur sussegwenti tal-UCITS kif imsemmi fl-Artikolu 68(1), il-punti (b) u (c), tad-Direttiva 2009/65/KE, jew l-aħħar rapport annwali tal-AIF kif imsemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE, li jiddikjara b’liema lingwa jew lingwi dawk id-dokumenti jkunu disponibbli, u li jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas;

(c) 

fejn u kif tista’ tinkiseb informazzjoni prattika oħra, inkluż minn fejn ikunu jistgħu jinstabu l-aħħar prezzijiet tal-unitajiet.”;

(3) 

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 2 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għandha tiżdied twissija prominenti, fejn applikabbli, rigward il-kostijiet addizzjonali li jistgħu jintalbu mill-persuni li jagħtu pariri dwar il-PRIIP jew li jbigħuh.”;

(b) 

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.  

It-tabella ‘Il-kompożizzjoni tal-kostijiet’ fit-taqsima intitolata ‘X’inhuma l-kostijiet?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jispeċifikaw l-indikaturi sommarji ta’ dawn it-tipi ta’ kostijiet li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe kost ta’ darba, bħall-kostijiet tad-dħul u tal-ħruġ;

(b) 

kwalunkwe kost rikorrenti, bis-separazzjoni tal-kostijiet tat-tranżazzjoni tal-portafoll u kostijiet rikorrenti oħra;

(c) 

kwalunkwe kost inċidentali, bħal tariffi fuq il-prestazzjoni jew kumpens għal prestazzjoni.”;

(c) 

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.  
Il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jiddeskrivu kull wieħed mill-kostijiet differenti inklużi fit-tabella ‘Il-kompożizzjoni tal-kostijiet’ fit-taqsima intitolata ‘X’inhuma l-kostijiet?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, skont l-Anness VII, u għandhom jispeċifikaw fejn u kif dawn il-kostijiet jistgħu jkunu differenti mill-kostijiet reali li l-investitur fil-livell ta’ konsumatur jista’ jġarrab, u fejn u kif dawn il-kostijiet jistgħu jiddependu fuq jekk l-investitur fil-livell ta’ konsumatur jeżerċitax ċertu opzjonijiet jew le.”;
(4) 

fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.  

Għall-UCITS kif definit fil-punt 1(a) tal-Anness VIII, l-AIFs kif definiti fil-punt 1(b) ta’ dan l-Anness, jew il-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni marbuta ma’ unitajiet kif definit fil-punt 1(c) ta’ dan l-Anness, it-taqsima intitolata ‘Informazzjoni rilevanti oħra’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tinkludi:

(a) 

link għas-sit web, jew referenza għal dokument, fejn tkun disponibbli l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat ppubblikata mill-manifattur tal-PRIIP f’konformità mal-Anness VIII;

(b) 

l-għadd ta’ snin li għalihom tiġi ppreżentata d-data tal-prestazzjoni fil-passat.

Għall-PRIIPs imsemmija fl-Anness II, il-Parti 1, il-punt 5, li huma fondi mingħajr limiti, jew PRIIPs oħra miftuħa għas-sottoskrizzjoni, il-kalkoli tax-xenarju tal-prestazzjoni preċedenti għandhom jiġu ppubblikati ta’ kull xahar u t-taqsima intitolata ‘Informazzjoni rilevanti oħra’ għandha tistipula fejn jistgħu jinstabu dawn il-kalkoli.”;

(5) 

it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DOKUMENTI BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA MILL-PRIIPs LI JOFFRU FIRXA TA’ OPZJONIJIET GĦALL-INVESTIMENT”;

(6) 

Fl-Artikolu 10, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a) 

dokument bl-informazzjoni ewlenija għal kull opzjoni ta’ investiment sottostanti fi ħdan il-PRIIP, skont il-Kapitolu I, inkluża informazzjoni dwar il-PRIIP kollu kemm hu, b’kull dokument bl-informazzjoni ewlenija juri l-każ li l-investitur fil-livell ta’ konsumatur jinvesti f’opzjoni ta’ investiment waħda biss;

(b) 

dokument ġeneriku bl-informazzjoni ewlenija li jiddeskrivi l-PRIIP f’konformità mal-Kapitolu I, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli minn 11 sa 14, inkluża deskrizzjoni ta’ fejn tista’ tinstab l-informazzjoni speċifika dwar kull opzjoni ta’ investiment sottostanti.”;

(7) 

fl-Artikolu 11 jitħassar il-punt (c);

(8) 

l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (d);

(b) 

jitħassar il-paragrafu 2;

(9) 

l-Artikoli 13 u 14 jinbidlu b’dan li ġej:

Artikolu 13

It-taqsima “X’inhuma l-kostijiet?” fid-dokument ġeneriku bl-informazzjoni ewlenija

Fit-taqsima bit-titolu ‘X’inhuma l-kostijiet?’, b’deroga mill-Artikolu 5(1)(b), il-punt (b), il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a) 

meta l-kostijiet tal-PRIIP, għajr il-kostijiet għall-opzjoni ta’ investiment sottostanti, ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti f’ċifra waħda, inkluż meta dawn il-kostijiet ivarjaw skont l-opzjoni ta’ investiment sottostanti magħżula:

(i) 

il-firxa ta’ kostijiet għall-PRIIP fit-tabelli ‘Il-kostijiet maż-żmien’ u ‘Il-kompożizzjoni tal-kostijiet’ stabbiliti fl-Anness VII;

(ii) 

dikjarazzjoni li tindika li l-kostijiet għall-investitur fil-livell tal-konsumatur ivarjaw abbażi tal-għażla ta’ investiment sottostanti;

(b) 

meta l-kostijiet tal-PRIIP, għajr il-kostijiet tal-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti, jistgħu jingħataw f’ċifra waħda u ma jistgħux jingħataw f’ċifra waħda:

(i) 

dawn il-kostijiet murija separatament mill-firxa ta’ kostijiet għall-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti offruti mill-PRIIP fit-tabelli ‘Il-kostijiet maż-żmien’ u ‘Il-kompożizzjoni tal-kostijiet’ stabbiliti fl-Anness VII;

(ii) 

dikjarazzjoni li tindika li l-kostijiet totali għall-investitur fil-livell ta’ konsumatur jikkonsistu f’taħlita ta’ kostijiet għall-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti magħżula u f’kostijiet oħra tal-PRIIP, u jvarjaw abbażi tal-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti.

Artikolu 14

Informazzjoni speċifika dwar kull opzjoni ta’ investiment sottostanti

L-informazzjoni speċifika dwar kull opzjoni ta’ investiment sottostanti, imsemmija fl-Artikolu 10, il-punt (b), għandha tiġi pprovduta f’dokument speċifiku ta’ informazzjoni li jissupplimenta d-dokument ġeneriku bl-informazzjoni ewlenija. Il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jinkludu, għal kull opzjoni ta’ investiment sottostanti, dawn kollha li ġejjin:

(a) 

it-twissija ta’ komprensjoni, meta rilevanti;

(b) 

l-objettivi tal-investiment, il-mezzi biex jinkisbu, u s-suq fil-mira intenzjonat kif imsemmi fl-Artikoli 2(2) u (3);

(c) 

l-indikatur sommarju tar-riskju u spjegazzjoni testwali kif ukoll ix-xenarji tal-prestazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3;

(d) 

il-preżentazzjoni tal-kostijiet, f’konformità mal-Artikolu 5, inkluża dikjarazzjoni dwar jekk dawn il-kostijiet jinkludux jew le l-kostijiet kollha tal-PRIIP fil-każ li l-investitur fil-livell tal-konsumatur jinvesti f’din l-opzjoni ta’ investiment speċifika biss;

(e) 

għall-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti li jkunu UCITS kif definit fil-punt 1(a) tal-Anness VIII, l-AIFs kif definiti fil-punt 1(b) ta’ dan l-Anness, jew il-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni marbuta ma’ unitajiet kif definit fil-punt 1(c) ta’ dan l-Anness, informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat kif stabbilit skont l-Artikolu 8(3).

L-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (e) ta’ dan il-paragrafu għandha ssegwi l-istruttura tal-partijiet rilevanti tal-mudell stabbilit fl-Anness I.”;

(10) 

jiddaħħal il-Kapitolu IIa li ġej:

“KAPITOLU IIa

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DOKUMENTI BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA TA’ ĊERTI UCITS U AIFs

Artikolu 14a

Il-kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS jew AIFs

1.  
Meta l-UCITS jew l-AIF ikunu jikkonsistu f’żewġ kompartimenti ta’ investiment jew aktar għandu jkun hemm dokument separat bl-infomazzjoni ewlenija għal kull kompartimenti individwali.
2.  

Kull dokument bl-informazzjoni ewlenija msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, fit-taqsima intitolata ‘X’inhu dan il-prodott?’, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

dikjarazzjoni li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija jiddeskrivi kompartiment tal-UCITS jew tal-AIF, u, fejn applikabbli, li l-prospett tal-UCITS jew id-deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tal-investiment tal-AIF u r-rapporti perjodiċi jitħejjew għall-UCITS jew għall-AIF kollha msemmija fil-bidu tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija;

(b) 

jekk l-assi u l-obbligi ta’ kull wieħed mill-kumpartimenti jkunux mifruda bil-liġi jew le, u kif dan jista’ jaffettwa lill-investitur;

(c) 

jekk l-investitur fil-livell ta’ konsumatur ikollux jew le l-jedd li jiskambja l-investiment tiegħu f’unitajiet f’kompartiment minnhom ma’ unitajiet f’kompartiment ieħor, u jekk iva, minn fejn jista’ jikseb l-informazzjoni dwar kif jista’ jeżerċita dan il-jedd.

3.  
Meta l-kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS jew l-AIFM jiffissa imposta biex l-investitur fil-livell ta’ konsumatur jiskambja l-investment tiegħu skont il-paragrafu 2, il-punt c, u din l-imposta tkun differenti mill-imposta standard għax-xiri jew il-bejgħ ta’ unitajiet, din l-imposta għandha tiġi ddikjarata separatament fit-taqsima intitolata ‘X’inhuma l-kostijiet?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

Artikolu 14b

Il-klassijiet ta’ ishma tal-UCITS jew tal-AIFs

1.  
Meta UCITS jew AIF ikunu jikkonsistu f’aktar minn klassi waħda ta’ unitajiet jew ishma, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jitħejja għal kull waħda mill-klassijiet ta’ unitajiet jew ta’ ishma.
2.  
Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija pertinenti għal żewġ klassijiet jew aktar tal-istess UCITS jew AIF jista’ jiġi kkombinat f’dokument wieħed bl-informazzjoni ewlenija, dment li d-dokument li jirriżulta jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti kollha dwar it-tul, il-lingwa u l-preżentazzjoni tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.
3.  
Il-kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS jew tal-AIFM tista’ tagħżel klassi biex tirrappreżenta klassi jew klassijiet oħrajn tal-UCITS jew tal-AIF, dment li l-għażla tkun ġusta, ċara u ma tiżvijax lill-investituri potenzjali fil-livell ta’ konsumatur f’dawn il-klassijiet l-oħrajn. F’dawn il-każijiet, it-taqsima intitolata ‘X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jkun fiha spjegazzjoni tar-riskju materjali applikabbli għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet l-oħrajn li jkunu qed jiġu rrappreżentati. Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija bbażat fuq il-klassi rappreżentattiva jista’ jingħata lill-investituri fil-livell ta’ konsumatur fil-klassijiet l-oħra.
4.  
Klassijiet differenti ma għandhomx jiġu kkombinati fi klassi rappreżentattiva komposta kif imsemmi fil-paragrafu 3.
5.  
Il-kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS jew tal-AIFM għandhom iżommu reġistru ta’ liema klassijiet oħra huma rrappreżentati mill-klassi rappreżentattiva msemmija fil-paragrafu 3 u r-raġunijiet li jiġġustifikaw din l-għażla.
6.  
Fejn applikabbli, it-taqsima intitolata ‘X’inhu dan il-prodott?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tiġi ssupplimentata b’indikazzjoni ta’ liema klassi tkun intgħażlet bħala rappreżentattiva, bl-użu tat-terminu li tingħata fil-prospett tal-UCITS jew fid-deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi ta’ investiment tal-AIF.
7.  
Din it-taqsima għandha tindika wkoll minn fejn l-investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jiksbu l-informazzjoni dwar il-klassijiet l-oħra tal-UCITS jew tal-AIF li jkunu kkummerċjalizzati fl-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 14c

Il-UCITS jew l-AIFs bħala fond ta’ fondi

1.  
Meta l-UCITS tinvesti proporzjon sostanzjali mill-assi tagħha f’UCITS oħra jew f’impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv kif imsemmi fl-Artikolu 50(1), il-punt (e), tad-Direttiva 2009/65/KE, id-deskrizzjoni tal-objettivi u l-politika ta’ investiment ta’ din il-UCITS fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tinkludi spjegazzjoni qasira tal-mod kif l-impriżi kollettivi l-oħrajn għandhom jintgħażlu fuq bażi kontinwa. Meta l-UCITS tkun fond ta’ fondi ħeġġ, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jinkludi informazzjoni dwar ix-xiri ta’ AIFs mhux tal-UE li mhumiex taħt superviżjoni.
2.  
Meta l-AIF jinvesti proporzjon sostanzjali tal-assi tiegħu f’UCITS jew f’AIFs oħra, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 14d

UCITS ta’ alimentazzjoni

1.  

Għall-UCITS ta’ alimentazzjoni kif definit fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2009/65/KE, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jkollu fit-taqsima intitolata ‘X’inhu dan il-prodott?’ l-informazzjoni li ġejja li tkun speċifika għall-UCITS ta’ alimentazzjoni:

(a) 

dikjarazzjoni li l-prospett tal-UCITS prinċipali, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija, u r-rapporti perjodiċi u l-kontijiet jkun disponibbli għall-investituri fil-livell ta’ konsumatur tal-UCITS ta’ alimentazzjoni meta dawn jintalbu, kif jistgħu jinkisbu, u b’liema lingwa/i;

(b) 

jekk l-affarijiet elenkati fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jkunux disponibbli f’kopji stampati biss jew f’xi mezzi oħra li jservu għal żmien twil, u jekk titħallasx xi tariffa għal dawk l-affarijiet li mhumiex soġġetti għal tqassim b’xejn skont l-Artikolu 63(5) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(c) 

meta l-UCITS prinċipali tkun stabbilita fi Stat Membru differenti minn dak tal-UCITS ta’ alimentazzjoni, u meta dan jista’ jaffettwa t-trattament tat-taxxa tal-UCITS ta’ alimentazzjoni, għandu jkun hemm dikjarazzjoni f’dan ir-rigward;

(d) 

informazzjoni dwar il-proporzjon tal-assi tal-UCITS ta’ alimentazzjoni li jiġi investit fil-UCITS prinċipali;

(e) 

deskrizzjoni tal-objettivi u l-politika ta’ investiment tal-UCITS prinċipali, issupplimentata, kif jixraq, minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

indikazzjoni li r-redittu mill-investiment tal-UCITS ta’ alimentazzjoni se jkun simili ħafna għal dawk tal-UCITS prinċipali; jew

(ii) 

spjegazzjoni ta’ kif u l-għala r-redittu mill-investiment tal-UCITS ta’ alimentazzjoni u dik prinċipali jista’ jkun differenti.

2.  
Meta l-profil tar-riskji u tal-gwadanji tal-UCITS ta’ alimentazzjoni jkun differenti f’xi aspett materjali minn dak tal-UCITS principali, dan il-fatt u r-raġuni għalih għandhom ikunu spjegati fit-taqsima intitolata ‘X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.
3.  
Kwalunkwe riskju ta’ likwidità u r-relazzjoni bejn l-arranġamenti tal-akkwist u t-tifdija tal-UCITS prinċipali u dik ta’ alimentazzjoni għandhom ikunu spjegati fit-taqsima intitolata ‘X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

Artikolu 14e

UCITS jew AIF strutturati

Il-fondi ta’ investiment strutturati huma l-UCITS jew l-AIFs li jipprovdu lill-investituri f’livell ta’ konsumatur, f’ċerti dati predeterminati, bi gwadan ibbażat fuq algoritmu li jkun marbut mal-prestazzjoni, jew mal-bidliet fil-prezz jew ma’ kundizzjonijiet oħrajn, ta’ assi finanzjarji, indiċijiet jew portafolli ta’ referenza jew UCITS jew AIFsb’karatteristiċi simili.”;

(11) 

fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d) 

meta x-xenarji tal-prestazzjoni jkunu bbażati fuq parametri referenzjarji jew indikaturi xierqa, il-konfortmità tal-parametru referenzjarju jew tal-indikatur mal-objettivi tal-PRIIP.”;

(12) 

jiddaħħal il-Kapitolu IVa li ġej:

“KAPITOLU IVa

KONTROREFERENZI

Artikolu 17a

Użu ta’ kontroreferenzi għal sorsi ta’ informazzjoni oħrajn

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, jistgħu jiġu inklużi kontroreferenzi għal sorsi oħra ta’ informazzjoni, inklużi l-prospett u r-rapporti annwali jew ta’ kull sitt xhur, fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, dment li l-informazzjoni kollha li hija fundamentali biex l-investituri fil-livell ta’ konsumatur jifhmu l-elementi essenzjali tal-investiment tkun inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

Jistgħu jsiru kontroreferenzi għas-sit web tal-PRIIP jew tal-manifattur tal-PRIIP, inkluża kwalunkwe parti minn xi waħda minn dawn is-siti web li jkun fiha l-prospett u r-rapporti perjodiċi.

