02021R0520 — MT — 02.07.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/520 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (ĠU L 104 25.3.2021, p. 39) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1064 tat-28 ta’ Ġunju 2021 |
L 229 |
8 |
29.6.2021 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/520
tal-24 ta’ Marzu 2021
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-Istati Membri ( 1 ) dwar:
l-iskadenzi għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-operaturi għar-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma f’bażijiet tad-data kompjuterizzati;
aċċess uniformi għad-data li tinsab fil-bażijiet tad-data kompjuterizzati ta’ annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli operazzjonali ta’ tali bażijiet tad-data;
il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tekniċi għall-iskambju ta’ data elettronika fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma bejn il-bażijiet tad-data kompjuterizzati tal-Istati Membri u r-rikonoxximent tal-operabbiltà sħiħa ta’ sistema ta’ skambju ta’ data;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-formati u d-disinn għall-mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma;
ir-rekwiżiti tekniċi għall-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-psittacidae miżmuma;
il-perjodi ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma li twieldu fl-Unjoni jew wara li dawk l-annimali jkunu daħlu fl-Unjoni;
il-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi u ċervidi miżmuma;
it-tneħħija, il-modifika u s-sostituzzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma u l-iskadenzi għal tali operazzjonijiet;
miżuri tranżitorji dwar l-approvazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu applikati d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035.
Kapitolu 2
Bażijiet tad-Data Kompjuterizzati
Artikolu 3
Skadenzi u proċeduri għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-operaturi għar-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ żmien massimu biex tittrażmetti l-informazzjoni dwar il-movimenti msemmija fil-paragrafu 1 sa 14-il jum wara l-movimenti ta’ annimali bovini fl-istess Stat Membru minn stabbilimenti tal-oriġini għal stabbilimenti tal-mergħat reġistrati li jinsabu f’żoni muntanjużi għar-ragħa. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li taċċetta listi tal-annimali bovini soġġetti għal movimenti lejn stabbilimenti tal-mergħat reġistrati mill-operaturi ta’ dawk l-istabbilimenti. Dawk il-listi għandhom jinkludu:
in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-mergħat reġistrat;
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali;
in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-oriġini;
id-data tal-wasla tal-annimali fl-istabbiliment tal-mergħa rreġistrat;
id-data stmata tat-tluq tal-annimali mill-istabbiliment tal-mergħat reġistrat.
Artikolu 4
Aċċess uniformi għad-data li tinsab fil-bażijiet tad-data kompjuterizzati ta’ annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi li jżommu annimali bovini, ovini, kaprini u porċini jkollhom, fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas, mill-inqas aċċess ta’ qari biss għal minimu ta’ informazzjoni relatata mal-istabbilimenti tagħhom li tinsab fil-bażijiet tad-data kompjuterizzati msemmija fl-Artikolu 109(1)(a) sa (c) tar-Regolament (UE) 2016/429.
Artikolu 5
Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bażijiet tad-data kompjuterizzati ta’ annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażijiet tad-data kompjuterizzati ta’ annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma msemmija fl-Artikolu 109(1)(a) sa (c) tar-Regolament (UE) 2016/429 huma stabbiliti b’tali mod li l-informazzjoni reġistrata f’dawk il-bażijiet tad-data tkun tista’ tiġi skambjata bejn bażijiet tad-data kompjuterizzati tal-Istati Membri fil-format stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Regoli operazzjonali ta’ bażijiet tad-data kompjuterizzati ta’ annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jiżguraw li l-bażijiet tad-data kompjuterizzati tal-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma msemmija fl-Artikolu 109(1)(a) sa (c) tar-Regolament (UE) 2016/429 ikomplu joperaw quddiem xkiel potenzjali. Dawk il-miżuri għandhom jiggarantixxu wkoll is-sigurtà, l-integrità u l-awtentiċità tal-informazzjoni reġistrata f’tali bażijiet tad-data.
