02020R1395 — MT — 26.05.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1395

tal-5 ta’ Ottubru 2020

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għas-simna, l-awtorizzazzjoni tiegħu għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 ( ►M1  detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH ◄ )

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 324 6.10.2020, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/733 tal-5 ta’ Mejju 2021

  L 158

11

6.5.2021




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1395

tal-5 ta’ Ottubru 2020

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għas-simna, l-awtorizzazzjoni tiegħu għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 ( ►M1  detentur tal-awtorizzazzjoni Evonik Operations GmbH ◄ )

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali” għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, u għall-istess kategorija u grupp funzjonali bħal dawk tat-tiġieġ għas-simna soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali.

4b1822

►M1  Evonik Operations GmbH ◄

Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tal-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 li fih minimu ta’:

— 1 × 109 CFU/g addittiv

Forom solidi

Tiġieġ għas-simna

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

1 × 109

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.  Jista’ jintuża fl-għalf li jkun fih il-koċċidjostati permessi: diklażuril, sodju tal-monensina, jew nikarbażina.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista’ jkun b’tali proċeduri u miżuri, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż protezzjoni għan-nifs, nuċċali u ingwanti, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel.

26.10.2030

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tat-triptonju tas-sojja (EN 15 784 )

Identifikazzjoni: metodu tal-elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

(1)   

Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports