02020L0262 — MT — 27.02.2020 — 000.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2020/262

tad-19 ta’ Diċembru 2019

li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa

(riformulazzjoni)

(ĠU L 058 27.2.2020, p. 4)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 409, 4.12.2020, p.  38 (2020/262)




▼B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2020/262

tad-19 ta’ Diċembru 2019

li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa

(riformulazzjoni)



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.  

Din id-Direttiva tistabbilixxi arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa impost direttament jew indirettament fuq il-konsum tal-oġġetti li ġejjin ("oġġetti soġġetti għas-sisa"):

(a) 

prodotti tal-enerġija u l-elettriku koperti mid-Direttiva 2003/96/KE;

(b) 

alkoħol u xorb alkoħoliku koperti mid-Direttivi 92/83/KEE u 92/84/KEE;

(c) 

tabakk manifatturat kopert mid-Direttiva 2011/64/UE.

2.  
L-Istati Membri jistgħu jimponu taxxi indiretti oħrajn fuq oġġetti soġġetti għas-sisa għal finijiet speċifiċi, dment li dawk it-taxxi jkunu konformi mar-regoli tat-taxxa tal-Unjoni applikabbli għad-dazju tas-sisa jew għat-taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa, il-kalkolu tat-taxxa, l-intaxxar u l-monitoraġġ tal-ħlas tat-taxxa, iżda eskluż id-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjonijiet.
3.  

L-Istati Membri jistgħu jimponu taxxi fuq:

(a) 

prodotti għajr oġġetti soġġetti għas-sisa;

(b) 

il-forniment ta' servizzi, inkluż dawk relatati ma' oġġetti soġġetti għas-sisa, li ma jistgħux jiġu kkaratterizzati bħala taxxi fuq il-fatturat.

Madankollu, fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-impożizzjonijiet ta' dawn it-taxxi ma jistgħux iwasslu għal formalitajiet relatati mal-qsim tal-fruntieri.

Artikolu 2

Applikazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għall-oġġetti soġġetti għas-sisa

1.  
Il-formalitajiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni għad-dħul ta' oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dħul tal-oġġetti soġġetti għas-sisa fit-territorju tal-Unjoni minn wieħed mit-territorji msemmi fl-Artikolu 4(2).
2.  
Il-formalitajiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni għall-ħruġ ta' oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ħruġ tal-oġġetti soġġetti għas-sisa mit-territorju tal-Unjoni lejn wieħed mit-territorji msemmi fl-Artikolu 4(2).
3.  
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-Finlandja għandha tkun awtorizzata, għall-movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa fi ħdan it-territorju ta' dak l-Istat Membru u t-territorji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4(2), li tapplika l-istess proċeduri bħal dawk applikati għal dawk il-movimenti fi ħdan it-territorju ta' dak l-Istat Membru.
4.  
L-Artikoli 14 sa 46 ma għandhomx japplikaw għal oġġetti soġġetti għas-sisa bl-istatus doganali ta' oġġetti li mhumiex tal-Unjoni kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

"magazzinier awtorizzat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru biex waqt in-negozju ta' dik il-persuna tipproduċi, tipproċessa, iżżomm, taħżen, tirċievi jew tibgħat oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju f'maħżen tat-taxxa;

(2) 

"territorju ta' Stat Membru" tfisser it-territorju ta' Stat Membru li għalih japplikaw it-Trattati, skont l-Artikoli 349 u 355 TFUE, għajr it-territorji terzi;

(3) 

"territorju tal-Unjoni" tfisser it-territorji tal-Istati Membri;

(4) 

"territorji terzi" tfisser it-territorji msemmija fl-Artikolu 4(2) u (3);

(5) 

"pajjiżi terzi" tfisser kwalunkwe Stat jew territorju li għalih ma japplikawx it-Trattati;

(6) 

"arranġament ta' sospensjoni tad-dazju" tfisser arranġament tat-taxxa applikat għall-produzzjoni, l-ipproċessar, iż-żamma, il-ħżin jew il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa fejn id-dazju tas-sisa hu sospiż;

(7) 

"importazzjoni" tfisser ir-rilaxx ta' oġġetti għal ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(8) 

"dħul irregolari" tfisser dħul ta' oġġetti fit-territorju tal-Unjoni, li ma tqiegħdux taħt rilaxx għal ċirkolazzjoni libera f'konformità mal-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u li għalihom iġġarrab dejn doganali skont l-Artikolu 79(1) ta' dak ir-Regolament, jew seta' ġġarrab kieku l-oġġetti kienu soġġetti għal dazju doganali;

(9) 

"destinatarju rreġistrat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni biex tirċievi, waqt in-negozju ta' dik il-persuna u bil-kundizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, oġġetti soġġetti għas-sisa trasferiti taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju li joriġinaw mit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

(10) 

"konsenjatur irreġistrat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni, biex tibgħat biss oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera f'konformità mal-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 waqt in-negozju ta' dik il-persuna u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet;

(11) 

"maħżen tat-taxxa" tfisser post fejn l-oġġetti soġġetti għas-sisa huma magħmulin, ipproċessati, miżmuma, maħżuna, riċevuti jew mibgħuta taħt arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju minn magazzinier awtorizzat waqt in-negozju ta' dik il-persuna, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-maħżen tat-taxxa;

(12) 

"konsenjatur iċċertifikat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ biex tibgħat oġġetti soġġetti għas-sisa, waqt in-negozju ta' dik il-persuna, li ġew irrilaxxati għall-konsum fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u mbagħad trasferiti lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor;

(13) 

"destinatarju ċċertifikat" tfisser persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni biex tirċievi oġġetti soġġetti għas-sisa, waqt in-negozju ta' dik il-persuna, li ġew irrilaxxati għall-konsum fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u mbagħad trasferiti lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor;

(14) 

"Stat Membru tad-destinazzjoni" tfisser l-Istat Membru fejn għandhom jiġu kkonsenjati jew użati l-oġġetti soġġetti għas-sisa f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

(15) 

"maħfra" tfisser l-eżoneru mill-obbligu li jitħallas ammont mid-dazju tas-sisa li ma kienx tħallas;

(16) 

"rimborż" tfisser ir-rifużjoni ta' ammont ta' dazju tas-sisa li tħallas.

Artikolu 4

Applikazzjoni territorjali

1.  
Din id-Direttiva u d-Direttivi 92/83/KEE, 92/84/KEE, 2003/96/KE u 2011/64/UE għandhom japplikaw għat-territorju tal-Unjoni.
2.  

Din id-Direttiva u d-Direttivi 92/83/KEE, 92/84/KEE, 2003/96/KE u 2011/64/UE ma għandhomx japplikaw għal dawn it-territorji li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal-Unjoni:

(a) 

il-Gżejjer Kanarji;

(b) 

it-territorji Franċiżi msemmijin fl-Artikolu 349 u fl-Artikolu 355(1) TFUE;

(c) 

il-Gżejjer Åland;

(d) 

iċ-Channel Islands.

3.  

Din id-Direttiva u d-Direttivi 92/83/KEE, 92/84/KEE, 2003/96/KE u 2011/64/UE la għandhom japplikaw għat-territorji fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 355(3) TFUE, u lanqas għat-territorji l-oħra li ġejjin li ma jiffurmawx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni:

(a) 

il-Gżira ta' Heligoland;

(b) 

it-territorju ta' Büsingen;

(c) 

Ceuta;

(d) 

Melilla;

(e) 

Livigno.

4.  
Spanja tista' tinnotifika, permezz ta' dikjarazzjoni, li din id-Direttiva u d-Direttivi 92/83/KEE, 92/84/KEE, 2003/96/KE u 2011/64/UE għandhom japplikaw għall-Gżejjer Kanarji — soġġetti għall-miżuri biex jadattaw għad-distanza estrema tagħhom — fir-rigward tal-oġġetti soġġetti għas-sisa kollha jew uħud minnhom imsemmija fl-Artikolu 1, mill-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' din id-dikjarazzjoni.
5.  
Franza tista' tinnotifika, permezz ta' dikjarazzjoni, li din id-Direttiva u d-Direttivi 92/83/KEE, 92/84/KEE, 2003/96/KE u 2011/64/UE japplikaw għat-territorji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, soġġetti għall-miżuri biex jadattaw għad-distanza estrema tagħhom, fir-rigward tal-oġġetti soġġetti għas-sisa kollha jew uħud minnhom imsemmija fl-Artikolu 1, mill-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' din id-dikjarazzjoni.
6.  
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx iċaħħdu lill-Greċja milli żżomm l-istatus speċifiku mogħti lill-Muntanja Athos kif garantit mill-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Griega.

Artikolu 5

Status territorjali speċjali

1.  
Fid-dawl tal-Konvenzjonijiet u t-Trattati konklużi ma' Franza, l-Italja, Ċipru u r-Renju Unit rispettivament, il-Prinċipat ta' Monaco, San Marino, iż-Żoni ta' Bażi Sovrana tar-Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia u Isle of Man, ma għandhomx jitqiesu, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, bħala pajjiżi terzi.
2.  

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-movimenti tal-oġġetti soġġetti għas-sisa li joriġinaw fi jew li jkunu intenzjonati għal:

(a) 

il-Prinċipat ta' Monaco jiġu trattati bħala movimenti li joriġinaw fi Franza jew li jkunu intenzjonati għal Franza;

(b) 

San Marino jiġu trattati bħala movimenti li joriġinaw fl-Italja jew li jkunu intenzjonati għall-Italja;

(c) 

iż-Żoni ta' Bażi Sovrana tar-Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia jiġu trattati bħala movimenti li joriġinaw f'Ċipru jew li jkunu intenzjonati għal Ċipru;

(d) 

Isle of Man jiġu trattati bħala movimenti li joriġinaw fir-Renju Unit jew li jkunu intenzjonati għar-Renju Unit.

3.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-movimenti tal-oġġetti soġġetti għas-sisa li joriġinaw f'Jungholz u Mittelberg (Kleines Walsertal) jew li jkunu intenzjonati għal Jungholz u Mittelberg (Kleines Walsertal) jiġu ttrattati bħala movimenti li joriġinaw fil-Ġermanja jew li jkunu intenzjonati għall-Ġermanja.



KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet ġenerali proċedurali



Taqsima 1

AVVENIMENT TAXXABBLI, INTAXXAR, IRREGOLARITAJIET MATUL MOVIMENT TAĦT SOSPENSJONI TAD-DAZJU

Artikolu 6

Avveniment taxxabbli, il-ħin u l-post tal-intaxxar, il-qerda u t-telf irrimedjabbli

1.  

L-oġġetti soġġetti għas-sisa għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa waqt:

(a) 

il-produzzjoni tagħhom, inkluż, meta applikabbli, l-estrazzjoni tagħhom fi ħdan l-Unjoni;

(b) 

l-importazzjoni jew id-dħul irregolari tagħhom fit-territorju tal-Unjoni.

2.  
Id-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fil-ħin, u fl-Istat Membru, tar-rilaxx għall-konsum.
3.  

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "rilaxx għall-konsum" tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

it-tluq ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, inkluż it-tluq irregolari, minn arranġament ta' sospensjoni tad-dazju;

(b) 

iż-żamma jew il-ħażna ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, inkluż każijiet ta' irregolarità, barra minn arranġamenti ta' sospensjoni tad-dazju fejn id-dazju tas-sisa ma jkunx inġabar skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Unjoni u l-leġislazzjoni nazzjonali;

(c) 

il-produzzjoni, inkluż l-ipproċessar, ta' oġġetti soġġetti għas-sisa u l-produzzjoni jew l-ipproċessar irregolari, barra minn arranġament ta' sospensjoni tad-dazju;

(d) 

l-importazzjoni ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, ħlief jekk l-oġġetti soġġetti għas-sisa jkunu mqiegħda, immedjatament kif jiġu importati, taħt arranġament ta' sospensjoni mid-dazju, jew id-dħul irregolari ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, ħlief jekk id-dejn doganali jkun spiċċa skont il-punti (e), (f), (g) jew (k) tal-Artikolu 124(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jekk id-dejn doganali jkun spiċċa skont il-punt (e) tal-Artikolu 124(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu penali fil-liġi nazzjonali tagħhom li tieħu kont tal-ammont tad-dejn ta' dazju tas-sisa li seta' ġġarrab.

