02020R0466 — MT — 02.10.2020 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/466

tat-30 ta’ Marzu 2020

dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 098 31.3.2020, p. 30)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/714 tat-28 ta’ Mejju 2020

  L 167

6

29.5.2020

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1087 tat-23 ta’ Lulju 2020

  L 239

12

24.7.2020

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1341 tat-28 ta’ Settembru 2020

  L 314

2

29.9.2020




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/466

tat-30 ta’ Marzu 2020

dwar miżuri temporanji biex jiġu limitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali matul ċertu tfixkil serju tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri minħabba l-marda tal-coronavirus (il-COVID-19)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri temporanji meħtieġa biex jiġu limitati r-riskji mifruxa għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali sabiex jiġi indirizzat it-tfixkil serju fil-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri fid-dawl tal-kriżi marbuta mal-COVID-19.

Artikolu 2

L-Istati Membri li jixtiequ japplikaw il-miżuri temporanji stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan, kif ukoll bil-miżuri li jkunu ħadu biex jirrimedjaw id-diffikultajiet li jkollhom fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra skont ir-Regolament (UE) 2017/625.

▼M2 —————

▼M1

Artikolu 4

1.  B’mod eċċezzjonali, il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali oħra marbutin maċ-ċertifikati uffiċjali u mal-attestazzjonijiet uffiċjali jistgħu jitwettqu:

(a) 

fuq kopja tal-oriġinal ta’ dawn iċ-ċertifikati jew attestazzjonijiet, li tkun disponibbli elettronikament, diment li l-persuna responsabbli mill-preżentazzjoni taċ-ċertifikat uffiċjali jew tal-attestazzjoni uffiċjali tippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti li fiha tafferma li ċ-ċertifikat uffiċjali jew l-attestazzjoni uffiċjali oriġinali se jiġu ppreżentati hekk kif ikun teknikament fattibbli, jew

(b) 

fuq data elettronika minn ċertifikati jew attestazzjonijiet bħal dawn, meta din id-data tkun ġiet prodotta u ppreżentata mill-awtorità kompetenti fis-sistema TRACES.

2.  Hija u twettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tqis ir-riskju ta’ nonkonformità tal-annimali u tal-oġġetti kkonċernati u r-rekord ta’ qabel tal-operaturi fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuqhom u fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

▼B

Artikolu 5

Il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra jistgħu jitwettqu b’mod eċċezzjonali:

▼M2 —————

▼B

(b) 

fil-każ ta’ laqgħat fiżiċi mal-operaturi u mal-persunal tagħhom fil-kuntest tal-metodi u tat-tekniki għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/625, permezz tal-mezzi disponibbli ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M2

Għandu japplika ►M3  sal-1 ta’ Frar 2021 ◄ .

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.