Artikolu 7
Kundizzjonijiet u modalitajiet tekniċi għall-iskambju elettroniku ta’ data dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma bejn il-bażijiet tad-data kompjuterizzati tal-Istati Membri
Artikolu 8
Rikonoxximent tal-operabbiltà sħiħa ta’ sistema għall-iskambju elettroniku ta’ data dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma bejn il-bażijiet tad-data kompjuterizzati tal-Istati Membri
KAPITOLU 3
MEZZI TA’ IDENTIFIKAZZJONI
Artikolu 9
Speċifikazzjonijiet tekniċi, formati u disinn għall-mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma
B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tapprova l-użu ta’ ċombiet tal-widna elettroniċi bħala mezz ta’ identifikazzjoni ta’ annimali porċini miżmuma, jekk dawk il-mezzi ta’ identifikazzjoni jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Istat Membru fejn jinżammu l-annimali porċini, u juru b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’:
l-istabbiliment tat-twelid tal-annimali; jew
l-aħħar stabbiliment tal-katina tal-provvista msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035, meta dawk l-annimali jiġu mċaqalqa lejn stabbiliment barra minn dik il-katina tal-provvista.
Artikolu 10
Speċifikazzjonijiet tekniċi, formati u disinn għall-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-psittacidae miżmuma
L-operaturi li jżommu l-psittacidae għandhom jiżguraw li:
iċ-ċurkett fis-sieq imsemmi fl-Artikolu 76(1)(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
it-tattoo msemmi fl-Artikolu 76(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jiżgura marka li ma titħassarx u li tkun tista’ tinqara kif xieraq.
Artikolu 11
Regoli operazzjonali għall-approvazzjoni ta’ identifikaturi elettroniċi ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma u l-psittacidae
Artikolu 12
Konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi u ċervidi miżmuma
Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, kamelidi u ċervidi miżmuma għandu jkun kif ġej:
l-ewwel element tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni għandu jkun il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru fejn il-mezz ta’ identifikazzjoni jkun ġie applikat għall-ewwel darba għall-annimali, fil-format ta’:
il-kodiċi b’żewġ ittri f’konformità mal-istandard ISO 3166–1 alpha–2, ħlief għall-Greċja, li għaliha għandu jintuża l-kodiċi b’żewġ ittri “EL”, u għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, li għaliha għandu jintuża l-kodiċi b’żewġ ittri “XI”; jew
il-kodiċi tal-pajjiż bi tliet ċifri f’konformità mal-istandard ISO 3166–1 numeriku, ħlief għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, li għalih għandu jintuża “899”;
it-tieni element tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni għandu jkun kodiċi uniku għal kull annimal li ma jaqbiżx it-12-il karattru numeriku.
Artikolu 13
Perjodi ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini miżmuma
B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-operaturi biex jestendu l-perjodu ta’ żmien massimu msemmi fil-paragrafu 1 sa 9 xhur, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali:
jkunu mrobbija f’kundizzjonijiet estensivi, bl-għoġġiela jibqgħu ma’ ommhom;
ma jkunux imdorrija jkollhom kuntatt regolari mal-bnedmin;
iż-żona fejn jinżammu l-annimali, tiżgura livell għoli ta’ iżolament tal-annimali;
l-estensjoni ma tikkompromettix it-traċċabbiltà tal-annimali.
L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal reġjuni ġeografiċi partikolari jew għal speċijiet jew razez speċifiċi ta’ annimali bovini miżmuma.
Artikolu 14
Perjodi ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma
Artikolu 15
Perjodi ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali porċini miżmuma
Artikolu 16
Perjodi ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali kamelidi u ċervidi miżmuma
B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi li jżommu annimali ċervidi mir-rekwiżiti fil-paragrafu 1, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali:
jkunu mrobbija f’kundizzjonijiet estensivi;
ma jkunux imdorrija jkollhom kuntatt regolari mal-bnedmin;
iż-żona fejn jinżammu l-annimali, tiżgura livell għoli ta’ iżolament tal-annimali;
l-eżenzjoni ma tikkompromettix it-traċċabbiltà tal-annimali.