4.  

Il-ħin tat-tluq minn arranġament ta' sospensjoni tad-dazju kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandu jitqies li hu:

(a) 

il-ħin tal-wasla tal-oġġetti soġġetti għas-sisa għand id-destinatarju rreġistrat fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 16(1);

(b) 

il-ħin tal-wasla tal-oġġetti soġġetti għas-sisa għand id-destinatarju fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 16(1);

(c) 

il-ħin tal-wasla tal-oġġetti soġġetti għas-sisa fil-post tal-konsenja dirett fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 16(4).

5.  
Il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli, totali jew parzjali, ta' oġġetti soġġetti għas-sisa li tqiegħdu taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju, minħabba ċirkostanzi mhux prevedibbli jew forza maġġuri, jew minħabba awtorizzazzjoni għall-qerda tal-oġġetti mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, ma għandhomx jitqiesu bħala rilaxx għall-konsum.
6.  
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-oġġetti għandhom jitqiesu meqruda għalkollox jew mitlufa b'mod irrimedjabbli meta ma jkunux jistgħu jintużaw bħala oġġetti soġġetti għas-sisa.
7.  
Telf parzjali minħabba n-natura tal-oġġetti li jseħħ waqt moviment taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju bejn l-Istati Membri ma għandux jitqies bħala rilaxx għall-konsum, dment li l-ammont tat-telf ikun inqas mil-limitu komuni ta' telf parzjali għal dawk l-oġġetti soġġetti għas-sisa, sakemm Stat Membru ma jkollux raġuni valida biex jissuspetta li hemm frodi jew irregolarità. Dik il-parti ta' telf parzjali li tkun taqbeż il-limitu komuni ta' telf parzjali għal dawk l-oġġetti soġġetti għas-sisa għandha tiġi trattata bħala rilaxx għall-konsum.
8.  
Stat Membru jista' jistabbilixxi r-regoli tiegħu stess għat-trattament ta' telf parzjali taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju li mhuwiex kopert mill-paragrafu 7.
9.  
Il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli, totali jew parzjali, tal-oġġetti soġġetti għas-sisa kif imsemmi fil-paragrafu 5 għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun saret il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli, totali jew parzjali, jew, meta ma jkunx possibbli li jiġi determinat fejn seħħ it-telf, fejn ġie misjub.

Fejn hija stabbilita qerda totali jew telf irrimedjabbli, totali jew parzjali, tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, il-garanzija ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 17 għandha tiġi rilaxxata, b'mod sħiħ jew parzjalment, kif adegwat, hekk kif tingħata evidenza sodisfaċenti.

10.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 51 li jistabbilixxi l-limiti komuni ta' telf parzjali msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 45(2), wara li tqis, fost l-oħrajn, in-natura tal-oġġetti, il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-oġġetti, it-temperatura tal-ambjent waqt il-moviment, id-distanza tal-moviment jew il-ħin ikkonsmat waqt il-moviment, filwaqt li tispeċifika l-oġġetti soġġetti għas-sisa, il-limitu komuni ta' telf parzjali korrispondenti bħala persentaġġ tal-kwantità totali u aspetti rilevanti oħra relatati mat-trasport tal-oġġetti.

Fin-nuqqas ta' limiti komuni ta' telf parzjali, l-Istati Membri għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 7

Il-persuna responsabbli biex tħallas id-dazju tas-sisa

1.  

Il-persuna responsabbli biex tħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar dovut għandha tkun:

(a) 

fir-rigward tat-tluq tal-oġġetti soġġetti għas-sisa minn arranġament ta' sospensjoni tad-dazju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(3):

(i) 

il-magazzinier awtorizzat, id-destinatarju rreġistrat jew kwalunkwe persuna oħra li tirrilaxxa l-oġġetti soġġetti għas-sisa jew li f'isimha jiġu rrilaxxati mill-arranġament ta' sospensjoni tad-dazju u, fil-każ ta' tluq irregolari mill-maħżen tat-taxxa, kwalunkwe persuna oħra involuta f'dak it-tluq;

(ii) 

fil-każ ta' irregolarità matul moviment ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju kif definit fl-Artikolu 9(1), (2) u (4): il-magazzinier awtorizzat, il-konsenjatur reġistrat jew kwalunkwe persuna li ggarantiet il-ħlas tad-dazji tas-sisa skont l-Artikolu 17(1) u (3) ukull persuna li pparteċipat fit-tneħħija irregolari u li kienet konxja jew li kellha tkun raġonevolment konxja min-natura irregolari tat-tneħħija;

(b) 

fir-rigward taż-żamma jew il-ħażna ta' prodotti soġġetti għas-sisa kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 6(3): il-persuna li qed iżżomm jew taħżen il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, jew kwalunkwe persuna oħra li pparteċipat fiż-żamma jew il-ħżin tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' persuni bħal dawn f'konformità mal-prinċipju tal-obbligazzjoni in solidum;

(c) 

fir-rigward tal-produzzjoni, inkluż l-ipproċessar, ta' prodotti soġġetti għas-sisa kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(3): il-persuna li tipproduċi l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u, fil-każ ta' produzzjoni irregolari, kwalunkwe persuna oħra li pparteċipat fil-produzzjoni tagħhom;

(d) 

fir-rigward tal-importazzjoni jew id-dħul irregolari ta' prodotti soġġetti għas-sisa kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 6(3): id-dikjarant kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 ("id-dikjarant") jew kwalunkwe persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 77(3) ta' dak ir-Regolament u, fil-każ ta' dħul irregolari, kull persuna oħra involuta f'dak id-dħul irregolari.

2.  
Meta jkun hemm bosta persuni responsabbli għall-istess dazju tas-sisa, dawn għandhom ikunu responsabbli in solidum għal dak id-dejn.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet tal-intaxxar u r-rati tad-dazju tas-sisa li jridu jintużaw

Il-kundizzjonijiet tal-intaxxar u r-rata tad-dazju tas-sisa li jridu jiġu applikati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data meta d-dazju jsir dovut fl-Istat Membru fejn iseħħ ir-rilaxx għall-konsum.

Id-dazju tas-sisa għandu jiġi impost, jinġabar u, meta xieraq, rimborżat jew maħfur, skont il-proċedura stabbilita minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess proċeduri għall-oġġetti nazzjonali u għal dawk minn Stati Membri oħra.

B'deroga mill-ewwel paragrafu, meta r-rati tad-dazju tas-sisa jinbidlu, stokks ta' oġġetti soġġetti għas-sisa li jkunu diġà rilaxxati għall-konsum jistgħu jkunu soġġetti, fejn adatt, għal żieda, jew tnaqqis, tad-dazju tas-sisa.

Artikolu 9

Irregolaritajiet waqt movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju

1.  
Meta tkun seħħet irregolarità waqt moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju, li twassal għar-rilaxx għall-konsum tagħhom skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(3), ir-rilaxx għall-konsum għandu jsir fit-territorju tal-Istat Membru fejn tkun seħħet l-irregolarità.
2.  
Meta tkun ġiet skoperta irregolarità waqt moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju, li twassal għar-rilaxx għall-konsum tagħhom skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(3), u ma jkunx jista' jiġi determinat fejn seħħet l-irregolarità, din għandha titqies li tkun seħħet fit-territorju tal-Istat Membru fejn l-irregolarità ġiet skoperta u fil-ħin meta din ġiet skoperta.
3.  
Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn l-oġġetti ġew rilaxxati għall-konsum jew fejn jitqiesu li ġew rilaxxati għall-konsum għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ.
4.  
Meta oġġetti soġġetti għas-sisa li jkunu qed jiġu trasferiti taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju ma jaslux fid-destinazzjoni tagħhom u ma tkun ġiet skoperta l-ebda irregolarità waqt il-moviment li twassal għar-rilaxx għall-konsum tagħhom skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(3) waqt il-moviment, għandu jitqies li l-irregolarità saret fl-Istat Membru tad-dispaċċ meta beda l-moviment, dment li fi żmien erba' xhur mill-bidu tal-moviment skont l-Artikolu 19(1), tingħata evidenza, li tkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ dwar it-tmiem tal-moviment, skont l-Artikolu 19(2), jew tal-post fejn tkun seħħet l-irregolarità.

Meta l-persuna, li tkun iggarantiet il-ħlas skont l-Artikolu 17, ma kinitx taf jew seta' ma kinitx taf li l-oġġetti ma waslux fid-destinazzjoni tagħhom, din għandu jingħatalha xahar żmien li jibda mid-data tal-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ biex dik il-persuna tkun tista' tipprovdi evidenza dwar it-tmiem tal-moviment skont l-Artikolu 19(2), jew dwar il-post fejn seħħet l-irregolarità.

5.  
Fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 4, jekk, qabel ma jgħaddu t-tliet snin mid-data meta jkun beda l-moviment, skont l-Artikolu 19(1), ikun aċċertat f'liema Stat Membru effettivament seħħet l-irregolarità, għandu japplika l-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun seħħet l-irregolarità għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie impost il-ħlas tad-dazju tas-sisa, u dan għandu jwettaq rimborż jew jagħti maħfra malli tingħata l-evidenza li d-dazju tas-sisa nġabar fl-Istat Membru l-ieħor.

6.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "irregolarità" tfisser sitwazzjoni li sseħħ waqt moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju, għajr dik imsemmija fl-Artikolu 6(5) u (6), li minħabba fiha moviment jew parti minn moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ma jkunux intemmu skont l-Artikolu 19(2).



Taqsima 2

Rimborż u maħfra

Artikolu 10

Rimborż u maħfra

Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 37(4), l-Artikolu 44(5), u l-Artikolu 46(3), kif ukoll dawk previsti fid-Direttivi 92/83/KEE, 92/84/KEE, 2003/96/KE u 2011/64/UE, id-dazju tas-sisa fuq oġġetti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum jistgħu, meta titlob il-persuna kkonċernata, jiġu rimborżati jew jinħafru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn dawk l-oġġetti ġew rilaxxati għall-konsum fis-sitwazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru u skont il-kundizzjonijiet li l-Istat Membru għandu jistabbilixxi għall-finijiet tal-prevenzjoni ta' kwalunkwe evażjoni jew abbuż possibbli.

Dawn ir-rimborż jew il-maħfra ma jistgħux iwasslu għal eżenzjonijiet għajr dawk previsti fl-Artikolu 11 jew mid-Direttivi 92/83/KEE, 92/84/KEE, 2003/96/KE jew 2011/64/UE.



Taqsima 3

Eżenzjonijiet

Artikolu 11

Eżenzjonijiet mill-ħlas tad-dazju tas-sisa

1.  

L-oġġetti soġġetti għas-sisa għandhom jiġu eżentati mid-dazju tas-sisa meta dawn ikunu maħsuba biex jintużaw:

(a) 

fil-kuntest ta' relazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari;

(b) 

mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat Membru ospitanti, u mill-membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Konvenzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu dawn l-organizzazzjonijiet jew minn ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali;

(c) 

mill-forzi armati ta' kwalunkwe Stat Membru għajr dak l-Istat Membru li fih ikun dovut id-dazju tas-sisa, għall-użu ta' dawk il-forzi, għall-persunal ċivili li jakkumpanjahom jew għall-provvista tal-mensi jew kantins tagħhom meta tali forzi jieħdu sehem fi sforz ta' difiża mwettaq għall-implimentazzjoni ta' attività tal-Unjoni skont il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni;

(d) 

mill-forzi armati ta' kwalunkwe Stat li hu parti għat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana minbarra l-Istat Membru fejn ikun dovut id-dazju tas-sisa, għall-użu ta' dawk il-forzi, għall-persunal ċivili li jakkumpanjahom jew għall-provvista tal-mensi jew il-kantins tagħhom;

(e) 

mill-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati f'Ċipru skont it-Trattat tal-Istabbiliment fir-rigward tar-Repubblika ta' Ċipru datat is-16 ta' Awwissu 1960, għall-użu ta' dawk il-forzi, għall-persunal ċivili li jakkumpanjahom jew għall-provvista tal-mensi jew il-kantins tagħhom;

(f) 

għall-konsum skont ftehim konkluż ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bil-kundizzjoni li dan il-ftehim ikun permess jew awtorizzat fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud.