Il-kontroreferenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu lill-investitur lejn it-taqsima speċifika tas-sors ta’ informazzjoni rilevanti. Jistgħu jintużaw diversi kontroreferenzi differenti fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, imma dawn għandhom ikunu mill-anqas.”;

(13) 

fl-Artikolu 18, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: l-Artikolu 14(2) japplika sat-30 ta’ Ġunju 2022.”;

(14) 

l-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(15) 

l-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(16) 

l-Anness III huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(17) 

l-Anness IV huwa sostitwit bit-test tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(18) 

l-Anness V huwa sostitwit bit-test tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(19) 

l-Anness VI huwa emendat skont l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament;

(20) 

l-Anness VII huwa sostitwit bit-test tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament;

(21) 

it-test li jinsab fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness VIII.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill- ►M1  1 ta’ Jannar 2023 ◄ . Madankollu, l-Artikolu 1, il-punt 13 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022;

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

ANNESS I

IL-MUDELL TAD-DOKUMENT BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA

Il-manifatturi ta’ PRIIPs għandhom ikunu konformi mal-ordni tat-taqsima u t-titli kif ippreżentati fil-mudell, li madankollu ma jiffissax parametri għat-tul tat-taqsimiet individwali u għat-tqegħid ta’ mifred il-paġni, u huwa soġġett għal massimu kumplessiv ta’ tliet faċċati ta’ karta ta’ daqs A4 meta stampat.



Dokument bl-Informazzjoni Ewlenija

Skop

“Dan id-dokument jipprovdilek l-informazzjoni ewlenija dwar dan il-prodott ta’ investiment. Dan mhuwiex materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-informazzjoni hija meħtieġa bil-liġi biex tgħinek tifhem in-natura, ir-riskji, il-kostijiet, il-qligħ u t-telf potenzjali ta’ dan il-prodott u biex tgħinek tqabblu ma’ prodotti oħra.

Prodott

[Isem il-prodott]

[Isem il-manifattur tal-PRIIP]

(fejn applikabbli) [l-ISIN jew l-UPI]

[is-sit web tal-manifattur tal-PRIIP]

[Ċempel [in-numru tat-telefown] għal aktar informazzjoni]

[[Isem l-Awtorità Kompetenti] hija responsabbli mis-superviżjoni ta’ [Isem il-manifattur tal-PRIIP] fir-rigward ta’ dan id-Dokument bl-Informazzjoni Ewlenija]

(fejn applikabbli) [Dan il-PRIIP huwa awtorizzat fi [isem l-Istat Membru]]

(fejn applikabbli) [Isem il-kumpanija maniġerjali tal-UCITS] hija awtorizzata fi [isem l-Istat Membru] u rregolata minn [l-identità tal-awtorità kompetenti].

(fejn applikabbli) [Isem l-AIFM] huwa awtorizzat fi [isem l-Istat Membru] u rregolat minn [l-identità tal-awtorità kompetenti].

[id-data tal-preżentazzjoni tal-KID]

[Twissija (fejn applikabbli) Inti se tixtri prodott li mhuwiex sempliċi u li jista’ jkun diffiċli biex tifhmu]

X’inhu dan il-prodott?

Tip

Termiu

Objettii

Investitur fil-livell ta’ konsumatur intenzjonat

[Benefiċċji u kostijiet tal-assigurazzjoni]

X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?

Indikatur

Deskrizzjoni tal-profil tar-riskji u l-benefiċċji

tar-Riskju

Indikatur sommarju tar-riskju

Il-mudell tas-SRI u l-ispjegazzjonijiet testwali kif stabbiliti fl-Anness III, inkluż dwar it-telf massimu possibbli: nista’ nitlef il-kapital investit kollu? Għandi r-riskju li nġarrab impenji jew obbligi finanzjarji addizzjonali? Hemm protezzjoni tal-kapital kontra r-riskju tas-suq?

Prestazzjoni

Mudelli u spjegazzjonijiet testwali tax-xenarju ta’ prestazzjoni stabbiliti fl-Anness V

Xenarji

Xenarji inkluż fejn applikabbli informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għar-redditi għall-investituri fil-livell tal-konsumatur jew limiti massimi tal-prestazzjoni inkorporati, u dikjarazzjoni li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-investitur fil-livell tal-konsumatur jista’ jkollha impatt fuq l-iżborż attwali

X’jiġri jekk [il-manifattur tal-PRIIP] ma jkunx jista’ jħallas?

Informazzjoni dwar jekk hemmx skema ta’ garanzija, l-isem tal-garanti jew tal-operatur tal-iskema ta’ kumpens għall-investituri, inklużi r-riskji koperti u dawk mhux koperti.

X’inhuma l-kostijiet?

Spjegazzjonijiet testwali dwar informazzjoni li għandha tiġi inkluża dwar kostijiet oħra ta’ distribuzzjoni

Il-kostijiet maż-żmien

Il-mudell u l-ispjegazzjonijiet testwali skont l-Anness VII

Il-kompożizzjoni tal-kostijiet

Il-mudell u l-ispjegazzjonijiet testwali skont l-Anness VI

Għal kemm żmien għandi nżommu u nista’ nieħu l-flus qabel?

Perjodu ta’ żamma rrakkomandat [il-minimu meħtieġ]: [x]

Informazzjoni dwar jekk wieħed jistax jirtira l-investiment qabel il-maturità, il-kundizzjonijiet għal dan, u t-tariffi u l-penali applikabbli jekk ikun hemm. Informazzjoni dwar il-konsegwenzi dwar jekk jinġibdu l-flus qabel tmiem it-terminu jew qabel tmiem il-perjodu ta’ żamma rrakkomandat.

Kif nista’ nressaq ilment?

Informazzjoni rilevanti oħra

Fejn applikabbli, deskrizzjoni qasira tal-informazzjoni ppubblikata dwar il-prestazzjoni fil-passat




ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/653 hu emendat kif ġej:

(1) 

il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(a) 

il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2. 

Il-PRIIP għandu jiġi assenjat klassi tal-MRM f’konformità mat-tabella li ġejja:



Klassi tal-MRM

Volatilità ekwivalenti għall-VaR (VEV)

1

< 0,5  %

2

≥ 0,5  % u < 5,0  %

3

≥ 5,0  % u < 12  %

4

≥ 12  % u < 20  %

5

≥ 20  % u < 30  %

6

≥ 30  % u < 80  %

7

≥ 80  %”;

(b) 

il-punt 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“13. 

Il-VEV hija kkalkulata hekk:

image

fejn T hija t-tul tal-perjodu ta’ żamma rrakkomandat fi snin.”;

(c) 

il-punt 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“17. 

Il-VEV hija kkalkulata hekk:

image

fejn T hija t-tul tal-perjodu ta’ żamma rrakkomandat fi snin. Jekk il-prodott jinxtara jew jiġi kkanċellat qabel tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat skont is-simulazzjoni, u f’dawn il-każijiet biss, il-kalkolu jkun ibbażat fuq il-perjodu ta’ snin sax-xiri jew il-kanċellazzjoni.”;

(d) 

fil-punt 23, il-punt (a) (ix) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ix) 

jiġu pprojettati r-redditi fuq it-tliet eigenvectors prinċipali kkalkulati fil-pass preċedenti billi tiġi mmultiplikata l-matriċi NxM tar-redditi miksuba fil-punt (v) bil-matriċi Mx3 tal-eigenvectors miksuba fil-punt (viii);”;

(2) 

fil-Parti 3, jiddaħħal il-punt 52a li ġej:

“52a. 

Meta l-manifattur tal-PRIIP iqis li n-numru tal-indikatur sommarju tar-riskju assenjat wara l-aggregazzjoni tar-riskju tas-suq u tal-kreditu skont il-punt 52 ma jirriflettix b’mod adegwat ir-riskji tal-PRIIP, dan il-manifattur tal-PRIIP jista’ jiddeċiedi li jżid dan in-numru. Il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni għal din iż-żieda għandu jiġi ddokumentat.”.




ANNESS III

L-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/653 hu emendat kif ġej:

(1) 

il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. 

Il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jużaw il-format ta” hawn taħt għall-preżentazzjoni tal-SRI fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija. In-numru rilevanti għandu jiġi muri b’enfasi, ikkulurit, kif muri skont l-SRI għall-PRIIP.

image

(2) 

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. 

Immedjatament taħt l-SRI, jiġi indikat il-qafas taż-żmien tal-perjodu ta’ parteċipazzjoni rakkomandat. Barra minn hekk, tiġi inkluża twissija direttament taħt l-SRI kif stipulat fil-mudell t’hawn fuq fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn ir-riskju tal-PRIIP huwa kkunsidrat li huwa b’mod sinifikanti ogħla jekk il-perjodu ta” parteċipazzjoni huwa differenti;

(b) 

fejn PRIIP jitqies li għandu riskju tal-likwidità materjalment rilevanti, kemm jekk dan ikun kuntrattwali fin-natura tiegħu kif ukoll jekk le.

(c) 

fejn PRIIP jiġi kkunsidrat li huwa illikwidu, kemm jekk dan ikun kuntrattwali fin-natura tiegħu kif ukoll jekk le.

(3) 

jiddaħħal il-punt 6a li ġej:

“6 a. 

Għall-PRIIPs tal-Kategorija 1 kif definiti fil-punt 4(b) tal-Anness II, it-terminoloġija użata għall-ispjegazzjonijiet testwali li jakkumpanjaw l-SRI għandha tiġi aġġustata, fejn xieraq, biex tirrifletti l-karatteristiċi speċifiċi tal-PRIIP, bħan-nuqqas ta’ ammont ta’ investiment inizjali.”




ANNESS IV

ANNESS IV

XENARJI TAL-PRESTAZZJONI

Għadd ta’ xenarji

1. Ix-xenarji ta’ prestazzjoni f’dan il-Regolament li juru firxa ta’ redditi possibbli, għandhom ikunu dawn:

(a) 

xenarju favorevoli;

(b) 

xenarju moderat;

(c) 

xenarju mhux favorevoli;

(d) 

xenarju ta’ stress.

2. Ix-xenarju ta’ stress se jistabbilixxi l-impatti mhux favorevoli sinifikanti tal-PRIIP mhux kopert fix-xenarju mhux favorevoli msemmi fil-punt 1(c) ta’ dan l-Anness. Ix-xenarju ta’ stress għandu juri l-perjodi intermedji fejn dawn il-perjodi jintwerew għax-xenarji ta’ prestazzjoni fil-punt 1 minn (a) sa (c) ta’ dan l-Anness.

3. Xenarju addizzjonali għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju moderat imsemmi f’punt 1(b) ta’ dan l-anness, fejn il-prestazzjoni tkun rilevanti fir-rigward tar-redditu tal-investiment.

4. Ir-redditu minimu fuq l-investiment għandu jintwera wkoll mingħajr ma titqies is-sitwazzjoni fejn il-manifattur tal-PRIIP jew il-parti marbuta li tagħmel, direttament jew indirettament, pagamenti rilevanti lill-investitur fil-livell tal-konsumatur, ma tkunx tista’ tħallas.

Il-kalkolu ta’ valuri ta’ xenarju mhux favorevoli, moderat u favorevoli għall-perjodu ta’ żamma rakkomandat għall-PRIIPs tal-Kategorija 2

Il-każ 1: Il-PRIIPs imsemmijin fil-punt 1 tal-Anness VIII b’data storika suffiċjenti

5. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-PRIIPs imsemmija fil-punt 1 tal-Anness VIII, fejn, fil-mument li jsir il-kalkolu, iridu jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin fir-rigward tat-tul tal-valuri storiċi konsekuttivi annwali għall-PRIIP:

(a) 

ikun aktar minn 10 snin;

(b) 

ikun ħames snin itwal mit-tul tal-perjodu ta’ żamma rakkomandat tal-PRIIP.

6. Meta l-perjodu ta’ żamma rakkomandat ikun ħames snin jew inqas, ix-xenarji mhux favorevoli, moderati u favorevoli għandhom jiġu kkalkulati fuq l-aħħar 10 snin minn meta jsir il-kalkolu. Meta l-perjodu ta’ żamma rakkomandat ikun ta’ aktar minn ħames snin, ix-xenarji mhux favorevoli, moderati u favorevoli għandhom jiġu kkalkulati fuq perjodu ta’ żmien. li huwa ugwali għall-perjodu ta’ żamma rrakkomandat biż-żieda ta’ ħames snin minn meta jsir il-kalkolu.

7. Il-kalkolu tax-xenarji mhux favorevoli, moderati u favorevoli għandu jinkludi l-passi li ġejjin:

(a) 

fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fil-punt 6 ta’ dan l-Anness, l-identifikazzjoni tas-subintervalli kollha li jikkoinċidu individwalment ugwali fit-tul għad-durata tal-perjodu ta’ żamma rrakkomandat, u li jibdew jew jintemmu f’kull wieħed mix-xhur, jew f’kull waħda mid-dati ta’ valutazzjoni tal-PRIIPs bi frekwenza ta’ valutazzjoni ta’ kull xahar, li jkunu jinsabu f’dan il-perjodu;

(b) 

għal PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rakkomandat ta’ aktar minn sena, l-identifikazzjoni tas-subintervalli kollha li jikkoinċidu individwalment daqs jew iqsar fit-tul għad-durata tal-perjodu ta’ żamma rrakkomandat, iżda ugwali għal sena jew itwal minn sena, u li jintemmu fi tmiem il-perjodu ta’ żmien identifikat fil-punt 6 ta’ dan l-Anness;

(c) 

għal kull subintervall imsemmi fil-punti (a) u (b), il-kalkolu tal-prestazzjoni tal-PRIIP skont dan li ġej:

(i) 

isir fuq il-bażi tal-prestazzjoni tal-PRIIP matul id-durata eżatta ta’ kull subintervall;

(ii) 

nett mill-kostijiet kollha applikabbli;

(iii) 

isir fuq il-bażi li kwalunkwe introjtu distribwibbli tal-PRIIP ikun ġie investit mill-ġdid;

(iv) 

l-użu ta’ trasformazzjoni lineari biex tinkiseb il-prestazzjoni f’subintervalli iqsar mill-perjodu ta’ żamma rrakkomandat, sabiex is-subintervalli kollha jkunu ta’ tul komparabbli;

(d) 

issir klassifikazzjoni tas-subintervalli identifikati f’konformità mal-punt (a) skont il-prestazzjoni kkalkulata f’konformità mal-punt (c), biex jiġu identifikati minn dawn is-subintervalli dawk is-subintervalli li jkunu medjani u l-aħjar f’termini ta’ prestazzjoni;

(e) 

jiġu ggradati flimkien is-subintervalli identifikati f’konformità mal-punti (a) u (b) skont il-prestazzjoni kkalkulata f’konformità mal-punt (c), biex jiġu identifikati minn dawn is-subintervalli dawk is-subintervalli li jkunu l-agħar f’termini ta’ prestazzjoni.

8. Ix-xenarju mhux favorevoli għandu jirrappreżenta l-agħar evoluzzjoni tal-valur tal-PRIIP f’konformità mal-punt 7(e) ta’ dan l-Anness.

9. Ix-xenarju moderat għandu jirrappreżenta l-evoluzzjoni medjana tal-PRIIP f’konformità mal-punt 7(d) ta’ dan l-Anness.

10. Ix-xenarju favorevoli għandu jirrappreżenta l-aħjar evoluzzjoni tal-valur tal-PRIIP f’konformità mal-punt 7(d) ta’ dan l-Anness.

11. Ix-xenarji għandhom jiġu kalkulati mill-inqas darba fix-xhar.

Il-każ 2: Il-PRIIPs imsemmija fil-punt 1 tal-Anness VIII mingħajr data storika suffiċjenti u bil-possibbiltà li jintuża parametru referenzjarju

12. Għall-PRIIPs imsemmija fil-punt 1 tal-Anness VIII, ix-xenarji mhux favorevoli, moderati u favorevoli għandhom jiġu kkalkulati kif speċifikat fil-punti minn 6 sa 11 ta’ dan l-Anness, bl-użu ta’ data ta’ parametru referenzjarju biex jiġu ssupplimentati l-valuri għall-PRIIP bit-tnaqqis tal-kostijiet kollha applikabbli, meta:

(a) 

it-tul tal-valuri tal-PRIIP ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt 5 ta’ dan l-Anness;

(b) 

il-parametru referenzjarju jkun adegwat biex jiġu stmati x-xenarji ta’ prestazzjoni f’konformità mal-kriterji speċifikati fil-punt 16 ta’ dan l-Anness; kif ukoll

(c) 

meta hemm data storika għall-paramentru referenzjarju li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 5 ta’ dan l-Anness.

Jekk l-informazzjoni dwar l-objettivi tal-PRIIP tagħmel referenza għal parametru referenzjarju, dan il-parametru referenzjarju għandu jintuża, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu.

Il-każ 3: Il-PRIIPs imsemmija fil-punt 1 tal-Anness VIII mingħajr data storika suffiċjenti u mingħajr parametru referenzjarju, jew b’parametru referenzjarju mingħajr data storika suffiċjenti, jew kwalunkwe PRIIP ieħor tal-Kategorija 2

13. Għall-PRIIPs imsemmija fil-punt 1 tal-Anness VIII li mhumiex koperti mill-każ 1 jew il-każ 2 ta’ hawn fuq, jew għal kwalunkwe PRIIP ieħor tal-Kategorija 2, ix-xenarji mhux favorevoli, moderati u favorevoli għandhom jiġu kkalkulati kif speċifikat fil-punti minn 6 sa 11 ta’ dan l-Anness bl-użu ta’ parametri referenzjarji rregolati mir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ). Dawn il-parametri referenzjarji jirrappreżentaw il-klassijiet tal-assi li fihom jinvesti l-PRIIP jew l-investimenti sottostanti li għalihom jkun espost il-PRIIP, biex jiġu ssupplementati il-valuri tal-PRIIP jew tal-parametru referenzjarju msemmi fil-punt 12 ta’ dan l-Anness. Għandhom jitqiesu l-klassijiet kollha tal-assi li fihom il-PRIIP jista’ jinvesti aktar minn 25 % tal-assi jew tal-investimenti sottostanti tiegħu li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-iskopertura. Fejn tali parametru referenzjarju ma jeżistix, għandu jintuża indikatur adegwat.

