02020R0464 — MT — 15.12.2020 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/464

tas-26 ta’ Marzu 2020

li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 098 31.3.2020, p. 2)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2042 tal-11 ta’ Diċembru 2020

  L 420

9

14.12.2020




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/464

tas-26 ta’ Marzu 2020

li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

KONVERŻJONI

Artikolu 1

Dokumenti li jridu jiġu pprovduti għar-rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu preċedenti

1.  
Għall-fini tal-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-operatur għandu jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u li fih l-azjenda tal-operatur hija soġġetta għas-sistema ta’ kontroll, id-dokumenti uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti li juru li l-irqajja’ tal-art li għalihom huwa mitlub ir-rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu preċedenti kienu soġġetti għal miżuri li kienu ddefiniti fi programm implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u li l-ebda prodott jew sustanza ħlief dawk awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika ma ntużaw fuq dawk l-irqajja’ tal-art.
2.  

Għall-fini tal-punt (b) tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-operatur għandu jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u li fih l-azjenda tal-operatur hija soġġetta għas-sistema ta’ kontroll, id-dokumenti li ġejjin li juru li l-irqajja’ tal-art kienu żoni naturali jew agrikoli li, għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, ma kinux ittrattati bi prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont ir-Regolament (UE) 2018/848:

(a) 

mapep li jidentifikaw b’mod ċar kull roqgħa art koperta mit-talba għal rikonoxximent retroattiv, u informazzjoni dwar is-superfiċje totali ta’ dawk l-irqajja’ tal-art, u jekk rilevanti, dwar in-natura u l-volum tal-produzzjoni li għaddejja u, fejn disponibbli, il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni tagħhom;

(b) 

l-analiżi tar-riskju dettaljata mwettqa mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll biex jivvaluta jekk kwalunkwe roqgħa art koperta mit-talba għal rikonoxximent retroattiv kinitx ittrattata bi prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, b’mod partikolari fid-dawl tad-daqs tas-superfiċje totali li għalih tirreferi t-talba u l-prattiki agronomiċi mwettqa matul dak il-perjodu fuq kull roqgħa art soġġetta għat-talba;

(c) 

ir-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju mil-laboratorji akkreditati fuq il-kampjuni tal-ħamrija u/jew tal-pjanti meħuda mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll minn kull roqgħa art identifikata li tippreżenta r-riskju li tkun ikkontaminata b’riżultat ta’ trattament bi prodotti u sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika wara l-analiżi tar-riskju dettaljata msemmija fil-punt (b);

(d) 

rapport ta’ spezzjoni mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll wara spezzjoni fiżika tal-operatur għall-verifika tal-konsistenza tal-informazzjoni miġbura fuq l-irqajja’ tal-art koperti mit-talba għal rikonoxximent retroattiv;

(e) 

kull dokument rilevanti ieħor meqjus neċessarju mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll biex jivvalutaw it-talba għal rikonoxximent reċiproku;

(f) 

dikjarazzjoni finali bil-miktub tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li tindika jekk ir-rikonoxximent reċiproku ta’ perjodu preċedenti bħala parti mill-perjodu ta’ konverżjoni huwiex ġustifikat, u li tindika l-perjodu tal-bidu meqjus bħala organiku għal kull roqgħa art ikkonċernata kif ukoll is-superfiċje totali tal-irqajja’ tal-art li qed jibbenefikaw minn rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu.



KAPITOLU II

BHEJJEM



TAQSIMA 1

ANNIMALI BOVINI, ANNIMALI OVINI, ANNIMALI KAPRINI U ANNIMALI EKWINI

Artikolu 2

Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm

Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ annimali li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun:

(a) 

90 jum wara t-twelid għal annimali bovini u annimali ekwini;

(b) 

45 jum wara t-twelid għal annimali ovini u annimali kaprini.

Artikolu 3

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Għal annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I.

Artikolu 4

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tas-superfiċje minima għall-ispazju fuq ġewwa

Mill-inqas nofs is-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti I tal-Anness I għal annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini għandu jikkonsisti minn kostruzzjoni solida, jiġifieri, mhux minn kostruzzjoni f’għamla ta’ gradilja jew grilja.



TAQSIMA 2

ANNIMALI ĊERVINI

Artikolu 5

Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm

Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ annimali ċervini li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 90 jum wara t-twelid.

Artikolu 6

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq barra

Għal annimali ċervini, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I.

Artikolu 7

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra

1.  
L-annimali ċervini għandhom jinżammu fi spazji magħluqa jew imqajjel fuq barra li jipprovdu mergħa kull meta l-kundizzjonijiet jippermettu.
2.  
L-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għandhom ikunu mibnija b’mod li l-ispeċijiet differenti ta’ annimali ċervini jkunu jistgħu jiġu separati jekk dan ikun meħtieġ.
3.  
Kull spazju magħluq jew maqjel fuq barra għandu jkun jew diviżibbli f’żewġ żoni jew adjaċenti għal spazju magħluq jew maqjel fuq barra ieħor, sabiex il-miżuri ta’ manutenzjoni jkunu jistgħu jitwettqu fuq kull żona jew kull spazju magħluq jew maqjel fuq barra suċċessivament.

Artikolu 8

Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-faċilitajiet protetti u l-ispazji fil-miftuħ

1.  
Faċilitajiet ta’ protezzjoni viżiva u mit-temp għandhom jiġu pprovduti lill-annimali ċervini preferibbilment permezz ta’ postijiet tal-kenn naturali, bħall-inklużjoni ta’ gruppi ta’ siġar u arbuxxelli, partijiet ta’ foresti jew il-borduri ta’ boskijiet fl-ispazju magħluq jew il-maqjel fuq barra; jekk dan ma jkunx fattibbli sa livell suffiċjenti s-sena kollha, għandhom jiġu pprovduti postijiet tal-kenn artifiċjali bis-saqaf.
2.  
L-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għall-annimali ċervini għandhom ikunu mgħammra b’faċilitajiet jew koperti b’veġetazzjoni li jippermettu lill-annimali jogħrku l-bellus mill-qarn imsaġġar tagħhom.
3.  
Fl-aħħar stadju tat-tqala u ġimagħtejn wara t-twelid, l-annimali ċervini nisa għandu jkollhom aċċess għal żoni koperti minn veġetazzjoni li jippermettu li dawn jaħbu l-għoġġiela tagħhom.
4.  
Iċ-ċnut madwar l-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għandhom ikunu mibnija b’mod li l-annimali ċervini ma jistgħux jaħarbu.