2.  
L-eżenzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni permezz ta' rifużjoni tad-dazju tas-sisa.

Artikolu 12

Ċertifikat tal-eżenzjoni

1.  
L-oġġetti soġġetti għas-sisa li jiġu trasferiti mit-territorju ta' Stat Membru wieħed għat-territorju ta' Stat Membru ieħor taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju u soġġetti għall-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tal-eżenzjoni. Iċ-ċertifikat tal-eżenzjoni għandu jispeċifika n-natura u l-kwantità tal-oġġetti soġġetti għas-sisa li jridu jitwasslu, il-valur tal-oġġetti u l-identità tad-destinatarju eżentat u tal-Istat Membru ospitanti li jiċċertifika l-eżenzjoni.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jużaw iċ-ċertifikat tal-eżenzjoni msemmi fil-paragrafu 1 biex ikopru oqsma oħrajn ta' tassazzjoni indiretta u biex jiżguraw li ċ-ċertifikat tal-eżenzjoni jkun kompatibbli mal-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjonijiet li hemm fil-liġi nazzjonali tagħhom.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-forma li għandha tintuża għaċ-ċertifikat tal-eżenzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).
4.  
Il-proċedura prevista fl-Artikoli 20 sa 27 ma għandhiex tapplika għall-movimenti ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju għall-forzi armati msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 11(1), jekk huma koperti minn proċedura li hija bbażata direttament fuq it-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-proċedura mniżżla fl-Artikoli 20 sa 27 għandha tintuża għal tali movimenti li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom, jew, permezz ta' ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, bejn it-territorji tagħhom.

Artikolu 13

Eżenzjonijiet mill-ħlas tad-dazju tas-sisa għall-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw lejn pajjiżi terzi jew territorji terzi

1.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħlas tad-dazju tas-sisa lil oġġetti soġġetti għas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinġarru fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi li jkunu sejrin lejn territorju terz jew lejn pajjiż terz, bl-ajru jew bil-baħar.
2.  
L-oġġetti fornuti abbord inġenju tal-ajru jew bastiment waqt it-titjira jew il-vjaġġ bil-baħar lejn territorju terz jew pajjiż terz għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħall-oġġetti fornuti mill-ħwienet ħielsa mit-taxxa.
3.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 jiġu applikati b'tali mod li jkunu evitati kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli.
4.  

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

"ħanut ħieles mit-taxxa" tfisser kwalunkwe stabbiliment li jinsab f'ajruport jew f'port li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari skont il-paragrafu 3;

(b) 

"vjaġġatur li jkun sejjer lejn territorju terz jew lejn pajjiż terz" tfisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument tat-trasport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jiddikjara li d-destinazzjoni finali hi ajruport jew port li jkun jinsab f'territorju terz jew f'pajjiż terz.



KAPITOLU III

Produzzjoni, proċessar, żamma u ħażna

Artikolu 14

Dispożizzjoni ġenerali

1.  
Kull Stat Membru għandu jiddetermina r-regoli tiegħu dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar, iż-żamma u l-ħażna ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, soġġetti għal din id-Direttiva.
2.  
Il-produzzjoni, l-ipproċessar, iż-żamma u l-ħażna ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, meta d-dazju tas-sisa ma jkunx tħallas, għandhom iseħħu f'maħżen tat-taxxa.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala magazzinier awtorizzat

1.  
Il-ftuħ u t-tħaddim ta' maħżen tat-taxxa minn magazzinier awtorizzat għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-maħżen tat-taxxa.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet huma intitolati li jistabbilixxu għall-finijiet tal-prevenzjoni ta' kwalunkwe evażjoni jew abbuż possibbli.

2.  

Magazzinier awtorizzat għandu jkollu l-obbligu li:

(a) 

jipprovdi, jekk meħtieġ, garanzija li tkopri r-riskju inerenti fil-produzzjoni, l-ipproċessar, iż-żamma u l-ħażna ta' oġġetti soġġetti għas-sisa;

(b) 

jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab il-maħżen tat-taxxa;

(c) 

iżomm, għal kull maħżen tat-taxxa, kontijiet tal-istokk u tal-movimenti tal-oġġetti soġġetti għas-sisa;

(d) 

idaħħal fil-maħżen tat-taxxa tiegħu u jdaħħal fil-kontijiet tiegħu, malli jintemm il-moviment, l-oġġetti kollha soġġetti għas-sisa trasferiti taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju, għajr meta japplika l-Artikolu 16(4);

(e) 

jagħti kunsens għal kull monitoraġġ u kontroll tal-istokk.

Il-kundizzjonijiet għall-garanzija msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun awtorizzat il-maħżen tat-taxxa.



KAPITOLU IV

Moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-post tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni tal-moviment

1.  

L-oġġetti soġġetti għas-sisa jistgħu jiġu trasferiti taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju bejn il-postijiet li ġejjin fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, inkluż minn ġo pajjiż terz jew minn ġo territorju terz:

(a) 

minn maħżen tat-taxxa għal:

(i) 

maħżen tat-taxxa ieħor;

(ii) 

destinatarju rreġistrat;

(iii) 

post fejn l-oġġetti soġġetti għas-sisa jħallu t-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 25(1);

(iv) 

id-destinatarju msemmi fl-Artikolu 11(1), fejn il-prodotti jintbagħtu mit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

(v) 

l-uffiċċju doganali tal-ħruġ fejn previst fl-Artikolu 329(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jkun fl-istess waqt l-uffiċċju doganali tat-tluq għall-proċedura ta' tranżitu estern fejn previst fl-Artikolu 189(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(b) 

mill-post tal-importazzjoni lejn kwalunkwe destinazzjoni minn dawk imsemmija fil-punt (a), fejn l-oġġetti jintbagħtu minn konsenjatur irreġistrat.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "post tal-importazzjoni" tfisser il-post fejn l-oġġetti jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.  

Ħlief meta l-importazzjoni ssir fi ħdan maħżen tat-taxxa, l-oġġetti soġġetti għas-sisa ma jistgħux jiġu trasferiti mill-post tal-importazzjoni taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju ħlief jekk dawn li ġejjin jiġu pprovduti mid-dikjarant jew minn kwalunkwe persuna involuta direttament jew indirettament fit-twettiq tal-formalitajiet doganali f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni:

(a) 

in-numru uniku tas-sisa skont il-punt (a) tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 ( 2 ) li jidentifika l-konsenjatur irreġistrat tal-moviment,

(b) 

in-numru uniku tas-sisa skont il-punt (a) tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 li jidentifika d-destinatarju li għandu jaslu l-oġġetti,

(c) 

jekk applikabbli, l-evidenza li l-oġġetti importati huma maħsuba biex jintbagħtu mit-territorju tal-Istat Membru tal-importazzjoni lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor.

3.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-evidenza msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 tiġi indikata lill-awtoritajiet kompetenti biss meta tintalab.
4.  
B'deroga mill-punt (a)(i) u (ii) u mill-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista' jippermetti, bil-kundizzjonijiet stabbiliti minnu, li l-oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju jiġu trasferiti lejn post tal-konsenja dirett li jkun jinsab fit-territorju tiegħu, fejn dak il-post ikun ġie indikat mill-magazzinier awtorizzat fl-Istat Membru tad-destinazzjoni jew mid-destinatarju rreġistrat għajr minn destinatarju rreġistrat b'awtorizzazzjoni limitata skont l-Artikolu 18(3).

Dak il-magazzinier awtorizzat jew dak id-destinatarju rreġistrat għandhom jibqgħu responsabbli għas-sottomissjoni tar-rapport tal-wasla msemmi fl-Artikolu 24(1).

5.  
Il-paragrafi 1, 2 u 4 għandhom japplikaw ukoll għall-movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa b'rata tat-taxxa żero li ma jkunux ġew irrilaxxati għall-konsum.

Artikolu 17

Garanzija

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jeżiġu, bil-kundizzjonijiet stabbiliti minnhom, li r-riskji inerenti fil-moviment taħt sospensjoni tad-dazju jkunu koperti minn garanzija mogħtija mill-magazzinier awtorizzat tad-dispaċċ jew mill-konsenjatur rreġistrat.
2.  
L-ebda garanzija ma għandha tintalab għall-movimenti ta' prodotti tal-enerġija permezz ta' pipeline fiss, ħlief f'ċirkostanzi ġġustifikati debitament.
3.  
B'deroga għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ jistgħu jippermettu, bil-kundizzjonijiet stabbiliti minnhom, li l-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 tingħata mit-trasportatur jew mill-operatur tat-trasport, minn sid l-oġġetti soġġetti għas-sisa, mid-destinatarju, jew b'mod konġunt minn tnejn jew iżjed minn dawk il-persuni u mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1.
4.  
Il-garanzija għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.
5.  

L-Istat Membru tad-dispaċċ jista' jirrinunzja l-obbligu li tingħata l-garanzija b'rabta ma' dawn il-movimenti li ġejjin ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju:

(a) 

movimenti li jsiru għalkollox fit-territorju tiegħu;

(b) 

meta l-Istati Membri l-oħra kkonċernati jiftiehmu fuq dan, movimenti tal-prodotti tal-enerġija fi ħdan l-Unjoni bil-baħar.

6.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati li jirregolaw l-għoti u l-validità ta' garanzija.

Artikolu 18

Destinatarju rreġistrat

1.  
Destinatarju rreġistrat ma jistax jipproduċi, jipproċessa, iżomm, jaħżen jew jibgħat oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju.
2.  

Destinatarju rreġistrat għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

qabel id-dispaċċ tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa bil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b) 

fi tmiem il-moviment, idaħħal fil-kontijiet tiegħu l-oġġetti soġġetti għas-sisa li waslu taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju;

(c) 

jagħti l-kunsens għal kwalunkwe verifika li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jkunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li l-oġġetti waslu tassew.

3.  
Għal destinatarju rreġistrat li jirċievi oġġetti soġġetti għas-sisa okkażjonalment biss, l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (9) tal-Artikolu 3 għandha tkun limitata għal kwantità speċifikata ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, mingħand konsenjatur wieħed u għal perijodu ta' żmien speċifikat. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-awtorizzazzjoni għal moviment wieħed.

Artikolu 19

Il-bidu u t-tmiem tal-movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju

1.  

Il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju għandu jibda:

(a) 

fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1), meta l-oġġetti soġġetti għas-sisa jitilqu mill-maħżen tat-taxxa tad-dispaċċ;

(b) 

fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 16(1), meta jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.  

Il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju għandu jintemm:

(a) 

fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 16(1) u punt (b) tal-Artikolu 16(1), meta d-destinatarju jkun irċieva l-oġġetti soġġetti għas-sisa;

(b) 

fil-każijiet imsemmija fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 16(1), meta l-oġġetti jkunu ħallew it-territorju tal-Unjoni;

(c) 

fil-każijiet imsemmija fil-punt (a)(v) tal-Artikolu 16(1), meta l-oġġetti jitqiegħdu taħt proċedura ta' tranżitu intern.