14. Jekk il-PRIIP jinvesti f’tipi differenti ta’ assi jew joffri skopertura għal tipi differenti ta’ investimenti sottostanti u jkun ġie identifikat aktar minn parametru referenzjarju wieħed kif imsemmi fil-punt 13 ta’ dan l-Anness, ix-xenarji għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta’ “parametru referenzjarju kompost”, filwaqt li titqies il-ponderazzjoni tal-investiment stmat f’kull tip ta’ assi jew investiment sottostanti.

15. Għall-PRIIPs tal-Kategorija 2 li għalihom ma jkunx hemm parametru referenzjarju jew indikatur xieraq b’data storika suffiċjenti li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 5 ta’ dan l-Anness għall-PRIIP, ix-xenarji tal-prestazzjoni jiġu kkalkulati skont il-punti minn 21 sa 27 ta’ dan l-Anness bl-użu ta’ redditi storiċi tal-PRIIP li jmorru lura 15-il sena jew bl-użu ta’ parametru referenzjarju jew indikatur xieraq.

Il-każijiet 2 u 3: L-użu ta’ parametri referenzjarji jew ta’ indikaturi xierqa

16. Sabiex jiġi vvalutat jekk l-użu ta’ parametru referenzjarju jew indikatur partikolari huwiex xieraq biex jiġu stmati x-xenarji ta’ prestazzjoni, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jużaw il-kriterji li ġejjin, dment li tali kriterji jkunu konformi mal-objettivi tal-PRIIP u mat-tipi ta’ assi li fihom il-PRIIP jinvesti jew mal-investimenti sottostanti li għalihom il-PRIIP joffri skopertura u jkunu rilevanti għall-PRIIP:

(a) 

il-profil tar-riskji u tal-gwadanji meta l-parametru referenzjarju jew l-indikatur u l-PRIIP jaqgħu fl-istess kategorija ta’ SRI jew ta’ volatilità u redditu mistenni, jew fit-tnejn li huma;

(b) 

ir-redditu mistenni;

(c) 

il-kompożizzjoni tal-allokazzjoni tal-assi (meta l-kompożizzjoni tal-assi tal-PRIIP tirrifletti indiċi kompost, il-parametru referenzjarju jew l-indikatur ta’ referenza, għall-fini tal-kalkolu tax-xenarji tal-prestazzjoni, għandu jirrifletti b’mod konsistenti l-ponderazzjonijiet tal-indiċi kompost);

(d) 

l-assi potenzjali li fihom il-PRIIP jinvesti, f’konformità mal-politika ta’ investiment;

(e) 

l-iskopertura għal klassijiet ta’ assi sottostanti;

(f) 

l-iskoperturi ġeografiċi;

(g) 

l-iskoperturi settorjali;

(h) 

id-distribuzzjoni tal-introjtu tal-PRIIP;

(i) 

il-miżuri ta’ likwidità (eż. il-volumi ta’ negozjar ta’ kuljum, id-differenzjali talba-offerta eċċ.);

(j) 

id-durata;

(k) 

il-kategorija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(l) 

il-volatilità jew il-volatilità storika jew it-tnejn li huma.

Il-manifatturi tal-PRIIP jistgħu jużaw kriterji addizzjonali għal dawk elenkati fl-ewwel subparagrafu dment li juru li dawn il-kriterji addizzjonali huma rilevanti fir-rigward tal-objettivi tal-PRIIP u t-tip ta’ assi li fihom il-PRIIP jinvesti jew it-tip ta’ investimenti sottostanti li għalihom il-PRIIP joffri skopertura.

17. Il-manifatturi tal-PRIIP għandhom ikunu jistgħu juru li l-parametri referenzjarji konformi mal-objettivi tal-PRIIP u għandhom jiddokumentaw id-deċiżjoni tagħhom, inkluża ġustifikazzjoni ċara għall-parametru referenzjarju użat.

Kalkolu tax-xenarju ta’ stress għall-PRIIPs tal-Kategorija 2

18. Għal PRIIPs tal-Kategorija 2, il-kalkolu tax-xenarju ta’ stress għandu jkollu l-passi li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni ta’ subintervall ta’ tul w li jikkorrispondi għall-intervalli li ġejjin:



 

Sena

> sena

Prezzijiet ta’ kuljum

21

63

Prezzijiet ta’ kull ġimgħa

8

16

Prezzijiet ta’ kull xahar

6

12

(b) 

għal kull subintervall ta’ tul w identifika r-redditi storiċi lognormali rt, fejn t = t1, t2, …, tw ;

(c) 

kejjel il-volatilità abbażi ta’ din il-formula billi tibda minn ti = t1 sa ti = t H-w +1 fejn H huwa n-numru tal-osservazzjonijiet storiċi fil-perjodu:

image

Fejn Mw huwa l-għadd ta’ osservazzjonhijiet fis-subinterval u image huwa l-medja tar-redditi lognormali storiċi kollha fis-subintervall korrispondenti.

(d) 

iddeduċi l-valur li jikkorrispondi għad-99 perċentil għal sena u l-95 perċentil għall-perjodi ta’ żamma l-oħra. dan il-valur għandu jkun il-volatilità f’sitwazzjoni ta’ stressimage .

19. Għall-PRIIPs tal-Kategorija 2, il-valuri mistennija fi tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat għax-xenarju ta’ stress għandhom ikunu:

image

Fejn:

(a) 

N huwa l-għadd ta’ perjodi ta’ negozjar fil-perjodu ta’ żamma rakkomandat, u fejn it-termini l-oħra huma definiti fil-punt 12 tal-Anness II.

(b) 

z α huwa l-valur xieraq magħżul tal-PRIIP fil-perċentil estrem li jikkorrispondi għal 1 % għal sena u għal 5 % għall-perjodi l-oħra ta’ żamma.

20. Il-valur muri tax-xenarju ta’ stress ma għandux ikun aħjar mill-valur tax-xenarju mhux favorevoli.

Il-kalkolu tal-valuri tax-xenarju għall-perjodu ta’ żamma rakkomandat għal ċerti PRIIPs tal-Kategorija 1, il-PRIIPs tal-Kategorija 3 u l-PRIIPs tal-Kategorija 4

21. Ix-xenarju favorevoli għandu jkun il-valur tal-PRIIP fid-90 perċentil tad-distribuzzjoni stmata tal-eżiti matul il-perjodu ta’ żamma rakkomandat bit-tnaqqis tal-kostijiet applikabbli kollha.

22. Ix-xenarju moderat għandu jkun il-valur tal-PRIIP fil-50 perċentil tad-distribuzzjoni stmata tal-eżiti matul il-perjodu ta’ żamma rakkomandat bit-tnaqqis tal-kostijiet applikabbli kollha.

23. Ix-xenarju mhux favorevoli għandu jkun il-valur ta’ kemm ikun il-valur tal-PRIIP fl-10 perċentil tad-distribuzzjoni stmata tal-eżiti matul il-perjodu ta’ żamma rakkomandat bit-tnaqqis tal-kostijiet applikabbli kollha.

24. Meta l-manifattur tal-PRIIP iqis li hemm riskju materjali li dawn ix-xenarji jistgħu jipprovdu lill-investituri fil-livell tal-konsumatur b’aspettattivi inadegwati dwar ir-redditi possibbli li jistgħu jirċievu, dawn jistgħu jużaw perċentili aktar baxxi minn dawk speċifikati fil-punti 21, 22 u 23 ta’ dan l-Anness.

25. Għal PRIIPs tal-Kategorija 3, il-metodu biex tinkiseb id-distribuzzjoni stmata tal-eżiti tal-PRIIP matul il-perjodu ta’ żamma rakkomandat għandu jkun identiku għall-metodu speċifikat fil-punti minn 19 sa 23 tal-Anness II. Madankollu, ir-redditu mistenni ta’ kull assi għandu jkun ir-redditu osservat matul il-perjodu kkalkulat mingħajr ma tiġi skontata l-prestazzjoni mistennija bl-użu tal-fattur ta’ skont mistenni mingħajr riskju.

26. Għal PRIIPs tal-Kategorija 3, isiru l-aġġustamenti li ġejjin għall-kalkolu tax-xenarju ta’ stress apparagun tal-kalkolu tal-PRIIPs tal-Kategorija 2:

(a) 

iddeduċi l-volatilità tal-istress image abbażi tal-metodoloġija definita fil-punti 18 (a), (b) u (c) ta’ dan l-Anness;

(b) 

irriklassifika r-redditi storiċi rt, abbażi tal-formula li ġejja:

image

(c) 

agħmel bootstrapping fuq image kif deskritt fil-punt 22 tal-Anness II;

(d) 

ikkalkula r-redditu għal kull kuntratt billi tgħodd ir-redditi mill-perjodi magħżula u tikkoreġi dawn ir-redditi biex tiżgura li r-redditu mistenni mkejjel mid-distribuzzjoni simulata tar-redditu tkun kif ġej:

image

fejn E*[rbootstrapped ] hija l-medja simulata l-ġdida.

27. Għal PRIIPs tal-Kategorija 3, ix-xenarju ta’ stress għandu jkun il-valur tal-PRIIP fil-perċentil estrem zα kif definit fil-punt 19 ta’ dan l-Anness tad-distribuzzjoni simulata kif stipulat fil-punt 26 ta’ dan l-Anness.

28. Għall-PRIIPs tal-Kategorija 4, il-metodu fil-punt 27 tal-Anness II għandu jintuża fir-rigward ta’ dawk il-fatturi li mhumiex osservati fis-suq, ikkombinati kif meħtieġ mal-metodu għall-PRIIPs tal-Kategorija 3. Il-metodi rilevanti għal PRIIPs tal-Kategorija 2 stipulati fil-punt minn 5 sa 20 ta’ dan l-Anness u l-metodi rilevanti għal PRIIPs tal-Kategorija 3 stabbiliti fil-punti minn 21 sa 27 ta’ dan l-Anness għandhom jintużaw għall-komponenti rilevanti tal-PRIIP meta l-PRIIP jikkombina komponenti differenti. Ix-xenarji tal-prestazzjoni għandhom ikunu l-medja ponderata tal-komponenti rilevanti. Il-karatteristiċi tal-prodotti u l-garanziji tal-kapital għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fil-kalkoli tal-prestazzjoni.

29. Għall-PRIIPs tal-Kategorija 1 kif definiti fil-punt 4(a) tal-Anness II, u l-PRIIPs tal-Kategorija 1 kif definiti fil-punt 4(b) tal-Anness II li mhumiex innegozjati f’suq regolat jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat li huwa ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ix-xenarji tal-prestazzjoni jiġu kkalkulati skont il-punti minn 21 sa 27 ta’ dan l-Anness.

Il-kalkolu tal-valuri tax-xenarju għall-perjodu ta’ żamma rakkomandat għal tipi oħra ta’ PRIIPs tal-Kategorija 1

30. Għall-PRIIPs tal-Kategorija 1, li huma futuri, opzjonijiet ta’ xiri u opzjonijiet put innegozjati f’suq regolat jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat li huwa ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ix-xenarji ta’ prestazzjoni għandhom jintwerew fil-forma ta’ graffs bl-istruttura tal-gwadann. Għandha tkun inkluża graff biex turi l-prestazzjoni għax-xenarji kollha għal-livelli differenti tal-valur sottostanti. L-assi orizzontali tal-graff għandha turi l-prezzijiet varji possibbli tal-valur sottostanti u l-assi vertikali għandha turi l-profitt jew it-telf bil-prezzijiet differenti tal-valur sottostanti. Għal kull prezz tal-valur sottostanti, il-graff għandha turi l-profitt jew it-telf li jirriżulta u b’liema prezz tal-valur sottostanti l-profitt jew it-telf ikun żero.

31. Għal PRIIPs tal-Kategorija 1 kif definiti fil-punt 4(c) tal-Anness II għandha tiġi pprovduta l-aħjar stima raġonevoli u konservattiva tal-valuri mistennija għax-xenarji tal-prestazzjoni stipulati fil-punti 1(a), (b) u (c) ta’ dan l-Anness fi tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat.

Ix-xenarji magħżula u murija għandhom ikunu konsistenti ma’ u jikkumplimentaw l-informazzjoni l-oħra li jkun hemm fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, inkluż il-profil tar-riskju kumplessiv għall-PRIIP. Il-manifattur tal-PRIIP għandu jiżgura li x-xenarji jkunu konformi mal-konklużjonijiet tal-governanza interna tal-prodott, inkluż fost l-oħrajn, kwalunkwe test tal-istress li sar mill-manifattur tal-PRIIP għall-PRIIP, u d-data u l-analiżi wżati bl-iskop li tingħata l-informazzjoni l-oħra fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija.

Ix-xenarji jintgħażlu biex jagħtu preżentazzjoni bilanċjata tal-eżiti possibbli tal-PRIIP f’kundizzjonijiet favorevoli u mhux favorevoli, iżda jintwerew biss ix-xenarji li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija. Ix-xenarji m’għandhomx jiġu magħżula biex jagħtu prominenza żejda lir-riżultati favorevoli għad-detriment ta’ dawk mhux favorevoli.

Il-kalkolu tal-valuri tax-xenarju għall-perjodi ta’ żamma intermedji

32. Għal PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rakkomandat ta’ bejn sena u 10 snin, il-prestazzjoni għandha tintwera f’żewġ perjodi ta’ żamma differenti: fit-tmiem l-ewwel sena u fit-tmiem il-perjodi ta’ parteċipazzjoni rakkomandat.

33. Għall-PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rakkomandat ta’ 10 snin jew aktar, il-prestazzjoni għandha tintwera fi tliet perjodi ta’ żamma: fi tmiem l-ewwel sena, wara nofs il-perjodu ta’ żamma rrakkomandat imqarreb għal tmiem l-eqreb sena, u fit-tmiem il-perjodu ta’ żamma rrakkomandat.

34. Għall-PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rrakkomandat ta’ sena jew inqas, m’għandu jintwera l-ebda xenarju ta’ prestazzjoni għall-perjodu ta’ żamma intermedju.

35. Għall-PRIIPs tal-Kategorija 2, il-valuri li għandhom jintwerew għall-perjodi intermedji għax-xenarji mhux favorevoli, moderati u favorevoli għandhom jiġu kkalkulati skont il-punti minn 5 sa 14 ta’ dan l-Anness, billi jintuża l-perjodu ta’ żmien speċifikat fil-punt 6, iżda abbażi tal-eżiti miksuba matul il-perjodu ta’ żamma intermedju.

36. Għal PRIIPs tal-Kategorija 2, il-valuri li għandhom jintwerew għall-perjodi intermedji għax-xenarju tal-istress għandhom jiġu kkalkulati permezz tal-formuli fil-punti minn 18 sa 19 ta’ dan l-Anness fejn N huwa definit bħala l-għadd ta’ perjodi ta’ negozjar mid-data tal-bidu sad-data tat-tmiem tal-perjodu intermedju. Il-punt 20 ta’ dan l-Anness għandu japplika wkoll għall-perjodi intermedji.

37. Għall-PRIIPs kif imsemmi fil-punti 15 u 29 ta’ dan l-Anness, il-PRIIPs tal-Kategorija 3 u l-PRIIPs tal-Kategorija 4, dment li ma jkunx japplika l-punt 38 ta’ dan l-Anness, il-valuri tax-xenarju li għandhom jintwerew għall-perjodi ta’ żamma intermedju għandhom jiġu stmati mill-manifattur tal-PRIIP b’mod li jkun konformi mal-istima fit-tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat.

38. Għall-PRIIPs tal-Kategorija 1, li huma futuri, opzjonijiet ta’ xiri u opzjonijiet put innegozjati f’suq regolat jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat li huwa ekwivalenti għal suq regolat skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jew għall-PRIIPs imsemmijin fil-punt 90(d) tal-Anness VI, ix-xenarji ta’ prestazzjoni jistgħu jintwerew biss fi tmiem il-perjodu ta’ żamma rrakkomandat.

Rekwiżiti ġenerali

39. Ix-xenarji ta’ prestazzjoni tal-PRIIP għandhom jiġu kkalkulati netti mill-kostijiet kollha applikabbli skont l-Anness VI għax-xenarju u l-perjodu ta’ żamma li qed jiġi ppreżentat.

40. Ix-xenarji ta’ prestazzjoni għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta’ ammonti li jkunu konformi ma’ dawk użati għall-kalkolu tal-kostijiet kif speċifikat fil-punti 90 u 91 tal-Anness VI.

41. Għal dawk il-PRIIPs li huma kuntratti forward, kuntratti futuri, kuntratti għal differenzi jew swaps, ix-xenarji ta’ prestazzjoni għandhom jiġu kkalkolati bis-suppożizzjoni li l-ammont speċifikat fil-punt 40 huwa l-ammont nozzjonali.

42. Ix-xenarji ta’ prestazzjoni għandhom jiġu ppreżentati f’unitajiet monetarji. Iċ-ċifri għandhom awtomatikament jitqarrbu sal-eqreb EUR 10 jew il-munita rilevanti, dment li ma jkunx hemm kundizzjonijiet speċifiċi ta’ żborż, b’tali mod li jista’ jkun qarrieqi li ċ-ċifri jitqarrbu għad-dritt sal-eqreb EUR 10, f’liema każ il-manifattur tal-PRIIP jista’ jippreżenta ċ-ċifri sal-eqreb Euro. Mingħajr preġudizzju għall-punt 7 ta’ dan l-Anness, iċ-ċifri monetarji għandhom juru s-somma tal-ammonti li l-investitur fil-livell ta’ konsumatur jkun irċieva (nett mill-kostijiet) matul il-perjodu ta’ żamma, li jinkludu:

(a) 

il-pagamenti dovuti fi tmiem il-perjodu ta’ żamma, inkluż il-kapital rimborżat;

(b) 

il-kupuni jew ammonti oħra riċevuti qabel tmiem il-perjodu ta’ żamma, mingħajr is-suppożizzjoni li dawn l-ammonti se jiġu investiti mill-ġdid.