TAQSIMA 3

ĦNIEŻER

Artikolu 9

Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm

Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ ħnieżer li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 40 jum wara t-twelid.

Artikolu 10

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Għall-ħnieżer, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti III tal-Anness I.

Artikolu 11

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tas-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Mill-inqas nofs is-superfiċje minima kemm tal-ispazju fuq ġewwa kif ukoll ta’ dak fuq barra kif stabbilit fil-Parti III tal-Annes I għandu jikkonsisti minn kostruzzjoni solida, jiġifieri mhux kostruzzjoni f’għamla ta’ gradilja jew grilja.

Artikolu 12

Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ

1.  
L-ispazji fil-miftuħ għandhom ikunu attraenti għall-ħnieżer. Fejn possibbli, għandha tingħata preferenza lil għelieqi bis-siġar jew foresti.
2.  
L-ispazji fil-miftuħ għandhom jipprovdu l-klima ta’ barra kif ukoll aċċess għal postijiet tal-kenn u mezzi li jippermettu r-regolazzjoni tat-temperatura tal-ġisem tal-ħnieżer.



TAQSIMA 4

TJUR

Artikolu 13

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“tjur tas-simna” tfisser tjur maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam;

(b) 

“qatgħa” fil-kuntest ta’ kompartimenti fil-gallinari tfisser grupp ta’ għasafar li jinżammu flimkien li ma jkunux imħalltin ma’ speċijiet ta’ tjur oħra, u bl-ispazji fuq ġewwa u fuq barra ddedikati għalihom;

(c) 

“serduq” tfisser tiġieġa raġel ta’ razez ta’ tiġieġ tal-bajd maħsub għall-produzzjoni tal-laħam;

(d) 

“tiġieġa tas-simna” tfisser Gallus gallus mara maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam u li tinqatel meta jkollha mill-inqas 120 jum.

Artikolu 14

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Għat-tjur, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness I.

Artikolu 15

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-gallinari

1.  

Il-gallinari għandhom ikunu mibnija b’tali mod li l-għasafar kollha jkollhom aċċess faċli għall-ispazji fil-miftuħ. F’dan il-każ, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) 

il-fruntiera esterna tal-gallinar għandu jkollha toqob għall-ħruġ/dħul li jagħtu aċċess dirett għall-ispazji fil-miftuħ;

(b) 

kull toqba tal-ħruġ/dħul għandha tkun ta’ daqs xieraq għall-għasafar;

(c) 

l-għasafar għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw it-toqob mingħajr ebda ostaklu;

(d) 

it-toqob mill-fruntiera esterna tal-gallinar għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 4 m għal kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar;

(e) 

fejn it-toqob ikunu elevati, għandha tiġi pprovduta rampa.

2.  

Għal gallinari bil-verandi, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) 

il-fruntiera esterna kemm mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda u mill-veranda għall-ispazju fil-miftuħ għandu jkollha toqob għall-ħruġ/dħul li jippermettu aċċess faċli rispettivament għall-veranda u għall-ispazju fil-miftuħ;

(b) 

it-toqob mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 2 m kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar, u t-toqob mill-veranda għall-ispazju fil-beraħ għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 4 m kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima ta’ ġewwa tal-gallinar;

(c) 

l-ispazju utli tal-veranda ma għandux jitqies għall-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I. Madankollu, parti addizzjonali, fuq barra u bis-saqaf, ta’ binja intiża għat-tjur, iżolata b’mod li ma jkollhiex klima ta’ barra, tista’ titqies għall-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima taż-żoni fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

tkun aċċessibbli 24 siegħa kuljum;

(ii) 

tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 1.6.1 u 1.6.3 tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848;

(iii) 

tikkonforma mal-istess rekwiżiti għat-toqob kif stabbilit għall-verandi fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d) 

l-ispazju utli tal-veranda ma għandux jiġi inkluż fl-ispazju utli totali tal-gallinari għat-tjur tas-simna kif imsemmi fil-punt 1.9.4.4(m) tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848.

3.  

Għall-gallinari suddiviżi f’kompartimenti separati sabiex jakkomodaw diversi qatgħat:

(a) 

il-kompartimenti għandhom jiżguraw li l-kuntatt ma’ qatgħat oħra jkun ristrett, u li l-għasafar minn qatgħat differenti ma jkunux jistgħu jitħalltu fil-gallinar;

(b) 

għandhom japplikaw id-daqsijiet tal-qatgħat massimi li ġejjin f’kompartiment uniku ta’ gallinar:

(i) 

3 000 ġenitur Gallus gallus;

(ii) 

10 000 għattuqa;

(iii) 

4 800 tajr tas-simna Gallus gallus;

(iv) 

2 500 ħasi;

(v) 

4 000 tiġieġa tas-simna;

(vi) 

2 500 dundjan;

(vii) 

2 500 wiżża;

(viii) 

3 200 papra ta’ Peking raġel jew 4 000 papra ta’ Peking mara;

(ix) 

3 200 papra Muscovy raġel jew 4 000 papra Muscovy mara;

(x) 

3 200 papra Mulard raġel jew 4 000 papra Mulard mara;

(xi) 

5 200 farawna;

(c) 

il-kompartimenti għandhom ikunu separati b’partizzjonijiet solidi għat-tjur tas-simna minbarra l-Gallus Gallus; partizzjoni solida bħal din għandha tiżgura separazzjoni fiżika sħiħa mill-art sas-saqaf tal-bini ta’ kull kompartiment tal-gallinar;

(d) 

il-kompartimenti għandhom ikunu separati b’partizzjonijiet solidi jew partizzjonijiet nofshom magħluqa jew xbieki jew xbieki mmaljati għal ġenituri tal-Gallus gallus, tiġieġ tal-bajd, għattuq, sriedaq u tjur tas-simna Gallus gallus.

4.  

