02019XC0329(02) — MT — 24.07.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

NOTI TA' SPJEGA GĦAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA TAL-UNJONI EWROPEA

Publikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 1 )

(ĠU C 119 29.3.2019, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

In-noti ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea  2019/C 157/04

  C 157

12

8.5.2019

►M2

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea  2019/C 179/02

  C 179

2

24.5.2019

►M3

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea  2019/C 179/03

  C 179

2

24.5.2019

►M4

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea  2019/C 179/04

  C 179

3

24.5.2019

►M5

Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea  2019/C 179/05

  C 179

4

24.5.2019

►M6

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea  2019/C 192/09

  C 192

25

7.6.2019

►M7

Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea  2019/C 219/04

  C 219

4

1.7.2019

►M8

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea  2019/C 248/03

  C 248

3

24.7.2019




▼B

NOTI TA' SPJEGA GĦAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA TAL-UNJONI EWROPEA

2019/C 119/01

Publikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 2 )

SOMMARJU

Prefazjoni

A.

Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda

C.

Regoli ġenerali applikabbli kemm għal nomenklatura kif ukoll għal dazji

Taqsima I

Annimali ħajjin; prodotti minn annimali

1

Annimali ħajjin

2

Laħam u ġewwieni li jittiekel

3

Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn

4

Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti tajbin għall-ikel ġejjin minn annimali, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra

5

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

Taqsima II

Prodotti veġetali

6

Siġar ħajjin u pjanti oħrajn; basal, għeruq u bħalhom; fjuri maqtugħin u weraq ornamentali

7

Veġetali u ċerti għeruq u tuberi tajbin għall-ikel

8

Frott u ġewż tajbin għall-ikel; qoxra tal-frott taċ-ċitru jew bettieħ

9

Kafè, te, matè u ħwawar

10

Ċereali

11

Prodotti tal-industrija tat-tħin; Malt; lamti; inulina; glutina tal-qamħ

12

Żrieragħ u frott żejtnin; diversi qmuħ, żrieragħ u frott; pjanti industrijali jew mediċinali; tiben u magħlef

13

Gommalakka; gomom, rażi, u linef u estratti veġetali oħrajn

14

Materjali veġetali tat-trizza; prodotti veġetali li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra

Taqsima III

Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xemgħat ta’ annimali jew ħxejjex

15

Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xemgħat ta’ annimali jew ħxejjex

Taqsima IV

Preparazzjonijiet tal-ikel; xorb, spirti u ħall; tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk

16

Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn

17

Zokkor u ħelu taz-zokkor

18

Kawkaw u preparazzjonijiet tal-kawkaw

19

Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; prodotti ta’ koki tal-għaġina

20

Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti

21

Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel

22

Xorb, spirti u ħall

23

Fdal u skart mill-industrija tal-ikel; għalf tal-annimali ppreparat

24

Tabakk u sostituti manifatturati ta’ tabakk

Taqsima V

Prodotti minerali

25

Melħ; kubrit; trabijiet u ħaġar; materjali tat-tikħil, ġir u siment

26

Minerali (Ores), gagazza u rmied

27

Karburanti minerali, żjut minerali u prodotti tad-distillazzjoni tagħhom; sustanzi bituminużi; xemgħat minerali

Taqsima VI

Prodotti tal-industrija kimika jew dawk relatati magħha

28

Kimiċi inorganiċi; komposti organiċi jew inorganiċi ta’ metalli prezzjużi, ta’ elementi kimiċi metalliċi rari (Rare-earth metals), ta’ elementi radjoattivi jew ta’ isotopi

29

Kimiċi organiċi

30

Prodotti farmaċewtiċi

31

Fertilizzanti

32

Estratti għall-ikkunzar jew għaż-żbigħ; tannini u derivattivi tagħhom; żebgħa, pigmenti u materjal ieħor taż-żbigħ; żebgħa u verniċi; stokk u gomom oħrajn; linek

33

Żjut essenzjali u reżinojdi; preparazzjonijiet ta’ fwejjaħ, kosmetiċi jew tat-twaletta

34

Sapun, aġenti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu (Surface-active), preparazzjonijiet għal ħasil, preparazzjonijiet għal lubrikar, xemgħat artifiċjali, xemgħat ippreparati, preparazzjonijiet għal lostrar jew għal għorik, xemgħat u oġġetti simili, pasta għal mudellar, xemgħat dentali (Dental waxes) u preparazzjonijiet dentali b’bażi ta’ġibs

35

Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi

36

Splussivi; prodotti pirotekniċi; sulfarini; ligi piroforiċi; ċerti preparazzjonijiet kombustibbli

37

Oġġetti fotografiċi jew ċinematografiċi

38

Diversi prodotti kimiċi

Taqsima VII

Plastiks u oġġetti tagħhom; gomma u oġġetti tagħha

39

Plastiks u oġġetti tagħhom

40

Gomma (lastiku) u oġġetti tagħha

Taqsima VIII

Ġlud mhux maħdumin, ġilda, ferijiet u oġġetti magħmulin minnhom; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż tal-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-korda tal-musrana (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir)

41

Ġlud mhux maħdumin (ħlief ferijiet) u ġilda

42

Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż tal-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana ta’ annimali (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir)

43

Ferijiet u fer artifiċjali; manifatturi tagħhom

Taqsima IX

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam; sufra u oġġetti tas-sufra; manifatturi ta’ tiben, ta’ spartu jew ta’ materjali oħrajn tat-trizza; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab

44

Injam u oġġetti tal-injam; faħam tal-injam

45

Sufra u oġġetti tas-sufra

46

Manifatturi tat-tibna, tal-ispartu jew materjali oħrajn tat-trizza; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab

Taqsima X

Polpa tal-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat; karta u kartun u oġġetti magħmulin minnhom

47

Polpa tal-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat

48

Karta u kartun; oġġetti ta’ polpa tal-karta, tal-karta jew tal-kartun

49

Kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħrajn tal-industrija tal-istampar; manuskritti, testi ttajpjati u pjanti

Taqsima XI

Tessuti u oġġetti ta’ tessuti

50

Ħarir

51

Suf, xagħar fin jew aħrax ta’ annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin

52

Qoton (tajjar)

53

Fibri oħrajn ta’ tessuti veġetali; ħjut tal-karta u drappijiet minsuġin minn ħjut tal-karta

54

Filamenti magħmulin mill-bniedem; strixxi u oġġetti simili ta’ materjali tessili magħmulin mill-bniedem

55

Fibri magħmulin mill-bniedem ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (Staple)

56

Materjal tessili artab, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u kejbils u oġġetti minnhom

57

Twapet u kisi tal-art ieħor ta’ tessuti

58

Drappijiet minsuġin speċjali; drappijiet ta’ tessuti bil-bżiebeż; bizzilla; tapizzeriji; aċċessorji; rakkmu

59

Drappijiet ta’ tessuti mimlijin b’sustanza oħra (Impregnated), miksijin, mgħottijin jew laminati; oġġetti ta’ tessuti ta’ tip tajjeb għal użu industrijali

60

Drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ

61

Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

62

Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux innittjati jew maħdumin bil-ganċ

63

Oġġetti oħrajn manifatturati ta’ tessuti; settijiet; ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti ta’ tessuti li jintlibsu; ċraret

Taqsima XII

Ilbies għar-riġlejn, ilbies għar-ras, umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten għall-mixi, bsaten-siġġu, swat, frosti u partijiet tagħhom; rix ippreparat u oġġetti magħmulin minnu; fjuri artifiċjali; oġġetti ta’ xagħar uman

64

Xedd is-saqajn, getti u bħalhom; partijiet ta’ dawn l-oġġetti

65

Ilbies għar-ras u partijiet tiegħu

66

Umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten għall-mixi, bsaten-siġġu, swat, frosti u partijiet tagħhom

67

Rix u l-ewwel rix (Down) ippreparati u oġġetti magħmulin minn rix jew mill-ewwel rix; fjuri artifiċjali; oġġetti tax-xagħar uman

Taqsima XIII

Oġġetti tal-ġebel, ġibs, siment, asbestos, mika jew materjali simili; prodotti ta’ ċeramika; ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ

68

Oġġetti tal-ġebel, ġibs, siment, asbestos, mika jew materjali simili

69

Prodotti ta’ ċeramika

70

Ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ

Taqsima XIV

Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b’metall prezzjuż, u oġġetti tagħhom, ġojjelli artifiċjali; munita

71

Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b’metall prezzjuż, u oġġetti tagħhom, ġojjelli artifiċjali; munita

Taqsima XV

Metalli ta’ valur baxx u oġġetti ta’ metalli ta’ valur baxx

72

Ħadid u azzar

73

Oġġetti tal-ħadid jew tal-azzar

74

Ram u oġġetti tiegħu

75

Nikil u oġġetti tiegħu

76

Aluminju u oġġetti tiegħu

78

Ċomb u oġġetti tiegħu

81

Metalli oħrajn ta’ valur baxx; ċermiti; oġġetti tagħhom

82

Għodod, tagħmir, pożati, mgħaref u frieket, ta’ metall ta’ valur baxx; bċejjeċ tagħhom ta’ metall ta’ valur baxx

83

Taħlita ta’ oġġetti ta’ metall ta’ valur baxx

Taqsima XVI

Makkinarju u għodod mekkaniċi; apparat elettriku; partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu l-ħoss; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu stampa u ħoss televiżivi u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti

84

Reatturi nukleari, kaldaruni (Boilers), makkinarju u għodod mekkaniċi; partijiet tagħhom

85

Makkinarju u tagħmir elettriku u partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti

Taqsima XVII

Vetturi, biċċiet tal-ajru, bastimenti u tagħmir tat-trasport assoċjat

86

Lokomottivi, magni u vaguni (Rolling-stock) u partijiet tagħhom ta’ ferroviji jew ta’ tramm; tagħmir u armar u partijiet tagħhom għal-linji ta’ ferroviji jew ta’ tramm; tagħmir ta’ sinjalar tat-traffiku mekkaniku (inkluż elettro-mekkaniku) ta’ kull tip

87

Vetturi ħlief magni u vaguni (Rolling-stock) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm; u partijiet u aċċessorji tagħhom

88

Inġenji tal-ajru, inġenji tal-ispazju, u partijiet tagħhom

89

Bastimenti, dgħajjes u strutturi oħra li jżommu f’wiċċ l-ilma

Taqsima XVIII

Strumenti u apparat ottiku, fotografiku, ċinematografiku, għal kejl, għal iċċekkjar, għal preċiżjoni, mediku jew kirurġiku; arloġġi u arloġġi tal-idejn, strumenti mużikali; partijiet u aċċessorji tagħhom

90

Strumenti u apparat ottiku, fotografiku, ċinematografiku, għal kejl, għal iċċekkjar, ta’ preċiżjoni, mediku jew kirurġiku; partijiet u aċċessorji tagħhom

91

Arloġġi u arloġġi tal-idejn jew tal-but u partijiet tagħhom

92

Strumenti mużikali; partijiet u aċċessorji ta’ oġġetti bħal dawn

Taqsima XIX

Armi u munizzjon; partijiet u aċċessorji tagħhom

93

Armi u munizzjon; partijiet u aċċessorji tagħhom

Taqsima XX

Oġġetti manifatturati varji

94

Għamara; friex, imtieraħ, irfid għal imtieraħ, kuxxini u tagħmir (furnishing) simili mimli; lampi u tagħmir (fittings) tad-dawl, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; sinjali mdawlin, pjanċi tal-ismijiet imdawlin u simili; bini prefabbrikat

95

Ġugarelli, logħob u rekwiżiti tal-isports; partijiet u aċċessorji tagħhom

96

Oġġetti manifatturati varji

DAĦLA

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tal-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana ( 3 ) stabbilixxa nomenklatura, magħrufa bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew imqassra għal “NM”, ibbażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija ( 4 ), magħrufa bħala “is-Sistema Armonizzata” jew imqassra għal “SA”.

Is-SA kienet supplimentata bin-Noti ta’ Spjegazzjoni (NSSA) tagħha stess. Dawn in-noti bl-Ingliż u l-Franċiż jinħarġu u jinżammu aġġornati minn:

WORLD CUSTOMS ORGANIZATION (WCO)

Customs Cooperation Council (CCC),

30, rue du Marché,

B-1210 Brussels

Bis-saħħa tat-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1)(a),tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, il-Kummissjoni tadotta n-noti ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NSNM) wara konsiderazzjoni mit-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u tal-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Għalkemm in-NSNM jistgħu jirreferu għan-NSSA, dawn ma jissostitwux dawn tal-aħħar, iżda jenħtieġ li jitqiesu bħala żieda magħhom u jintużaw flimkien magħhom.

Din l-edizzjoni tan-NSNM tinkludi u, fejn xieraq, tissostitwixxi dawk pubblikati f'Il- Ġurinal Uffiċjalital-Unjoni Ewropea, serje C, sal- 4 ta’ Jannar 2019 ( 5 ). In-NSNM pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, serje C, sussegwenti għal dik id-data jibqgħu fis-seħħ u jkunu inkorporati fin-NSNM meta dawn ikunu riveduti.

Barra minn hekk, il-kodiċijiet tal-intestatura u tas-subintestatura tan-NM li għalihom issir referenza jirriflettu dawk il-kodiċijiet fin-Nomenklatura Magħquda għall-2019 kif stipulat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1602 ( 6 ).

Apparti dan, l-informazzjoni dwar “Linji gwida dwar il-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda tal-oġġetti ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut f’settijiet” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurinal Uffiċjalital-Unjoni Ewropea, serje C ( 7 ).



A.  Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda

Regola ġenerali 5 (b)

Kontenituri tal-ippakkjar normalment użati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ xarbiet, ġamm, mustarda, ħwawar, eċċ., iridu jkunu klassifikati mal-oġġetti li jkunu fihom anke jekk jidher b’mod ċar li dawn tajbin għal użu repettitiv.



Ċ.  Regoli ġenerali applikabbli kemm għal nomenklatura kif ukoll għal dazji

Regola ġenerali 3

Fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (1), “jiem ta’ ħidma” tfisser il-jiem kollha għajr is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi ppubblikati tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar- Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

TAQSIMA I

ANNIMALI ĦAJJIN; PRODOTTI MINN ANNIMALI

KAPITOLU 1

ANNIMALI ĦAJJIN



0101

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib

0101 29 10 u 0101 29 90

Żwiemel

Iż-żwiemel slavaġ, bħaż-żiemel Przewalski jew it-tarpan (żiemel Mongoljan), huma inklużi f’dawn is-subintestaturi. Madanakollu, iż-żebri (Equus zebra, Equus greyvi, Equus burchelli, Equus quagga, eċċ.) huma kklassifikati fis-subintestatura 0106 19 00 għalkemm dawn jagħmlu parti mill-familja Equidae.

L-ibridi tad-debba u taż-żebra (bgħula taż-żebra) huma kklassifikati fis-subintestatura 0106 19 00 .

0101 30 00

Ħmir

Kemm il-ħmir tal-barr domestiċi kif ukoll il-ħmir tal-barr mhux domestiċi jaqgħu f’din is-subintestatura. Fost dawn tal-aħħar insibu d-djiggetai Mongoljan, il-kiang Tibetan, l-onagru u l-ħmar Asjatiku jew in-nofs ħmar tal-barr (Equus hemionus).

L-ibridi tal-ħmar tal-barr u taż-żebra (bgħula taż-żebra) huma kklassifikati fis-subintestatura 0106 19 00 .

0101 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-annimali deskritti fl-aħħar paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0101 .

0102

Annimali tal-ifrat ħajjin

0102 21 10 sa 0102 29 99

Frat

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-annimali deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0102 , l-ewwel paragrafu, (1).

Il-barrin Tibetani għandhom 14-il par kustilji, filwaqt li l-annimali l-oħra kollha tal-ispeċi bovina (bl-eċċezzjoni tal-biżuni Ewropej u Amerikani) għandhom biss 13-il par kustilji.

0102 31 00 sa 0102 39 90

Buflu

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-annimali deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0102 , l-ewwel paragrafu, (2).

Il-biżun Ewropew (Bison bonasus) u l-biżun Amerikan (Bison bison) għandhom 14-il par kustilji, filwaqt li l-annimali l-oħra kollha tal-ispeċi bovina (bl-eċċezzjoni tal-barrin Tibetani) għandhom biss 13-il par kustilji.

0102 39 10

Speċi domestiċi

Din is-subintestatura tkopri l-annimali kollha tal-ispeċijiet domestiċi bovini tal-ġeneru Bubalus, irrispettivament mill-użu maħsub tagħhom (stokk, trobbija, tismin, tnissil, qatla, eċċ.), iżda teskludi l-annimali ta’ razza pura għat-tnissil (subintestatura 0102 31 00 ).

0102 39 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-ispeċijiet bovini tal-ġeneri Syncerus u Bison, iżda teskludi l-annimali ta’ razza pura għat-tnissil (subintestatura 0102 31 00 ).

0102 90 20 sa 0102 90 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-annimali deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0102 , l-ewwel paragrafu, (3).

0102 90 91

Speċi domestiċi

Din is-subintestatura tkopri l-annimali kollha tal-ispeċijiet domestiċi bovini li mhumiex inklużi hawn fuq, irrispettivament mill-użu maħsub tagħhom (stokk, trobbija, tismin, tnissil, qatla, eċċ.), iżda teskludi l-annimali ta’ razza pura għat-tnissil (subintestatura 0102 90 20 ).

0103

Majjali ħajjin

0103 91 90

Oħrajn

Il-ħnieżer ħajjin ta’ speċijiet mhux domestiċi jinkludu:

1.  il-ħalluġ (Sus scrofa);

2.  qżieqeż tad-deżert (Phacochoerus aethiopicus), qżieqeż ħamranija tal-ilma (Potamochoerus porcus) u l-ħanżir tal-Foresta s-Sewda;

3.  il-babirussa (Babyrousa babyrussa);

4.  il-pekari (ħanżir selvaġġ) (Dicotyles tajacu).

0103 92 90

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0103 91 90 .

0104

Nagħaġ u mogħoż ħajjin

0104 10 10 sa 0104 10 80

Nagħaġ

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-annimali domestiċi tal-ispeċi ovina (Ovis aries), il-varjetajiet differenti ta’ muflun, bħall-muflun Ewropew (Ovis musimon), il-muflun Kanadiż jew "big horn" (Ovis canadensis), in-nagħġa selvaġġa Asjatika (Ovis orientalis), l-argali muflun tal-Pamir (Ovis ammon) kif ukoll in-nagħaġ tal-Barberija(Ammotragus lervia) li huma magħrufin bħala “nagħaġ bil-kriniera” għalkemm iżjed jixbhu lill-mogħoż milli lin-nagħaġ.

0104 20 10 u 0104 20 90

Mogħoż

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-annimali domestiċi tal-ispeċijiet tal-mogħoż, il-mogħża tal-Alpi (Capra ibex) u l-mogħża Bezoar jew il-mogħża Persjana (Capra aegagrus jew Capra hircus).