Taqsima 2

Proċedura li għandha tiġi segwita għall-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa

Artikolu 20

Dokument amministrattiv elettroniku

1.  
Il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa għandu jitqies li jkun seħħ taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju biss jekk dan isir bil-kopertura ta' dokument amministrattiv elettroniku pproċessat skont il-paragrafi 2 u 3.
2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-konsenjatur għandu jressaq abbozz ta' dokument amministrattiv elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ permezz tas-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/263 ("is-sistema kompjuterizzata").
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data mogħtija fl-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku.

Meta dik id-data ma tkunx valida, il-konsenjatur għandu jiġi nfurmat dwar dan mingħajr dewmien.

Meta dik id-data tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jassenjaw kodiċi uniku ta' referenza amministrattiva għad-dokument u għandhom jikkomunikawh lill-konsenjatur.

4.  
Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 16(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 16(1) u fl-Artikolu 16(4), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jgħaddu d-dokument amministrattiv elettroniku mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, u dawn għandhom jgħadduh lid-destinatarju fejn id-destinatarju jkun magazzinier awtorizzat jew destinatarju rreġistrat.

Meta l-oġġetti soġġetti għas-sisa jkunu maħsuba għal magazzinier awtorizzat fl-Istat Membru tad-dispaċċ, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom jibagħtu d-dokument amministrattiv elettroniku direttament lill-magazzinier awtorizzat.

5.  
Il-konsenjatur għandu jipprovdi l-kodiċi uniku ta' referenza amministrattiva lill-persuna li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għas-sisa, jew meta ma jkun hemm l-ebda persuna li takkumpanja l-oġġetti, lit-trasportatur jew lill-operatur tat-trasport. Il-persuna li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għas-sisa, it-trasportatur jew l-operatur tat-trasport għandhom jipprovdu dak il-kodiċi lill-awtoritajiet kompetenti kull darba li jitolbuh waqt il-moviment kollha taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju. Madankollu, fejn adegwat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu kopja stampata tad-dokument amministrattiv elettroniku jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor.
6.  
Il-konsenjatur jista' jikkanċella d-dokument amministrattiv elettroniku, permezz tas-sistema kompjuterizzata, dment li l-moviment ma jkunx beda skont l-Artikolu 19(1).
7.  
Waqt moviment taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju, il-konsenjatur jista' jibdel id-destinazzjoni jew id-destinatarju, permezz tas-sistema kompjuterizzata, tal-oġġetti soġġetti għas-sisa lejn destinazzjoni minn dawk imsemmija fil-punti (a)(i), (ii), (iii) jew (v) tal-Artikolu 16(1) jew, meta applikabbli, fl-Artikolu 16(4). Għal dak il-għan, il-konsenjatur għandu jressaq abbozz ta' dokument elettroniku għal bidla fid-destinazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ permezz tas-sistema kompjuterizzata.

Artikolu 21

It-trattament tad-dokument amministrattiv elettroniku għall-oġġetti li jkunu qed jiġu esportati

1.  
Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(iii) u (v) tal-Artikolu 16(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jgħaddu d-dokument amministrattiv elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tkun ippreżentata skont l-Artikolu 221(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 ("l-Istat Membru tal-esportazzjoni"), jekk dak l-Istat Membru jkun differenti mill-Istat Membru tad-dispaċċ.
2.  
Id-dikjarant għandu jipprovdi kodiċi uniku ta' referenza amministrattiva lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni li jkun jindika l-oġġetti soġġetti għas-sisa msemmija fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jivverifikaw, qabel ir-rilaxx tal-oġġetti għall-esportazzjoni, jekk id-data tad-dokument amministrattiv elettroniku tikkorrispondix għal dik li hemm fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni.
4.  
Meta jinstabu xi inkonsistenzi bejn id-dokument amministrattiv elettroniku u d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ billi jużaw is-sistema kompjuterizzata.
5.  
Meta l-oġġetti ma jkunx għadhom ser jinħarġu barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ b'dan permezz tas-sistema kompjuterizzata malli jsiru jafu li l-oġġetti mhumiex ser jinħarġu barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jinnotifikaw lill-konsenjatur mingħajr dewmien. Meta jirċievi n-notifika, il-konsenjatur għandu jħassar id-dokument amministrattiv elettroniku kif previst fl-Artikolu 20(6) jew jibdel id-destinazzjoni tal-oġġetti, kif previst fl-Artikolu 20(7), kif meħtieġ.

Artikolu 22

Arranġamenti speċjali għall-movimenti tal-prodotti tal-enerġija

1.  
Fil-każ tal-movimenti ta' prodotti tal-enerġija taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju bil-baħar jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni lejn destinatarju li ma jkunx magħruf b'mod definit meta l-konsenjatur jippreżenta l-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku msemmi fl-Artikolu 20(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ jistgħu jawtorizzaw lill-konsenjatur biex f'dak id-dokument iħalli barra d-data dwar id-destinatarju.
2.  
Malli ssir magħrufa d-data dwar id-destinatarju, u sa mhux iżjed tard minn tmiem il-moviment, il-konsenjatur għandu jibgħat, permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(7), lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ.
3.  
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-movimenti msemmija fil-punti (a)(iii) u (v) tal-Artikolu 16(1).

Artikolu 23

Qsim tal-konsenji

1.  

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ jistgħu jippermettu li, bil-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru, il-konsenjatur jaqsam moviment ta' prodotti tal-enerġija b'sospensjoni tad-dazju f'żewġ movimenti jew aktar, dment li jkunu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kwantità totali tal-oġġetti soġġetti għas-sisa ma tinbidilx;

(b) 

il-qsim isir fit-territorju ta' Stat Membru li jippermetti din il-proċedura;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru jkunu informati dwar il-post fejn isir il-qsim.

2.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk ikunu jippermettu li l-movimenti jinqasmu fit-territorju tagħhom u b'liema kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 24

Formalitajiet fid-destinazzjoni

1.  
Malli jaslu l-oġġetti soġġetti għas-sisa fi kwalunkwe destinazzjoni minn dawk imsemmija fil-punti (a)(i), (ii) jew (iv) tal-Artikolu 16(1) jew fl-Artikolu 16(4), id-destinatarju għandu jressaq, mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara tmiem il-moviment, għajr f'każijiet debitament ġustifikati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, rapport tal-wasla tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni permezz tas-sistema kompjuterizzata.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jiddeterminaw il-proċeduri għall-preżentazzjoni tar-rapport tal-wasla tal-oġġetti mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 11(1).
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data mogħtija fir-rapport tal-wasla.

Meta dik id-data ma tkunx valida, id-destinatarju għandu jiġi notifikat mingħajr dewmien.

Meta dik id-data tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom jipprovdu konferma tar-reġistrazzjoni tar-rapport tal-wasla lid-destinatarju u jibagħtu l-konferma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ.

4.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jgħaddu r-rapport tal-wasla lill-konsenjatur. Jekk il-post tad-dispaċċ u l-post tad-destinazzjoni jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandhom jgħaddu r-rapport tal-wasla direttament lill-konsenjatur.

Artikolu 25

Formalitajiet fi tmiem il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa li jkunu qed jiġu esportati

1.  
Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 16(1), u, meta applikabbli, fil-punt (b) tal-Artikolu 16(1) ta' din id-Direttiva, għandu jitlesta rapport tal-esportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni abbażi tal-informazzjoni dwar il-ħruġ tal-oġġetti li jkunu waslu għandhom mingħand l-uffiċċju doganali tal-ħruġ skont l-Artikolu 329 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jew mill-uffiċċju fejn jitwettqu l-formalitajiet għall-ħruġ tal-oġġetti mit-territorju doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva, li jiċċertifikaw li l-oġġetti soġġetti għas-sisa ħallew it-territorju tal-Unjoni, permezz tas-sistema kompjuterizzata.
2.  
Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a)(v) tal-Artikolu 16(1), għandu jitlesta rapport tal-esportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni abbażi tal-informazzjoni li jkunu rċevew mingħand l-uffiċċju doganali tal-ħruġ skont l-Artikolu 329(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data li abbażi tagħha jitlesta r-rapport tal-esportazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2. Ladarba dik id-data tiġi verifikata, u meta l-Istat Membru tad-dispaċċ ikun differenti mill-Istat Membru tal-esportazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jibagħtu r-rapport tal-esportazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jibagħtu r-rapport tal-esportazzjoni lill-konsenjatur.

Artikolu 26

In-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema kompjuterizzata

1.  

B'deroga mill-Artikolu 20(1), meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-dispaċċ, il-konsenjatur jista' jibda moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju dment li:

(a) 

mal-oġġetti jkun hemm dokument ta' riżerva li jkun fih l-istess data bħall-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku msemmi fl-Artikolu 20(2);

(b) 

il-konsenjatur jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ qabel il-bidu tal-moviment.

L-Istat Membru tad-dispaċċ jista' wkoll jitlob lill-konsenjatur jgħaddilu kopja tad-dokument imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-verifika mill-Istat Membru tad-dispaċċ tad-data li hemm f'dik il-kopja u, meta l-konsenjatur ikun responsabbli għan-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema kompjuterizzata, informazzjoni xierqa dwar ir-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' disponibbiltà, qabel il-bidu tal-moviment.

2.  
Malli s-sistema kompjuterizzata terġa' ssir disponibbli, il-konsenjatur għandu jressaq abbozz ta' dokument amministrattiv elettroniku b'konformità mal-Artikolu 20(2).

Malli d-data li tidher fl-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku tkun ġiet ivverifikata skont l-Artikolu 20(3), jekk dik id-data tkun valida, dak id-dokument għandu jieħu post id-dokument ta' riżerva msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Artikolu 20(4), l-Artikolu 21(1) u l-Artikoli 24 u 25 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.  
Kopja tad-dokument ta' riżerva msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tinżamm mill-konsenjatur fir-rekords tiegħu.
4.  
Meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-dispaċċ, il-konsenjatur jista' jemenda d-destinazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 20(7) jew jaqsam il-moviment tal-prodotti tal-enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 23 u għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ permezz ta' mezzi alternattivi tal-komunikazzjoni. Għal dak il-għan, il-konsenjatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ qabel ma ssir il-bidla fid-destinazzjoni jew qabel ma jsir il-qsim tal-moviment. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
5.  
Meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-dispaċċ fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(iii) u (v) tal-Artikolu 16(1), il-konsenjatur għandu jipprovdi kopja tad-dokument ta' riżerva, kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, lid-dikjarant.

Id-dikjarant għandu jipprovdi kopja ta' dak id-dokument ta' riżerva lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni, li l-kontenut tiegħu jkun jikkorrispondi għall-oġġetti soġġetti għas-sisa ddikjarati fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jew l-identifikatur uniku tad-dokument ta' riżerva.

Artikolu 27

Dokumenti ta' riżerva fid-destinazzjoni jew f'każijiet ta' esportazzjoni

1.  
Meta, fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 16(1) fil-punt (b) tal-Artikolu 16(1) u fl-Artikolu 16(4), ir-rapport tar-riċeviment previst fl-Artikolu 24(1) ma jkunx jista' jiġi ppreżentat fit-tmiem ta' moviment ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fl-iskadenza prevista f'dak l-Artikolu, jew peress li s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni jew peress li, fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(1), il-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 26(2) ma jkunux għadhom twettqu, id-destinatarju għandu jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, dokument ta' riżerva li jkun fih l-istess informazzjoni bħar-rapport tar-riċeviment u li jiċċertifika li l-moviment ikun intemm.