Fil-gallinari jistgħu jintużaw sistemi b’ħafna livelli. Fejn jintużaw sistemi b’ħafna livelli, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) 

is-sistemi b’ħafna livelli jistgħu jintużaw biss għal ġenituri tal-Gallus gallus, tiġieġ tal-bajd, għattuq għal ġenituri futuri u sriedaq;

(b) 

sistemi b’ħafna livelli m’għandux ikollhom iktar minn tliet livelli ta’ spazju utli inkluż is-sular t’isfel;

(c) 

il-livelli elevati għandhom jiġu mibnija b’mod li jevitaw li jaqa’ l-ħmieġ fuq l-għasafar li jinsabu isfel, u għandhom ikunu mgħammra b’sistema effiċjenti għat-tneħħija tad-demel;

(d) 

il-livelli kollha għandhom jippermettu spezzjoni faċli tal-għasafar;

(e) 

is-sistemi b’ħafna livelli għandhom jiżguraw li l-għasafar kollha jistgħu jiċċaqilqu b’mod ħieles u faċilment għal-livelli differenti jew l-ispazji intermedji;

(f) 

is-sistemi b’ħafna livelli għandhom jiġu mibnija b’mod li jipprovdu aċċess ugwali u faċli għall-ispazji fil-beraħ għall-għasafar kollha.

5.  
Il-gallinari għandhom ikunu mgħammra b’perċi jew livelli elevanti fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn. Il-perċi jew il-livelli elevanti fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn għandhom jiġu pprovduti lill-għasafar minn età żgħira f’dimensjonijiet jew proporzjonijiet li huma proporzjonali għad-daqs tal-grupp u tal-għasafar kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I.
6.  
Gallinari mobbli jistgħu jintużaw għat-tjur sakemm dawn jiġu mċaqalqa b’mod regolari matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ veġetazzjoni għall-għasafar u mill-inqas bejn kull lott ta’ tjur. Id-densità tal-ħżin għat-tjur tas-simna stabbilita fit-Taqsimiet 4 sa 9 tal-Parti IV tal-Anness I tista’ tiġi miżjuda għal mhux iktar minn 30 kg ta’ piż ħaj/m2 sakemm is-superfiċje tas-sular t’isfel tal-gallinar mobbli ma taqbiżx il-150 m2.

Artikolu 16

Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ

1.  
L-ispazji fil-miftuħ għat-tjur għandhom ikunu attraenti għall-għasafar, u għandhom ikunu aċċessibbli kompletament għall-għasafar kollha.
2.  
Għall-gallinari suddiviżi f’kompartimenti separati sabiex jakkomodaw diversi qatgħat, l-ispazji fil-miftuħ li jikkorrispondu għal kull kompartiment għandhom ikunu separati, sabiex jiżguraw li l-kuntatt ma’ qatgħat oħra jkun ristrett u li l-għasafar minn qatgħat differenti ma jitħalltux.
3.  
L-ispazji fil-miftuħ għat-tjur għandhom ikunu koperti l-aktar b’veġetazzjoni magħmula minn firxa vasta ta’ pjanti.
4.  
L-ispazji fil-miftuħ għandhom jipprovdu lill-għasafar b’għadd suffiċjenti ta’ faċilitajiet protettivi jew postijiet tal-kenn jew arbuxxelli jew siġar distribwiti tul l-ispazji fil-miftuħ kollha, sabiex jiġi żgurat li l-għasafar ikunu qed jużaw l-ispazju fil-miftuħ kollu b’mod bilanċjat.
5.  
Il-veġetazzjoni fl-ispazju fil-miftuħ għandha ssir manutenzjoni regolari tagħha biex jitnaqqas il-potenzjal li jinġemgħu eċċessi ta’ nutrijenti.
6.  
L-ispazji fil-miftuħ m’għandhomx jestendu iktar minn radju ta’ 150 m mill-eqreb toqba tal-ħruġ/dħul tal-gallinar. Madankollu, hija permessa estensjoni ta’ mhux iktar minn 350 m mill-eqreb toqba tal-bini, sakemm ikun hemm għadd suffiċjenti ta’ postijiet għall-kenn mill-maltemp u mill-predaturi, imqassma b’mod indaqs tul l-ispazju fil-miftuħ kollu b’mhux inqas minn erba’ postijiet tal-kenn għal kull ettaru. Għall-wiżż, l-ispazju fil-miftuħ għandu jippermetti lill-għasafar jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom biex jieklu l-ħaxix.



TAQSIMA 5

FNIEK

Artikolu 17

Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm

Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ fniek li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 42 jum wara t-twelid.

Artikolu 18

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

Għall-fniek, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje aminim għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti V tal-Anness I.

Artikolu 19

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-akkomodazzjoni mobbli jew fissa

1.  
Matul l-istaġun tar-ragħa, il-fniek għandhom jinżammu f’akkomodazzjoni mobbli fuq mergħat jew f’akkomodazzjoni fissa b’aċċess biex jirgħu.
2.  
Barra mill-istaġun tar-ragħa, il-fniek għandhom jinżammu f’akkomodazzjoni fissa b’aċċess għal post fuq barra bil-veġetazzjoni fejn jistgħu jiġru, preferibbilment mergħa.
3.  
L-akkomodazzjoni mobbli fuq il-mergħat għandha tiġi mċaqalqa b’mod frekwenti sabiex jiġi żgurat l-użu massimu tal-mergħa, u għandha tiġi mibnija b’mod li jkun possibbli għall-fniek jirgħu il-mergħa fuq l-art.

Artikolu 20

Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra

1.  

L-ispazju fuq ġewwa f’akkomodazzjoni fissa u mobbli għandu jiġi mibni b’mod li:

(a) 

l-għoli tiegħu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-fniek kollha joqogħdu bilwieqfa bil-widnejn weqfin;

(b) 

ikun jista’ jakkomoda gruppi differenti ta’ fniek, u jippermetti l-preservazzjoni tal-integrità tal-popolazzjonijiet meta jiġu trasferiti għall-fażi tat-tismin;

(c) 

ikun possibbli li l-fniek u l-fenkiet tqal u riproduttivi jiġu separati mill-grupp għal raġunijiet speċifiċi ta’ benessri tal-annimali, u għal perjodu limitat sakemm dawn ikunu jistgħu jżommu kuntatt b’għajnejhom ma’ fniek oħrajn;

(d) 

ikun possibbli għall-fenka tiċċaqlaq ’il bogħod mill-bejta u terġa” lura fil-bejta biex tredda’ l-frieħ;

(e) 

jipprovdi:

(i) 

għadd suffiċjenti ta’ postijiet għall-kenn koperti li jinkludu postijiet mudlama fejn jinħbew għall-kategoriji kollha ta’ fniek;

(ii) 

aċċess għall-bejtiet għall-fenkiet kollha mill-inqas ġimgħa qabel id-data mistennija tat-twelid u mill-inqas sa tmiem il-perjodu tat-treddigħ tal-frieħ;

(iii) 

aċċess suffiċjenti għall-bejtiet għall-frieħ b’mill-inqas bejta waħda għal kull fenka li qed tredda’ bil-frieħ;

(iv) 

materjali li jippermettu lill-fniek igerrmu.