Madankollu, dawn li ġejjin huma esklużi minn dawn is-subintestaturi u huma kklassifikati fis-subintestatura 0106 19 00 : iċ-ċerva Siberjana (Moschus moschiferus), ix-xevrotin tal-ilma Afrikan (Hyemoschus) u x-xevrotin Asjatiku (Tragulus) li ma jagħmlux parti mill-ispeċijiet tal-mogħoż. Huma esklużi wkoll l-annimali magħrufin bħala antilopi mogħoż, bħall-kamoxx (Rupricapra) u l-mogħża tal-Ħimalaja (Hemitragus).

0105

Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur tal-ispeċi Gallus domesticus , papri, wiżż, dundjani u farawni

Din l-intestatura tkopri biss l-għasafar domestiċi ħajjin tal-għamliet speċifikati fl-intestatura (tjur tal-ispeċi Gallus domesticus inklużi tiġieġ u ħasi), kemm jekk imrobbijin biex ibidu, għal-laħam tagħhom, għar-rix tagħhom jew għal kwalunkwe skop ieħor (pereżempju, għall-istokkjar ta’ guvi, parks jew lagi).

L-għasafar slavaġ (pereżempju, dundjani slavaġ — Meleagris gallopavo), għalkemm jistgħu jitrabbew u jinqatlu b'mod simili għall-għasafar domestiċi speċifikati f'din l-intestatura, huma kklassifikati fis-subintestatura 0106 39 80 .

Il-ħamiem tal-ispeċijiet domestiċi hu kklassifikat fis-subintestatura 0106 39 10 .

0106

Annimali ħajjin oħrajn

0106 13 00

Iġmla u kamelidi oħrajn (Camelidae)

Din is-subintestatura tkopri iġmla, dromedarji u annimali oħrajn tal-familja tal-ġemel (lami, alpaki, gwanaki, vikunji żgħar tal-Amerka tan-Nofsinhar).

0106 14 10

Fniek domestiċi

Din is-subintestatura tkopri biss il-fniek tal-ispeċijiet domestiċi, kemm jekk imrobbijin għal-laħam tagħhom, għall-fer tagħhom (pereżempju, il-fenek Angora) jew għal kwalunkwe skop ieħor

0106 14 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-fniek tal-grixti (Oryctolagus cuniculus) u l-liebri.

0106 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-mammiferi ħajjin kollha, bl-eċċezzjoni ta’ żwiemel domestiċi u mhux domestiċi, ħmir tal-barr, bgħula u bgħula bin il-ħmara (intestatura 0101 ), l-annimali bovini (intestatura 0102 ), ħnieżer (intestatura 0103 ), nagħaġ u mogħoż (intestatura 0104 ), primati (subintestatura 0106 11 00 ), baleni, dniefel, dniefel suwed, lamantini u dugongi, foki, iljuni tal-baħar u odobeni (subintestatura 0106 12 00 ) u fniek u fniek tal-liebru (subintestaturi 0106 14 10 u 0106 14 90 ).

Eżempji ta’ mammiferi inklużi f'din is-subintestatura huma:

1.  ċriev irġiel (dajn), ċriev Ewropej, kamoxx jew mogħoż slavaġ (Rupicapra rupicapra), elk komuni jew Amerikan (Alces alces), antilopi mogħoż (mogħża żgħira tal-muntanji (Naemorhedus), Hemitragus jew antilop Amerikan) u antilopi nnifshom;

2.  iljuni, tigri, orsijiet, rinoċeronti, ipoppotami, iljunfanti, ġiraffi, okapi, kangarus, żebri, eċċ.;

3.  skwirils, volpijiet, viżonti (mink Amerikan), firien il-ġebel, kasturi, ġrieden ħomor tal-ilma, lontri, fniek tal-Indi;

4.  renni;

5.  klieb u qtates.

0106 20 00

Rettili (inklużi sriep u fkieren)

Din is subintestatura tkopri rettili, gremxul, fkieren tal-art, u fkieren (tal-baħar jew tal-ilma ħelu) kollha.

0106 39 10

Ħamiem

Din is-subintestatura tkopri l-għasafar kollha tal-familja tal-ħamiem (gamiem), kemm jekk salvaġġ kif ukoll jekk domestiku, irrispettivament mill-użu maħsub ta’ dawn tal-aħħar (ħamiem tal-irziezet, ħamiem ornamentali, ħamiem tad-djar).

Il-ħamiem mhux domestiku jinkludi l-gamiem taċ-ċurkett jew it-tudun (Columba palumbus), it-tudun tas-siġar (Columba oenas), it-tudun tal-ġebel (Columba livia), il-ħamiem bronż tal-Awstralja u l-gamiem (Streptopelia turtur, Streptopelia risoria).

Madanakollu, ċertu tjur relatati mill-qrib mal-ispeċijiet tal-pollam, bħall-gamiem tal-Gżejjer Nicobar (Caloenas nicobarica), il-kolumbar, it-tudun imperjali, il-ganga ta’ Spanja (Pterocles alchata) u l-Pallas's sandgrouse (Syrrhaptes paradoxus), huma esklużi minn din is-subintestatura u huma kklassifikati fis-subintestatura 0106 39 80 .

0106 39 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-għasafar ħajjin kollha, għajr tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u farawni (intestatura 0105 ) u għajr għasafar tal-priża (subintestatura 0106 31 00 ), psittaciformes (subintestatura 0106 32 00 ), nagħam u emu (subintestatura 0106 33 00 ) u ħamiem domestiku u mhux domestiku (subintestatura 0106 39 10 ).

Eżempju tal-għasafar inklużi f'din is-subintestatura huma:

1.  wiżża griża (Anser anser), wiżża tal-Atlantiku (Branta bernicla), kuluvert tas-salib (Tadorna tadorna), kuluvert (Anas platyrhynchos), kuluvert griż (Anas strepera), silfjun Ewropew (Anas penelope), silfjun (Anas acuta), palettuna (Anas clypeata), sarsella (Anas querquedula, Anas crecca), borka sewda u edredun;

2.  ċinji u paguni;

3.  perniċi, faġani, summien, gallini, bekkaċċ, ħaġla, ħaġla tas-siġar, papri slavaġ, wiżż slavaġ, ortolani, mlievez, mlievez suwed, alwetti;

4.  sponsuni, ċinċi, kanarini, kolibri, eċċ.

0106 49 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri dud tal-ħarir, friefet, ħanfus u insetti oħrajn.

0106 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri:

1.  kull speċi oħra ta’ annimali ħajjin, bl-eċċezzjoni ta’ ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn (kapitolu 3) u kulturi mikrobiċi (intestatura 3002 );

2.  żrinġijiet.

KAPITOLU 2

LAĦAM U ĠEWWIENI LI JITTIEKEL

Ġenerali

1. Il-laħam u l-ġewwieni, xierqa u tajbin għall-konsum mill-bniedem, jibqgħu kklassifikati f’dan il-kapitolu anki jekk ippreżentati, pereżempju, kif intiż għall-manifattura tal-ikel tal-annimali domestiċi.

2. Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kliem “laħam” u “ġewwieni” huwa kif deskritt fin-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-kapitolu.

3. Fir-rigward tal-istati differenti li fih jistgħu jiġu ppreżentati l-laħam u l-ġewwieni ta’ dan il-kapitolu (friski, imkessħin, iffriżati, immellħin jew fis-salmura, imnixfin jew affumikati) għandha ssir referenza għan-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-kapitolu. Ta’ min jinnota li l-laħam iffriżat b'mod qawwi f'daqqa u l-laħam parzjalment jew totalment defrostjat għandhom jiġu kklassifikati bl-istess mod bħal-laħam iffriżat. Barra minn hekk, il-kelma “iffriżat” tkopri mhux biss il-laħam li jkun ġie ffriżat meta kien frisk iżda wkoll il-laħam li l-ewwel jkun ġie mnixxef daqsxejn u mbagħad iffriżat sakemm il-preservazzjoni proprja u dejjiema tiegħu tiddependi essenzjalment minn dan l-iffriżar.

4. Anke għad-distinzjoni bejn il-laħam u l-ġewwieni ta’ dan il-kapitolu u tal-kapitolu 16 għandha ssir referenza għan-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-kapitolu. Madankollu, dan il-kapitolu jkopri l-ġewwieni tal-laħam, nej, ikkappuljat, jew imqatta’ fin iżda mhux ippreparat mod ieħor, imgeżwer f’materjal tal-plastik (anke fil-forma ta’ zalzett) biex jiġi mmaniġġjat u trasportat faċilment biss.

5. Biex issir dintinzjoni bejn il-qatgħat bl-għadam jew mingħajr għadam, il-qarquċa u l-għeruq ma għandhomx jitqiesu bħala għadam.

6. Il-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jkun fihom preservattivi, stabilizzaturi jew antiossidanti miżjuda biex titwaqqaf id-degradazzjoni ta’ dawk il-prodotti, għandhom jibqgħu klassifikati f’dan il-kapitolu.



Nota addizzjonali 1(A)(d) u Nota addizzjonali 1(A)(e)

Għall-finijiet tan-noti addizzjonali 1(A)(d) u 1(A)(e) ta’ dan il-kapitolu (li għandhom jinqraw flimkien man-nota addizzjonali 1(C) ta’ dan il-kapitolu), biex jiġi determinat jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet tal-għadd minimu jew massimu ta’ kustilji, għandhom jingħaddu biss il-kustilji, kemm jekk sħaħ kif ukoll jekk maqtugħin, li huma mwaħħla direttament mal-kolonna vertebrali.

Skont din l-ispjegazzjoni, id-dijagramma ta’ hawn taħt turi eżempju ta’ robbu ta’ quddiem ta’ bovini li tkun konformi man-noti addizzjonali 1(A)(d) u 1(A)(e) li jinqraw flimkien man-nota addizzjonali 1(C) ta’ dan il-kapitolu.