43. Għall-PRIIPs li huma kuntratti forward, kuntratti futuri, kuntratti għal differenzi jew swaps, ix-xenarji ta’ prestazzjoni f’unitajiet monetarji għandhom juru l-profitt u t-telf fil-perjodu ta’ żamma.

44. Ix-xenarji ta’ prestazzjoni għandhom jiġu ppreżentati wkoll f’termini ta’ perċentwal, bħala r-redditu annwali medju tal-investiment. Din iċ-ċifra għandha tkun ikkalkulata billi jitqies il-valur tax-xenarju bħala numeratur u l-ammont tal-investiment inizjali jew il-prezz imħallas bħala denominatur f’konformità mal-formula li ġejja:

(il-valur tax-xenarju/l-investiment inizjali)^(1/T) – 1, jekk T > 1. Fejn T hija t-tul tal-perjodu ta’ żamma fi snin.

45. Għall-perjodi ta’ żamma rrakkomandati ta’ inqas minn sena, ix-xenarji ta’ prestazzjoni f’termini ta’ perċentwal għandhom jirriflettu r-redditu projettat matul dan il-perjodu, mhux fuq livell annwali.

46. Għall-PRIIPs li jkunu kuntratti forward, kuntratti futuri, kuntratti għal differenzi jew swaps, ir-redditu f’termini ta’ perċentwal għandu jkun ikkalkulat billi jitqies il-valur nozzjonali tal-kuntratt, u għandha tiżdied nota f’qiegħ il-paġna li tispjega dan il-kalkolu. Il-formula għall-kalkolu għandha tkun din li ġejja:

(il-profitt jew it-telf nett/l-ammont nozzjonali)^(1/T) -1, jekk T> 1.

In-nota f’qiegħ il-paġna għandha tindika li r-redditu potenzjali huwa kkalkulat bħala perċentwal tal-ammont nozzjonali.

47. Għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, dan li ġej għandu japplika flimkien mal-metodi msemmija hawn fuq inkluż fil-punt 28 ta’ dan l-Anness meta jiġu kalkulati x-xenarji ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-investiment:

(a) 

għandha titqies il-parteċipazzjoni f’profitti futuri;

(b) 

preżunzjonijiet fuq il-parteċipazzjoni f’profitti futuri għandhom ikunu konsistenti mal-preżunzjonijiet fuq ir-rati annwali tar-redditu tal-assi sottostanti;

(c) 

preżunzjonijiet dwar kif profitti futuri jinqasmu bejn il-manifattur tal-PRIIP u l-investitur fil-livell ta’ konsumatur u preżunzjonijiet oħra fuq il-qsim tal-profitti għandhom ikunu realistiċi u konformi mal-prattika operazzjonali attwali u l-istrateġija operazzjonali tal-manifattur tal-PRIIP. Fejn hemm biżżejjed evidenza li l-impriża tkun se tbiddel il-prattiki jew l-istrateġija tagħha, is-suppożizzjonijiet dwar il-qsim tal-profitti futur għandhom ikunu konsistenti mal-prattiki jew l-istrateġija mibdula; Għall-assiguraturi tal-ħajja fl-ambitu tad-Direttiva 2009/138/KE, dawn is-suppożizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mas-suppożizzjonijiet dwar azzjonijiet futuri tal-ġestjoni użati għall-valutazzjoni tal-provvedimenti tekniċi fil-karta tal-bilanċ tas-Solvenza II;

(d) 

fejn komponent tal-prestazzjoni jkun relatat mal-parteċipazzjoni fil-profitti li huma pagabbli fuq bażi ta’ diskrezzjoni, dan il-komponent għandu jitqies biss fix-xenarji ta’ prestazzjoni favorevoli;

(e) 

ix-xenarji ta’ prestazzjoni għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti ta’ investiment stipulati fil-punt 40 ta’ dan l-Anness.




ANNESS V

ANNESS V

METODOLOĠIJA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAX-XENARJI TA’ PRESTAZZJONI

PARTI 1

Speċifikazzjonijiet tal-preżentazzjoni ġenerali

1. Ix-xenarji ta’ prestazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b’mod li huwa preċiż, ġust, ċar u li ma jqarraqx, u li probabbilmet jinftiehem mill-investitur medju fil-livell tal-konsumatur.

2. Fil-każijiet kollha, għandhom jiġu inklużi l-ispjegazzjonijiet testwali li ġejjin mill-Parti 2 ta’ dan l-Anness:

(a) 

l-element A;

(b) 

l-element B, li għandu jidher b’mod prominenti fuq it-tabella jew il-graff tax-xenarji ta’ prestazzjoni.

3. Għall-PRIIPs kollha ħlief il-PRIIPs tal-Kategorija 1 imsemmija fil-punt 30 tal-Anness IV:

(a) 

l-element C fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness għandu jidher b’mod prominenti fuq it-tabella tax-xenarji ta’ prestazzjoni;

(b) 

l-informazzjoni dwar ir-redditu minimu fuq l-investiment għandha tiġi ddikjarata fit-tabella tax-xenarji ta’ prestazzjoni u fejn xieraq għandu jiġi inkluż l-element G fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness. Fejn ikun iggarantit redditu minimu, għandu jiġi ddikjarat dan ir-redditu minimu f’ammonti monetarji għall-perjodi ta’ żamma li għalihom tapplika l-garanzija. Meta ma jkun iggarantit l-ebda redditu minimu, jew meta l-garanzija tkun applikabbli biss għal xi perjodi ta’ żamma iżda mhux għal kollha, għandha tiġi inkluża spjegazzjoni testwali għall-perjodi ta’ żamma rilevanti li tiddikjara li l-investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jitilfu parti mill-ammont investit jew l-ammont kollu investit, jew, fejn applikabbli, li l-investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jitilfu aktar milli investew kif stabbilit fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness.

4. Fejn jintwera xenarju ta’ stress, għandu jiġi inkluż l-element D bl-ispjegazzjoni testwali fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

5. Għal PRIIPs tal-Kategorija 2, ħlief dawk imsemmija fil-punt 15 tal-Anness IV, għandhom jiġu inklużi spjegazzjonijiet testwali għax-xenarji mhux favorevoli, moderati u favorevoli bl-użu tal-element E fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

6. Għal PRIIPs tal-Kategorija 1 ħlief dawk imsemmija fil-punt 30 tal-Anness IV, il-PRIIPs tal-Kategorija 2 imsemmija fil-punt 15 tal-Anness IV, il-PRIIPs tal-Kategorija 3 u l-PRIIPs tal-Kategorija 4, għandha tiġi inkluża spjegazzjoni qasira tax-xenarji murija b’massimu ta’ 300 karattru f’lingwaġġ sempliċi.

7. L-elementi H, I, J u K fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness għandhom jiġu inklużi wkoll fil-każ tal-PRIIPs tal-Kategorija 1 imsemmija fil-punt 30 tal-Anness IV.

8. Il-perjodi ta’ żamma intermedji għandhom jidhru skont il-punti 32, 33 u 34 tal-Anness IV. Il-perjodi interim jistgħu jkunu differenti skont it-tul tal-perjodu ta’ żamma rakkomandat.

9. Għall-PRIIPs li ma jurux xenarji ta’ prestazzjoni f’perjodi ta’ żamma intermedji, l-element F bl-ispjegazzjoni testwali fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness għandu jiġi inkluż fejn rilevanti.

10. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għall-PRIIPs kollha ħlief għall-PRIIPs tal-Kategorija 1 imsemmija fil-punt 30 tal-Anness IV, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness biex jippreżentaw ix-xenarji tal-prestazzjoni, skont jekk ikunux PRIIP b’investiment jew primjum uniku, PRIIP b’pagament jew primjum regolari, jew PRIIP kif imsemmi fil-punt 76c tal-Anness VI.

11. It-terminu ‘ħruġ’ għandu jintuża fit-tabella tax-xenarji tal-prestazzjoni biex jirrappreżenta t-tmiem tal-investiment, dment li dan it-terminu ma jiżgwidax fir-rigward ta’ tipi speċifiċi ta’ PRIIPs, f’liema każ jista’ jintuża terminu alternattiv, bħal ‘terminazzjoni’ jew ‘ċediment’.

12. Għall-PRIIPs tal-Kategorija 1 kif definiti fil-punt 4(b) tal-Anness II, it-terminoloġija użata għandha tiġi aġġustata, fejn xieraq, biex tirrifletti l-karatteristiċi speċifiċi tal-PRIIP, biex tkun tirreferi għall-ammont nozzjonali tal-PRIIP.

13. Għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, ringieli addizzjonali huma inklużi fir-rigward tal-primjum tar-riskju bijometriku u tax-xenarju tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni, kif muri fil-mudelli A u B fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness. Ir-redditi għal dan ix-xenarju għandhom jintwerew biss f’termini monetarji.

14. Għall-PRIIPs li jinvolvu pagamenti jew primjums regolari, il-mudelli għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar l-ammont ta’ investiment akkumulat u fejn applikabbli l-primjum tar-riskju bijometriku akkumulat, kif muri fil-mudell B fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness.

15. Għall-PRIIPs li huma maħsuba li jinżammu tul il-ħajja, il-perjodu ta’ żamma rakkomandat iddikjarat fix-xenarji tal-prestazzjoni jista’ jindika li l-PRIIP huwa maħsub li jinżamm tul il-ħajja u jindika l-għadd ta’ snin li ntużaw bħala eżempju għall-kalkolu.

16. Għall-PRIIPs li huma annwalitajiet immedjati jew għal PRIIPs oħra li huma maħsuba biss għal żborż meta jokkorru każijiet li jkunu assigurati, it-tabella tax-xenarji tal-prestazzjoni għandha tirrifletti dan li ġej adegwatament:

(a) 

ix-xenarji ta’ sopravivenza fil-perjodu ta’ żamma rakkomandat għandhom jirriflettu l-ammont akkumulat ta’ pagamenti magħmula lill-investitur fil-livell ta’ konsumatur;

(b) 

fejn jiġu inklużi xenarji ta’ sopravivenza intermedji, dawn għandhom jirriflettu l-valuri ta’ ċediment u l-ammont akkumulat ta’ pagamenti magħmula lill-investitur fil-livell ta’ konsumatur f’dak iż-żmien;

(c) 

ix-xenarji ta’ każijiet li jkunu assigurati, bħal fil-każ ta’ mewt, għandhom juru ħlas ta’ ammont f’daqqa li l-benefiċjarji jirċievu f’dak iż-żmien.

17. Meta l-PRIIP jinxtara jew jiġi kkanċellat qabel tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat skont is-simulazzjoni, il-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni għandha tiġi aġġustata kif xieraq, kif muri fil-mudell C fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness, u għandhom jiżdiedu n-noti ta’ spjegazzjoni, b’mod li jidher ċar jekk ċertu xenarju jkunx jinkludi sejħa bikrija jew kanċellazzjoni, u li ma tkun ġiet applikata l-ebda suppożizzjoni ta’ investiment mill-ġdid. F’xenarji fejn l-PRIIP jinxtara jew jiġi kkanċellat awtomatikament iċ-ċifri għandhom jintwerew fil-kolonna ‘F’każ ta’ ħruġ b’għażla ta’ xiri jew ta’ maturità’ tal-mudell C fil-Parti 3 ta’ dan l-Anness. Il-perjodi ta’ żmien murija għall-perjodi ta’ żamma intermedji għandhom ikunu l-istess għax-xenarji ta’ prestazzjoni differenti u għandhom ikunu bbażati fuq il-perjodu ta’ żamma rakkomandat jekk il-PRIIP ma jinxtarax, li jkun mistenni li jiġi allinjat mal-maturità tiegħu. Iċ-ċifri għall-perjodi ta’ żamma intermedji għandhom jintwerew biss għal xenarji fejn il-PRIIP ikun għadu ma nxtarax jew ma ġiex ikkanċellat qabel jew fi tmiem dak il-perjodu ta’ żamma intermedju, u għandhom jinkludu kwalunkwe kost tal-ħruġ li jkun japplika f’dak iż-żmien. Jekk il-PRIIP jinxtara qabel jew fi tmiem dak il-perjodu ta’ żamma intermedju abbażi tas-simulazzjoni, l-ebda ċifra ma għandha tintwera f’dak il-perjodu ta’ żmien.

PARTI 2

L-elementi bl-ispjegazzjoni testwali preskritti

[Element A] Iċ-ċifri murija jinkludu il-kostijiet kollha tal-prodott innifsu, (fejn applikabbli) [iżda jistgħu ma jinkludux il-kostijiet kollha li tħallas lill-konsulent jew lid-distributur tiegħek/u jinkludu il-kostijiet tal-konsulent jew tad-distributur tiegħek]. Iċ-ċifri ma jiħdux inkonsiderazzjoni s-sitwazzjoni tat-taxxa personali tiegħek, li tista’ wkoll taffettwa kemm tirċievi.

[Element B] X’se tikseb minn dan il-prodott jiddependi fuq il-prestazzjoni futura tas-suq. L-iżviluppi tas-suq fil-futur huma inċerti u ma jistgħux jiġu mbassra b’mod preċiż.

[Element C] [Ix-xenarji mhux favorevoli, moderati u favorevoli murija huma illustrazzjonijiet ibbażat fuq l-agħar prestazzjoni, il-prestazzjoni medja u l-aqwa prestazzjoni ta’ [il-prodott/parametru referenzjarju adegwat] f’dawn l-aħħar [x] snin.] (għall-PRIIPs tal-Kategorija 2 ħlief dawk msemmija fil-punt 15 tal-Anness IV) [Ix-xenarji murija huma illustrazzjonijiet ibbażati fuq riżultati mill-passat u fuq ċerti suppożizzjonijiet] (għal tipi oħra ta’ PRIIPs). Is-swieq jistgħu jiżviluppaw b’mod differenti ħafna fil-futur.

[Element D] Ix-xenarju ta’ stress juri dak li tista’ tieħu lura f’ċirkostanzi estremi tas-suq.

[Element E] Dan it-tip ta’ xenarju seħħ għal investiment [żid ir-referenza tal-parametru referenzjarju fejn applikabbli] bejn [żid id-dati fi snin].

[Element F] Dan il-prodott ma jistax jissarraf [faċilment] fi flus. Jekk tagħżel li toħroġ mill-investiment qabel il-perjodu ta’ żamma rakkomandat [meta ma tkunx disponibbli garanzija](meta hemm garanzija biss fil-perjodu ta’ żamma rakkomandat) [u] [int [se/jista’] jkollok tħallas għall-kostijiet żejda] (fejn ikun hemm kostijiet għall-ħruġ).

[Element G] Ir-redditu huwa ggarantit biss jekk [iddeskrivi l-kundizzjonijiet rilevanti jew irreferi għal fejn dawn il-kundizzjonijiet jinsabu deskritti fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, bħall-ispjegazzjonijiet testwali mogħtija f’konformità mal-Anness III].

[Element H] Din il-graff turi kif jista’ jmur l-investiment tiegħek. Inti tista’ tqabbilha mal-graffs tal-gwadann ta’ derivattivi oħra.

[Element I] Il-graff ippreżentata turi firxa ta’ eżiti possibbli u mhijiex indikazzjoni eżatta ta’ dak li tista’ tirċievi lura. Dak li tirċievi ser ivarja skont kif jiżviluppa s-sottostanti. Għal kull valur tas-sottostanti, il-graff turi x’jista’ jkun il-profitt jew it-telf tal-prodott. L-assi orizzontali juri l-prezzijiet differenti possibbli tal-valur sottostanti fid-data tal-iskadenza u l-assi vertikali juri l-profitt jew it-telf.

[Element J] Jekk tixtri dan il-prodott ifisser li inti taħseb li l-prezz sottostanti se [jiżdied/jonqos].

[Element K] L-aktar li tista’ titlef huwa l-investiment kollu tiegħek (il-primjum imħallas).

PARTI 3

Mudelli

Mudell A: Investiment uniku jew primjum uniku mħallas.