2.  

L-ispazju fuq barra f’faċilitajiet b’akkomodazzjoni fissa għandu jiġi mibni b’mod li:

(a) 

ikollu għadd suffiċjenti ta’ pjattaformi elevanti li jkunu distribwiti b’mod ugwali fuq is-superfiċje minima tiegħu;

(b) 

ikun imdawwar minn ċnut li huma għoljin u fondi biżżejjed biex jipprevjenu l-ħrib permezz ta’ qbiż jew tħaffir;

(c) 

jekk dan ikollu spazju fuq barra tal-konkrit, irid ikun hemm aċċess faċli għall-parti tal-ispazju fuq barra bil-veġetazzjoni fejn jistgħu jiġru. Mingħajr aċċess faċli bħal dan, is-superfiċje taż-żona tal-konkrit ma tistax tiġi inkluża fil-kalkolu tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq barra;

(d) 

jipprovdi:

(i) 

għadd suffiċjenti ta’ postijiet għall-kenn koperti, li jinkludu postijiet mudlama fejn jinħbew, għall-kategoriji kollha ta’ fniek;

(ii) 

materjali li jippermettu lill-fniek igerrmu.

Artikolu 21

Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ

1.  
Il-veġetazzjoni tal-ispazju fuq barra għall-ġiri għandha ssir manutenzjoni regolari tagħha u b’mod li tkun attraenti għall-fniek.
2.  
Matul l-istaġun tar-ragħa, għandha ssir newba regolari tal-mergħat, u għandhom jiġu ġġestiti b’mod li r-ragħa tal-fniek jiġi ottimizzat.



KAPITOLU III

ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA

Artikolu 22

Regoli dettaljati għall-annimali tal-akkwakultura għal kull speċi jew grupp ta’ speċijiet

L-operaturi li jipproduċu annimali tal-akkwakultura għandhom jikkonformaw mar-regoli dettaljati għal kull speċi jew għal kull grupp ta’ speċijiet stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tad-densità tal-ħżin u l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi ta’ produzzjoni u s-sistemi ta’ konteniment.



KAPITOLU IV

IKEL U GĦALF IPPROĊESSAT

Artikolu 23

Tekniki awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel

1.  
Huma awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel fil-produzzjoni organika biss it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/848, b’mod partikolari il-prinċipji speċifiċi rilevanti għall-ipproċessar tal-ikel organiku stabbiliti fl-Artikolu 7, mar-regoli rilevanti tal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament u mar-regoli tal-produzzjoni dettaljati stabbiliti għalihom fil-Parti IV tal-Anness II.
2.  

Mingħajr ħsara għall-punt 3 tal-Parti VI tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848, it-tekniki tal-iskambju tal-joni u tar-reżina tal-adsorbiment huma awtorizzati meta jintużaw għat-tħejjija ta’ materja prima organika:

(a) 

għall-prodotti imsemmija fil-punti (a) u (b), rispettivament, tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm l-użu ta’ dawk it-tekniki jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u l-atti adottati abbażi tal-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament għall-prodotti kkonċernati; jew

(b) 

għall-prodotti rregolati mid-Direttiva 2006/125/KE, sakemm l-użu ta’ dawk it-tekniki jkun meħtieġ biex jiġu sodisfati r-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

3.  
Meta Stat Membru jqis li teknika speċifika għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-konformità tagħha mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jew li ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ dik it-teknika jenħtieġ li jkunu inklużi f’dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni twettaq tali valutazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dossier li jagħti r-raġunijiet għal tali konformità jew dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, u għandu jiżgura li d-dossier isir disponibbli pubblikament, soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.  
Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dossier imsemmi fil-paragrafu 3. Jekk l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni tikkonkludi li t-teknika deskritta fid-dossier tikkonforma mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni espliċita tat-teknika msemmija fid-dossier, jew biex tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu speċifiċi tagħha f’dan ir-Regolament.
5.  
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-awtorizzazzjoni tat-tekniki għall-ipproċessar ta’ ikel organiku, inkluż id-deskrizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom kull meta ssir disponibbli jew tiġi pprovduta evidenza ġdida minn Stat Membru.

Artikolu 24

Tekniki awtorizzati għall-użu fl-ipproċessar tal-prodotti tal-għalf

1.  
Huma awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-għalf fil-produzzjoni organika biss it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/848, b’mod partikolari l-prinċipji speċifiċi rilevanti applikabbli għall-ipproċessar tal-għalf organiku stabbiliti fl-Artikolu 8; mar-regoli rilevanti tal-Kapitolu III għal dak ir-Regolament; u mar-regoli dettaljati tal-produzzjoni stabbiliti għalihom fil-Parti V tal-Anness II u li ma jirrikostitwixxux proprjetajiet li jintilfu fl-ipproċessar u l-ħżin tal-għalf organiku, li ma jikkoreġux ir-riżultati ta’ negliġenza fl-ipproċessar jew li ma jqarrqux dwar in-natura vera ta’ dawn il-prodotti.
2.  
Meta Stat Membru jqis li teknika speċifika għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-konformità tagħha mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jew li ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ dik it-teknika jenħtieġ li jkunu inklużi f’dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni twettaq tali valutazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dossier li jagħti r-raġunijiet għal tali konformità jew dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, u għandu jiżgura li d-dossier isir disponibbli pubblikament, soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dossier imsemmi fil-paragrafu 2. Jekk l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni tikkonkludi li t-teknika deskritta fid-dossier tikkonforma mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni espliċita tat-teknika msemmija fid-dossier, jew biex tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu speċifiċi tagħha f’dan ir-Regolament.
4.  
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-awtorizzazzjoni tat-tekniki għall-ipproċessar tal-għalf organiku, inkluż id-deskrizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom kull meta ssir disponibbli jew tiġi pprovduta evidenza ġdida minn Stat Membru.



