02021R0810 — MT — 21.05.2021 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►C1 REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/810 tal-20 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 rigward id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti sustanzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/657/KE ◄ (ĠU L 180 21.5.2021, p. 112) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/810
tal-20 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 rigward id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti sustanzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/657/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2021/808 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 7
Tħassir u miżuri tranżizzjonali
Id-Deċiżjonijiet 2002/657/KE u 98/179/KE jitħassru mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Madankollu, sal-10 ta’ Ġunju 2026, ir-rekwiżiti stipulati fil-punti 2 u 3 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2002/657/KE għandhom jibqgħu japplikaw għall-metodi, li ġew ivvalidati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Għall-finijiet imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/1871, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/657/KE għandu jibqa’ japplika sas-27 ta’ Novembru 2022.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.