Perjodu ta’ żamma rakkomandat:

[]

Eżempju ta’ Investiment:

[EUR 10 000 ]

(Fejn applikabbli) Primjum tal-assigurazzjoni:

[ammont monetarju]

 

Jekk [toħroġ] wara sena (1)

Jekk [toħroġ] wara []

Jekk [toħroġ] wara

(fejn applikabbli)

(fejn applikabbli)

[il-perjodu ta’ żamma rakkomandat]

Xenarji [ta’ sopravivenza]

Minimu

[Ammont monetarju] jew [Ma hemm l-ebda redditu minimu ggarantit [jekk inti [toħroġ] qabel [... snin/xhur/jiem]] (fejn applikabbli) . Tista’ titlef parti mill-investiment tiegħek jew l-investiment kollu tiegħek [jew ikollok tagħmel pagamenti addizzjonali biex tkopri t-telf] (fejn applikabbli)]

Stress

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

 

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Mhux favorevoli

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

 

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Moderat

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

 

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Favorevoli

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

 

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

(Fejn applikabbli) Xenarju ta’ [Mewt]

[Każijiet assigurati]

Dak li jistgħu jirċievu l-benefiċjarji tiegħek wara li jitnaqqsu l-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

Mudell B: Investimenti jew primjums regolari mħallsin



Perjodu ta’ żamma rakkomandat:

[]

Eżempju ta’ Investiment:

[EUR 1 000 ] fis-sena

(Fejn applikabbli) Primjum tal-assigurazzjoni:

[ammont monetarju] fis-sena

 

Jekk [toħroġ] wara sena (1)

Jekk [toħroġ] wara []

Jekk [toħroġ] wara

(fejn applikabbli)

(fejn applikabbli)

[il-perjodu ta’ żamma rakkomandat]

Xenarji [ta’ sopravivenza]

Minimu

[Ammont monetarju] jew [Ma hemm l-ebda redditu minimu ggarantit [jekk inti [toħroġ] qabel [... snin/xhur/jiem]] (fejn applikabbli) . Tista’ titlef parti mill-investiment tiegħek jew l-investiment kollu tiegħek [jew ikollok tagħmel pagamenti addizzjonali biex tkopri t-telf] (fejn applikabbli)]

Stress

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

 

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Mhux favorevoli

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

 

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Moderat

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

 

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Favorevoli

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

 

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Ammont investit tul iż-żmien

[] EUR

[] EUR

[] EUR

(Fejn applikabbli) Xenarju ta’ [Mewt]

[Każijiet assigurati]

Dak li jistgħu jirċievu l-benefiċjarji tiegħek wara li jitnaqqsu l-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

Primjum tal-assigurazzjoni meħud tul iż-żmien

[] EUR

[] EUR

[] EUR

Mudell C: Il-PRIIPs imsemmija fil-punt 76c tal-Anness VI (l-autocallables)



Perjodu ta’ żamma rakkomandat:

Sakemm il-prodott jinxtara jew jimmatura

Dan jista’ jkun differenti f’kull xenarju u huwa indikat fit-tabella

Eżempju ta’ Investiment:

[EUR 10 000 ]

 

Jekk [toħroġ] wara sena (1)

Jekk [toħroġ] wara []

F’każ ta’ [ħruġ] b’għażla ta’ xiri jew ta’ maturità

(fejn applikabbli)

(fejn applikabbli)

 

Ix-xenarji

Minimu

[Ammont monetarju] jew [Ma hemm l-ebda redditu minimu ggarantit [jekk inti [toħroġ] qabel [... snin/xhur/jiem]] (fejn applikabbli) . Tista’ titlef parti mill-investiment tiegħek jew l-investiment kollu tiegħek [jew ikollok tagħmel pagamenti addizzjonali biex tkopri t-telf] (fejn applikabbli)]

Stress

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

(il-prodott jispiċċa wara [])

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Mhux favorevoli

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

(il-prodott jispiċċa wara [])

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Moderat

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

(il-prodott jispiċċa wara [])

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %

Favorevoli

Dak li tista’ tirċievi wara li tnaqqas il-kostijiet

[] EUR

[] EUR

[] EUR

(il-prodott jispiċċa wara [])

Redditu medju ta’ kull sena

[] %

[] %

[] %




ANNESS VI

L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2017/653 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fil-punt 3, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

it-tariffa ta’ distribuzzjoni sal-punt li l-ammont ikun magħruf mill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jew mill-AIFM; jekk l-ammont reali ma jkunx magħruf mill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jew mill-AIFM, għandu jintwera l-massimu possibbli magħruf tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-PRIIP speċifiku;”;

(2) 

il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-punt (a), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i) 

il-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jew l-AIFM;”;

(b) 

il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g) 

kwalunkwe kost ta’ distribuzzjoni jew kummerċjalizzazzjoni, sal-punt li l-ammont ikun magħruf mill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jew mill-AIFM; jekk l-ammont reali ma jkunx magħruf mill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jew mill-AIFM, għandu jintwera l-massimu possibbli magħruf tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-PRIIP speċifiku;”;

(c) 

il-punti (j) u (k) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(j) 

il-pagamenti lil partijiet terzi biex ikopru l-kostijiet meħtieġa mġarrba b’rabta mal-akkwist jew id-disponiment ta’ kwalunkwe assi fil-portafoll tal-fond (inklużi l-kostijiet tat-tranżazzjoni kif imsemmi fil-punti minn 7 sa 23c ta’ dan l-Anness);

(k) 

il-valur tal-prodotti jew tas-servizzi li kumpanija maniġerjali tal-UCITS jew AIFM jew kwalunkwe persuna konnessa rċevew bi skambju għat-tqegħid ta” ordnijiet tan-negozjar;

(d) 

fil-punt (l), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i) 

meta s-sottostanti jkun UCITS jew AIF, għandha tintuża l-aktar ċifra riċenti disponibbli tal-indikatur sommarju tal-kost, u fejn meħtieġ aġġustata biex turi t-tariffa tad-distribuzzjoni reali mġarrba; din iċ-ċifra tista” tkun ibbażata jew fuq iċ-ċifra pubblikata mill-UCITS jew mill-AIF jew mill-operatur tiegħu jew mill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jew mill-AIFM, jew ċifra kalkulata minn sors terz affidabbli jekk tkun aktar aġġornata miċ-ċifra pubblikata;

(e) 

fil-punt (m), il-punt (i) huwa sostitwit b’li ġej:

“(i) 

l-indikatur sommarju tal-kost, l-aktar disponibbli reċentement, tal-PRIIP sottostanti għandu jiġi inkluż fil-kalkolu, u, fejn meħtieġ, aġġustat biex juri t-tariffa reali tad-dħul imġarrba;”;

(f) 

il-punt (q) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(q) 

kostijiet impliċiti mġarrba minn fondi strutturati tal-investiment kif imsemmi fit-Taqsima II ta’ dan l-Anness, u b’mod partikolari fil-punti minn 36 sa 46 ta’ dan l-Anness;”;

(3) 

fil-punt 6, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a) 

tariffa relatata mal-prestazzjoni pagabbli lill-kumpanija maniġerjali tal-UCITS jew lill-AIFM jew lil xi konsulent tal-investimenti, inkluża tariffa tal-prestazzjoni kif imsemmi fil-punt 24 ta’ dan l-Anness;”;

(4) 

il-punti 7 u 8 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“7. 

Il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi annwali, ibbażati fuq il-medja tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet mġarrba mill-PRIIP fit-tliet snin preċedenti fejn tiġi kkalkulata il-medja tat-tranżazzjonijiet kollha. Meta l-PRIIP ikun ilu jopera għal inqas minn tliet snin, il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom ikunu kkalkulati permezz tal-metodoloġija stabbilita fil-punti 21, 22 u 23 ta’ dan l-Anness.

8. 

Il-kostijiet aggregati tat-tranżazzjoni għal PRIIP għandhom ikunu kkalkulati bħala s-somma tal-kostijiet tat-tranżazzjonijiet kif ikkalkulati f’konformità mal-punti minn 8a sa 23a ta’ dan l-Anness fil-munita bażi tal-PRIIP għat-tranżazzjonijiet individwali kollha mwettqa mill-PRIIP fil-perjodu speċifikat. Din is-somma għandha tiġi kkonvertita f’perċentwal billi tiġi diviża bl-assi netti medji tal-PRIIP matul l-istess perjodu.”;

(5) 

jiddaħħal il-punt 8a li ġej:

“8a. 

Għandhom jiġu divulgati l-kostijiet tat-tranżazzjoni espliċi minimi, kif imsemmi fil-punt 11a ta’ dan l-Anness.”;

(6) 

il-punt 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10. 

Għall-investimenti fi strumenti jew assi oħra għandhom jintużaw l-istimi tal-kostijiet tat-tranżazzjoni permezz tal-metodoloġija deskritta hawn taħt fil-punti 19 u 20 ta’ dan l-Anness. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni assoċjati ma’ assi mhux finanzjarji għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 20a ta’ dan l-Anness.”;

(7) 

fil-punt 11, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c) 

il-benefiċċju kontra d-dilwizzjoni għandu jitqies biss sal-punt li l-benefiċċju ma jwassalx il-kostijiet totali tat-tranżazzjoni taħt il-kostijiet tat-tranżazzjoni espliċiti.”;

(8) 

jiddaħħlu l-punti 11a u 11b li ġejjin:

“11a. 

Il-kostijiet espliċiti jinkludu l-kostijiet u l-imposti mġarrba mill-PRIIP, u mħallsa mill-investiment finanzjarju fil-PRIIP tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, sabiex jiġu akkwistati jew ċeduti l-assi sottostanti tal-PRIIP, bħal kummissjonijiet imħallsa lil sensara jew lil intermedjarji oħra, it-taxxi tal-boll jew tas-suq, it-tariffi tal-kuntratti u tariffi ta’ eżekuzzjoni għad-derivattivi OTC, iżda mhux biss dawn, fejn rilevanti.

11b. 

Il-kostijiet espliċiti aggregati għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma ta’ dawn il-kostijiet imġarrba mit-tranżazzjonijiet kollha mwettqa mill-PRIIP matul it-tliet snin preċedenti. Din is-somma għandha tiġi kkonvertita f’perċentwal billi tiġi diviża bl-assi netti medji tal-PRIIP matul l-istess perjodu. Il-kostijiet espliċiti minimi li għandhom jiġu divulgati għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi annwali, ibbażati fuq il-medja tal-kostijiet espliċiti mġarrba mill-PRIIP fit-tliet snin preċedenti, bil-medja tkun ikkalkulata mit-tranżazzjonijiet kollha.”;

(9) 

il-punti 14 u 15 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“14. 

Il-prezz tal-wasla għandu jkun iddeterminat bħala l-prezz tan-nofs tal-investiment fil-ħin meta l-ordni biex issir it-tranżazzjoni tintbagħat lil persuna oħra. Għall-ordnijiet li t-tranżazzjoni tagħhom issir f’ġurnata li mhijiex il-ġurnata li l-ordni oriġinarjament intbagħtet fiha lil persuna oħra, il-prezz tal-wasla għandu jiġi determinat bħala l-prezz tal-ftuħ tal-investiment fil-ġurnata tat-tranżazzjoni jew, fejn il-prezz tal-ftuħ ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-għeluq preċedenti. Meta ma jkunx disponibbli prezz fil-ħin meta l-ordni biex issir it-tranżazzjoni tintbagħat lil persuna oħra, il-prezz tal-wasla għandu jkun iddeterminat bħala l-prezz disponibbli l-aktar reċenti jew, meta prezz reċenti ma jkunx disponibbli, prezz indipendenti ġġustifikat jew, meta prezz indipendenti ġġustifikat ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-ftuħ fil-ġurnata tat-tranżazzjoni jew, meta il-prezz tal-ftuħ ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-għeluq preċedenti. Fejn ordni tiġi esegwita mingħajr ma tintbagħat lil persuna oħra, il-prezz tal-wasla għandu jiġi ddeterminat bħala l-prezz ta’ nofs is-suq tal-investiment fil-ħin meta ġiet esegwita t-tranżazzjoni.

15. 

Meta l-informazzjoni dwar il-ħin meta l-ordni biex issir it-tranżazzjoni tintbagħat lil persuna oħra ma tkunx disponibbli (jew ma tkunx disponibbli f’livell preċiż biżżejjed), jew meta l-informazzjoni dwar il-prezz f’dak il-ħin ma tkunx disponibbli, jista’ jintuża prezz indipendenti ġustifikabbli bħala l-prezz tal-wasla jew, meta prezz indipendenti ġustifikabbli ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-ftuħ tal-investiment fil-ġurnata tat-tranżazzjoni, jew meta il-prezz tal-ftuħ ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-għeluq preċedenti.”;

(10) 

il-punt 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“18. 

Fil-kalkoli tal-kostijiet assoċjati ma’ ordnijiet li jiddaħħlu inizjalment f’irkant, il-prezz tal-wasla għandu jiġi kkalkulat bħala l-prezz tan-nofs immedjatament qabel l-irkant. Fil-kalkolu tal-kostijiet assoċjati mal-ordnijiet li jiġu eżegwiti f’ħin predeterminat, il-prezz tal-wasla għandu jiġi kkalkulat f’dak il-ħin predeterminat, anki jekk l-ordni tkun ġiet trażmessa għall-eżekuzzjoni qabel dak il-ħin.”;

(11) 

wara l-punt 18, jiddaħħlu l-intestatura u l-punt 18a li ġejjin:

It-tranżazzjonijiet eżegwiti barra l-borża

18a. 

Permezz ta’ deroga mill-punti minn 12 sa 16 ta’ dan l-Anness għal tranżazzjonijiet eżegwiti barra l-borża, il-kostijiet tat-tranżazzjoni reali għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

(a) 

meta tranżazzjoni tiġi eżegwita wara li l-prezzijiet tat-talba u l-prezzijiet tal-offerta jkunu nkisbu mingħand aktar minn kontroparti potenzjali waħda, il-prezz tal-wasla għandu jiġi ddeterminat bħala:

(i) 

il-punt tan-nofs bejn l-aħjar prezz tat-talba u l-aħjar prezz tal-offerta, fejn l-aħjar prezz tat-talba jkun taħt l-aħjar prezz tal-offerta;

(ii) 

l-aħjar prezz tat-talba fil-każ ta’ bejgħ jew l-aħjar prezz tal-offerta fil-każ ta’ xiri, fejn l-aħjar prezz tat-talba jkun ogħla mill-aħjar prezz tal-offerta;

(b) 

meta tranżazzjoni tiġi eżegwita mingħajr ma jkunu nkisbu kemm il-prezzijiet tat-talba kif ukoll il-prezzijiet tal-offerta, il-kost tat-tranżazzjoni għandu jiġi kkalkulat billi jiġi mmultiplikat l-għadd ta’ unitajiet nnegozjati b’nofs il-valur tal-firxa bejn il-prezz tat-talba u l-prezz tal-offerta tal-istrument, filwaqt li l-valur ta’ din il-firxa għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi li ġejja:

(i) 

minn ġabra ta’ kwotazzjonijiet ta’ talbiet/offerti f’suq dirett, fejn disponibbli;

(ii) 

meta ma jkunux disponibbli kwotazzjonijiet ta’ talbiet/offerti f’suq dirett, dawn għandhom jinkisbu billi ssir referenza għall-firxiet minn:

— 
tranżazzjonijiet preċedenti f’assi li għandhom karatteristiċi simili (id-duratura, il-maturità, il-kupuni, kapaċità ta’ xiri/put) u likwidità, bl-użu ta’ tranżazzjonijiet preċedentement eżegwiti mill-manifattur tal-PRIIP; jew
— 
data vverifikata minn parti terza indipendenti jew valutazzjoni tal-assi minn parti terza indipendenti.”;
(12) 

jiddaħħal il-punt 20a li ġej:

“20a. 

Meta jiġu kkalkulati l-kostijiet assoċjati ma’ assi mhux finanzjarji, il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom jiġu kkalkulati bħala l-aggregat tal-kostijiet reali assoċjati direttament ma’ din it-tranżazzjoni inklużi l-imposti, il-kummissjonijiet, it-taxxi u l-pagamenti l-oħra kollha (bħall-imposti kontra d-dilwizzjoni), fejn dawn l-assi jitwettqu mill-assi tal-PRIIP. Fil-każ tad-deprezzament tal-kostijiet fuq perjodu speċifikat fil-politiki kontabilistiċi tal-PRIIP, il-kostijiet reali għandhom ikunu daqs l-ammonti tal-kostijiet deprezzati tul l-aħħar tliet snin.”;

(13) 

wara l-punt 23, jiddaħħlu l-intestatura u l-punt 23 a li ġejjin:

Għadd baxx ta’ tranżazzjonijiet u każijiet oħra simili

23a. 

Permezz ta’ deroga mill-punti 12 sa 18a ta’ dan l-Anness, il-kostijiet tat-tranżazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fil-punt 21(b) ta’ dan l-Anness meta tiġi ssodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

PRIIP wettaq għadd ta’ tranżazzjonijiet ferm baxx fit-tliet snin preċedenti;

(b) 

il-valur totali għat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa fit-tliet snin preċedenti jammonta għal perċentwal ferm baxx tal-valur nett tal-assi tal-PRIIP;

(c) 

l-istima tal-kostijiet totali tat-tranżazzjoni mhijiex sinifikanti meta mqabbla mal-istima tal-kostijiet totali.”;

(14) 

wara l-punt 23a, jiddaħħlu l-intestatura u l-punti 23b u 23c li ġejjin:

“L-użu tad-data qabel il-31 ta’ Diċembru 2024”

23b. 

Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-kostijiet tat-tranżazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fil-punt 21 ta’ dan l-Anness għal PRIIPs li jkunu UCITS jew AIFs li għalihom Stat Membru jkun applika regoli, sal-31 ta’ Diċembru 2021, dwar il-format u l-kontenut tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, kif stabbilit fl-Artikoli minn 78 sa 81 tad-Direttiva 2009/65/KE.

23c. 

Sal-31 ta’ Diċembru 2024, meta prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jinvesti f’UCITS jew f’AIF kif imsemmi fil-punt 23b ta’ dan l-Anness, il-kostijiet tat-tranżazzjoni għal dawk l-investimenti jistgħu jiġu kkalkulati bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fil-punt 21 ta’ dan l-Anness.”;

(15) 

l-intestatura I tal-Parti 2 tinbidel b’dan li ġej:

“I. IĊ-ĊIFRI TAL-KOSTIJIET AGGREGATI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIT-TABELLA 1 ‘IL-KOSTIJIET MAŻ-ŻMIEN’”;

(16) 

il-punti 61 u 62 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“61. 