KAPITOLU V

INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA D-DISPONIBBILTÀ FIS-SUQ TA’ MATERJAL RIPRODUTTIV TAL-PJANTI ORGANIKU U LI QED JIĠI KONVERTIT, ANNIMALI ORGANIĊI U FRIEĦ TAL-AKKWAKULTURA ORGANIĊI

Artikolu 25

Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 mill-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness III għal dan ir-Regolament.
2.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (b) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 li tikkonċerna d-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament u l-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II ta’ dak l-Anness skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti II tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
3.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (c) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 li tikkonċerna d-disponibbiltà fis-suq tal-Unjoni ta’ għalf tal-proteini organiku għat-tjur u l-ħnieżer, kif ukoll dwar l-awtorizzazzjoni mogħtija skont il-punti 1.9.3.1(c) u 1.9.4.2(c) tal-Parti II tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, fi tweġiba għal kwestjonarju sottomess kull sena mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.
4.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tiġi pprovduta fil-format u permezz tas-sistema li tkun disponibbli mill-Kummissjoni. ►M1  Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull sena sat-30 ta’ Ġunju, u għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2023 rigward is-sena 2022. ◄
5.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tkun inkluża fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament.



KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  
B’deroga mit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-ħnieżer f’faċilitajiet mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008 u li għalihom hija meħtieġa rikostruzzjoni maġġuri tal-faċilitajiet esterni sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżit li mill-inqas nofs is-superfiċje tal-ispazju fuq barra jikkonsisti minn kostruzzjoni solida kif stabbilit fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dak l-Artikolu ►M1  sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030 ◄ .
2.  
B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom hija meħtieġa rinnovazzjoni tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżit dwar it-tul ikkombinat għat-toqob minn fejn jgħaddu t-tjur mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dak il-punt ►M1  sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025 ◄ .
3.  
B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari b’parti fuq barra li ġew mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huwa meħtieġ tnaqqis maġġuri tad-densità tal-ħżin fuq ġewwa jew rinnovazzjoni tal-bini biex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċji minimi fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament filwaqt li jikkonformaw mal-punt (c) tal-Artikolu 15(2), għandhom jikkonformaw ma’ dawk id-dispożizzjonijiet ►M1  sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025 ◄ .
4.  
B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni b’gallinari mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom hija meħtieġa rinnovazzjoni tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew sostituzzjoni tat-tagħmir sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-partizzjoni solida stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 15(3) jew mar-rekwiżit dwar il-perċi jew il-livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda kif stabbilit fl-Artikolu 15(5) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dawk id-dispożizzjonijiet ►M1  sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025 ◄ .
5.  
B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari b’ħafna livelli mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huwa meħtieġ arranġament mill-ġdid maġġuri tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew sostituzzjoni tat-tagħmir sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar l-għadd massimu ta’ livelli u dwar is-sistema għat-tneħħija tad-demel kif stabbilit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dawk il-punti ►M1  sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030 ◄ .
6.  
B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari li għandhom spazji fil-miftuħ li jestendu iktar minn radju ta’ 150 m mill-eqreb toqba tal-ħruġ/dħul tal-gallinar mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huma meħtieġa adattamenti maġġuri tal-istruttura tal-faċilitajiet jew akkwist ta’ art addizzjonali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit dwar ir-radju massimu stabbilit fl-Artikolu 16(6) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dik id-dispożizzjoni ►M1  sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030 ◄ .
7.  
B’deroga mit-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għall-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni li jipproduċu għattuq f’faċilitajiet tat-tjur mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huma meħtieġa adattamenti maġġuri tal-istruttura tal-gallinari jew akkwist addizzjonali tal-art sabiex ikun hemm konformità mar-regoli tat-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw mad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-għattuq u s-sriedaq kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament ►M1  sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030 ◄ .

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

REGOLI DWAR ID-DENSITÀ TAL-ĦŻIN U S-SUPERFIĊJE MINIMA GĦALL-ISPAZJI FUQ ĠEWWA U FUQ BARRA GĦALL-BHEJJEM KIF IMSEMMI FIL-KAPITOLU II

Parti I: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazji fuq ġewwa u fuq barra għall-annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini kif imsemmi fl-Artikolu 3

1.   Annimali bovini:



 

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għall-annimali)

Spazju fuq barra

(spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa)

 

Piż ħaj minimu (f’kg)

m2/ras

m2/ras

 

Sa 100

1,5

1,1

Sa 200

2,5

1,9

Sa 350

4,0

3

Aktar minn 350

5 b’minimu ta’ 1 m2/100 kg

3,7 b’minimu ta’ 0,75 m2/100 kg

Baqar tal-ħalib

 

6

4,5

Barrin għat-tnissil

 

10

30

2.   Annimali ovini u annimali kaprini



 

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għall-annimali)

Spazju fuq barra

(spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa)

 

m2/ras

m2/ras

Nagħaġ

1,5

2,5

Ħrief

0,35

0,5

Mogħoż

1,5

2,5

Gidien

0,35

0,5

3.   Annimali ekwini



 

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għall-annimali)

Spazju fuq barra

(spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa)

 

Piż ħaj minimu (f’kg)

m2/ras [il-qies tal-boxes skont l-għoli taż-żwiemel]

m2/ras

It-trobbija u t-tismin ta’ annimali ekwini

Sa 100

1,5

1,1

Sa 200

2,5

1,9

Sa 350

4,0

3

Aktar minn 350

5 b’minimu ta’ 1 m2/100 kg

3,7 b’minimu ta’ 0,75 m2/100 kg

Parti II: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq barra għal annimali ċervini kif imsemmi fl-Artikolu 6



Annimali ċervini

speċijiet

Spazju minimu għal spazju fuq barra għal kull spazju magħluq jew maqjel

Densità tal-ħżin — għadd massimu ta’ annimali adulti (*1) kull ha

Ċerva sika

Cervus nippon

1 ha

15

Dajn

Dama dama

1 ha

15

Ċerv aħmar

Cervus elaphus

2 ha

7

Ċerva ta’ Père David

Elaphurus davidianus

2 ha

7

Iktar min speċi waħda ċervina

3 ha

7 fil-każ li ċ-ċerv aħmar jew iċ-ċerv ta’ Père David huma parti mill-merħla;

15 fil-każ li la ċ-ċerv aħmar u lanqas iċ-ċerv ta’ Père David m’huma parti mill-merħla