 

ROBBU TA’ QUDDIEM ROBBU TA’ WARA image

Nota Addizzjonali 2(C)

Għall-finijiet tan-nota addizzjonali 2(C) ta’ dan il-kapitolu, fir-rigward taż-żewġ tekniki ta’ qtugħ differenti u l-partijiet “daqna”, “parti inferjuri tal-wardiet” u “l-parti inferjuri tal-wardiet u d-daqna flimkien”, ara d-dijagramma ta’ hawn taħt:

 

image

 

image

Nota addizzjonali 6(a)

Il-melħ ma jitqiesx li huwa taħwir tal-ikel skont is-sinifikat ta’ din in-nota addizzjonali.

Ara wkoll in-nota addizzjonali 7 ta’ dan il-kapitolu.



0201

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

Din l-intestatura tkopri biss il-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali tal-intestatura 0102 .

Għall-finijiet tad-definizzjonijiet ta’ robbu ta’ quddiem u robbu ta’ wara, japplikaw il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)  "l-għonq" jitqies li huwa l-parti muskolari tal-għonq bis-seba’ nofs vertebri ċervikali;

(b)  "l-ispalla" titqies li hi l-ġog tal-koxxa ta’ quddiem u tinkludi l-għadam: skapula, umeru, radjus u ulna u l-muskoli li jdawwruhom;

(ċ)  “il-vagant” jitqies li huwa l-flett tal-vagant u l-vaganta ta’ fuq; ir-ramp tista’ tinkludi it-taqsira tal-falda jew le.

0201 10 00

Karkassi u nofs karkassi

It-termini “karkassi” u “nofs karkassi” huma definiti fil-paragrafi (a) u (b) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu. L-ewwel tmien jew disa’ apofożi vertebrali dorsali jistgħu jitħallew jew fuq in-naħa tal-lemin jew fuq in-naħa tax-xellug tan-nofs karkassa.

0201 20 20

Kwarti “kumpensati”

It-terminu “robbu spulpjat” huwa definit fil-paragrafu (c) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu.

0201 20 30

Kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin

It-termini “robbu ta’ quddiem mhux mifrud” u “robbu ta’ quddiem mifrud” huma definiti fil-paragrafi (d) u (e) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu. Għalhekk f’din in-nota addizzjonali huma esklużi minn din is-subintestatura u huma kklassifikati fis-subintestatura 0201 20 90 , pereżempju l-partijiet ta’ quddiem tan-nofs karkassi li, bl-għadam korrispondenti kollu jinkludu inqas minn erba’ kustilji, li minnhom huma neqsin l-għonq jew l-ispalla, jew li mill-istess partijiet ta’ quddiem tneħħiet għadma, bħall-għadma Atlas.

0201 20 50

Kwarti ta’ wara mhux mifrudin jew mifrudin

It-termini “robbu ta’ wara mhux mifrud” u “robbu ta’ wara mifrud” huma definiti fil-paragrafi (f) u (g) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu. Għalhekk f’din in-nota addizzjonali huma esklużi minn din is-subintestatura u huma kklassifikati fis-subintestatura 0201 20 90 , pereżempju l-partijiet ta’ wara tan-nofs karkassi li, bl-għadam korrispondenti kollu jinkludu inqas minn tlett kustilji jew li minnhom huma neqsin il-koxxa jew il-vagant, inkluż il-flett.. Madankollu, ir-robbu ta’ wara mingħajr kliewi jew xaħam tal-kliewi, bit-taħrika tal-falda rqiqa jew mingħajrha, jibqa’ kklassifikat bħala robbu ta’ wara.

0201 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi pereżempju, l-ispalla, il-koxxa u l-vagant, bl-għadam. Huma inklużi wkoll il-partijiet ta’ quddiem u ta’ wara tan-nofs karkassi (bl-għadam) li ma jaqgħux taħt id-definizzjonijiet ta’ robbu “spulpjat”, robbu ta’ quddiem jew robbu ta’ wara.

0201 30 00

Mingħajr għadam

Din is-subintestatura tinkludi l-qatgħat kollha tal-laħam tal-annimali bovini, friski jew imkessħin, li tneħħewlhom l-għadam kollu, pereżempju l-fletti u t-taħrika tal-falda mingħajr għadam.

0202

Laħam ta’ annimali tal-ifrat, friżat

Din l-intestatura tkopri biss il-laħam iffriżat minn annimali tal-intestatura 0102 .

0202 10 00

Karkassi u nofs-karkassi

It-termini “karkassi” u “nofs karkassi” huma definiti fil-paragrafi (a) u (b) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu.

0202 20 10

Kwarti “kumpensati”

It-terminu “robbu spulpjat” huwa definit fil-paragrafu (c) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu.

0202 20 30

Kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin

It-termini “robbu ta’ quddiem mhux mifrud” jew “robbu ta’ quddiem mifrud” huma definiti fil-paragrafi (d) u (e) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu.

0202 20 50

Kwarti ta’ wara mhux mifrudin jew mifrudin

It-termini “robbu ta’ wara mhux mifrud” u “robbu ta’ wara mifrud”, huma definiti fil-paragrafi (f) u (g) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu.

0202 20 90

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0201 20 90 tapplika, mutatis mutandis.

0202 30 50

Crop ”, qatgħat ta’ spalla u skapula u sidra

It-termini “ħawsla”, “għonq bil-kozz” u “sidra” huma definiti fil-paragrafu (h) tan-nota addizzjonali 1(A) ta’ dan il-kapitolu.

0202 30 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-qatgħat kollha tal-laħam tal-annimali bovini, iffriżati, li huma kompletament mingħajr għadam, bl-eċċezzjoni tal-blokok iffriżati msemmijin fis-subintestatura 0202 30 10 u l-qatgħat tas-subintestatura 0202 30 50 .

0203

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew friżat

Din l-intestatura tkopri biss il-laħam tal-annimali tal-intestatura 0103 .

Il-laħam tal-annimali tal-ispeċijiet tal-ħnieżer iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Awstralja bħala laħam tal-ħnieżer li jgħixu fis-selvaġġ fl-Awstralja jitqies bħala laħam tal-ħnieżer għajr tal-ħanżir domestiku.

0203 11 10 sa 0203 19 90

Frisk jew imkessaħ

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali li jaqgħu fl-intestatura 0103 .

0203 11 10

Ta’ majjal domestiku

It-terminu “karkassi jew nofs karkassi” huwa definit fil-paragrafu (a) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

0203 12 11

Ġarretti u qatgħat tagħhom

It-terminu “koxox tal-majjal” huwa definit fil-paragrafu (b) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

Din is-subintestatura tinkludi x-xikel bl-għadam mill-koxox ta’ wara.

0203 12 19

Spalel u qatgħat tagħhom

It-terminu “spalel” huwa definit fil-paragrafu (d) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

Din is-subintestatura tinkludi t-taħrika żgħira tal-kustilji tal-majjal jew it-taqsira tal-kustilji u x-xikel bl-għadam mill-koxox ta’ quddiem.

0203 19 11

Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom

It-terminu “partijiet ta’ quddiem” huwa definit fil-paragrafu (c) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

Din is-subintestatura la tinkludi x-xikel bl-għadam mill-koxox ta’ quddiem u lanqas it-taħrika żgħira tal-kustilji tal-majjal jew it-taqsira tal-kustilji (subintestatura 0203 12 19 ).

0203 19 13

Flett u qatgħat tiegħu, bil-għadma

It-terminu “lojn” huwa definit fil-paragrafu (e) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

Din is-subintestatura tinkludi l-kustilji tal-lojn.

0203 19 15

Żaqq ( streaky ) u qatgħat tagħha

It-termini “żaqq” u “qatgħat” huma definiti fil-paragrafu (f) tan-nota addizzjonali 2(A) u fin-nota addizzjonali 2(B) ta’ dan il-kapitolu.

Il-qatgħat magħmula minnha mhumiex ikklassifikati f’din is-subintestatura sakemm ma jkunx fihom il-ġilda u x-xaħam ta’ taħt il-ġilda.

Din is-subintestatura ma tinkludix it-taħrika tal-kustilji mingħajr ġilda jew mingħajr xaħam ta’ taħt il-ġilda (subintestatura 0203 19 59 ).

0203 19 59

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi wkoll it-taħrika tal-kustilji mingħajr ġilda jew mingħajr xaħam ta’ taħt il-ġilda.

0203 19 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi biss il-laħam tal-annimali li jaqgħu fis-subintestaturi 0103 91 90 jew 0103 92 90 , partikolarment il-laħam tal-ħalluġ, għajr karkassi, nofs karkassi, koxox, spalel, partijiet mill-koxox u partijiet mill-ispalel.

0203 21 10 sa 0203 29 90

Friżati

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0203 11 10 sa 0203 19 90 u s-subdiviżjonijiet tagħhom japplikaw, mutatis mutandis.

0204

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat

Din l-intestatura tinkludi biss il-laħam tal-annimali tal-intestatura 0104 frisk, imkessaħ jew iffriżat, kemm jekk domestiċi jew slavaġ, partikolarment laħam tal-ispeċi ovina (nagħaġ domestiċi jew slavaġ) kif ukoll il-laħam tal-mogħża tal-Alpi.

0204 10 00

Karkassi u nofs karkassi tal-ħaruf, friski jew imkessħin

It-termini “karkassi” u “nofs karkassi” huma definiti fil-paragrafi (a) u (b) ta’ nota addizzjonali 3(A) ta’ dan il-kapitolu.

Id-definizzjoni ta’ laħam tal-ħaruf hija stipulata fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 0204 10 u 0204 30 .