Il-kostijiet totali għandhom ikunu l-kostijiet kollha magħrufa mill-manifattur tal-PRIIP, inklużi l-kostijiet tal-ħruġ fejn applikabbli, għall-perjodu ta’ żamma rilevanti u għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

(a) 

għall-fondi tal-investiment, is-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 1 u 2 ta’ dan l-Anness miżjuda mas-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 4 u 6 ta’ dan l-Anness;

(b) 

għal PRIPs oħra għajr il-fondi tal-investiment, minbarra l-PRIIPs imsemmija fil-punt 30 ta’ Anness IV, is-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 27 u 28 ta’ dan l-Anness miżjuda mas-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 31 u 32 ta’ dan l-Anness;

(c) 

għall-PRIIPs imsemmija fil-punt 30 ta’ Anness IV, is-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 34 u 35 ta’ dan l-Anness;

(d) 

għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, is-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 47 u 48 miżjuda mas-somma tal-kostijiet kif imsemmi fil-punti 50 u 51 ta’ dan l-Anness.

62. 

It-tabella ‘Il-kostijiet maż-żmien’ għandha tinkludi ukoll l-indikaturi sommarji tal-kostijiet aggregati tal-PRIIP ikkalkulati bħala tnaqqis mir-rendiment minħabba l-kostijiet totali kkalkulati f’konformità mal-punti 70, 71 u 72 ta’ dan l-Anness.”;

(17) 

titħassar l-intestatura ta’ wara l-punt 62;

(18) 

il-punt 63 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“63. 

Meta tkun meħtieġa suppożizzjoni dwar il-prestazzjoni tal-PRIIP għall-kalkolu taċ-ċifri tal-kost (għal ċifri f’termini monetarji jew perċentwali), il-prestazzjoni tal-PRIIP użat fil-kalkolu għandha tiġi ddeterminata skont il-punt 71 ta’ dan l-Anness.”;

(19) 

wara l-punt 63, jiddaħħlu l-intestatura II tal-Parti 2 u s-sottointestatura li ġejjin:

“II. INDIKATUR SOMMARJU TAL-KOST GĦAL KULL TIP TA’ KOST LI GĦANDU JIĠI INKLUŻ FIT-TABELLA 2 ‘IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-KOSTIJIET’

Il-kostijiet ta’ darba u l-indikaturi tal-kostijiet ta” darba

(20) 

il-punt 64 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“64. 

Għall-kalkolu tal-indikaturi tal-kostijiet tad-dħul u l-ħruġ, il-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom ikunu dawk identifikati bħala kostijiet tad-dħul jew tal-ħruġ skont il-Parti 1 ta’ dan l-Anness. Għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, l-indikaturi tal-kostijiet tad-dħul u tal-ħruġ tal-PRIIP għandhom ikunu t-tnaqqis tar-rendiment annwali minħabba l-kostijiet tad-dħul u tal-ħruġ meta l-PRIIP jinżamm sal-perjodu ta’ żamma rakkomandat, ikkalkulat f’konformità mal-punti 70, 71 u 72 ta’ dan l-Anness. Għall-PRIPs, l-indikaturi tal-kostijiet tad-dħul u tal-ħruġ għandhom ikunu l-kostijiet f’unitajiet monetarji jekk il-prodott jinżamm għal sena (jew għall-perjodu ta’ żamma rakkomandat jekk iqsar), ikkalkulati billi wieħed jassumi prestazzjoni netta ta’ 0 %.”;

(21) 

l-intestatura wara l-punt 64 u l-punti 65, 66 u 67 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Indikaturi tal-kostijiet rikorrenti: Kostijiet tat-tranżazzjoni u kostijiet rikorrenti oħra

65. 

L-indikaturi tal-kostijiet rikorrenti tal-PRIIP għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

(a) 

għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, bħala t-tnaqqis tar-rendiment annwali minħabba dawk il-kostijiet, dment li l-PRIIP jinżamm sal-perjodu ta’ żamma rakkomandat, ikkalkulat f’konformità mal-punti 70, 71 u 72 ta’ dan l-Anness.

(b) 

għall-PRIPs, bħala l-ammont tal-kostijiet kurrenti f’unitajiet monetarji jekk il-prodott jinżamm għal sena (jew għall-perjodu ta’ żamma rakkomandat jekk iqsar), ikkalkulati billi wieħed jassumi prestazzjoni netta ta’ 0 %.

66. 

Għall-kalkolu tal-indikatur tal-kostijiet tat-tranżazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-kostijiet li ġejjin:

(a) 

għall-fondi ta’ investiment, il-kostijiet tat-tranżazzjoni msemmija fil-punti minn 7 sa 23c ta’ dan l-Anness;

(b) 

għall-PRIPs għajr il-fondi ta’ investiment, ħlief il-PRIIPs imsemmija fil-punt 30 tal-Anness IV, il-kostijiet imsemmija fil-punt 29(c) ta’ dan l-Anness;

(c) 

għal prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, il-kostijiet imsemmija fil-punt 52(h) ta’ dan l-Anness.

67. 

Għall-kalkolu tal-indikatur l-ieħor tal-kostijiet rikorrenti (imsemmi fl-Anness VII bħala ‘it-tariffi ta’ ġestjoni u kostijiet amministrattivi jew operattivi oħra’), il-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati huma d-differenza bejn il-kostijiet totali skont il-punt 61 ta’ dan l-Anness u s-somma tal-indikatur tal-kostijiet ta’ darba, skont il-punt 64 ta’ dan l-Anness, miżjuda mal-indikatur tal-kostijiet tat-tranżazzjoni, skont il-punt 66 ta’ dan l-Anness, miżjuda mal-indikaturi tal-kostijiet inċidentali, skont il-punti 68 u 69 ta’ dan l-Anness.”;

(22) 

l-intestatura wara l-punt 67 u l-punti 68 u 69 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Il-kostijiet inċidentali u l-indikaturi tal-kostijiet inċidentali (it-tariffi tal-prestazzjoni u l-kumpens għall-prestazzjoni)

68. 

L-indikaturi tal-kostijiet inċidentali tal-PRIIP għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

(a) 

għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, bħala t-tnaqqis tar-rendiment annwali minħabba it-tariffi tal-prestazzjoni jew il-kumpens għall-prestazzjoni, jew it-tnejn li huma, meta l-PRIIP jinżamm sal-perjodu ta’ żamma rakkomandat, ikkalkulat f’konformità mal-punti 70, 71 u 72 ta’ dan l-Anness.

(b) 

għall-PRIPs, bħala dawk il-kostijiet fl-unitajiet monetarji jekk il-PRIIP jinżamm għal sena (jew għall-perjodu ta’ żamma rakkomandat jekk iqsar), ikkalkulati billi wieħed jassumi prestazzjoni netta ta’ 0 %.

69. 

Għall-kalkolu tat-tariffi tal-prestazzjoni, il-kostijiet skont il-punt 6(a) ta’ dan l-Anness għandhom jiġu kkunsidrati għall-fondi ta’ investiment. Għall-kalkolu tal-kumpens għall-prestazzjoni, il-kostijiet skont il-punt 6(b) ta’ dan l-Anness għandhom jiġu kkunsidrati għall-fondi ta’ investiment.”;

(23) 

wara l-punt 69 tiddaħħal l-intestatura li ġejja:

“III. IL-KALKOLU TAĊ-ĊIFRI TAL-KOST”;

(24) 

il-punti 70 u 71 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“70. 

It-tnaqqis fir-rendiment imsemmi fil-partijiet I u II ta’ dan l-Anness għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw ammonti konsistenti ma’ dawk speċifikati fil-punti 90 u 91 ta’ dan l-Anness. Dan għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn żewġ perċentwali i u r fejn r hija r-rata interna annwali tar-redditu meta mqabbla mal-pagamenti grossi mill-investitur fil-livell ta’ konsumatur u l-istimi tal-pagamenti ta’ benefiċċji lill-investitur fil-livell ta’ konsumatur għall-perjodu ta’ żamma relevanti, u i hija r-rata interna annwali tar-redditu għax-xenarju mingħajr kostijiet rispettiv.

71. 

L-istima tal-pagamenti ta’ benefiċċji futuri għall-kalkolu tal-kostijiet skont il-punt 70 ta’ dan l-Anness għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

għall-PRIIPs kif imsemmi fil-punt 30 tal-Anness IV, u għall-PRIIPs kollha għall-indikaturi tal-kostijiet li juru l-każ li l-PRIIP jinżamm għal sena jew inqas, għandha tkun preżunta prestazzjoni netta standardizzata ta’ 0 %;

(b) 

ħlief fejn japplika l-punt (a), il-prestazzjoni, tal-PRIIP għandha tkun ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-metodoloġija u l-ipoteżi sottostanti użati għall-istima tax-xenarju moderat fit-taqsima tax-xenarji tal-prestazzjoni tad-dokument tal-informazzjoni ewlenija;

(c) 

il-pagamenti ta’ benefiċċji għandhom jiġu stmati skont is-suppożizzjoni li l-kostijiet kollha inklużi fil-kostijiet totali skont il-punt 61 ta’ dan l-Anness jitnaqqsu.”;

(25) 

wara l-punt 75 tiddaħħal l-intestatura li ġejja:

“Rekwiżiti speċifiċi għal PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rakkomandat ta’ inqas minn sena”;

(26) 

wara l-punt 76, titħassar l-intestatura “Kalkolu tal-proporzjonijiet”;

(27) 

jiddaħħal il-punt 76a li ġej:

“76a. 

L-indikaturi tal-kostijiet f’termini perċentwali għandhom jiġu kkalkulati filwaqt li jitqies il-kost aggregat fil-perjodu diviż bl-ammont tal-investiment u għandha tiżdied nota f’qiegħ il-paġna biex tispjega dak il-kalkolu u twissi dwar in-nuqqas ta’ komparabbiltà mal-indikaturi tal-kostijiet annwali f’termini perċentwali murija għal PRIIPs oħra.”;

(28) 

wara l-punt 76a, jiddaħħlu l-intestatura u l-punti 76b li ġejjin:

“Rekwiżiti speċifiċi għal PRIIPs li huma kuntratti forward, kuntratti tal-futuri, kuntratti għad-differenza, jew swaps

76b. 

L-indikaturi tal-kostijiet f’termini perċentwali għandhom jiġu kkalkulati filwaqt li jitqies il-ammont nozzjonali tal-kuntratt u għandha tiżdied nota f’qiegħ il-paġna biex jiġi spjegat dan il-kalkolu.”;

(29) 

wara l-punt 76a, jiddaħħlu l-intestatura u l-punti 76c li ġejjin:

Rekwiżiti speċifiċi għal PRIIPs li jistgħu jinxtraw jew jiġu kkanċellati awtomatikament qabel tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet predefiniti

76c. 

Iċ-ċifri tal-kostijiet għandhom jintwerew filwaqt li jitqiesu żewġ xenarji differenti:

(a) 

il-PRIIP jinxtara fl-ewwel data possibbli;

(b) 

il-PRIIP jilħaq il-maturità.

Iċ-ċifri tal-kostijiet għandhom jiġu kkalkulati filwaqt li titqies prestazzjoni li tkun koerenti ma’ kull xenarju.”;

(30) 

il-punti 78, 79 u 80 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“78. 

Iċ-ċifri tal-kostijiet f’ammonti monetarji għandhom jitqarrbu sal-eqreb euro. L-indikaturi tal-kostijiet f’termini perċentwali għandhom jiġu espressi sa punt deċimali wieħed.

79. 

Iċ-ċifri tal-kostijiet għandhom jiġu kalkulati mill-inqas darba fis-sena.

80. 

Iċ-ċifri tal-kostijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-kalkoli tal-kostijiet l-aktar reċenti ddeterminati mill-manifattur tal-PRIIP. Mingħajr preġudizzju għall-punt 77 ta’ dan l-Anness, il-kostijiet għandhom jiġu vvalutati bit-‘taxxi kollha inklużi’.

Għall-fondi tal-investiment għandu japplika dan li ġej:

(a) 

jitwettaq kalkolu separat għal kull klassi ta’ ishma, imma jekk l-unitajiet ta’ żewġ jew aktar klassijiet jikklassifikaw pari passu, jista’ jitwettaq kalkolu wieħed għalihom;

(b) 

fil-każ ta’ fond b’diversi kompartimenti, kull kompartiment kostitwenti jew sottofond għandu jiġi ttrattat separatament għall-finijiet ta’ dan l-Anness, iżda kwalunkwe spiża attribwita għall-fond kollu għandha titqassam bejn is-sottofondi kollha fuq bażi li tkun ġusta għall-investituri kollha.”;

(31) 

il-punt 82 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“82. 

Iċ-ċifri ex-post għandhom ikunu bbażati fuq il-kalkoli tal-kostijiet reċenti li l-manifattur tal-PRIIP jkun ddetermina fuq bażi raġonevoli li jkunu xierqa għal dan l-iskop. Iċ-ċifri jistgħu jkunu bbażati fuq il-kostijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-operazzjonijiet tal-PRIIP pubblikati fl-aħħar rapport annwali jew ta’ sitt xhur, jekk dik id-dikjarazzjoni tkun reċenti biżżejjed. Jekk ma tkunx reċenti biżżejjed għandu jintuża minflok kalkolu komparabbli bbażat fuq il-kostijiet debitati fuq perjodu aktar reċenti ta’ 12-il xahar.”;

(32) 

il-punt 84 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“84. 

Fejn il-kostijiet li huma attribwiti għal UCITS jew AIF sottostanti għandhom jitqiesu għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a) 

l-indikatur tal-kostijiet ta’ kull UCITS jew AIF sottostanti għandu jkun prorata skont il-proporzjon tal-valur nett tal-assi tal-PRIIP li l-UCITS jew l-AIF jirrappreżentaw fid-data relevanti, li hija d-data li fiha jittieħdu ċ-ċifri tal-PRIIP;

(b) 

iċ-ċifri prorata kollha għandhom jiżdiedu maċ-ċifra tal-kostijiet totali tal-PRIIP li jinvesti, b’hekk jiġi ppreżentat total wieħed.”;

(33) 

titħassar l-intestatura II tal-Parti 2;

(34) 

il-punt 90 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“90. 

It-tabelli msemmija fl-Artikolu 5 għandhom jinkludu indikazzjoni tal-kostijiet magħrufa mill-manifattur tal-PRIIP f’termini monetarji u perċentwali fil-każ li l-investitur fil-livell tal-konsumatur jinvesti, rispettivament EUR 10 000 fil-PRIIP (għall-PRIIPs kollha ħlief dawk li huma primjum regolari jew prodotti ta’ pagament regolari), jew EUR 1 000 fis-sena (għal PRIIPs bi primjum jew pagament regolari). Iċ-ċifri tal-kostijiet għandhom jintwerew għal perjodi ta’ żamma differenti, inkluż il-perjodu ta’ żamma rakkomandat, kif ġej:

(a) 

għall-PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rrakkomandat ta’ sena jew inqas għandhom jintwerew biss il-kostijiet f’każ ta’ ħruġ fi tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat.

(b) 

għall-PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rakkomandat ta’ aktar minn sena u iqsar minn 10 snin, għandhom jintwerew il-kostijiet meta jitqies il-ħruġ fi tmiem l-ewwel sena u fi tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat;

(c) 

għall-PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rakkomandat ta’ 10 snin jew aktar għandu jintwera perjodu ta’ żamma addizzjonali, filwaqt li jiġu divulgati ċ-ċifri tal-kostijiet f’każ ta’ ħruġ f’nofs il-perjodu ta’ żamma rakkomandat, imqarrbin għal tmiem l-eqreb sena;

(d) 

meta PRIIP ma jippermettix il-ħruġ qabel il-perjodu ta’ żamma rakkomandat, jew meta PRIIP jitqies li ma għandux faċilità ta’ likwidità alternattiva promossa mill-manifattur tal-PRIIP jew parti terza, jew meta ma jkunx hemm arranġamenti tal-likwidità, jew għal dawk l-PRIIPs kif imsemmi fil-punt 30 tal-Anness IV, il-kostijiet jistgħu jintwerew biss fi tmiem il-perjodu ta’ żamma rakkomandat.”;

(35) 

jitħassru l-punti 92, 93 u 94;




ANNESS VII

ANNESS VII

PREŻENTAZZJONI TAL-KOSTIJIET

Immedjatament taħt l-intestatura tat-taqsima intitolata ‘X’inhuma l-kostijiet?’, għandha tiġi inkluża t-twissija li ġejja, dment li il-manifattur tal-PRIIP ma jkunx jaf li mhi se tintalab l-ebda spiża addizzjonali mill-persuna li tagħti pariri dwar il-PRIIP jew li tbigħu:

‘Il-persuna li tagħti pariri dwar dan il-prodott jew li tbigħhulek tista’ titlob ħlas għal kostijiet oħra. Jekk iva, din il-persuna tagħtik informazzjoni dwar dawn il-kostijiet u kif dawn jaffettwaw l-investiment tiegħek.’

Fit-tabelli tal-kostijiet stabbiliti hawn taħt, it-terminu ‘ħruġ’ għandu jintuża biex jirrappreżenta t-tmiem tal-investiment. Meta dan it-terminu jista’ jkun qarrieqi għal tipi speċifiċi ta’ PRIIPs, jista’ jintuża terminu alternattiv, bħal ‘terminazzjoni’ jew ‘ċediment’.

It-tabella 1 għall-PRIIPs kollha ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 13, il-punt (b) u fil-punt 76c tal-Anness VI (l-autocallables)

Il-manifattur tal-PRIIP għandu jinkludi l-intestaturi, l-ispjegazzjonijiet testwali u t-tabella 1 li ġejjin li juru ċ-ċifri tal-kostijiet aggregati f’termini monetarji u perċentwali speċifikati fil-punti 61 u 62 tal-Anness VI bil-perjodi ta’ żamma msemmija fil-punt 90 ta’ dan l-Anness:

Il-kostijiet maż-żmien

It-tabelli juru l-ammonti li jittieħdu mill-investiment tiegħek biex ikopru tipi differenti ta’ spejjeż. Dawn l-ammonti jiddependu fuq kemm tinvesti, kemm idum għandek il-prodott [u kemm imur tajjeb il-prodott (fejn applikabbli)]. L-ammonti murija hawn huma illustrazzjonijiet ibbażati fuq eżempju ta’ ammont ta’ investiment u perjodi differenti ta’ investiment possibbli.