Għajr meta r-rapport tal-wasla jkun jista' jitressaq fi żmien qasir mid-destinatarju permezz tas-sistema kompjuterizzata kif previst fl-Artikolu 24(1) , jew għajr f'każijiet debitament ġustifikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jibagħtu kopja tad-dokument ta' riżerva kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ, u dawn għandhom jibagħtuh lill-konsenjatur jew iżommuh disponibbli għall-konsenjatur. Malli s-sistema kompjuterizzata terġa' ssir disponibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni jew ikunu twettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 26(2), id-destinatarju għandu jippreżenta rapport tal-wasla, skont l-Artikolu 24(1). Il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 24 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.  
Meta, fil-każ imsemmi fil-punti (a)(iii) jew (v) tal-Artikolu 16(1), ir-rapport tal-esportazzjoni previst fl-Artikolu 25(1) u (2) jew in-notifika li l-oġġetti ma għadhomx ser jittieħdu barra mit-territorju tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 21(5) ma jkunux jistgħu jitlestew fi tmiem il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, għax is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tal-esportazzjoni jew għax, fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(1), ma jkunx għadhom twettqu l-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 26(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jibagħtu dokument li jkun fih l-istess data bħar-rapport tal-esportazzjoni jew bħan-notifika u jkun jiċċertifika li l-moviment ikun intemm jew li l-oġġetti ma ttiħdux barra mit-territorju tal-Unjoni, għajr meta r-rapport tal-esportazzjoni jew in-notifika jistgħu jitlestew fi żmien qasir permezz tas-sistema kompjuterizzata, jew f'każijiet debitament ġustifikati.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jibagħtu kopja tad-dokument lill-konsenjatur, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jew iżommuha disponibbli għall-konsenjatur.

Malli s-sistema kompjuterizzata terġa' ssir disponibbli fl-Istat Membru tal-esportazzjoni jew ikunu twettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 26(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jibagħtu rapport tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 25(1) u (2) jew in-notifika prevista fl-Artikolu 21(5). L-Artikolu 25(3) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 28

Evidenzi alternattivi tal-wasla u evidenza tal-ħruġ

1.  
Minkejja l-Artikolu 27, ir-rapport tal-wasla previst fl-Artikolu 24(1) jew ir-rapport tal-esportazzjoni previst fl-Artikolu 25(1) u (2) għandhom jikkostitwixxu evidenza li ntemm il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa skont l-Artikolu 19(2).
2.  
B'deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas tar-rapport tal-wasla jew tar-rapport tal-esportazzjoni għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 27, tista' tingħata evidenza alternattiva ta' tmiem il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju, skont il-paragrafi 3 u 4.
3.  
Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 16(1) fil-punt (b) tal-Artikolu 16(1) u fl-Artikolu 16(4), evidenza alternattiva ta' tmiem il-moviment tista' tingħata permezz ta' ċertifikazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, ibbażata fuq evidenza xierqa, li l-oġġetti soġġetti għas-sisa waslu fid-destinazzjoni tagħhom.

Dokument ta' riżerva kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 26(1) għandu jikkostitwixxi evidenza xierqa.

4.  

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a)(iii) jew (v) tal-Artikolu 16(1), biex jiġi ddeterminat jekk l-oġġetti soġġetti għas-sisa fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunux inħarġu barra mit-territorju tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ:

(a) 

għandhom jaċċettaw ċertifikazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju doganali tal-ħruġ, li tiċċertifika li l-oġġetti soġġetti għas-sisa ħallew it-territorju tal-Unjoni, jew li tiċċertifika li l-oġġetti soġġetti għas-sisa tqiegħdu taħt il-proċedura ta' tranżitu estern skont il-punt (a)(v) tal-Artikolu 16(1) bħala evidenza adegwata li l-oġġetti nħarġu mit-territorju tal-Unjoni.

(b) 

jistgħu jikkunsidraw kwalunkwe kombinazzjoni tal-ġabra ta' evidenza li ġejja:

(i) 

nota tal-konsenja;

(ii) 

dokument iffirmat jew awtentikat mill-operatur ekonomiku li ħareġ l-oġġetti soġġetti għas-sisa barra mit-territorju doganali tal-Unjoni li jiċċertifika l-ħruġ tal-oġġetti;

(iii) 

dokument li fih l-awtorità doganali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz tiċċertifika l-konsenja skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għal dik iċ-ċertifikazzjoni f'dak l-Istat jew f'dak il-pajjiż;

(iv) 

rekords dwar l-oġġetti mgħobbija fuq bastimenti, inġenji tal-ajru jew installazzjonijiet offshore miżmuma minn operaturi ekonomiċi;

(v) 

evidenza oħra aċċettabbli għall-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-dispaċċ.

5.  
Meta l-evidenza xierqa tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ, din għandha ttemm il-moviment fis-sistema kompjuterizzata.

Artikolu 29

Delega tas-setgħa u għoti tas-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-dokumenti li għandhom jiġu skambjati taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 51 biex tistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti amministrattivi elettroniċi skambjati permezz tas-sistema kompjuterizzata għall-finijiet tal-Artikoli 20 sa 25, u tad-dokumenti ta' riżerva msemmija fl-Artikoli 26 u 27 fil-kuntest ta' moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għal l-iskambji tad-dokumenti amministrattivi elettroniċi permezz tas-sistema kompjuterizzata fil-kuntest tal-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju u r-regoli u l-proċeduri għall-użu tad-dokumenti ta' riżerva kif imsemmi fl-Artikoli 26 u 27. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).
3.  
Kull Stat Membru għandu jiddetermina s-sitwazzjonijiet meta s-sistema kompjuterizzata tista' titqies mhux disponibbli u għandu jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'dawk is-sitwazzjonijiet, għall-finijiet tal-Artikoli 26 u 27 u skonthom.



Taqsima 3

Proċeduri ssimplifikati

Artikolu 30

Proċeduri ssimplifikati fi Stat Membru wieħed

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri ssimplifikati fir-rigward tal-movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju li jsiru għalkollox fit-territorju tagħhom, inkluż il-possibbiltà li ssir rinunzja mir-rekwiżit li ssir superviżjoni elettronika ta' dawn il-movimenti.

Artikolu 31

Proċeduri ssimplifikati f'żewġ Stati Membri jew aktar

Bi ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati kollha, jistgħu jiġu stabbiliti proċeduri ssimplifikati għall-finijiet ta' movimenti frekwenti u regolari ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju li jsiru bejn it-territorji ta' żewġ Stati Membri jew aktar.

Din id-dispożizzjoni tinkludi l-movimenti permezz ta' pipelines fissi.



KAPITOLU V

Movimenti u tassazzjoni tal-oġġetti soġġetti għas-sisa wara r-rilaxx għall-konsum



Taqsima 1

Akkwiżizzjoni minn individwi privati

Artikolu 32

Akkwiżizzjoni minn individwu privat

1.  
Id-dazju tas-sisa fuq oġġetti soġġetti għas-sisa akkwistati minn individwu privat għall-użu proprju tiegħu u trasportati mit-territorju ta' Stat Membru wieħed lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor minn dan l-individwu privat, għandu jkun dovut biss fl-Istat Membru fejn ikunu ġew akkwistati l-oġġetti soġġetti għas-sisa.
2.  

Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-oġġetti soġġetti għas-sisa msemmija fil-paragrafu 1 humiex intenzjonati għall-użu proprju ta' individwu privat, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari l-punti li ġejjin:

(a) 

l-istatus kummerċjali tad-detentur tal-oġġetti soġġetti għas-sisa u r-raġunijiet għall-pussess tagħhom;

(b) 

il-post fejn l-oġġetti soġġetti għas-sisa jkunu jinsabu jew, jekk ikun xieraq, il-modalità tat-trasport użat;

(c) 

kwalunkwe dokument relatat mal-oġġetti soġġetti għas-sisa;

(d) 

in-natura tal-oġġetti soġġetti għas-sisa;

(e) 

il-kwantità tal-oġġetti soġġetti għas-sisa.

3.  

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (e) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli gwida, bħala forma ta' evidenza biss. Dawn il-livelli gwida ma jistgħux ikunu inqas minn:

(a) 

għall-prodotti tat-tabakk:

— 
sigaretti: 800 oġġett,
— 
cigarillos (sigarri li ma jiżnux aktar minn 3 g kull wieħed): 400 oġġett,
— 
sigarri: 200 oġġett,
— 
tabakk għat-tipjip: 1,0 kg;
(b) 

għax-xorb alkoħoliku:

— 
xorb spirituż: 10 l,
— 
prodotti intermedji: 20 l,
— 
inbejjed: 90 litru (inkluż sa massimu ta' 60 litru ta' nbid frizzanti),
— 
birer: 110 l.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li d-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fl-Istat Membru tal-konsum mal-akkwiżizzjoni ta' żjut minerali li jkunu diġà ġew irrilaxxati għall-konsum fi Stat Membru ieħor, jekk dawk l-oġġetti jkunu trasportati b'mezzi tat-trasport atipiċi minn individwu privat jew f'isem individwu privat.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, "mezz tat-trasport atipiku" tfisser it-trasport ta' fjuwils għajr fit-tankijiet tal-vetturi jew f'kontenituri ta' riżerva adattati kif ukoll it-trasport ta' prodotti likwidi għat-tisħin għajr permezz ta' tankers użati f'isem operaturi ekonomiċi.



Taqsima 2

Proċedura li għandha tiġi segwita għall-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa li ġew rilaxxati għall-konsum fit-territorju Ta' stat membru wieħed u ġew trasferiti lejn it-territorju ta' stat membru ieħor sabiex jiġu kkonsenjati hemmhekk għal skopijiet kummerċjali

Artikolu 33

Ġenerali

1.  
Jekk l-oġġetti soġġetti għas-sisa li jkunu ġew rilaxxati għall-konsum fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jiġu trasferiti lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor jitwasslu għal finijiet kummerċjali jew użati hemmhekk, dawn għandhom ikunu soġġetti għas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Fl-ambitu tal-arranġamenti stabbiliti f'din it-Taqsima, l-oġġetti soġġetti għas-sisa għandhom jiġu trasferiti biss mingħand konsenjatur iċċertifikat lejn destinatarju ċċertifikat.

2.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-oġġetti soġġetti għas-sisa għandhom jitqiesu "mwassla għal finijiet kummerċjali" meta dawn ikunu ġew rilaxxati għall-konsum fit-territorju ta' Stat Membru wieħed, ġew trasferiti minn dak l-Istat Membru lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor u twasslu lejn persuna oħra għajr individwu privat jew lejn individwu privat jekk il-moviment ma jkunx kopert mill-Artikolu 32 jew l-Artikolu 44. Madankollu, l-oġġetti soġġetti għas-sisa ma għandhomx jitqiesu mwassla għal finijiet kummerċjali meta dawn jiġu trasportati minn dak l-individwu privat għall-użu proprju, meta jiġu trasferiti mit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor.
3.  
Il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa skont dan l-Artikolu għandu jibda meta l-oġġetti soġġetti għas-sisa jitilqu mill-bini tal-konsenjatur iċċertifikat jew kwalunkwe post fl-Istat Membru tad-dispaċċ, li għandu jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ qabel il-bidu tal-moviment.
4.  
Il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa skont dan l-Artikolu għandu jintemm meta d-destinatarju ċċertifikat jirċievi l-konsenja tal-oġġetti soġġetti għas-sisa fil-bini tiegħu jew kwalunkwe post fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, li għandu jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni qabel il-bidu tal-moviment.
5.  
Il-kundizzjonijiet tal-intaxxar u r-rati tad-dazju tas-sisa li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data meta d-dazju jsir dovut fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Artikolu 34

Każ ta' intaxxar

1.  
Id-destinatarju ċċertifikat għandu jkun responsabbli li jħallas id-dazju tas-sisa, li għandu jkun dovut meta l-oġġetti jkunu twasslu fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, għajr meta sseħħ xi irregolarità skont l-Artikolu 46 waqt il-moviment.
2.  
Fil-każ ta' nuqqas ta' reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni ta' persuna waħda involuta jew tal-persuni kollha involuti fil-moviment, dawn il-persuni għandhom ukoll ikunu responsabbli biex iħallsu d-dazju tas-sisa.
3.  
L-oġġetti soġġetti għas-sisa li jinżammu abbord dgħajsa jew inġenju tal-ajru li jagħmel vjaġġi jew titjiriet bejn it-territorji ta' żewġ Stati Membri iżda li ma jkunux disponibbli għall-bejgħ meta d-dgħajsa jew l-inġenju tal-ajru jkunu fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri, ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 35

Kundizzjonijiet għall-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt din it-Taqsima

1.  
Il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti taħt din it-Taqsima biss jekk dan isir bil-kopertura ta' dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat, ipproċessat skont l-Artikolu 36.
2.  