Artikolu 17
Perjodi ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni
Artikolu 18
It-tneħħija u l-modifika ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma
L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza biss lill-operaturi biex ineħħu jew jimmodifikaw il-mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma jekk it-tneħħija jew il-modifika ma tikkompromettix it-traċċabbiltà tal-annimali, inkluża t-traċċabbiltà tal-istabbiliment li fih ikunu twieldu, u jekk l-identifikazzjoni individwali tal-annimali, jekk applikabbli, tibqa’ possibbli.
Artikolu 19
Sostituzzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma u skadenzi għal tali operazzjonijiet
Is-sostituzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi awtorizzata kif ġej:
meta l-annimali jkunu ġew identifikati b’żewġ mezzi ta’ identifikazzjoni u wieħed minn dawk il-mezzi ta’ identifikazzjoni jkun sar illeġibbli jew ikun intilef, sakemm il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali jibqa’ l-istess u jkompli jaqbel mal-kodiċi dwar il-mezzi ta’ identifikazzjoni li jifdal;
meta l-annimali jkunu ġew identifikati b’mezz wieħed jew tnejn ta’ identifikazzjoni li juru l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali u dawk il-mezzi ta’ identifikazzjoni jkunu saru illeġibbli jew ikunu ntilfu, sakemm jibqa’ possibbli li jiġi ddeterminat il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali b’ċertezza raġonevoli u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali jibqa’ l-istess;
meta annimali ovini, kaprini jew porċini miżmuma jkunu ġew identifikati permezz ta’ mezz ta’ identifikazzjoni li juri n-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’ stabbiliment u dak il-mezz ta’ identifikazzjoni jkun sar illeġibbli jew ikun intilef, sakemm jibqa’ possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza raġonevoli l-istabbiliment tat-twelid tal-annimali jew, jekk applikabbli, l-aħħar stabbiliment tal-katina tal-provvista, u li l-mezz ta’ identifikazzjoni ta’ sostituzzjoni juri n-numru ta’ reġistrazzjoni uniku ta’ dak l-istabbiliment jew, jekk applikabbli, dak l-aħħar stabbiliment.
fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma, tista’ tiġi awtorizzata s-sostituzzjoni tal-mezzi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) b’mezzi ġodda ta’ identifikazzjoni li juru kodiċi ta’ identifikazzjoni ġdid, sakemm it-traċċabbiltà ma tiġix kompromessa.
KAPITOLU 4
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 20
Miżuri tranżitorji rigward l-approvazzjonijiet ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni
B’deroga mill-Artikoli 9, 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament, għal perjodu tranżitorju li jintemm fl-20 ta’ April 2023, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw il-mezzi ta’ identifikazzjoni approvati qabel il-21 ta’ April 2021 skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1760/2000 u (KE) Nru 21/2004 u d-Direttiva 2008/71/KE, kif ukoll l-atti adottati abbażi ta’ dawk ir-Regolamenti u dik id-Direttiva.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-formati tal-informazzjoni fil-bażijiet tad-data kompjuterizzati tal-annimali bovini, ovini, kaprini u porċini miżmuma
Tip ta’ informazzjoni |
Deskrizzjoni |
Format |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimal |
Kodiċi tal-pajjiż |
Waħda mill-għażliet li ġejjin: Kodiċi bl-ittri: Kodiċi tal-ISO 3166-1 alpha-2 (1) Kodiċi numeriku: Kodiċi numeriku tal-ISO 3166–1 |
Kodiċi uniku għal kull annimal |
12-il karattru numeriku |
|
Identifikatur elettroniku (fakultattiv) |
|
Waħda mill-għażliet li ġejjin: — Ċomba tal-widna elettronika — Bolus ruminali — Transponder injettabbli — Faxxa tal-pastur elettronika |
Numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbiliment |
|
Kodiċi tal-pajjiż segwit minn 12-il karattru alfanumeriku |
Isem l-operatur tal-istabbiliment |
|
140 karattru alfanumeriku |
L-indirizz tal-operatur tal-istabbiliment |
Isem it-triq u n-numru tad-dar |
140 karattru alfanumeriku |
Kodiċi postali |
10 karattri alfanumeriċi |
|
Belt |
35 karattru alfanumeriku |
|
Data |
|
Data (SSSS-XX-JJ) |
Għadd totali ta’ annimali |
|
15-il karattru numeriku |
(1)
Ħlief fil-każ tal-Greċja, fejn għandu jintuża l-kodiċi biż-żewġ ittri “EL”. |
ANNESS II
IL-PARTI 1
Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi, ċervidi u psittacidae miżmuma
1. Il-mezzi tal-identifikazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (f) u (h) tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi, ċervidi u psittacidae miżmuma għandhom ikunu:
mhux riutilizzabbli;
magħmulin minn materjal li ma jiddegradax;
li ma jistgħux jiġu ffalsifikati;
jibqgħu jinqraw faċilment tul il-ħajja tal-annimali;
magħmulin b’mod li jistgħu jibqgħu mwaħħlin mal-annimali mingħajr ma jagħmlulhom ħsara;
jitneħħew faċilment mill-katina alimentari.