Aħna assumejna li:

— 
[Fl-ewwel sena] tieħu lura l-ammont li tkun investejt (redditu annwali ta’ 0 %). [Għall-perjodi l-oħra ta’ żamma, aħna assumejna li l-prodott jaħdem kif muri fix-xenarju moderat]
— 
[EUR 10 000 /1 000 fis-sena] jiġu investiti’



 

Jekk [toħroġ] wara sena (1).

(fejn applikabbli)

Jekk [toħroġ] wara [f’1/2 il-perjodu ta’ żamma rakkomandat]

(fejn applikabbli)

Jekk [toħroġ] wara [il-perjodu ta’ żamma rakkomandat]

Kostijiet totali

[] EUR

[] EUR

[] EUR

Impatt annwali tal-kostijiet (*1)

[] %

[] % kull sena

[] % kull sena

(*1)   

‘Dan juri kif il-kostijiet inaqqsu r-redditu tiegħek ta’ kull sena matul il-perjodu ta’ żamma. Pereżempju, juri li jekk toħroġ fil-perjodu ta’ żamma rakkomandat, ir-redditu medju tiegħek fis-sena huwa projettat li jkun [] % qabel il-kostijiet u [] % wara il-kostijiet.’

(fejn applikabbli):  ‘Nistgħu naqsmu parti mill-kostijiet mal-persuna li tbigħlek il-prodott biex jitkoprew is-servizzi li jipprovdulek. (Fejn applikabbli) [Tingħata informazzjoni dwar l-ammont].’

(fejn applikabbli):  ‘Dawn iċ-ċifri jinkludu t-tariffa ta’ distribuzzjoni massima li l-persuna li tbigħlek il-prodott tista’ titlob ([] % tal-ammont investit/[] EUR). Din il-persuna tinfurmak bit-tariffa ta’ distribuzzjoni reali.’;

It-Tabella 1 għall-PRIIPs msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu (1)13

Il-manifattur tal-PRIIP għandu jinkludi l-intestaturi, l-ispjegazzjonijiet testwali u t-tabella 1 li ġejjin li juru ċ-ċifri tal-kostijiet aggregati f’termini monetarji u perċentwali speċifikati fil-punti 61 u 62 tal-Anness VI bil-perjodi ta’ żamma msemmija fil-punt 90 ta’ dan l-Anness, u li jaqsmu l-kostijiet bejn dawk tal-PRIIP li huma differenti mill-kostijiet tal-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti (‘il-kuntratt tal-assigurazzjoni’) u l-firxa tal-kostijiet tal-opzjonijiet tal-investiment sottostanti (‘l-opzjonijiet ta’ investiment’):

Il-kostijiet maż-żmien

It-tabelli juru l-ammonti li jittieħdu mill-investiment tiegħek biex ikopru tipi differenti ta’ spejjeż. Dawn l-ammonti jiddependu fuq kemm tinvesti, kemm idum għandek il-prodott [u kemm imur tajjeb il-prodott (fejn applikabbli)]. L-ammonti murija hawn huma illustrazzjonijiet ibbażati fuq eżempju ta’ ammont ta’ investiment u perjodi differenti ta’ investiment possibbli.

Aħna assumejna li:

— 
Fl-ewwel sena tieħu lura l-ammont li tkun investejt (redditu annwali ta’ 0 %). Għall-perjodi l-oħra ta’ żamma, aħna assumejna li l-prodott jaħdem kif muri fix-xenarju moderat
— 
[EUR 10 000 /1 000 fis-sena] investiti

[Dikjarazzjoni li tindika li l-kostijiet totali għall-investitur fil-livell ta’ konsumatur jikkonsistu f’taħlita ta’ kostijiet tal-PRIIP minbarra l-kostijiet tal-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti u l-kostijiet ta’ opzjoni ta’ investiment, u jvarjaw abbażi tal-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti]’



 

Jekk [toħroġ] wara sena (1).

(fejn applikabbli)

Jekk [toħroġ] wara [f’1/2 il-perjodu ta’ żamma rakkomandat]

(fejn applikabbli)

Jekk [toħroġ] wara [il-perjodu ta’ żamma rakkomandat]

Kostijiet totali

— Kuntratt tal-assigurazzjoni

— Opzjonijiet tal-investiment

[] EUR

[] – [] EUR

[] EUR

[] – [] EUR

[] EUR

[] – [] EUR

Impatt annwali tal-kostijiet (*1)

— Kuntratt tal-assigurazzjoni

— Opzjonijiet tal-investiment

[] %

[] – [] %

[] % kull sena

[] – [] % kull sena

[] % kull sena

[] – [] % kull sena

(*1)   

(*) ‘Dan juri kif il-kostijiet inaqqsu r-redditu tiegħek ta’ kull sena matul il-perjodu ta’ żamma. Pereżempju, juri li jekk toħroġ fil-perjodu ta’ żamma rakkomandat, ir-redditu medju tiegħek fis-sena huwa projettat li jkun [] % qabel il-kostijiet u [] % wara il-kostijiet.’

(fejn applikabbli):  ‘Nistgħu naqsmu parti mill-kostijiet mal-persuna li tbigħlek il-prodott biex jitkoprew is-servizzi li jipprovdulek. (Fejn applikabbli) [Tingħata informazzjoni dwar l-ammont.]’

(fejn applikabbli):  ‘Dawn iċ-ċifri jinkludu t-tariffa ta’ distribuzzjoni massima li l-persuna li tbigħlek il-prodott tista’ titlob ([] % tal-ammont investit/[] EUR). Din il-persuna tinfurmak bit-tariffa ta’ distribuzzjoni reali.’

Tabella 1 għall-PRIIPs imsemmija fil-punt 76c tal-Anness VI (l-autocallables)

Għall-PRIIPs imsemmija fil-punt 76c tal-Anness VI, l-intestatura, l-ispjegazzjonijiet testwali u t-tabella 1 ‘Il-kostijiet maż-żmien’ għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Il-kostijiet maż-żmien

It-tabelli juru l-ammonti li jittieħdu mill-investiment tiegħek biex ikopru tipi differenti ta’ spejjeż. Dawn l-ammonti jiddependu fuq kemm tinvesti, kemm idum għandek il-prodott [u kemm imur tajjeb il-prodott (fejn applikabbli)]. L-ammonti murija hawn huma illustrazzjonijiet ibbażati fuq eżempju ta’ ammont ta’ investiment u perjodi differenti ta’ investiment.

Id-durata ta’ dan il-prodott hija inċerta peress li jista’ jintemm fi żminijiet differenti skont kif jevolvi s-suq. L-ammonti murija hawnhekk iqisu żewġ xenarji differenti (ix-xiri bikri u l-maturità). F’każ li tiddeċiedi li toħroġ qabel ma jintemm il-prodott, jistgħu japplikaw kostijiet tal-ħruġ flimkien mal-ammonti murija hawnhekk.

Aħna assumejna li:

— 
[EUR 10 000 /1 000 fis-sena] investiti
— 
il-prestazzjoni tal-prodott li tkun konsistenti ma’ kull perjodu ta’ żamma muri.



 

Jekk il-prodott jinxtara fl-ewwel data possibbli []

Jekk il-prodott jilħaq il-maturità

Kostijiet totali

[] EUR

[] EUR

Impatt annwali tal-kostijiet (*1)

[] %

[] % kull sena

(*1)   

‘(*) Dan juri kif il-kostijiet inaqqsu r-redditu tiegħek ta’ kull sena matul il-perjodu ta’ żamma. Pereżempju, juri li jekk toħroġ waqt il-maturità tal-prodott, ir-redditu medju tiegħek fis-sena huwa projettat li jkun [] % qabel il-kostijiet u [] % wara l-kostijiet.’

(fejn applikabbli):  ‘Nistgħu naqsmu parti mill-kostijiet mal-persuna li tbigħlek il-prodott biex jitkoprew is-servizzi li jipprovdulek. (Fejn applikabbli) [Tingħata informazzjoni dwar l-ammont.]’

(fejn applikabbli):  ‘Dawn iċ-ċifri jinkludu t-tariffa ta’ distribuzzjoni massima li l-persuna li tbigħlek il-prodott tista’ titlob ([] % tal-ammont investit/[] EUR). Din il-persuna tinfurmak bit-tariffa ta’ distribuzzjoni reali.’

It-Tabella 2 għall-PRIIPs kollha ħlief dawk msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13

Il-manifattur tal-PRIIP għandu jinkludi r-ripartizzjoni tal-kostijiet skont il-klassifikazzjoni msemmija fil-punti minn 64 sa 69 tal-Anness VI, billi juża l-intestaturi u t-tabella 2 hawn taħt.

Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni qasira ħafna tan-natura ta’ kull tip ta’ kost. Din għandha tinkludi indikatur numeriku (ammont monetarju jew perċentwal) u l-bażi użata għall-kalkolu fejn din tista’ tiġi ppreżentata f’termini sempliċi li x’aktarx jinftiehmu mit-tip ta’ investitur fil-livell tal-konsumatur li għalih huwa maħsub li jiġi kkummerċjalizzat il-PRIIP. Id-deskrizzjoni għandha tkun ibbażata fuq wieħed jew aktar mill-eżempji inklużi fit-tabella ta’ hawn taħt, ħlief meta ma jkunux applikabbli.

Il-kompożizzjoni tal-kostijiet



Kostijiet ta’ darba mad-dħul jew mal-ħruġ

(PRIPs): Jekk [toħroġ] wara [sena (1)/perjodu ta’ żamma rakkomandat (jekk inqas minn sena (1))] (Prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni): Il-kost annwali tal-impatt jekk [toħroġ] wara [il-perjodu ta’ żamma rakkomandat]

Il-kostijiet tad-dħul

[Iddeskrivi n-natura f’mhux aktar minn 300 karattru. Eżempji:

— “[] % tal-ammont li tħallas meta tidħol għall-investiment”

— “[] % tal-ewwel [] primjums li tħallas”

— “Dawn il-kostijiet huma diġà inklużi fil-[prezz/primjums] li tħallas”

— “Dan jinkludi l-kostijiet ta’ distribuzzjoni ta’ [] % tal-ammont investit/[] EUR]. [Dan huwa l-ogħla ammont li se tintalab tħallas]. [Il-persuna li tbigħlek il-prodott tinfurmak dwar kemm effettivament jiswa]”

— “Ma nitolbux tariffa tad-dħul”]

[Sa] [] EUR (PRIPs) jew [] % (IBIPs)

Kostijiet tal-ħruġ

[Iddeskrivi n-natura f’mhux aktar minn 300 karattru. Eżempji:

— “% tal-investiment tiegħek qabel ma jingħatalek il-ħlas”

— “Ma nitolbux tariffa tal-ħruġ għal dan il-prodott, [iżda l-persuna li tbigħlek il-prodott tista’ tagħmel dan]”

(Meta l-kostijiet tal-ħruġ japplikaw biss f’ċirkostanzi speċifiċi) – “Dawn il-kostijiet japplikaw biss jekk (spjega ċ-ċirkostanzi jew eżempju f’200 karattru l-aktar)

Għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni fejn il-kostijiet tal-ħruġ japplikaw biss qabel il-ħruġ mill-perjodu ta’ żamma rakkomandat, il-kolonna tal-lemin għandha turi “Mhux app.” u d-dikjarazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża f’din il-kolonna flimkien mad-deskrizzjonijiet ta’ hawn fuq: “Il-kostijiet tal-ħruġ huma ddikjarati bħala “Mhux app.” fil-kolonna li jmiss peress li ma japplikawx jekk iżżomm il-prodott sal-perjodu ta’ żamma rakkomandat”

[] EUR (PRIPs) jew [] % (IBIPs)

Kostijiet kurrenti [ta’ kull sena]

 

Tariffi ta’ ġestjoni u kostijiet amministrattivi jew operattivi oħra

[Iddeskrivi l-bażi f’mhux aktar minn 150 karattru. Eżempju:

“[] % tal-valur tal-investiment tiegħek fis-sena”].

Din hija stima bbażata fuq il-kostijiet reali tal-aħħar sena.

[] EUR (PRIPs) jew [] % (IBIPs)

Kostijiet tat-tranżazzjoni

[] % tal-valur tal-investiment tiegħek fis-sena. Din hija stima tal-kostijiet imġarrba għax-xiri u l-bejgħ tal-investimenti sottostanti għall-prodott. L-ammont reali jvarja skont l-ammont li jinxtara u jinbiegħ.

[] EUR (PRIP) jew [] % (IBIPs)

Kostijiet inċidentali meħuda f’kundizzjonijiet speċifiċi

 

Tariffi tal-prestazzjoni [u kumpens għal prestazzjoni]

[[Iddeskrivi f’mhux aktar minn 300 karattru]. L-ammont reali jvarja skont il-prestazzjoni tal-investiment. L-istima tal-kost aggregat ta’ hawn fuq tinkludi l-medja tul l-aħħar ħames (5) snin.] jew [Ma hemm l-ebda tariffa tal-prestazzjoni għal dan il-prodott].

[] EUR (PRIP) jew [] % (IBIPs)

(fejn applikabbli):  “Kostijiet differenti japplikaw skont l-ammont tal-investiment [spjega ċ-ċirkostanzi jew semmi eżempju f’150 karattru l-aktar]

Għall-PRIIPs li joffru firxa ta’ opzjonijiet ta’ investiment, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jużaw it-tabella 1 u t-tabella 2 ta’ dan l-Anness li japplikaw għall-PRIIPs kollha ħlief għal dawk imsemija fl-Artikolu 13, il-punt (b) u l-punt 76c tal-Anness VI għall-preżentazzjoni tal-kostijiet filwaqt li juru għaċ-ċifri ta’ kull tabella, jekk rilevanti, il-firxa tal-kostijiet.

Għal PRIIPs b’perjodu ta’ żamma rakkomandat ta’ inqas minn sena, minflok “Impatt tal-kost annwali”, in-nota tal-proporzjon tal-kost f’termini perċentwali fit-tabelli 1 u 2 għandha tkun “Impatt tal-kost” u n-nota f’qiegħ il-paġna taħt it-tabella 1 għandha tiddikjara dan li ġej “Dan juri l-effett tal-kostijiet fuq perjodu ta’ żamma ta’ inqas minn sena. Dan il-perċentwal ma jistax jitqabbel direttament maċ-ċifri tal-impatt tal-kostijiet ipprovduti għal PRIIPs oħra”.

Għal PRIIPs fejn il-proporzjonijiet tal-kostijiet f’perċentwali jiġu kkalkulati bl-użu tal-valur nozzjonali, in-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja għandha tiżdied taħt it-tabella: “Dan juri l-kostijiet relatati mal-valur nozzjonali tal-PRIIP’.

It-Tabella 2 għall-PRIIPs msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu (1)13

Il-manifattur tal-PRIIP għandu jinkludi r-ripartizzjoni tal-kostijiet skont il-klassifikazzjoni msemmija fil-punti minn 64 sa 69 tal-Anness VI, billi juża l-intestaturi u t-tabella 2 hawn taħt. Fejn applikabbli għat-tip ta’ kost, għandha tintwera r-ripartizzjoni tal-kostijiet bejn il-kostijiet tal-PRIIP, minbarra l-kostijiet tal-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti (‘il-kuntratt tal-assigurazzjoni’), u l-firxa tal-kostijiet tal-opzjonijiet ta’ investiment (‘l-opzjonijiet ta’ investiment’).

Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni qasira ħafna tan-natura ta’ kull tip ta’ kost. Din għandha tinkludi indikatur numeriku (ammont fiss jew perċentwal) u l-bażi użata għall-kalkolu fejn din tista’ tiġi ppreżentati f’termini sempliċi li x’aktarx jinftiehmu mit-tip ta’ investitur fil-livell tal-konsumatur li għalih huwa maħsub li jiġi kkummerċjalizzat il-PRIIP. Id-deskrizzjoni għandha tkun ibbażata fuq wieħed jew aktar mill-eżempji inklużi fit-tabella ta’ hawn taħt, ħlief meta ma jkunux applikabbli.

Il-kompożizzjoni tal-kostijiet



Kostijiet ta’ darba mad-dħul jew mal-ħruġ

Il-kost annwali tal-impatt jekk [toħroġ] wara [il-perjodu ta’ żamma rakkomandat]

Il-kostijiet tad-dħul

[Iddeskrivi n-natura f’mhux aktar minn 300 karattru. Eżempji:

— ‘[] % tal-ammont li tħallas meta tidħol għall-investiment’

— ‘[] % tal-ewwel [] primjums li tħallas’

— ‘Dawn il-kostijiet huma diġà inklużi fil-[prezz/primjums] li tħallas’

— ‘Dan jinkludi l-kostijiet ta’ distribuzzjoni ta’ [[] % tal-ammont investit/[] EUR]. [Dan huwa l-ogħla ammont li se tintalab tħallas]. [Il-persuna li tbigħlek il-prodott tinfurmak dwar kemm effettivament jiswa]’

— ‘Ma nitolbux tariffa tad-dħul’]

‘[] %’ jew ‘Kuntratt tal-assigurazzjoni [] % Opzjoni ta’ investiment [] – [] %’

Kostijiet tal-ħruġ

[Iddeskrivi n-natura f’mhux aktar minn 300 karattru. Eżempji:

— ‘% tal-investiment tiegħek qabel ma jingħatalek il-ħlas’.

— ‘Ma nitolbux tariffa tal-ħruġ għal dan il-prodott, [iżda l-persuna li tbigħlek il-prodott tista’ tagħmel dan]’.