Id-destinatarju ċċertifikat taħt l-Artikolu 34(1) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

qabel id-dispaċċ tal-oġġetti, jipprovdi garanzija li tkopri r-riskji inerenti ta' nuqqas ta' ħlas tad-dazji tas-sisa li jistgħu jsiru waqt il-moviment minn ġo territorji tal-Istati Membri ta' tranżitu u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b) 

iħallas id-dazju tas-sisa dovut fl-Istat Membru tad-destinazzjoni skont il-proċedura stabbilita minn dak l-Istat Membru fit-tmiem tal-moviment tal-oġġetti;

(c) 

jaċċetta kwalunkwe verifika li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni biex jiżguraw ruħhom li l-oġġetti soġġetti għas-sisa jkunu waslu effettivament u li jkun tħallas id-dazju tas-sisa dovut fuqhom.

3.  
B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jistgħu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minnhom, jippermettu li l-garanzija tingħata mit-trasportatur jew mill-operatur tat-trasport, minn sid l-oġġetti soġġetti għas-sisa, mill-konsenjatur iċċertifikat, jew b'mod konġunt minn kwalunkwe kombinazzjoni ta' tnejn jew iżjed minn dawk il-persuni bid-destinatarju ċċertifikat jew mingħajru.
4.  
Il-garanzija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.
5.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati li jirregolaw l-għoti u l-validità ta' garanzija.
6.  
Magazzinier awtorizzat jew konsenjatur irreġistrat jistgħu jaġixxu bħala konsenjatur iċċertifikat għall-finijiet ta' din it-Taqsima wara li jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ.
7.  
Magazzinier awtorizzat jew destinatarju rreġistrat jistgħu jaġixxu bħala destinatarju ċċertifikat għall-finijiet ta' din it-Taqsima wara li jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.
8.  
Għal konsenjatur iċċertifikat jew destinatarju ċċertifikat li jibgħat jew jirċievi oġġetti soġġetti għas-sisa okkażjonalment biss, iċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punti (12) u (13) tal-Artikolu 3 għandha tkun limitata għal kwantità speċifikata ta' oġġetti soġġetti għas-sisa, mingħand destinatarju jew konsenjatur wieħed u għal perijodu ta' żmien speċifikat. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw iċ-ċertifikazzjoni għal moviment wieħed. Ċertifikazzjoni temporanja bħal din tista' wkoll, minkejja r-rekwiżiti tal-punti (12) u (13) tal-Artikolu 3, tingħata lil individwi privati li jaġixxu bħala konsenjaturi jew destinatarji meta merkanzija soġġetta għas-sisa tiġi kkonsenjata għal finijiet kummerċjali skont l-Artikolu 33(2).

Artikolu 36

Dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat

1.  
Meta l-oġġetti soġġetti għas-sisa jiġu trasferiti skont din it-Taqsima, il-konsenjatur iċċertifikat għandu jressaq abbozz ta' dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ permezz tas-sistema kompjuterizzata.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data mogħtija fl-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat.

Meta din id-data ma tkunx valida, il-konsenjatur għandu jiġi infurmat dwarha mingħajr dewmien.

Meta din id-data tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jassenjaw kodiċi uniku ta' referenza amministrattiva lid-dokument u jikkomunikawh lill-konsenjatur iċċertifikat.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jgħaddu d-dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, u dawn għandhom jibagħtuh lid-destinatarju ċċertifikat.
4.  
Il-konsenjatur iċċertifikat għandu jipprovdi kodiċi uniku ta' referenza amministrattiva ssimplifikata lill-persuna li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għas-sisa, jew meta ma jkun hemm l-ebda persuna li takkumpanja l-oġġetti, lit-trasportatur jew lill-operatur tat-trasport. Il-persuna li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għas-sisa, it-trasportatur jew l-operatur tat-trasport għandhom jipprovdu dak il-kodiċi lill-awtoritajiet kompetenti meta jintalab waqt il-moviment.
5.  
Waqt moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa taħt din it-Taqsima, il-konsenjatur iċċertifikat jista', billi juża s-sistema kompjuterizzata, jibdel id-destinazzjoni lejn post ieħor tal-konsenja fl-istess Stat Membru operat mill-istess destinatarju ċċertifikat, jew lejn il-post tad-dispaċċ. Għal dak il-għan, il-konsenjatur iċċertifikat għandu jressaq abbozz ta' dokument elettroniku għal bidla fid-destinazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ permezz tas-sistema kompjuterizzata.

Artikolu 37

Rapport tal-wasla

1.  
Malli jaslu l-oġġetti soġġetti għas-sisa, id-destinatarju ċċertifikat għandu jressaq mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara tmiem il-moviment, għajr f'każijiet debitament ġustifikati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, rapport tal-wasla tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, permezz tas-sistema kompjuterizzata.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data mogħtija fir-rapport tal-wasla.

Meta din id-data ma tkunx valida, id-destinatarju għandu jiġi infurmat dwarha mingħajr dewmien.

Meta din id-data tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jagħtu konferma lid-destinatarju ċċertifikat dwar ir-reġistrazzjoni tar-rapport tal-wasla u jgħadduha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ.

Ir-rapport tal-wasla għandu jitqies bħala evidenza suffiċjenti li d-destinatarju ċċertifikat wettaq il-formalitajiet meħtieġa kollha u, jekk applikabbli u dment li l-oġġetti soġġetti għas-sisa ma humiex eżentati mill-ħlas tad-dazju tas-sisa, ħallas kull dazju tas-sisa dovut lill-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew arranġament ta' sospensjoni tad-dazju f'konformità mal-Kapitolu III.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jgħaddu r-rapport tal-wasla lill-konsenjatur iċċertifikat.
4.  
Id-dazju tas-sisa mħallas fl-Istat Membru tad-dispaċċ għandu jiġi rrimborżat, meta jintalab u abbażi tar-rapport tal-wasla msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 38

Proċedura ta' riżerva u rkupru fil-post tad-dispaċċ

1.  

B'deroga mill-Artikolu 36, meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-dispaċċ, il-konsenjatur iċċertifikat jista' jibda moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa dment li:

(a) 

mal-oġġetti jinhemeż dokument ta' riżerva li jkun fih l-istess data bħall-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat imsemmi fl-Artikolu 35(1);

(b) 

Il-konsenjatur iċċertifikat jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ qabel il-bidu tal-moviment.

L-Istat Membru tad-dispaċċ jista' wkoll jitlob lill-konsenjatur iċċertifikat jgħaddilu kopja tad-dokument imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-verifika mill-Istat Membru tad-dispaċċ tad-data li hemm f'dik il-kopja u, meta l-konsenjatur iċċertifikat ikun responsabbli għan-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema kompjuterizzata, informazzjoni xierqa dwar ir-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' disponibbiltà, qabel il-bidu tal-moviment.

2.  
Malli s-sistema kompjuterizzata terġa' ssir disponibbli, il-konsenjatur iċċertifikat għandu jressaq abbozz ta' dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat, b'konformità mal-Artikolu 36(1).

Malli d-data li tidher fl-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat tkun ġiet ivverifikata skont l-Artikolu 36(2), jekk dik id-data tkun valida, dak id-dokument għandu jieħu post id-dokument ta' riżerva msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 37 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.  
Kopja tad-dokument ta' riżerva msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tinżamm mill-konsenjatur iċċertifikat fir-rekords tiegħu.
4.  
Meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-dispaċċ, il-konsenjatur iċċertifikat jista' jemenda d-destinazzjoni tal-oġġetti kif imsemmi fl-Artikolu 36(5) jew għandu jikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ permezz ta' mezzi alternattivi tal-komunikazzjoni. Il-konsenjatur iċċertifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ qabel jibda l-bidla fid-destinazzjoni. Il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 39

Dokumenti ta' riżerva u rkupru tad-data – rapport tal-wasla

Meta l-oġġetti soġġetti għas-sisa jiġu trasferiti skont din it-Taqsima u r-rapport tal-wasla ma jkunx jista' jiġi ppreżentat fi tmiem il-moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa skont l-Artikolu 37(1), għax is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni jew għax il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 38(2) ma jkunx għadhom twettqu, id-destinatarju ċċertifikat għandu, għajr f'każijiet iġġustifikati kif jixraq, iressaq dokument ta' riżerva li jkun fih l-istess data bħar-rapport tal-wasla u jiddikjara li ntemm il-moviment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Għajr meta r-rapport tal-wasla jkun jista' jitressaq fi żmien qasir mid-destinatarju ċċertifikat permezz tas-sistema kompjuterizzata kif previst fl-Artikolu 37(1), jew għajr f'każijiet debitament ġustifikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jibagħtu kopja tad-dokument ta' riżerva, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ għandhom jibagħtu l-kopja lill-konsenjatur iċċertifikat jew iżommuha disponibbli għall-konsenjatur iċċertifikat.

Malli s-sistema kompjuterizzata terġa' ssir disponibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni jew il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 38(2) ikunu twettqu, id-destinatarju ċċertifikat għandu jippreżenta rapport tal-wasla skont l-Artikolu 37(1). L-Artikolu 37(2) u (3) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 40

Evidenzi alternattivi tal-wasla

1.  
Minkejja l-Artikolu 39, ir-rapport tal-wasla mitlub mill-Artikolu 37(1) għandu jikkostitwixxi evidenza li l-oġġetti soġġetti għas-sisa twasslu għand id-destinatarju ċċertifikat.
2.  
B'deroga mill-paragrafu 1, fin-nuqqas ta' rapport tal-wasla għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 39, evidenza alternattiva tal-konsenja tal-oġġetti soġġetti għas-sisa tista' tingħata b'ċertifikazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, abbażi ta' evidenza xierqa, li l-oġġetti soġġetti għas-sisa mibgħuta waslu fid-destinazzjoni tagħhom.

Id-dokument ta' riżerva msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 39 għandu jikkostitwixxi evidenza xierqa għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

3.  
Meta ċ-ċertifikazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-dispaċċ, din għandha titqies bħala evidenza biżżejjed li d-destinatarju ċċertifikat issodisfa l-formalitajiet kollha meħtieġa u ħallas id-dazju tas-sisa dovut lill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Artikolu 41

Deroga mill-obbligu li tintuża s-sistema kompjuterizzata – proċeduri ssimplifikati f'żewġ Stati Membri jew aktar

Bi ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati kollha, jistgħu jiġu stabbiliti proċeduri ssimplifikati għal movimenti ta' oġġetti soġġetti għas-sisa taħt din it-Taqsima li jsiru bejn it-territorji ta' żewġ Stati Membri jew aktar.

Artikolu 42

Moviment ta' oġġetti rrilaxxati għall-konsum bejn żewġ postijiet fit-territorju tal-istess Stat Membru minn ġot-territorju ta' Stat Membru ieħor

1.  

Meta l-oġġetti soġġetti għas-sisa diġà rrilaxxati għall-konsum fit-territorju ta' Stat Membru jiġu trasferiti lejn post tad-destinazzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru minn ġot-territorju ta' Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

dak il-moviment għandu jsir bil-kopertura tad-dokument amministrattiv elettroniku ssimplifikat imsemmi fl-Artikolu 35(1) skont itinerarju xieraq;

(b) 

id-destinatarju ċċertifikat għandu jikkonferma li rċieva l-oġġetti skont ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-post tad-destinazzjoni;

(c) 

il-konsenjatur iċċertifikat u d-destinatarju ċċertifikat għandhom jaċċettaw kull kontroll li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jiżguraw li l-oġġetti kienu waslu effettivament.