(*1)   

Żewġ annimali ċervini li għandhom sa 18-il xahar jgħoddu bħala annimal ċervin wieħed

Parti III: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-ħnieżer kif imsemmi fl-Artikolu 10



 

 

Spazju fuq ġewwa (l-ispazju utli disponibbli għall-ħnieżer ifisser il-qisien fuq ġewwa li jinkludu l-ħwat iżda jeskludu l-alimentaturi li fihom il-ħnieżer ma jistgħux jimteddu)

Spazju fuq barra

 

Piż ħaj minimu (f’kg)

m2/ras

m2/ras

Majjali tas-sejba bid-driefeġ sal-ftam

 

7,5 kull ħanżira

2,5

Ħnieżer tas-simna

Qżieqeż tal-ftama, ħnieżer tat-trobbija, ħnieżer qabel ir-refgħa, fħula tat-trobbija

Iktar minn 35 kg

0,6

0,4

Iktar minn 35 kg iżda mhux iktar minn 50 kg

0,8

0,6

Iktar minn 50 kg iżda mhux iktar minn 85 kg

1,1

0,8

Iktar minn 85 kg iżda mhux iktar minn 110 kg

1,3

1

Iktar minn 110 kg

1,5

1,2

Ħnieżer nisa tal-għalla

Majjali tqal wara l-ħalib

 

2,5

1,9

Ħnieżer irġiel tal-għalla

Faħal

 

6

10 jekk l-imqajjel jintużaw għat-tgħammir naturali

8

Parti IV: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għat-tjur kif imsemmi fl-Artikolu 14 u fl-Artikolu 15(2)(c) u (6) u perċi jew livelli elevati fejn jistgħu joqogħdu bilqiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 15(5)

1.   Ġenituri Gallus gallus maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd tat-tifqis għal tiġieġ tal-bajd futuri, u ġenituri Gallus gallus maħsuba għall-produzzjoni ta’ bajd tat-tifqis għall-Gallus gallus tas-simna futuri:



Età

≥ 18-il ġimgħa

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Għadd massimu ta’ għasafar riproduttivi kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

6

Perċi għal għasafar riproduttivi għal tiġieġ tal-bajd futuri

cm minimu ta’ perċa/għasfur

18

Bejtiet

7 għasafar nisa għal kull bejta jew fil-każ ta’ bejta komuni 120 cm2/għasfura

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq ġewwa

4

2.   Għattuq u sriedaq:



Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 10 cm/għasfur

jew

mill-inqas 100 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq ġewwa

1

3.   Tiġieġ tal-bajd inklużi razez bi skop doppju mrobbija għall-produzzjoni tal-laħam u tal-bajd:



Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Għadd massimu ta’ għasafar kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

6

Perċi

cm minimu ta’ perċa/għasfur

18

Bejtiet

7 tiġiġiet tal-bajd għal kull bejta jew fil-każ ta’ bejta komuni 120 cm2/tiġieġa tal-bajd

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

4

4.   Tajr tas-simna Gallus gallus:



Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur

jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra għal gallinari fissi

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

4

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra għal gallinari mobbli

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

2,5

5.   Tajr tas-simna Gallus gallus: ħosjien u tiġiġiet tas-simna:



Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur

jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

4

6.   Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Dundjani Meleagris gallopavo kkummerċjalizzati sħaħ għax-xiwi jew maħsuba għall-qtugħ f’porzjonijiet:



Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 10 cm/għasfur

jew mill-inqas 100 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

10

7.   Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Wiżż Anser anser domesticus:



Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

15

8.   Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Papri ta’ Peking Anas platyrhynchos domesticus, Papri Muscovy Cairina moschata u ibridi u Papri Mulard Cairina moschata × Anas platyrhynchos:



Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra

4,5

9.   Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Fargħuni Numida meleagris f. domestica:



Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa

Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar.

21 kg ta’ piż ħaj/m2

Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn

Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu

mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur

jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur

Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra

m2 minimu/għasfur tal-ispazju fuq barra

4

Parti V: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-fniek kif imsemmi fl-Artikolu 18

1.   Għall-ispazju fuq ġewwa



 

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras) għaż-żona tal-mistrieħ

Abitazzjoni fissa

Spazju fuq ġewwa

(spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras) għaż-żona tal-mistrieħ

Abitazzjoni mobbli

Fenkiet bil-frieħ sal-ftam

0,6 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa inqas minn 6 kg

0,72 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa iktar minn 6 kg

0,6 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa inqas minn 6 kg

0,72 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa iktar minn 6 kg

Fenkiet tqal u fenkiet riproduttivi

0,5 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa inqas minn 6 kg

0,62 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa iktar minn 6 kg

0,5 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa inqas minn 6 kg

0,62 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa iktar minn 6 kg

Fniek tas-simna mill-ftam sal-qtil

Fniek ta’ sostituzzjoni (tmiem tas-simna sa 6 xhur)

0,2

0,15

Fniek irġiel adulti

0,6

1 jekk il-fenek jirċievi fenkiet għat-tgħammir

0,6

1 jekk il-fenek jirċievi fenkiet għat-tgħammir

2.   Għal spazju fuq barra



 

Spazju fuq barra (spazju għall-ġiri fil-miftuħ bil-veġetazzjoni, preferibbilment mergħa)

(spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras)

Abitazzjoni fissa

Spazju fuq barra

(spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras)

Abitazzjoni mobbli

Fenkiet bil-frieħ sal-ftam

2,5 m2/fenka bil-frieħ

2,5 m2/fenka bil-frieħ

Fenkiet tqal/Fenkiet riproduttivi

2,5

2,5

Fniek tas-simna mill-ftam sal-qtil

Fniek ta’ sostituzzjoni (tmiem tas-simna sa 6 xhur)

0,5

0,4

Fniek irġiel adulti

2,5

2,5




ANNESS II

REGOLI DETTALJATI DWAR ID-DENSITÀ TAL-ĦŻIN U L-KARATTERISTIĊI SPEĊIFIĊI TAS-SISTEMI TA’ PRODUZZJONI U S-SISTEMI TA’ KONTENIMENT GĦAL ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 22

Parti I: Salmonidi fl-ilma ħelu

Trota komuni (Salmo trutta) — Trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss) — American brook trout (Salvelinus fontinalis) — Salamun (Salmo salar) — Arctic charr (Salvelinus alpinus) — Grayling (Thymallus thymallus) — American lake trout (jew grey trout) (Salvelinus namaycush) — Huchen (Hucho hucho)



Is-sistemi tal-produzzjoni

Is-sistemi għat-tkabbir għad-daqs tas-suq fl-istabbilimenti jridu jingħalfu minn sistemi miftuħin. Ir-rata ta’ ġiri tal-ilma trid tiżgura li jkun hemm mill-inqas 60 % ta’ saturazzjoni tal-ossiġnu għall-istokk, u trid tiżgura l-kumdità tagħhom u tiżgura t-tneħħija tal-ilma mormi li jkun ħiereġ ’il barra mill-istabbiliment.