0204 21 00

Karkassi u nofs-karkassi

It-termini “karkassi” u “nofs karkassi” huma definiti fil-paragrafi (a) u (b) tan-nota addizzjonali 3(A) ta’ dan il-kapitolu.

0204 22 10

Kwarti ta’ quddiem qosra

It-terminu “robbu ta’ quddiem qasir” huwa definit fil-paragrafi (c) u (d) tan-nota addizzjonali 3(A) ta’ dan il-kapitolu.

0204 22 30

Qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf

It-terminu “chines u/jew dgħif tal-għonq” huwa definit fil-paragrafi (e) u (f) tan-nota addizzjonali 3(A) ta’ dan il-kapitolu.

0204 22 50

Saqajn

It-terminu “koxox” huwa definit fil-paragrafi (g) u (h) tan-nota addizzjonali 3(A) ta’ dan il-kapitolu.

0204 30 00

Karkassi u nofs-karkassi tal-ħaruf, friżati

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0204 10 00 tapplika, mutatis mutandis.

0204 41 00 sa 0204 43 90

Laħam ieħor tan-nagħaġ, friżat

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0204 21 00 , 0204 22 10 , 0204 22 30 u 0204 22 50 japplikaw, mutatis mutandis tas-subintestaturi 0204 41 00 , 0204 42 10 , 0204 42 30 u 0204 42 50 , rispettivament.

0204 50 11 sa 0204 50 79

Laħam tal-mogħoż

It-termini “karkassi” u “nofs karkassi” (subintestaturi 0204 50 11 u 0204 50 51 ), “robbu ta’ quddiem qasir” (subintestaturi 0204 50 13 u 0204 50 53 ), “chines u/jew dgħif tal-għonq” (subintestaturi 0204 50 15 u 0204 50 55 ) u “koxox” (subintestaturi 0204 50 19 u 0204 50 59 ) huma definiti fin-nota addizzjonali 3(A) ta’ dan il-kapitolu, fil-paragrafi (a) u (b), (c) u (d), (e) u (f) u (g) u (h), rispettivament.

0206

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat, tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula jew tal-bgħula tar-rkib, frisk, imkessaħ jew friżat

Din l-intestatura tkopri l-ġewwieni tal-annimali li jaqa’ fl-intestaturi 0101 sa 0104 . Il-ġewwieni ,intiż għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi ma jaqax fis-subintestaturi kkonċernati sakemm dan ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti.

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0206 .

0206 10 10 sa 0206 10 98

Ta’ annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-ġewwieni frisk jew imkessaħ tal-annimali li jaqgħu fl-intestatura 0102 .

0206 10 95

Falda ħoxna u falda rqiqa

It-taħrika tal-falda ħoxna u t-taħrika tal-falda rqiqa huma l-partijiet muskolari tad-dijaframma.

0206 21 00 sa 0206 29 99

Ta’ annimali tal-ifrat, friżat

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-ġewwieni ffriżat tal-annimali tal-intestatura 0102 .

0206 30 00

Tal-majjal, frisk jew imkessaħ

Din is-subintestatura tkopri biss il-ġewwieni frisk jew imkessaħ tal-annimali tal-intestatura 0103 .

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0206 49 00 , l-ewwel paragrafu, tapplika mutatis mutandis.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll saqajn, dnieb, fwied, kliewi, qlub, ilsna, pulmuni, ġilda li tittiekel, mħuħ u borqom.

0206 41 00 u 0206 49 00

Tal-majjal, friżat

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-ġewwieni ffriżat tal-annimali tal-intestatura 0103 .

0206 49 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi rjus u nofsijiet ta’ rjus, bl-imħuħ, bil-ħaddejn jew bl-ilsna, u b'partijiet ta’ rjus jew mingħajrhom (nota addizzjonali 2(C) ta’ dan il-kapitolu); it-terminu “partijiet ta’ rjus” huwa definit fit-tielet paragrafu tan-nota addizzjonali msemmija.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll saqajn, dnieb, kliewi, qlub, ilsna, pulmuni, ġilda li tittiekel, mħuħ u borqom.

Din is-subintestatura tinkludi l-ġewwieni tal-ħalluġ.

0206 80 91

Ta’ żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib

Din is-subintestatura tkopri biss il-ġewwieni frisk jew imkessaħ tal-annimali tal-intestatura 0101 .

0206 80 99

Ta’ nagħaġ u mogħoż

Din is-subintestatura tkopri biss il-ġewwieni frisk jew imkessaħ tal-annimali tal-intestatura 0104 .

0206 90 91

Ta’ żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib

Din is-subintestatura tkopri biss il-ġewwieni ffriżat tal-annimali tal-intestatura 0101 .

0206 90 99

Ta’ nagħaġ u mogħoż

Din is-subintestatura tkopri biss il-ġewwieni ffriżat tal-annimali tal-intestatura 0104 .

0207

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta’ tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat

0207 11 10

Imnittfa u mnaddfa mill-imsaren, bl-irjus u s-saqajn, magħrufa bħala “83 % tiġieġ”

Din is-subintestatura tinkludi tjur imnittef, bl-irjus u s-saqajn, li minnhom tneħħew l-imsaren, iżda bil-ġewwieni l-ieħor (partikolarment il-pulmuni, il-kliewi, il-qanżħa, il-qalb, l-ovarji).

0207 11 30

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % tiġieġ”

Din is-subintestatura tinkludi t-tiġieġ għax-xiwi, li huma tiġieġ imnittfa bla rjus u bla saqajn, iżda bl-għonq, kompletament imnaddfa mill-ġewwieni, iżda li fil-karkassa tagħhom tneħħew il-qalb, il-fwied u l-qanżħa.

0207 11 90

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “65 % tiġieġ”, jew preżentati mod ieħor

Din is-subintestatura tinkludi t-tiġieġ għax-xiwi, li huma tiġieġ imnittfa bla rjus u bla saqajn, u kompletament imnaddfa mill-ġewwieni. Din tkopri wkoll it-tjur ippreżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin fis-subintestaturi 0207 11 10 u 0207 11 30 , eż., tiġieġ mhux imnittfa, mhux imnaddfa mill-ġewwieni, bl-irjus u bis-saqajn.

0207 12 10 u 0207 12 90

Mhux imqattgħin f’biċċiet, friżati

In-noti ta’ Spjegazzjoni tas-subintestaturi 0207 11 30 u 0207 11 90 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 13 10

Bla għadam

Din is-subintestatura tkopri laħam tat-tjur, mingħajr għadam, irrispettivament minn liema parti tal-karkassa dan jiġi.

0207 13 20

Nofsijiet jew kwarti

It-terminu “nofsijiet” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (b) ta’ dan il-kapitolu.

It-terminu “robbu” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (c) ta’ dan il-kapitolu. Din is-subintestatura tinkludi r-robbu ta’ wara li jikkonsisti fid-drumstick (it-tibja u l-fibula), il-koxxa (il-femore), il-parti ta’ wara tad-dahar u r-ramp kif ukoll ir-robbu ta’ quddiem li jikkonsisti essenzjalment minn nofs is-sider bil-ġewnaħ imwaħħal.

0207 13 30

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bit-truf jew mingħajr truf” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (d) ta’ dan il-kapitolu.

0207 13 40

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

Ara nota addizzjonali 4(a) ta’ dan il-kapitolu.

Din is-subintestatura tinkludi dhur bl-għenuq imwaħħlin li jikkonsistu f’biċċa mill-għonq, id-dahar u possibilment ir-ramp; dhur; għenuq; ramps (dnieb); truf tal-ġwienaħ.

0207 13 50

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (e) ta’ dan il-kapitolu.

0207 13 60

Saqajn u qatgħat tagħhom

It-terminu “koxox” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (f) ta’ dan il-kapitolu.

Il-qatgħa li tifred il-koxxa mid-dahar għandha ssir bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi kif muri fid-dijagramma ta’ hawn taħt:

 

image

0207 13 91

Fwied

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0207 , l-aħħar paragrafu.

0207 13 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri ġewwieni li jittiekel, partikolarment qlub, għalliet u msielet, ħlief il-fwied.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll is-saqajn tat-tjur.

0207 14 10 sa 0207 14 99

Qatgħat u ġewwieni, friżati

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0207 13 10 sa 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 24 10

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “80 % dundjani”

Din is-subintestatura tinkludi dundjani mnittfa bla rjus u bla saqajn iżda bl-għonq, kompletament imnaddfa mill-ġewwieni, iżda li fil-karkassa tagħhom tneħħew il-qalb, il-fwied u l-qanżħa.

0207 24 90

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “73 % dundjani”, jew preżentati mod ieħor

Din is-subintestatura tinkludi dundjani mnittfa, lesti għax-xiwi, bla rjus, għenuq u saqajn u kompletament imnaddfa mill-ġewwieni. Din tkopri wkoll dundjani ppreżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin fis-subintestaturi 0207 24 10 u 0207 24 90 .

0207 25 10 u 0207 25 90

Mhux imqattgħin f’biċċiet, friżati

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0207 24 10 u 0207 24 90 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 26 10

Bla għadam

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 10 tapplika, mutatis mutandis.

0207 26 20

Nofsijiet jew kwarti

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 20 tapplika, mutatis mutandis.

0207 26 30

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bit-truf jew mingħajr truf” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (d) ta’ dan il-kapitolu.

0207 26 40

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 40 tapplika, mutatis mutandis.

0207 26 50

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (e) ta’ dan il-kapitolu.

0207 26 60

Koxox u qatgħat tal-koxox

It-terminu “drumsticks” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (g) ta’ dan il-kapitolu.

Il-qatgħa li tifred id-drumstick mill-femore għandha ssir bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi kif muri fid-dijagramma ta’ hawn taħt.