2.  
Meta l-oġġetti soġġetti għas-sisa jiġu trasferiti ta' spiss u regolarment skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, bi ftehim bejniethom u bil-kundizzjonijiet iddeterminati minnhom, jissimplifikaw ir-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 1.

Artikolu 43

Delega tas-setgħa u għoti tas-setgħa ta' implimentazzjoni għall-movimenti ta' oġġetti li jridu jitwasslu għal finijiet kummerċjali

▼C1

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' delega f'konformità mal-Artikolu 51 li jistabbilixxu l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti amministrattivi elettroniċi skambjati permezz tas-sistema kompjuterizzata għall-finijiet tal-Artikoli 36 u 37, u tad-dokumenti ta' riżerva msemmija fl-Artikoli 38, 39 u 40 fil-kuntest tal-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa skont din it-Taqsima.

▼B

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-iskambju ta' dokumenti amministrattivi elettroniċi permezz tas-sistema kompjuterizzata għall-finijiet tal-Artikoli 36 u 37, u r-regoli u l-proċeduri għall-użu tad-dokumenti ta' riżerva msemmija fl-Artikoli 38, 39 u 40 fil-kuntest ta' moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa skont din it-Taqsima. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52.



Taqsima 3

Bejgħ mill-bogħod

Artikolu 44

Bejgħ mill-bogħod

1.  
L-oġġetti soġġetti għas-sisa diġà rrilaxxati għall-konsum fit-territorju ta' Stat Membru wieħed, li jinxtraw minn persuna, li ma tkunx il-magazzinier awtorizzat, destinatarju rreġistrat jew konsenjatur iċċertifikat, li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor u li ma jwettaqx attività ekonomika indipendenti, u li huma mwassla jew trasportati lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor direttament jew indirettament minn konsenjatur li jwettaq attività ekonomika indipendenti jew f'ismu, għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
2.  
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, id-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fl-Istat Membru tad-destinazzjoni fil-mument tal-konsenja tal-oġġetti soġġetti għas-sisa. Il-kundizzjonijiet tal-intaxxar u r-rata tad-dazju tas-sisa li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data meta d-dazju jsir dovut.

Id-dazju tas-sisa għandu jitħallas skont il-proċedura stabbilita mill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

3.  
Il-persuna responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni għandha tkun il-konsenjatur.

Madankollu, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista' jippermetti li l-konsenjatur jinnomina rappreżentant tat-taxxa, stabbilit fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa. Ir-rappreżentant tat-taxxa għandu jkun approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, meta l-konsenjatur jew ir-rappreżentant tat-taxxa ma jkunux irrispettaw id-dispożizzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 4, il-persuna responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa għandha tkun id-destinatarju tal-oġġetti soġġetti għas-sisa.

4.  

Il-konsenjatur jew ir-rappreżentant tat-taxxa għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

qabel jibgħat l-oġġetti soġġetti għas-sisa, jirreġistra l-identità tiegħu u jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa fl-uffiċċju kompetenti indikat speċifikament u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b) 

iħallas id-dazju tas-sisa fl-uffiċċju msemmi fil-punt (a) wara li jkunu twasslu l-oġġetti soġġetti għas-sisa;

(c) 

iżomm il-kontijiet tal-konsenji tal-prodotti.

L-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minnhom, jissimplifikaw dawn ir-rekwiżiti abbażi ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali.

5.  
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, id-dazju tas-sisa impost fl-ewwel Stat Membru għandu jiġi rrimborżat, jekk dan jintalab mill-konsenjatur, meta l-konsenjatur jew ir-rappreżentant tat-taxxa jkun segwa l-proċeduri previsti fil-paragrafu 4.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 għall-oġġetti soġġetti għas-sisa li huma koperti taħt arranġamenti nazzjonali speċjali tad-distribuzzjoni.



Taqsima 4

Qerda u telf

Artikolu 45

Qerda u telf

1.  
Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) u fl-Artikolu 44(1), f'każ ta' qerda totali jew telf irrimedjabbli tal-oġġetti soġġetti għas-sisa waqt it-trasport tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn ġew irrilaxxati għall-konsum, minħabba ċirkostanzi mhux prevedibbli, forza maġġuri jew minħabba xi awtorizzazzjoni għall-qerda tal-oġġetti mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru, id-dazju tas-sisa ma għandux ikun dovut f'dak l-Istat Membru.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva l-oġġetti għandhom jitqiesu meqruda għalkollox jew mitlufa b'mod irrimedjabbli meta ma jkunux jistgħu jintużaw bħala oġġetti soġġetti għas-sisa.

2.  
F'każ ta' telf parzjali minħabba n-natura tal-oġġetti li jseħħ waqt it-trasport tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn dawn l-oġġetti ġew irrilaxxati għall-konsum, id-dazju tas-sisa ma għandux ikun dovut f'dak l-Istat Membru jekk l-ammont tat-telf ikun fi ħdan il-limitu komuni ta' telf parzjali għal dawk l-oġġetti soġġetti għas-sisa stabbilit skont l-Artikolu 6(9), dment li Stat Membru ma jkollux raġuni valida biex jissuspetta frodi jew irregolarità.
3.  
Il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli, totali jew parzjali, tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun saret il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli, totali jew parzjali, jew, meta ma jkunx possibbli li jiġi determinat fejn seħħ it-telf, fejn ġie skopert.

Fejn hija stabbilita l-qerda totali jew telf irrimedjabbli, totali jew parzjali, tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, il-garanzija ppreżentata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 35(2) jew il-punt (a) tal-Artikolu 44(4) għandha tiġi rilaxxata, b'mod sħiħ jew parzjalment, kif adegwat, hekk kif tingħata evidenza sodisfaċenti.



Taqsima 5

Irregolaritajiet waqt il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa

Artikolu 46

Irregolaritajiet waqt il-moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa

1.  
Meta sseħħ xi irregolarità waqt moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 44(1), it-territorju ta' Stat Membru li mhux t-territorju tal-Istat Membru fejn ġew irrilaxxati għall-konsum, dawn għandhom ikunu soġġetti għas-sisa, u d-dazju tas-sisa għandu jkun dovut fl-Istat Membru fejn tkun seħħet l-irregolarità.
2.  
Meta tiġi skoperta xi irregolarità waqt moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 44(1), it-territorju ta' Stat Membru li mhux it-territorju tal-Istat Membru fejn ikunu ġew irrilaxxati għall-konsum u ma jkunx jista' jiġi stabbilit fejn seħħet l-irregolarità, l-irregolarità għandha titqies li seħħet u d-dazju tas-sisa għandu jkun dovut fl-Istat Membru fejn tkun ġiet skoperta l-irregolarità.

Madankollu, jekk qabel jgħaddu tliet snin mid-data tal-akkwist tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, jiġi determinat f'liema territorju ta' Stat Membru tkun fil-fatt seħħet l-irregolarità, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

3.  
Id-dazju tas-sisa għandu jkun dovut mill-persuna li tkun tat garanzija li ser tħallsu skont il-punt (a) tal-Artikolu 35(2) jew il-punt (a) tal-Artikolu 44(4) u minn kwalunkwe persuna li kellha x'taqsam mal-irregolarità. Meta jkun hemm bosta persuni responsabbli għall-istess dazju tas-sisa, dawn għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt għal dak id-dejn.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-oġġetti soġġetti għas-sisa jkunu ġew irrilaxxati għall-konsum għandhom, meta jintalbu, jagħtu rimborż jew maħfra tad-dazju tas-sisa, meta dan ikun ġie impost fl-Istat Membru fejn seħħet jew fejn tkun ġiet skoperta l-irregolarità. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jirrilaxxaw il-garanzija ddepożitata skont il-punt (a) tal-Artikolu 35(2) jew il-punt (a) tal-Artikolu 44(4).

4.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "irregolarità" tfisser sitwazzjoni li sseħħ waqt moviment ta' oġġetti soġġetti għas-sisa skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 44(1), li mhix koperta mill-Artikolu 45 li minħabba fiha moviment, jew parti minn moviment, ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ma ntemmx kif dovut.
5.  
Kwalunkwe nuqqas ta' reġistrazzjoni jew ċertifikazzjoni ta' persuna waħda involuta jew tal-persuni involuti kollha fil-moviment bil-kuntrarju tal-Artikolu 33(1) jew il-punt (a) tal-l-Artikolu 44(4) jew kwalunkwe nuqqas ta' rispett għad-dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 35(1) għandu jitqies bħala irregolarità. Il-paragrafi 1 u 4 għandhom japplikaw skont dan, sakemm id-destinatarju ma jkunx responsabbli li jħallas id-dazju tas-sisa f'konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 44(3).



KAPITOLU VI

Mixxellanji



Taqsima 1

Immarkar

Artikolu 47

Immarkar

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2), l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-oġġetti soġġetti għas-sisa jkollhom marki fiskali jew marki ta' identifikazzjoni nazzjonali użati għal finijiet fiskali meta l-oġġetti jkunu qed jiġu rrilaxxati għall-konsum fit-territorju tagħhom, jew, fil-każijiet previsti fl-Artikolu 33(1) u l-Artikolu 44(1), meta dawn jidħlu fit-territorju tagħhom.
2.  
Kwalunkwe Stat Membru li jeżiġi l-użu ta' marki fiskali jew ta' marki ta' identifikazzjoni nazzjonali kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun meħtieġ li jagħmilhom disponibbli għall-magazzinieri awtorizzati tal-Istati Membri l-oħra. Madankollu, kull Stat Membru jista' jeżiġi li dawn il-marki jsiru disponibbli għal rappreżentant tat-taxxa awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru.
3.  
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jistgħu jistabbilixxu biex jiżguraw li dan l-Artikolu jiġi implimentat sew u biex jevitaw xi tip ta' evażjoni, evitar jew abbuż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-marki fiskali jew il-marki ta' identifikazzjoni nazzjonali kif stabbiliti fil-paragrafu 1 ma joħolqux ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti soġġetti għas-sisa.

Meta dawn il-marki jitqiegħdu fuq oġġetti soġġetti għas-sisa, kwalunkwe ammont imħallas jew garantit biex jinkisbu dawn il-marki, għajr l-ispejjeż għall-ħruġ tagħhom, għandu jiġi rrimborżat, maħfur jew rilaxxat mill-Istat Membru li jkun ħariġhom, jekk id-dazju tas-sisa jkun sar dovut u nġabar fi Stat Membru ieħor.

Madankollu, l-Istat Membru li ħareġ dawn il-marki jista' jeżiġi li r-rimborż, il-maħfra jew ir-rilaxx tal-ammont imħallas jew garantit jiġu soġġetti għall-preżentazzjoni tal-evidenza, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu, li dawn tneħħew jew inqerdu.

4.  
Il-marki fiskali jew il-marki ta' identifikazzjoni nazzjonali kif stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi fl-Istat Membru li jkun ħariġhom. Madankollu, jista' jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta' dawn il-marki bejn l-Istati Membri.



Taqsima 2

Produtturi Żgħar tal-inbid

Artikolu 48

Produtturi żgħar tal-inbid

1.  
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-produtturi żgħar tal-inbid mir-rekwiżiti tal-Artikoli 14 sa 31 u mir-rekwiżiti l-oħra relatati mal-moviment u l-monitoraġġ. Meta dawn il-produtturi żgħar infushom iwettqu tranżazzjonijiet intra-Unjoni, dawn għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 ( 3 ).
2.  
Meta l-produtturi żgħar tal-inbid ikunu eżentati mir-rekwiżiti skont il-paragrafu 1, id-destinatarju għandu jgħarraf, permezz tad-dokument meħtieġ mir-Regolament Delegat (UE) 2018/273 jew b'referenza għalih, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni bil-konsenji tal-inbid li jkunu waslu.
3.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "produttur żgħir" tfisser produttur li jipproduċi medja ta' anqas minn 1 000 hl ta' inbid għal kull sena tal-inbid, abbażi tal-produzzjoni annwali medja matul l-aħħar tliet snin konsekuttivi tal-inbid, f'konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273.