Densità tal-ħżin massima

L-ispeċijiet tas-salmonidi li mhumiex imniżżlin hawn taħt 15 kg/m3

Salamun 20 kg/m3

Trota komuni u Trota qawsalla 25 kg/m3

Arctic charr 25 kg/m3

Parti II: Salmonidi fl-ilma baħar

Salamun (Salmo salar), Trota komuni (Salmo trutta) — Trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss)



Densità tal-ħżin massima

10 kg/m3 fix-xbieki taż-żamma

Parti III: Merluzz (Gadus morhua) u Gadidae oħrajn, spnott (Dicentrarchus labrax), awrat (Sparus aurata), gurbell (Argyrosomus regius), barbun imperjali (Psetta maxima [= Scopthalmus maximux]), pagru komuni (Pagrus pagrus [= Sparus pagrus]), pixxitanbur aħmar (Sciaenops ocellatus) u Sparidae oħrajn, u “spinefeet”(Siganus spp.)



Is-sistemi tal-produzzjoni

F’sistemi ta’ konteniment fil-baħar miftuħ (fixbieki taż-żamma/fil-gaġeġ) b’veloċità minima tal-kurrent tal-baħar biex ikun ipprovdut l-aħjar benessri possibbli għall-ħut jew f’sistemi miftuħin fuq l-art.

Densità tal-ħżin massima

Għall-ħut kollu ħlief għall-barbun imperjali: 15 kg/m3

Għall-barbun imperjali: 25 kg/m2

Parti IV: Spnott, awrat, gurbell, mulett (Liza, Mugil) u sallur (Anguilla spp.) f’vaski tal-art f’żoni tal-marea u fil-laguni ta’ mal-kosta



Sistema ta’ konteniment

Salini tradizzjonali mibdula f’unitajiet tal-produzzjoni tal-akkwakultura u vaski tal-art simili f’żoni tal-marea

Sistemi ta’ produzzjoni

Għandu jkun hemm bdil adegwat tal-ilma biex ikun żgurat il-benessri tal-ispeċijiet. Tal-anqas 50 % mid-digi jridu jkunu mgħottija bil-pjanti. Huma meħtieġa vaski tat-tisfija bbażati f’artijiet mistagħdra.

Densità tal-ħżin massima

4 kg/m3

Parti V: Sturjun fl-ilma ħelu

Speċijiet ikkonċernati: Il-familja tal-Acipenser



Sistemi ta’ produzzjoni

Ir-rata tal-fluss tal-ilma f’kull unità tat-trobbija għandha tkun biżżejjed biex tiżgura l-benessri tal-annimali.

L-ilma li jintrema ’l barra minnhom għandu jkun tal-istess kwalità bħal dak li jkun dieħel fihom.

Densità tal-ħżin massima

30 kg/m3

Parti VI: Ħut fl-ilmijiet interni

Speċijiet ikkonċernati: Il-familja tal-karpjun (Cyprinidae) u speċijiet oħrajn relatati fil-kuntest tal-polikultura, inklużi d-dott tal-Ewropa ta’ Fuq, il-lizz tal-ilma ħelu, il-catfish, il-koregonidi u l-isturjun.

Id-dott (Perca fluviatilis) fil-monokultura



Sistemi ta’ produzzjoni

F’vaski tal-ħut li għandhom jitbattlu kompletament mill-ilma perjodikament u fil-lagi. Il-lagi jridu jkunu ddedikati biss għall-produzzjoni organika, inkluż it-tkabbir tal-għelejjel f’żoni nexfin.

Iż-żona għall-qbid tal-ħut għandha tkun mgħammra b’kalanka ta’ ilma nadif u għandha tkun ta’ daqs li jipprovdi lill-ħut bl-iktar kumdità possibbli. Il-ħut għandu jinħażen fl-ilma nadif wara li jinqabad.

Għandhom jinżammu żoni tal-veġetazzjoni naturali madwar l-unitajiet tal-ilmijiet interni bħala żoni ta’ lqugħ għaż-żoni tal-art esterni li ma jkunux involuti fil-ħidma tat-tkabbir skont ir-regoli tal-akkwakultura organika.

Għat-tkabbir għad-daqs tas-suq, għandha tintuża l-“polikultura” bil-kundizzjoni li l-kriterji stabbiliti f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-ispeċijiet l-oħrajn tal-ħut tal-lagi jinżammu kif dovut

Densità tal-ħżin massima

Il-produzzjoni totali tal-ispeċijiet hija limitata għal 1 500 kg ta’ ħut kull ettaru fis-sena (ipprovduti bħala rendiment mit-trobbija tal-ħut minħabba karatteristika speċifika tas-sistema tal-produzzjoni).

Densità tal-ħżin massima biss għad-dott fil-monokultura

20 kg/m3

Parti VII: Gambli tal-baħar u gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium spp.)



Sistemi ta’ produzzjoni

Dawn għandhom ikunu f’żoni tat-tafal sterili sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ambjentali tal-bini tal-vaska. Il-vaski għandhom jinbnew bit-tafal naturali li jkun hemm diġà.

Densità tal-ħżin massima

Fertilizzazzjoni tal-bajd: Mhux iktar minn 22 post larvae/m2

Bijomassa massima istantanja: 240 g/m2

Parti VIII: Ċkal

Speċijiet ikkonċernati: Astacus astacus.



Densità tal-ħżin massima

Għal ċkal ta’ daqs żgħir (< 20 mm): 100 individwu għal kull m2.

Għal ċkal ta’ daqs medju (20-50 mm): 30 individwu għal kull m2.

Għal ċkal adulti (> 50 mm): 5 individwi għal kull m2 sakemm ikunu pprovduti b’postijiet xierqa fejn jinħbew.