 

image

0207 26 70

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-qatgħat definiti fin-nota addizzjonali 4(a) u (h) ta’ dan il-kapitolu.

Il-qatgħa li tifred il-femore (ġieli magħruf kummerċjalment bħala koxxa) jew il-koxxa sħiħa mid-dahar, għandha ssir bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi, kif muri fid-dijagramma fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 60 .

Il-qatgħa li tifred il-femore mid-drumstick għandha ssir bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi, kif muri fid-dijagramma fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 26 60 .

0207 26 91

Fwied

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0207 , l-aħħar paragrafu.

0207 26 99

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 99 tapplika, mutatis mutandis.

0207 27 10 sa 0207 27 99

Qatgħat u ġewwieni, friżati

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0207 26 10 sa 0207 26 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 41 30

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % papri”

Din is-subintestatura tinkludi papri mnittfa, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, kompletament imnaddfa mill-ġewwieni, iżda li mill-karkassa tagħhom tneħħew il-qalb, il-fwied u l-qanżħa.

0207 41 80

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “63 % papri”, jew preżentati mod ieħor

Din is-subintestatura tinkludi papri mnittfa, lesti għax-xiwi, bla rjus, bla għenuq u bla saqajn u kompletament imnaddfa mill-ġewwieni. Din tkopri wkoll papri ppreżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin fis-subintestaturi 0207 41 20 , 0207 41 30 u 0207 41 80 .

0207 42 30

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % papri”

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 41 30 tapplika, mutatis mutandis.

0207 42 80

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “63 % papri”, jew preżentati mod ieħor

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 41 80 tapplika, mutatis mutandis.

0207 43 00

Fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0207 , l-aħħar paragrafu.

0207 44 10

Bla għadam

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 10 tapplika, mutatis mutandis.

0207 44 21

Nofsijiet jew kwarti

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 20 tapplika, mutatis mutandis.

0207 44 31

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bit-truf jew mingħajr truf” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (d) ta’ dan il-kapitolu.

0207 44 41

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 40 tapplika, mutatis mutandis.

0207 44 51

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (e) ta’ dan il-kapitolu.

0207 44 61

Saqajn u qatgħat tagħhom

It-terminu “koxox” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (f) ta’ dan il-kapitolu.

0207 44 71

Palito’ tal-papri

It-terminu “paletots tal-papri jew tal-wiżż” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(ij) ta’ dan il-kapitolu.

0207 44 91

Fwied, mhux fwied bix-xaħam

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0207 , l-aħħar paragrafu.

0207 44 99

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 99 tapplikw, mutatis mutandis.

0207 45 10

Bla għadam

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 10 tapplika, mutatis mutandis.

0207 45 21 sa 0207 45 81

Bl-għadam

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 20 sa 0207 13 60 u 0207 44 71 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 45 93 u 0207 45 95

Fwied

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0207 , l-aħħar paragrafu.

0207 45 99

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 99 tapplika, mutatis mutandis.

0207 51 90

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn, bil-qlub u l-qnieżaħ jew mingħajrhom, magħrufa bħala “75 % wiżż”, jew preżentati mod ieħor

Din is-subintestatura tinkludi wiżż imnittef, bla rjus u bla saqajn, kompletament imnaddfa mill-ġewwieni, iżda li mill-karkassa tiegħu tneħħew il-qalb u l-qanżħa, kif ukoll wiżż imnittef, lest għax-xiwi, bla rjus u bla saqajn, u kompletament imnaddfa mill-ġewwieni. Din tkopri wkoll wiżż ippreżentat f’forma oħra għajr dawk imsemmijin fis-subintestaturi 0207 51 10 u 0207 51 90 eż., wiżż maqtul li kien imnittef u svinat, iżda mhux imnaddaf mill-ġewwieni, u bla rjus u bla saqajn.

0207 52 90

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn, bil-qlub u l-qnieżaħ jew mingħajrhom, magħrufa bħala “75 % wiżż”, jew preżentati mod ieħor

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 51 90 tapplika, mutatis mutandis.

0207 53 00

Fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0207 , l-aħħar paragrafu.

0207 54 10

Bla għadam

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 10 tapplika, mutatis mutandis.

0207 54 21

Nofsijiet jew kwarti

In-nots ta’ dpjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 20 tapplika, mutatis mutandis.

0207 54 31

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bit-truf jew mingħajr truf” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (d) ta’ dan il-kapitolu.

0207 54 41

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 40 tapplika, mutatis mutandis.

0207 54 51

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (e) ta’ dan il-kapitolu.

0207 54 61

Saqajn u qatgħat tagħhom

It-terminu “koxox” huwa definit fin-nota addizzjonali 4 (a) u (f) ta’ dan il-kapitolu.

0207 54 71

Palito’ tal-wiżż

It-terminu “paletots tal-papri jew tal-wiżż” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(ij) ta’ dan il-kapitolu.

0207 54 91

Fwied, mhux fwied bix-xaħam

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0207 , l-aħħar paragrafu.

0207 54 99

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 99 tapplika, mutatis mutandis.

0207 55 10

Bla għadam

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 10 tapplika, mutatis mutandis.

0207 55 21 sa 0207 55 81

Bl-għadam

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 20 sa 0207 13 60 u 0207 44 71 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 55 93 u 0207 55 95

Fwied

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0207 , l-aħħar paragrafu.

0207 55 99

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 99 tapplika, mutatis mutandis.

0207 60 10

Bla għadam

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 10 tapplika, mutatis mutandis.

0207 60 21

Nofsijiet jew kwarti

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 20 tapplika, mutatis mutandis.

0207 60 31

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bit-truf jew mingħajr truf” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (d) ta’ dan il-kapitolu.

0207 60 41

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 40 tapplika, mutatis mutandis.

0207 60 51

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (e) ta’ dan il-kapitolu.

0207 60 61

Saqajn u qatgħat tagħhom

It-terminu “koxox” huwa definit fin-nota addizzjonali 4(a) u (f) ta’ dan il-kapitolu.

0207 60 99

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0207 13 99 tapplika, mutatis mutandis.

0208

Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew friżat

Din l-intestatura tkopri biss laħam u ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-annimali kklassifikati fl-intestatura 0106 , frisk, imkessaħ jew iffriżat.

0208 10 10

Ta’ fenek domestiku

Din is-subintestatura tkopri l-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-annimali li jaqgħu fis-subintestatura 0106 14 10 .

0208 90 10

Ta’ ħamiem domestiku

Din is-subintestatura tkopri l-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-ħamiem domestiku (ħamiem tal-irziezet, ħamiem ornamentali, ħamiem tad-djar). Il-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-ħamiem deskritt bħala “mhux domestiku” fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0106 39 10 huma, għalhekk, esklużi minn din is-subintestatura u huma kklassifikati fis-subintestatura 0208 90 30 .

0208 90 30

Ta’ kaċċa, ħlief fniek jew liebri

Din is-subintestatura tinkludi l-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel ta’:

1.  annimali tal-kaċċa bil-fer: dajn, ċriev Ewropej, kamoxxi (Rupicapra rupicapra), elk, antilopi mogħoż, antilopi, għażżiela, orsijiet u kangarus;

2.  annimali tal-kaċċa bir-rix; ħamiem slavaġ, wiżż slavaġ, papri slavaġ, perniċi, faġani, gallini, bekkaċċ, ħaġla, ortolani u nagħam.

Il-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel ta’ annimali li ġeneralment huma riżultat tal-kaċċa u l-isparar (faġani, dajn, nagħam, eċċ.) jibqgħu kklassifikati bħala laħam u ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-annimali tal-kaċċa anki meta dawn l-annimali jitrabbew fil-magħluq.

Il-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel tar-renni huma esklużi minn din is-subintestatura (subintestatura 0208 90 60 ). Madankollu, il-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel ta’ ċerti speċijiet ta’ renni (eż. karibù) huma kklassifikati f’din is-subintestatura sakemm jintwera li dan il-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel ġew minn annimali li għexu fis-salvaġġ u li kienu kkaċċjati.

Din is-subintestatura ma tkoprix il-laħam u l-ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-fniek tal-grixti (Oryctolagus cuniculus) jew tal-liebri, li jaqgħu fis-subintestatura 0208 10 90 .

0208 90 60

Ta’ renni

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0208 90 30 , it-tielet paragrafu.

0209

Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, friżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

0209 10 11 u 0209 10 19

Xaħam ta’ taħt il-ġilda tal-majjal

It-terminu “xaħam ta’ taħt il-ġilda tal-ħanżir” huwa definit fin-nota addizzjonali 2(D) ta’ dan il-kapitolu.

0209 10 90

Xaħam tal-majjal, ħlief dak tas-subintestatura 0209 10 11 jew 0209 10 19

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0209 , it-tieni paragrafu.

0209 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0209 , it-tielet paragrafu.

0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel

Bl-eċċezzjoni tax-xaħam ta’ taħt il-ġilda u xaħam ieħor tal-intestatura 0209 , din l-intestatura tkopri laħam u ġewwieni, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat, tal-annimali kollha li jaqgħu fl-intestaturi 0101 sa 0106 .

Rigward it-termini “imnixxfin jew affumikati” u “immelħin, fis-salmura”, ara n-noti addizzjonali 2 (E) u 7 ta’ dan il-kapitolu.

0210 11 11 sa 0210 11 90

Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma

Għad-definizzjoni tat-terminu “bl-għadam”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura tal-Kapitolu 2.

0210 11 11 sa 0210 11 39

Ta’ majjal domestiku

It-termini "koxox tal-majjal" u “spalel” huma definiti fin-noti addizzjonali 2(A)(b) u (d) ta’ dan il-kapitolu.