Taqsima 3

Imħażen għad-dgħajjes u għall-inġenji tal-ajru

Artikolu 49

Imħażen għad-dgħajjes u għall-inġenji tal-ajru

Sakemm il-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-imħażen għad-dgħajjes u tal-inġenji tal-ajru, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-eżenzjonijiet għal dawn l-imħażen.



Taqsima 4

arranġamenti speċjali

Artikolu 50

Arranġamenti speċjali

L-Istati Membri li kkonkludew Ftehim dwar ir-responsabbiltà għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni ta' pont transfruntier jistgħu jadottaw miżuri ta' deroga mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tad-dazju tas-sisa fuq l-oġġetti soġġetti għas-sisa użati għall-kostruzzjoni u għall-manutenzjoni ta' dak il-pont.

Għall-finijiet ta' dawk il-miżuri, il-pont u s-siti tal-kostruzzjoni msemmija fil-Ftehim għandhom jitqiesu li huma parti mit-territorju tal-Istat Membru li hu responsabbli mill-kostruzzjoni jew mill-manutenzjoni tal-pont skont il-Ftehim.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni, u din għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.



KAPITOLU VII

Eżerċizzju tad-delega u proċedura ta' kumitat

Artikolu 51

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(10), fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 43(1) għal perijodu ta' żmien indeterminat minn 20 ta' Frar 2020.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(10), fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 43(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(10), l-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 43(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjona. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.

Artikolu 52

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.



KAPITOLU VIII

Rappurtar u dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 53

Rappurtar dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

B'mod partikolari, l-ewwel rapport għandu jivvaluta l-applikazzjoni u l-impatt tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati u applikati skont l-Artikolu 32, filwaqt li titqies l-evidenza rilevanti tal-impatt ta' dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-effetti transkonfinali, il-frodi, l-evitar, l-evażjoni jew l-abbuż, l-impatt fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u fuq is-saħħa pubblika.

L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti disponibbli meħtieġa biex jiġi stabbilit dan ir-rapport.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva, jekk xieraq.

Artikolu 54

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom jippermettu l-wasla ta' oġġetti soġġetti għas-sisa bil-formalitajiet stabbiliti fl-Artikoli 33, 34 u 35 tad-Direttiva 2008/118/KE sal-31 ta' Diċembru 2023.

In-notifiki msemmija fl-Artikoli 21(5) ta' din id-Direttiva jistgħu jsiru permezz ta' mezzi oħra minbarra s-sistema kompjuterizzata sat-13 ta' Frar 2024.

Artikolu 55

Traspożizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 2, 3, 6, 12, 16, 17, l-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 25 sa 29, l-Artikoli 33 sa 46, u l-Artikoli 54 u 55 u l-Artikolu 57. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Soġġetti għall-Artikolu 54, dawn għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta' Frar 2023.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu referenza bħal din meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li fiha jingħad li kull meta fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti jkun hemm referenzi għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva dawk għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 56

Tħassir

Id-Direttiva 2008/118/KE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness I, il-Parti A, hi mħassra b'effett mit-13 ta' Frar 2023, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, il-Parti B.

Referenzi għad-Direttiva li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 57

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1, 4, 5, l-Artikoli 7 sa 11, l-Artikoli 13 sa 15, l-Artikoli 18, 23, 24, l-Artikoli 30 sa 32, l-Artikoli 47 sa 53, l-Artikolu 56 u l-Artikolu 58 għandhom japplikaw mit-13 ta' Frar 2023.

Artikolu 58

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARTI A

ID-DIRETTIVA MĦASSRA B’LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(imsemmija fl-Artikolu 56)



Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE

(ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE

(ĠU L 50, 27.2.2010, p. 1)

It-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja

(ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/61/UE

(ĠU L 353, 28.12.2013, p. 5)

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235

(ĠU L 336, 30.12.2019, p. 10)

PARTI B

LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U DATA TAL-APPLIKAZZJONI

(imsemmija fl-Artikolu 56)



Id-Direttiva

Il-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni

Id-data tal-applikazzjoni

2008/118/KE

l-1 ta’ Jannar 2010

l-1 ta’ April 2010

2010/12/UE

l-1 ta’ Jannar 2011

 

2013/61/UE

l-1 ta’ Jannar 2014

 

(UE) 2019/2235

it-30 ta' Ġunju 2022

l-1 ta' Lulju 2022




ANNESS II

IT-TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Id-Direttiva 2008/118/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 3(1), (2) u (3)

L-Artikolu 2(1), (2) u (3)

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 2(4)

L-Artikolu 4, il-kliem introduttorju

L-Artikolu3, il-kliem introduttorju

L-Artikolu 4, il-punti (1) sa (5)

L-Artikolu 3, il-punti (1) sa (5)

L-Artikolu 4, il-punt (6)

L-Artikolu 4, il-punt (7)

L-Artikolu 3, il-punt (6)

L-Artikolu 4, il-punt (8)

L-Artikolu 3, il-punt (7)

L-Artikolu 3, il-punt (8)

L-Artikolu 4, il-punt (9) sa (11)

L-Artikolu 3, il-punti (9) sa (11)

L-Artikolu 3, il-punt (12) u (13)

L-Artikolu 36(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 3, il-punt (14)

L-Artikolu 3, il-punti (15) u (16)

L-Artikolu 5(1) u (2)

L-Artikolu 4(1) u (2)

L-Artikolu 5(3), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 4(3), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 5(3)(a) sa (e)

L-Artikolu 4(3)(a) sa (e)

L-Artikolu 5(3)(f) u (g)

L-Artikolu 5(4), (5) u (6)

L-Artikolu 4(4), (5) u (6)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7(1) sa (3)

L-Artikolu 6(2) sa (4)

L-Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 6(5)

L-Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 6(6)

L-Artikolu 7(4), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 6(9), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 7(5)

L-Artikolu 6(7)

L-Artikolu 6(8)

L-Artikolu 6(9), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 6(10)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7

L-Artikolu 9

L-Artikolu 8, l-ewwel u t-tieni subparagrafu

L-Artikolu 8, it-tielet subparagrafu

L-Artikoli 10 sa 12

L-Artikoli 9 sa 11

L-Artikolu 13(1)

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 13(2)

L-Artikolu 12(2) u (3)

L-Artikolu 13(3)

L-Artikolu 12(4)

L-Artikolu 14(1), (2) u (3)

L-Artikolu 13(1), (2) u (3)

L-Artikolu 14(4)

L-Artikolu 14(5)

L-Artikolu 13(4)

L-Artikoli 15 u 16

L-Artikoli 14 u 15

L-Artikolu 17(1), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 16(1), il-kliem introduttorju

L-Article 17(1)(a), il-kliem introduttorju

L-Article 16(1)(a), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 17(1)(a)(i) sa (iv)

L-Artikolu 16(1)(a)(i) sa (iv)

L-Artikolu 16(1)(a)(v)

L-Artikolu 17(1)(b)

L-Artikolu 16(1)(b)

L-Artikolu 16(2) u (3)

L-Artikolu 17(2)

L-Artikolu 16(4)

L-Artikolu 17(3)

L-Artikolu 16(5)

L-Artikolu 18(1)

L-Artikolu 17(1)

L-Artikolu 17(2)

L-Artikolu 18(2)

L-Artikolu 17(3)

L-Artikolu 18(3), l-ewwel sentenza

L-Artikolu 17(4)

L-Artikolu 18(4)

L-Artikolu 17(5)

L-Artikolu 18(3), it-tieni sentenza

L-Artikolu 17(6)

L-Artikolu 19

L-Artikolu 18

L-Artikolu 20(1)

L-Artikolu 19(1)

L-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 19(2)(a) u (b)

L-Artikolu 19(2)(c)

L-Artikolu 21(1) sa (4)

L-Artikolu 20(1) sa (4)

L-Artikolu 21(5)

L-Artikolu 21(1)

L-Artikolu 21(6)

L-Artikolu 20(5)

L-Artikolu 21(7)

L-Artikolu 20(6)

L-Artikolu 21(8)

L-Artikolu 20(7), l-ewwel sentenza

L-Artikolu 20(7), it-tieni sentenza

L-Artikolu 21(2) sa (5)

L-Artikolu 22

L-Artikolu 2 2(1) u (2)

L-Artikolu 22(3)

L-Artikolu 23, l-ewwel paragrafu, il-kliem introduttorju

L-Artikolu 23(1), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 23, l-ewwel paragrafu, il-punt 1

L-Artikolu 23(1)(a)

L-Artikolu 23, l-ewwel paragrafu, il-punt 2

L-Artikolu 23(1)(b)

L-Artikolu 23, l-ewwel paragrafu, il-punt 3

L-Artikolu 23(1)(c)

L-Artikolu 23, it-tieni paragrafu

L-Artikolu 23(2)

L-Artikolu 24

L-Artikolu 24

L-Artikolu 25(1)

L-Artikolu 25(1)

L-Artikolu 25(2)

L-Artikolu 25(2)

L-Artikolu 25(3), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 25(3)

L-Artikolu 25(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 26(1) u (2)

L-Artikolu 26(1) u (2)

L-Artikolu 26(3)

L-Artikolu 26(4) u (5)

L-Artikolu 26(3) u (4)

L-Artikolu 26(5)

L-Artikolu 27

L-Artikolu 27

L-Artikolu 28(1)

L-Artikolu 28(1)

L-Artikolu 28(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

L-Artikolu 28(2) u (3)

L-Artikolu 28(4)

L-Artikolu 28(2), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 28(5)

L-Artikolu 29

L-Artikolu 29

L-Artikolu 30

L-Artikolu 30

L-Artikolu 31

L-Artikolu 31

L-Artikolu 32

L-Artikolu 32

L-Artikolu 33(1)

L-Artikolu 33(1) u (2)

L-Artikolu 33(3) u (4)

L-Artikolu 33(2)

L-Artikolu 33(5)

L-Artikolu 33(3) u (4)

L-Artikolu 34(1) u (2)

L-Artikolu 33(5)

L-Artikolu 34(3)

L-Artikolu 33(6)

L-Artikolu 37(4)

L-Artikolu 34(1)

L-Artikolu 35(1)

L-Artikolu 34(2)(a), (b) u (c)

L-Artikolu 35(2)(a), (b) u (c)

L-Artikolu 34(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 35(3) sa (8)

L-Artikoli 36 sa 41

L-Artikolu 35

L-Artikolu 42

L-Artikolu 43

L-Artikolu 36(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 44(1)

L-Artikolu 36(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 3, il-punt (14)

L-Artikolu 36(2) sa (6)

L-Artikolu 44(2) sa (6)

L-Artikolu 37(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 45(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 45(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 45(2)

L-Artikolu 37(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 45(3), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 37(1), it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 45(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 37(2)

L-Artikolu 38

L-Artikolu 46(1) sa (4)

L-Artikolu 46(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

L-Artikolu 46(5)

L-Artikolu 39

L-Artikolu 47

L-Artikolu 40

L-Artikolu 48

L-Artikolu 41

L-Artikolu 49

L-Artikolu 42

L-Artikolu 50

L-Artikolu 51

L-Artikolu 43

L-Artikolu 52

L-Artikolu 44

L-Artikoli 53 u 54

L-Artikoli 45 u 46

-

L-Artikolu 47

L-Artikolu 56

L-Artikolu 48

L-Artikolu 55

L-Artikolu 49

L-Artikolu 57

L-Artikolu 50

L-Artikolu 58

L-Anness I

L-Anness II



( 1 ) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1), kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1063 tas-16 ta' Mejju 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 192, 30.7.2018, p. 1).

( 2 ) Regolament tal-Kunsill (UE) 389/2012 tat-2 ta' Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1).

( 3 ) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).