Parti IX: Molluski u ekinodermi



Sistemi ta’ produzzjoni

Konzijiet, ċattri, tkabbir f’qiegħ il-baħar, xbieki, gaġeġ, tilari, lampari, arbli “bouchot” u sistemi oħra ta’ konteniment. Għat-tkabbir tal-maskli fuq iċ-ċattri, l-għadd ta’ ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż il-wieħed għal kull metru kwadru ta’ superfiċje. It-tul massimu ta’ kull ħabel għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż l-20 metru. Ma għandux ikun hemm traqqiq tal-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli waqt iċ-ċiklu tal-produzzjoni; madankollu, il-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli jistgħu jiġu suddiviżi mingħajr ma tiżdied id-densità tal-ħżin.

Parti X: Ħut tal-ilma ħelu tropikali: ħuta tal-ħalib (Chanos chanos), tilapja (Oreochromis spp.), siamese catfish (Pangasius spp.)



Sistemi ta’ produzzjoni

Vaski u gaġeġ

Densità tal-ħżin massima

Pangasius: 10 kg/m3

Oreochromis: 20 kg/m3




ANNESS III

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA MILL-ISTATI MEMBRI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 25

Parti I: Informazzjoni pprovduta mill-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, jekk applikabbli, fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848

1. 

L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti organiku u li qed jiġi konvertit, ħlief għan-nibbieta iżda inkluża l-patata taż-żrigħ, għal kull kategorija speċifika miżmuma fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) jew fis-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2)(a) tar-Regolament (UE) 2018/848, għandha tinkludi dawn li ġejjin:

— 
l-isem xjentifiku u komuni (l-isem komuni u dak Latin);
— 
il-varjetà jew id-denominazzjoni tal-materjal eteroġenju;
— 
il-kwantità li qed tiġi konvertita disponibbli kif stmat mill-operaturi (għadd totali ta’ unitajiet jew piż taż-żerriegħa);
— 
il-kwantità organika disponibbli kif stmat mill-operaturi (għadd totali ta’ unitajiet jew piż taż-żerriegħa);
— 
l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.

Għall-fini ta’ dan il-punt, “nibbieta” tfisser pjanta żgħira li toriġina minn żerriegħa u mhux minn biċċa pjanta.

2. 

L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ ferħ tal-akkwakultura organika għal kull speċi miżmuma fis-sistemi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

— 
l-ispeċi u l-ġeneru (l-isem komuni u dak Latin);
— 
ir-razez fejn applikabbli;
— 
l-istadju tal-ħajja (bħal bajd, qixx, frieħ) meta disponibbli għall-bejgħ bħala organiku;
— 
il-kwantità disponibbli kif stmat mill-operaturi;
— 
l-istat tas-saħħa b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ( 2 );
— 
l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.
3. 

L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ annimali organiċi għal kull speċi miżmuma fis-sistemi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

— 
l-ispeċi u l-ġeneru (l-isem komuni u dak Latin);
— 
ir-razez;
— 
l-iskop tal-produzzjoni: laħam, ħalib, skop doppju jew tnissil;
— 
l-istadju tal-ħajja: adulti jew annimali żgħar (jiġifieri annimali bovini < 6 xhur, adult bovin);
— 
il-kwantità (għadd totali ta’ annimali) disponibbli kif stmat mill-operaturi;
— 
l-istat tas-saħħa b’konformità mar-regoli orizzontali tas-saħħa tal-annimali;
— 
l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.
4. 

Fejn rilevanti, l-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ razez organiċi adattati għall-produzzjoni organika għall-ispeċi kif imsemmi fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

— 
l-ispeċi u l-ġeneru (l-isem komuni u dak Latin);
— 
ir-razez;
— 
l-iskop tal-produzzjoni: laħam, ħalib, skop doppju jew tnissil;
— 
il-kwantità (għadd totali ta’ annimali) disponibbli kif stmat mill-operaturi;
— 
l-istat tas-saħħa b’konformità mar-regoli orizzontali tas-saħħa tal-annimali;
— 
l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.
5. 

Fejn rilevanti, l-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ għattuq organiċi kif imsemmi fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

— 
l-ispeċi u l-ġeneru (l-isem komuni u dak Latin);
— 
ir-razez;
— 
l-iskop tal-produzzjoni: laħam, bajd, skop doppju jew tnissil;
— 
il-kwantità (għadd totali ta’ annimali) disponibbli kif stmat mill-operaturi;
— 
is-sistema ta’ trobbija (indika jekk fihiex gradi differenti);
— 
-
— 
l-għadd ta’ operaturi li tellgħu informazzjoni skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq bażi volontarja.

Parti II: Informazzjoni li tikkonċerna d-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 u l-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II ta’ dak l-Anness

1. 

L-informazzjoni dwar id-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

— 
l-isem xjentifiku u komuni (l-isem komuni u dak Latin);
— 
il-varjetà;
— 
l-għadd ta’ derogi u l-piż totali ta’ żerriegħa jew l-għadd ta’ pjanti mogħtija deroga;
— 
il-ġustifikazzjonijiet għad-deroga: jekk huwiex għal riċerka, minħabba n-nuqqas ta’ varjetà adatta, għal skop ta’ konservazzjoni jew għal raġunijiet oħra;
— 
fejn applikabbli, fir-rigward tad-derogi għal raġunijiet oħra għajr għal skop ta’ riċerka, il-lista ta’ speċijiet li għalihom ma tingħatax deroga, minħabba li dawn huma suffiċjentement disponibbli fil-forma organika.
2. 

Għal kull speċi ta’ bhejjem konvenzjonali (annimali bovini, ekwini, ovini, kaprini, ħnieżer u ċervini, fniek, tjur), l-informazzjoni dwar id-derogi mogħtija skont il-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:

— 
l-isem xjentifiku u komuni (l-isem komuni u dak Latin, jiġifieri l-ispeċi u l-ġeneru);
— 
ir-razez;
— 
l-iskop tal-produzzjoni: laħam, ħalib, bajd, skop doppju jew tnissil;
— 
l-għadd ta’ derogi u l-għadd totali ta’ annimali mogħtija deroga;
— 
il-ġustifikazzjonijiet għad-deroga: jekk minħabba nuqqas ta’ annimali xierqa jew għal raġunijiet oħra.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).