(Meta l-kostijiet tal-ħruġ japplikaw biss f’ċirkostanzi speċifiċi) – ‘Dawn il-kostijiet japplikaw biss jekk (spjega ċ-ċirkostanzi jew eżempju f’200 karattru l-aktar)

Għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni fejn il-kostijiet tal-ħruġ japplikaw biss qabel il-ħruġ mill-perjodu ta’ żamma rakkomandat, il-kolonna tal-lemin għandha turi ‘Mhux app.’ u d-dikjarazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża f’din il-kolonna flimkien mad-deskrizzjonijiet ta’ hawn fuq: ‘Il-kostijiet tal-ħruġ huma ddikjarati bħala “Mhux app.” fil-kolonna li jmiss peress li ma japplikawx jekk iżżomm il-prodott sal-perjodu ta’ żamma rakkomandat.’

‘[] %’ jew ‘Kuntratt tal-assigurazzjoni [] % Opzjoni ta’ investiment [] – [] %’

Kostijiet kurrenti ta’ kull sena

 

Tariffi ta’ ġestjoni u kostijiet amministrattivi jew operattivi oħra

[Iddeskrivi l-bażi f’mhux aktar minn 150 karattru. Eżempju:

‘[] % tal-valur tal-investiment tiegħek fis-sena’].

Din hija stima bbażata fuq il-kostijiet reali tal-aħħar sena.

‘[] %’ jew ‘Kuntratt tal-assigurazzjoni [] % Opzjoni ta’ investiment [] – [] %’

Kostijiet tat-tranżazzjoni

[] % tal-valur tal-investiment tiegħek fis-sena. Din hija stima tal-kostijiet imġarrba għax-xiri u l-bejgħ tal-investimenti sottostanti għall-prodott. L-ammont reali jvarja skont l-ammont li jinxtara u jinbiegħ.

‘[] %’ jew ‘Kuntratt tal-assigurazzjoni [] % Opzjoni ta’ investiment [] – [] %’

Kostijiet inċidentali meħuda f’kundizzjonijiet speċifiċi

 

Tariffi tal-prestazzjoni [u kumpens għal prestazzjoni]

[[Iddeskrivi f’mhux aktar minn 300 karattru]. L-ammont reali jvarja skont il-prestazzjoni tal-investiment. L-istima tal-kost aggregat ta’ hawn fuq tinkludi l-medja tul l-aħħar ħames (5) snin.] jew [Ma hemm l-ebda tariffa tal-prestazzjoni għal dan il-prodott].

‘[] %’ jew ‘Kuntratt tal-assigurazzjoni [] % Opzjoni ta’ investiment [] – [] %’

(fejn applikabbli):  “Kostijiet differenti japplikaw skont l-ammont tal-investiment [spjega ċ-ċirkostanzi jew semmi eżempju f’150 karattru l-aktar]’




ANNESS VIII

ANNESS VIII

KONTENUT U PREŻENTAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRESTAZZJONI FIL-PASSAT

Definizzjonijiet

1. sabiex tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

‘UCITS’ tfisser UCITS awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE li;

(i) 

tkun PRIIP tal-Kategorija 2 kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness II; kif ukoll

(ii) 

ma tipprovdix lill-investituri f’livell ta’ konsumatur, f’ċerti dati predeterminati, bi gwadan ibbażat fuq algoritmu li jkun marbut mal-prestazzjoni, jew mal-bidliet fil-prezz jew ma’ kundizzjonijiet oħra, ta’ assi finanzjarji, indiċijiet jew portafolli ta’ referenza, jew tkun b’karatteristiċi simili.”;

(b) 

‘AIF’ tfisser AIF kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2011/61/UE li:

(i) 

jkun PRIIP tal-Kategorija 2 kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness II;

(ii) 

jkun AIF mingħajr limiti kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2014 ( 2 ); kif ukoll

(iii) 

ma tipprovdix lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, f’ċerti dati predeterminati, bi gwadan ibbażat fuq algoritmu li jkun marbut mal-prestazzjoni, jew mal-bidliet fil-prezz jew ma’ kundizzjonijiet oħra, ta’ assi finanzjarji, indiċijiet jew portafolli ta’ referenza, jew tkun b’karatteristiċi simili.”;

(c) 

‘prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni marbut ma’ unitajiet’ tfisser prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni marbut ma’ unitajiet li:

(i) 

jkun PRIIP tal-Kategorija 2 kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness II;

(ii) 

għandu l-possibbiltà potenzjali ta’ ħruġ bikri jew ta’ tifdija qabel il-perjodu ta’ żamma rakkomandat, li ma jkunux soġġetti għal kundizzjonijiet ta’ limitazzjoni sinifikanti;

(iii) 

jipprovdi benefiċċji li huma marbuta direttament mal-valur tal-assi li huma maqsuma f’unitajiet; kif ukoll

(iv) 

ma jipprovdix lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, f’ċerti dati predeterminati, bi gwadan ibbażat fuq algoritmu li jkun marbut mal-prestazzjoni, jew mal-bidliet fil-prezz jew ma’ kundizzjonijiet oħra, ta’ assi finanzjarji, indiċijiet jew portafolli ta’ referenza, jew tkun b’karatteristiċi simili.

Il-kalkolu tal-prestazzjoni fil-passat għall-UCITS jew l-AIFs

2. Il-kalkolu taċ-ċifri tal-prestazzjoni fil-passat għandu jkun ibbażat fuq il-valur tal-assi netti tal-UCITS jew l-AIFs, u dawn għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi li kull introjtu distribwibbli mill-fond reġa’ ġie investit mill-ġdid.

L-użu ta’ data ‘simulata’ għall-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS jew l-AIFs

3. Reġistru simulat ta’ prestazzjoni għall-perjodu qabel ma d-data kienet disponibbli għandu jkun permess biss fil-każijiet li ġejjin, dment li l-użu tiegħu jkun ġust, ċar u li ma jiżvijax:

(a) 

klassi tal-ishma ġdida ta’ UCITS jew l-AIF eżistenti jew kompartiment ta’ investiment jista’ jissimula l-prestazzjoni tiegħu billi tittieħed il-prestazzjoni ta’ klassi oħra, dment li ż-żewġ klassijiet ma jkunux materjalment differenti fil-livell ta’ parteċipazzjoni tagħhom fl-assi tal-UCITS jew tal-AIF;

(b) 

UCITS jew AIF ta’ alimentazzjoni jistgħu jissimulaw il-prestazzjoni tagħhom billi jieħdu l-prestazzjoni tal-UCITS jew l-AIF prinċipali, dment li tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-istrateġija u l-objettivi tal-UCITS jew tal-AIF ta’ alimetazzjoni ma jippermettux li jinżammu assi għajr unitajiet tal-UCITS jew tal-AIF prinċipali u assi likwidi anċillari;

(ii) 

il-karatteristiċi tal-UCITS jew tal-AIF ta’ alimetazzjoni ma jvarjawx materjalment minn dawk tal-UCITS jew tal-AIF prinċipali.

Il-kalkolu tal-prestazzjoni fil-passat għal prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni marbuta ma’ unitajiet

4. Il-kalkolu tal-prestazzjoni fil-passat kif deskritt fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandu japplika mutatis mutandis għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni marbuta ma’ unitajiet. Il-kalkolu għandu jkun konformi jew mal-ispjegazzjoni tal-impatt tal-primjum tar-riskju bijometriku jew mal-parti tal-kost tal-primjum tar-riskju bijometriku fuq ir-redditu mill-investiment kif imsemmi fl-Artikolu 2(4).

Il-preżentazzjoni tal-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS jew l-AIFs

5. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passsat tal-UCITS jew tal-AIF għandha tiġi ppreżentata f’ċart bil-kolonni li tkopri l-prestazzjoni tal-UCITS jew tal-AIF f’dawn l-aħħar 10 snin. Id-daqs taċ-ċart bil-kolonni għandu jippermetti l-leġibbiltà.

6. Il-preżentazzjoni ta’ UCITS jew ta’ AIFs bi prestazzjoni ta’ anqas minn ħames snin kalendarji sħaħ għandha tkopri l-aħħar ħames snin biss.

7. Kwalunkwe sena li ma jkunx hemm data disponibbli għaliha għandha tintwera bħala spazju vojt bla ebda annotazzjoni, għajr id-data.

8. Għall-UCITS jew l-AIFs li għad m’għandhomx data tal-prestazzjoni ta’ sena kalendarja sħiħa għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni fejn jiġi spjegat li d-data li teżisti hija insuffiċjenti biex tingħata indikazzjoni utli tal-prestazzjoni fil-passat lill-investituri fil-livell tal-konsumatur.

9. It-tqassim taċ-ċart bil-kolonni għandu jkun issupplimentat bid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li għandhom jidhru b’mod prominenti:

(a) 

twissija dwar il-valur limitat tal-prestazzjoni fil-passat bħala gwida għall-prestazzjoni fil-futur, bl-użu tad-dikjarazzjoni li ġejjin b’ittri grassi:

Il-prestazzjoni fil-passat mhix indikatur affidabbli ta’ prestazzjoni fil-futur. Is-swieq jistgħu jiżviluppaw b’mod differenti ħafna fil-futur.

Dan jista’ jgħinek tivvaluta kif il-fond ġie ġestit fil-passat’;

(b) 

hemm inkluża spjegazzjoni testwali li tispjega x’hemm fuq iċ-ċart bil-kolonni u għandha tiddikjara b’ittri grassi:

Din iċ-ċart turi l-prestazzjoni tal-fond bħala t-telf jew il-qligħ perċentwali fis-sena tul l-aħħar [x] snin.’;

(c) 

jekk applikabbli, twissija speċifika għall-prodott dwar in-nuqqas ta’ rappreżentattività fil-passat skont il-punt 15 ta’ dan l-Anness, jew jekk rilevanti raġunijiet oħra f’lingwaġġ sempliċi bil-massimu ta’ 150 karattru;

(d) 

spjegazzjoni qasira dwar liema imposti u tariffi ġew inklużi jew esklużi mill-kalkolu tal-prestazzjoni fil-passat fejn rilevanti. Dan ma għandux japplika għal dawk il-UCITS jew l-AIFs li ma għandhomx imposti fuq id-dħul jew il-ħruġ. [Eżempju ta’ spjegazzjoni testwali:

Il-prestazzjoni tintwera wara t-tnaqqis tal-imposti kurrenti. Kwalunkwe imposta fuq id-dħul u l-ħruġ hija eskluża mill-kalkolu.’];

(e) 

indikazzjoni tas-sena li fiha l-fond, il-kompartiment jew il-klassi ta’ ishma bdew jeżistu;

(f) 

jekk rilevanti indikazzjoni tal-munita li fiha tkun ġiet ikkalkulata l-prestazzjoni fl-imgħoddi.

10. L-informazzjoni ma għandu jkun fiha l-ebda rekord tal-prestazzjoni fil-passat għal kwalunkwe parti tas-sena kalendarja attwali.

L-użu ta’ parametru referenzjarju flimkien mal-prestazzjoni fil-passat

11. Meta it-taqsima intitolata ‘X’inhu dan il-prodott?’ tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija tirreferi għal xi parametru referenzjarju, kolonna li turi l-prestazzjoni ta’ dan il-parametru referenzjarju għandha tiġi inkluża fiċ-ċart maġenb kull waħda mill-kolonni li tkun qiegħda turi l-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS jew tal-AIFs. Dan japplika għall-UCITS jew l-AIFs li jkunu qed isegwu parametru referenzjarju kif ukoll għal dawk ġestiti b’referenza għall-parametru referenzjarju. L-UCITS jew il-AIF jitqies li qed jiġi ġestit b’referenza għall-parametru referenzjarju meta l-indiċi tal-parametru referenzjarju jkollu rwol fil-ġestjoni tal-UCITS jew tal-AIF, bħal pereżempju għall-kompożizzjoni tal-portafoll u/jew għall-miżuri ta’ prestazzjoni.

12. Għall-UCITS jew l-AIFs li ma jkollhomx data dwar il-prestazzjoni fil-passat tul il-ħames jew l-għaxar snin meħtieġa, il-parametru referenzjarju m’għandux jintwera għas-snin li fihom il-UCITS jew l-AIF ma kinux jeżistu.

13. Jekk l-UCITS jew l-AIF ikun ġestit b’referenza għal parametru referenzjarju kif imsemmi fil-punt 11 ta’ dan l-Anness, l-ispjegazzjonijiet testwali fil-punt 9 ta’ dan l-Anness għandhom jiġu ssupplimentati kif ġej b’ittri grassi:

Din iċ-ċart turi l-prestazzjoni tal-fond bħala t-telf jew il-qligħ perċentwali fis-sena tul l-aħħar [] snin apparagun tal-paramentru referenzjarju tiegħu.’;

Dan jista’ jgħinek tivvaluta kif il-fond ġie ġestit fil-passat u tqabblu mal-paramentru referenzjarju tiegħu.

Il-preżentazzjoni taċ-ċart bil-kolonni

14. Iċ-ċart bil-kolonni li tippreżenta l-prestazzjoni fil-passat għandha tkun konformi mal-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-iskala tal-assi Y taċ-ċart bil-kolonni għandha tkun lineari, mhux logaritmika;

(b) 

l-iskala għandha tiġi adattata għall-firxa ta’ kolonni murija u m’għandhiex tikkompressa l-kolonni li twassal biex il-varjazzjonijiet fir-redittu jsiru aktar diffiċli biex jintgħarfu;

(c) 

l-assi X għandu jkun issettjat fil-livell ta’ prestazzjoni ta’ 0 %;

(d) 

għandha tiżdied marka ma’ kull kolonna li tindika r-redittu li jkun inkiseb f’perċentwali;

(e) 

iċ-ċifri tal-prestazzjoni fil-passat għandhom jitqarrbu sa pożizzjoni deċimali waħda.

L-impatt u t-trattament ta’ tibdil materjali

15. Meta sseħħ bidla materjali fl-objettivi u fil-politika tal-investiment tal-UCITS jew tal-AIF waqt il-perjodu muri fiċ-ċart bil-kolonni imsemmija fil-punti minn 5 sa 10 ta’ dan l-Anness, il-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS jew tal-AIF qabel din il-bidla materjali għandha tkompli tintwera.

16. Il-perjodu ta’ qabel il-bidla materjali msemmija fil-punt 15 ta’ dan l-Anness għandu jkun indikat fiċ-ċart bil-kolonni u mmarkat bi twissija ċara li l-prestazzjoni kienet intlaħqet f’ċirkostanzi li m’għadhomx japplikaw.

Użu ta’ data ‘simulata’ għall-prestazzjoni fil-passat

17. Fil-każijiet kollha fejn il-prestazzjoni tkun ġiet simulata skont il-punt 3 ta’ dan l-Anness, fiċ-ċart bil-kolonni għandu jiġi ddivulgat b’mod prominenti li l-prestazzjoni ġiet simulata.

18. UCITS jew AIF li jibdel l-istatus legali tiegħu li madankollu jibqa’ stabbilit fl-istess Stat Membru għandu jibqa’ jżomm ir-reġistru tal-prestazzjoni tiegħu biss fejn l-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tivvaluta b’mod raġonevoli li l-bidla fl-istatus mhijiex sa taffettwa l-prestazzjoni tal-UCITS jew tal-AIF.

19. Fil-każ tal-fużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (p)(i) u (iii), tad-Direttiva 2009/65/KE, għandha tinżamm biss il-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS riċeventi.

20. Il-punt 19 ta’ dan l-Anness għandu japplika mutatis mutandis fil-każ ta’ fużjonijiet tal-AIFs.

Il-preżentazzjoni tal-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS jew l-AIFs ta’ alimentazzjoni

21. Il-preżentazzjoni tal-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS jew tal-AIF ta’ alimentazzjoni għandha tkun speċifika għall-UCITS jew l-AIF ta’ alimentazzjoni, u ma għandhiex tirriproduċi r-rekord tal-prestazzjoni tal-UCITS jew tal-AIF prinċipali.

22. Il-punt 21 ta’ dan l-Anness ma għandux japplika meta:

(a) 

il-UCITS jew l-AIF ta’ alimentazzjoni juru l-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS jew tal-AIF prinċipali tagħhom bħala parametru referenzjarju; jew

(b) 

meta l-UCITS jew l-AIF ta’ alimentazzjoni jkun tnieda bħala UCITS jew AIF ta’ alimentazzjoni f’data aktar tard mill-UCITS jew mill-AIF prinċipali, u meta il-kundizzjonijiet tal-punt 3 ta’ dan l-Anness ikunu ssodisfati, u meta tintwera prestazzjoni simulata għas-snin qabel mal-UCITS jew l-AIF ta’ alimentazzjoni kienu jeżistu, abbażi tal-prestazzjoni fil-passat tal-UCITS jew l-AIF prinċipali; jew

(c) 

meta l-UCITS ta’ alimentazzjoni jkollha rekord tal-prestazzjoni fil-passat minn qabel id-data li fiha tkun bdiet topera bħala UCITS ta’ alimentazzjoni, bir-rekord tagħha stess għas-snin rilevanti jibqa’ jidher fiċ-ċart bil-kolonni, bil-bidla materjali mmarkata kif meħtieġ skont il-punt 16 ta’ dan l-Anness.

Il-preżentazzjoni tal-prestazzjoni fil-passat ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni marbuta ma’ unitajiet

23. Il-punti minn 5 sa 16 ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni marbuta ma’ unitajiet. Il-preżentazzjoni għandha tkun konformi jew mad-deskrizzjoni tal-impatt tal-primjum tar-riskju bijometriku jew mal-parti tal-kost tal-primjum tar-riskju bijometriku fuq ir-redditu mill-investiment imsemmi fl-Artikolu 2(4).



( *1 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).”;

( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi tal-investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014, (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2014 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta’ maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 18).