0210 11 11 u 0210 11 19

Immellħin jew fis-salmura

Dawn is-subintestaturi jkopru biss prieżet, spalel u partijiet magħmula minnhom, bl-għadam, ta’ ħnieżer domestiċi, li kienu ppreservati fit-timliħ fin-niexef jew bi trattament fis-salmura. Madankollu, dawn jistgħu jkunu soġġetti għal xi tnixxif jew affumikar ħafif iżda mhux sal-punt li jitqiesu bħala mnixxfin jew affumikati għall-finijiet tas-subintestaturi 0210 11 31 u 0210 11 39 (kif definit fin-nota addizzjonali 2(E) ta’ dan il-kapitolu).

0210 11 31 u 0210 11 39

Imnixxfin jew affumikati

Dawn is-subintestaturi jkopru koxox tal-majjal, spapel u qatgħat magħmula minnhom, bl-għadam, ta’ ħnieżer domestiċi, ippreservati permezz ta’ proċess ta’ tnixxif jew ta’ affumikar, anki jekk dawn il-metodi ta’ preservazzjoni jiġu kkombinati ma’ trattament preliminari ta’ timliħ jew fis-salmura. Dan iseħħ partikolarment fil-każ tal-koxox tal-majjal li jkunu ġew immellħin qabel ma jkunu parzjalment imnixxfin, kemm jekk fil-beraħ (prieżet tat-tip ta’ Parma jew ta’ Bayonne) u kemm jekk permezz tal-affumikar (prieżet tat-tip ta’ Ardennes).

Il-koxox tal-majjal, l-ispalel u l-qatgħat magħmula minnhom li kienu parzjalment imnixxfin, iżda li l-preservazzjoni attwali tagħhom hija żgurata permezz tal-iffriżar jew tal-iffriżar qawwi f'daqqa, jaqgħu fis-subintestaturi 0203 22 11 u 0203 22 19 .

0210 12 11 u 0210 12 19

Ta’ majjal domestiku

It-termini “żaqq” u “qatgħat” huma definiti fil-paragrafu (f) tan-nota addizzjonali 2(A) u tan-nota addizzjonali 2(B) ta’ dan il-kapitolu.

0210 12 11

Immelħin jew fis-salmura

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0210 11 11 u 0210 11 19 tapplika, mutatis mutandis.

0210 12 19

Imnixxfin jew affumikati

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0210 11 31 u 0210 11 39 tapplika, mutatis mutandis.

0210 19 10

Ġnub jew ħxuniet tal-bejken

It-termini “nofs karkassa tal-bacon” u “tliet kwarti anterjuri” huma definiti fil-paragrafi (g) u (h) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

0210 19 20

Ġnub tliet-kwarti jew biċċiet tan-nofs

It-termini “tliet kwarti posterjuri” u “partijiet ċentrali” huma definiti fil-paragrafi (ij) u (k) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

0210 19 30

Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom

It-terminu “partijiet ta’ quddiem” huwa definit fil-paragrafu (c) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

0210 19 40

Flettijiet u qatgħat tagħhom

It-terminu “lojns” huwa definit fil-paragrafu (e) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

0210 19 60

Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom

It-terminu “partijiet ta’ quddiem” huwa definit fil-paragrafu (c) tan-nota addizzjonali 2(A) ta’ dan il-kapitolu.

0210 20 10 u 0210 20 90

Laħam ta’ annimali tal-ifrat

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-laħam tal-annimali tal-intestatura 0102 , immellħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati; il-ġewwieni tal-annimali bovini jaqa’ fis-subintestatura 0210 99 51 jew 0210 99 59 .

0210 99 10

Taż-żwiemel, immellaħ, fis-salmura jew imnixxef

Din is-subintestatura tkopri biss il-laħam tal-annimali tas-subintestaturi 0101 21 00 sa 0101 29 90 , immellaħ, fis-salmura jew imnixxef. Il-laħam taż-żiemel affumikat jaqa’ fis-subintestatura 0210 99 39 . Il-ġewwieni taż-żiemel jaqa’ fis-subintestatura 0210 99 85 .

0210 99 21 u 0210 99 29

Tan-nagħaġ u tal-mogħoż

Dawn is-subintestaturi jkopru l-laħam tal-annimali tal-intestatura 0104 , immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat. Il-ġewwieni ta’ dawn l-ispeċijiet jaqa’ fis-subintestatura 0210 99 85 .

0210 99 31

Tar-renni

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0208 90 30 , it-tielet paragrafu.

0210 99 49

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi rjus jew nofsijiet ta’ rjus ta’ ħnieżer domestiċi, bl-imħuħ, bil-ħaddejn jew bl-ilsna, jew mingħajrhom, inklużi l-partijiet magħmula minnhom (ara n-nota addizzjonali 2(C) ta’ dan il-kapitolu). Il-partijiet tal-irjus huma definiti fit-tielet paragrafu tan-nota addizzjonali msemmija hawn fuq.

Għad-definizzjoni tat-terminu “ġewwieni”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0206 .

0210 99 90

Dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel

Din is-subintestatura tkopri wkoll il-pellets ta’ dan id-dqiq u ta’ dan il-frakass.

KAPITOLU 3

ĦUT U KRUSTAĊJI, MOLLUSKI U INVERTEBRATI AKWATIĊI OĦRAJN

Ġenerali

1. Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn li kienu ffriżati b'mod qawwi f'daqqa huma klassifikati bl-istess mod bħal ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn li kienu friżati.

2. Is-smit sempliċi, li jikkonsisti fi trattament ħafif bis-sħana li ma jinvolvix tisjir, ma jaffetwax il-klassifikazzjoni. Dan jintuża ta' spiss qabel l-iffriżar, partikolarment għall-ħut bħal tonn u għal-laħam ta’ krustaċji jew molluski.

3. Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kapitolu 3:

(a) bżieżaq tal-ħut, nejjin, imnixxfin jew immellħin, mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem (intestatura 0511 );

(b) ħut daqsxejn immellaħ, imnixxef jew affumikat u mgħaddas f’żejt veġetali biex tiġi żgurata l-preservazzjoni provviżorja — prodotti magħrufa bħala “semipreservati” — (intestatura 1604 );

(ċ) ħut, immarinat sempliċiment fiż-żejt jew fil-ħall, kemm jekk ippreparat aktar kif ukoll jekkle (intestatura 1604 );

(d) molluski li għaddew minn trattament bis-sħana li huwa biżżejjed biex iwassal għall-koagulazzjoni tal-proteini tagħhom (intestatura 1605 ).



0301

Ħut ħaj

0301 11 00 u 0301 19 00

Ħut ornamentali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 0301 11 u 0301 19 .

0301 11 00

Ħut tal-ilma ħelu

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  Hemigrammus ocellifer;

2.  ħuta ħamra (Carassius auratus) u karpjun dehbi;

3.  molly, inkluża molly sewda (Mollienisia latipinna u velifera), denb xabla aħdar u l-varjanti ħomor u albino tagħha (Xiphophorus helleri), platys ħomor, dehbin, suwed u bojod (Platypoecilus maculatus) u denb xabla u platys ibridi (Xiphophorus u Okattoiecukys), magħrufin bħala denb xabla iswed u denb xabla ta’ Berlin;

4.  ħuta ġellieda Sijamiża (Betta splendens), ħuta tal-ġenna, (Macropodus opercularis jew viridi-auratus), gurami tat-tliet tikkiet u gurami nani (Trichogaster trichopterus u Colisa lalia u fasciata);

5.  ħuta anġlu (Pterophyllum scalare u eimckei).

0301 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  il-Chaetodontidae;

2.  il-Labridae;

3.  is-Scaridae (marzpan, marzpan falz u scarichthys).

0302

Ħut, frisk jew imkessaħ, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304

0302 11 10 sa 0302 11 80

Trot ( Salmo trutta , Oncorhynchus mykiss , Oncorhynchus clarki , Oncorhynchus aguabonita , Oncorhynchus gilae , Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster )

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  trota tal-baħar (Salmo trutta trutta);

2.  trota tal-ilma ħelu jew trota komuni (Salmo trutta fario);

3.  trota tal-lag (Salmo trutta lacustris)

4.  trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss);

5.  trota għonqha aħmar (Oncorhynchus clarki);

6.  trota dehbija (Oncorhynchus aguabonita);

7.  trota ta’ Gila (Oncorhynchus gilae);

8.  trota tal-ispeċi Oncorhynchus apache;

9.  trota tal-ispeċi Oncorhynchus chrysogaster.

0302 13 00

Salamun tal-Paċifiku ( Oncorhynchus nerka , Oncorhynchus gorbuscha , Oncorhynchus keta , Oncorhynchus tschawytscha , Oncorhynchus kisutch , Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus )

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  salamun aħmar (Oncorhynchus nerka);

2.  salamun roża (Oncorhynchus gorbuscha);

3.  salamun keta (Oncorhynchus keta);

4.  salamun irjali (Oncorhynchus tschawytscha);

5.  salamun fiddien (Oncorhynchus kisutch);

6.  salamun Ġappuniż (Oncorhynchus masou);

7.  salamun tal-ispeċi Oncorhynchus rhodurus.

0302 19 00

Oħrajn

Fost is-salmonidae tal-ilma ħelu l-oħrajn inklużi f'din is-subintestatura nsibu:

1.  koregoni tal-lag jew koregoni fera, koregoni bojod u koregoni lavarelli (Coregonus clupeaformis, Coregonus fera, Coregonus albula, Coregonus lavaretus);

2.  koregoni geddumhom twil (Coregonus oxyrhynchus);

3.  salmerinu (Salvelinus alpinus), trota tan-nixxiegħa li ġieli tissejjaħ “salmerinu tal-fawwara” (Salvelinus fontinalis), trota tal-lag jew troti namaycush jew christivomer (Salvelinus namaycush jew Christivomer namaycush).