2. Il-mezzi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 1 għandhom juru wieħed minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin b’mod viżibbli, li jista’ jinqara faċilment, u li ma jitħassar qatt:
l-ewwel u t-tieni elementi tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 12;
in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-istabbiliment fejn jinżammu l-annimali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035; jew
il-kodiċi alfanumeriku msemmi fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035.
3. Il-mezzi ta’ identifikazzjoni msemmija fil-punt 1 jista’ jkun fihom informazzjoni oħra wkoll jekk dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti, u dejjem jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 2.
IL-PARTI 2
Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-mezzi ta’ identifikazzjoni elettroniċi tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, kamelidi u ċervidi miżmuma
1. L-identifikaturi elettroniċi msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 għandhom juru l-ewwel element tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali, din tkun it-tliet ċifri tal-kodiċi tal-pajjiż u t-tieni element fil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 12.
2. L-identifikaturi elettroniċi msemmijin fil-punt 1 għandhom ikunu:
transponders passivi li jinqraw biss, li jużaw it-teknoloġija HDX jew FDX-B, u li jikkonformaw mal-istandards tal-ISO 11784 u 11785; u
li jinqraw permezz ta’ apparati li jikkonformaw mal-istandard tal-ISO 11785 u li huma kapaċi jaqraw it-transponders HDX u FDX-B.
3. L-identifikaturi elettroniċi msemmija fil-punt 1 għandhom ikunu jistgħu jinqraw mid-distanzi minimi li jidhru hawn taħt:
għall-annimali bovini miżmuma:
12-il ċentimetru għaċ-ċombi tal-widnejn meta jinqraw b’apparat tal-qari li jinġarr;
15-il ċentimetru għat-transponders injettabbli; meta jinqraw b’apparat tal-qari li jinġarr;
25 ċentimetru għall-boluses ruminali meta jinqraw b’apparat tal-qari li jinġarr;
80 ċentimetru għall-identifikaturi elettroniċi kollha meta jinqraw b’apparat tal-qari stazzjonarju;
għall-annimali ovini u kaprini miżmuma:
12-il ċentimetru għaċ-ċombi tal-widnejn u għall-faxex tal-pastur meta jinqraw b’apparat tal-qari li jinġarr;
20 ċentimetru għall-boluses ruminali u għat-trasponders injettabbli meta jinqraw b’apparat tal-qari li jinġarr;
50 ċentimetru għall-identifikaturi elettroniċi kollha meta jinqraw b’apparat tal-qari stazzjonarju.
4. L-identifikaturi elettroniċi msemmija fil-punt 1 għandhom ikunu ġew ittestjati u taw riżultat tajjeb rigward:
il-konformità mal-istandards tal-ISO 11784 u 11785 f’konformità mal-metodu msemmi fil-punt 7 tal-istandard tal-ISO 24631-1; u
il-prestazzjoni minima għad-distanzi tal-qari msemmija fil-punt 3 ta’ din il-Parti, f’konformità mal-metodu msemmi fil-punt 7 tal-istandard tal-ISO 24631-3.
( 1 ) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jew għall-Unjoni jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.