0302 21 10 sa 0302 29 80

Ħut ċatt ( Pleuronectidae , Bothidae , Cynoglossidae , Soleidae , Scophthalmidae u Citharidae ), ħlief ġewwieni li jittiekel tal-ħut tas-subintestaturi 0302 91 sa 0302 99

Ħut ċatt mal-ġenb ta' xulxin (u mhux dahar ma' żaqq bħar-rebekkini) li jgħixu mimdudin fuq ġenb u li għandhom iż-żewġ għajnejn fil-parti ta' fuq tal-ġenb.

0302 29 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi: barbun lixx (Scophthalmus rhombus), limanda (Pleuronectes limanda jew Limanda limanda), lingwata ta' ħalq żgħir (Pleuronectes microcephalus jew Microstomus kitt), barbun jew barbun tat-tajn (Platichthys flesus jew Flesus flesus).

0302 31 10 u 0302 31 90

Alonga jew tonn tax-xewk twil ( Thunnus alalunga )

L-alonga tingħaraf mill-pinen pettorali twal tagħha li jwasslu sa wara l-anus, mid-dahar blu skur tagħha u minn ġenbha u żaqqha ta' lewn blu fil-griż.

0302 32 10 u 0302 32 90

Tonn tax-xewk safrani ( Thunnus albacares )

It-tonn isfar jingħaraf faċilment mill-pinna anali u mit-tieni pinna dorsali tiegħu li għandhom il-forma ta’ minġel.

0302 33 10 u 0302 33 90

Skipjack jew bonito żaqqu rrigata

Il-palamit (Euthynnus (Katsuwonus) pelamis) jingħaraf mill-preżenza fuq żaqqu ta’ erba’ sa seba' stixxi skuri lonġitudinali. Id-dahar blu skur huwa enfasizzat permezz ta’ żona ħadra definita b’mod ċar fuq il-pinna pettorali li tgħib lejn iċ-ċentru tal-ġisem. Il-ġnub u ż-żaqq huma ta' lewn il-fidda u l-pinen qosra.

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux il-plamtu (Sarda sarda) li għandu stixxi oblikwi fuq dahru; dan il-ħut, jekk frisk jew imkessaħ, huwa klassifikat fis-subintestatura 0302 89 90 .

0302 41 00

Aringi ( Clupea harengus , Clupea pallasii )

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, it-terminu “aringa” għandu jitqies li jfisser biss Clupeidae tal-ispeċijiet Clupea harengus (aringa Nordika) u Clupea pallasii (aringa tal-Paċifiku). Il-ħuta magħrufa bħala “aringa Indjana” (Chirocentrus dorab) hija klassifikata fis-subintestatura 0302 89 90 meta tiġi impurtata friska jew imkessħa.

0302 43 10

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

Din is-subintestatura tinkludi wkoll sardin adult kbir (sa 25 cm) magħrufin bħala “pilchards”.

0302 43 90

Aringi żgħar ( Sprattus sprattus )

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, it-terminu “laċċa kaħla” għandu jitqies li jfisser biss Clupeidae tal-ispeċi Sprattus sprattus; dawn il-ħut li huma relatati mill-qrib mal-aringi iżda ta’ daqs ħafna iżgħar, ta' spiss jissejħu b'mod żbaljat bħala “Inċova tan-Norveġja”.

0302 51 10 u 0302 51 90

Merluzz ( Gadus morhua , Gadus ogac , Gadus macrocephalus )

Il-bakkaljaw jista’ jkun twil sa 1,5 m. Dan għandu dahar kulur iż-żebbuġa b’tikek skuri u żaqq ċara b’linja laterali bajda. Għandu tliet pinen dorsali, pinna ventrali qasira u barbel fuq geddumu.

0302 53 00

Merlangu ( Pollachius virens )

Il-pollakkju iswed huwa magħruf ukoll bħala merlangu iswed (saithe/coley).

0302 74 00

Sallur ( Anguilla spp.)

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, it-terminu “sallur” għandu jitqies li japplika biss għal sallur imsejjaħ fil-vera sens tal-kelma (Anguilla spp.), inkluża s-sallura Ewropea (Anguilla anguilla) fiż-żewġ forom tagħha (is-sallura ta’ rasha kbira u s-sallura ta’ geddumha ppuntat jew ħalqha twil), is-sallura Amerikana (Anguilla rostrata), is-sallura Ġappuniża (Anguilla japonica) u s-sallura Awstraljana (Anguilla australis).

Għaldaqstant, il-ħut li b’mod żbaljat jissejjaħ sallur bħal gringi, magħrufin ukoll bħala “sallur tal-baħar” (Conger conger), morini magħrufin ukoll bħala “sallur morini” (Muraena helena) u ċiċċirell (Ammodytes spp.), huwa eskluż minn din is-subintestatura u jaqa' fis-subintestatura 0302 89 90 .

0302 81 15

Mazzola griża ( Squalus acanthias ) u gattarell ( Scyliorhinus spp.)

Il-mazzola griża hija kelb il-baħar mxewwek b'fetħiet għat-tul għall-garġi laterali li jinsabu fuq il-pettorali; ġisimha ġej għat-tond u lixx; daharha huwa griż u żaqqha bajda; tista' tkun twila sa 1 m.

0302 81 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus jew Galeus canis).

0302 89 10

Ħut tal-ilma ħelu

Il-ħut tal-ilma ħelu li jaqa’ f’din is-subintestatura jinkludi:

1.  tinka (Tinca tinca);

2.  barbju (Barbus spp.);

3.  perki; perka komuni (Perca fluviatilis), perka buħalq (Micropterus spp.), perka xemx (Lepomis gibbosus) u aċerina (Gymnocephalus cernuus jew Acerina cernua);

4.  abramide (Abramis brama) u blikka (Blicca bjoerkna);

5.  lizz (Esox spp.) u lizz lanza (Lepisosteus spp.);

6.  karpjun ta' Al Bura (Alburnus alburnus), gobju komuni (Gobio gobio), gobju tad-Danubju (Gobio uranoscopus), skorfna buras (Cottus gobio), u lota tax-xmara (Lota lota);

7.  qalfat tax-xmara (Lampetra fluviatilis) u qalfat tan-nixxiegħa (Lampetra planeri);

8.  ħut tal-ġeneri Leuciscus spp., Rutilus spp. u Idus spp., eż., laska, orfu skur, orfu mberraq jew laska ħamra, buras jew buras Ewropew, lewċisku komuni;

9.  temolu (Thymallus spp.);

10.  luċċjoperka (Stizostedion lucioperca);

0302 89 90

Oħrajn

Il-ħut tal-ilma baħar li jaqa’ f’din is-subintestatura jinkludi:

1.  merluzz Franċiż u merluzz Norveġiż (Trisopterus luscus u Trisopterus esmarki);

2.  sirran (Serranus spp.) u ċerna (Epinephelus spp.);

3.  trilja tal-ħama (Mullus barbatus) u trilja tal-qawwi (Mullus surmuletus);

4.  Gallini, gallinetti u żumbrelli (Trigla, Eutrigla, Aspitrigla, Lepidotrigla u Trigloporus spp.);

5.  skorfna (Scorpaena spp.);

6.  qalfat (Petromyzon marinus);

7.  msella (Belone belone) u sawt (Trachinus spp.);

8.  perlana (Osmerus spp.);

9.  kapelin (Mallotus villosus);

10.  ħut tal-ispeċi Kathetostoma giganteum.

0302 91 00

Fwied, bajd u sperma

Il-fwied, il-bajd u l-isperma ta’ ħut frisk jew imkessaħ, li minħabba l-ispeċi u l-kundizzjonijiet tagħhom huma tajbin għall-konsum mill-bniedem, jibqgħu f’din is-subintestatura anke jekk intiżi għal użu industrijali.

0303

Ħut, friżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304

Id-dispożizzjonijiet tan-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi tal-intestatura 0302 japplikaw, mutatis mutandis, għas-subintestaturi ta’ din l-intestatura.

0304

Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat

0304 31 00 sa 0304 49 90

Qatgħat friski jew imkessħa

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0304 , l-ewwel paragrafu, (1).

Dawn is-subintestaturi jkopru wkoll fletti maqtugħin f’partijiet sakemm dawn il-partijiet jistgħu jiġu identifikati bħala miksubin minn fletti. L-ispeċijiet l-aktar użati għal dan il-fini huma t-troti, is-salamun, il-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda, il-pollakkju iswed, ir-redfish (eż. l-iskorfna Norveġiża), il-merlangi, il-merluzz, l-awrat, il-lingwat, il-barbun tat-tbajja’, il-barbun imperjali, il-lipp, it-tonn, il-kavalli, l-aringi u l-inċova.

0304 49 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi fletti tal-aringi.

0304 61 00 sa 0304 89 90

Qatgħat friżati

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0304 31 00 sa 0304 49 90 .

Dawn is-subintestaturi jinkludu blokok jew ċangaturi friżati b'mod qawwi u f'daqqa li jikkonsistu minn fletti jew partijiet ta’ fletti (is-soltu ta' bakkaljaw), kemm jekk imħalltin b’ammont żgħir (li ma jaqbiżx 20 % skont il-piż) ta’ bċejjeċ tal-istess speċi ta' ħut użati sempliċiment biex jimlew l-ispazji fil-blokok jew iċ-ċangaturi, kif ukoll jekk le. Il-blokok jew iċ-ċangaturi huma intiżi biex jinqatgħu f’partijiet iżgħar (porzjonijiet, strixxi żgħar, eċċ.) li jkunu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut.

0304 93 10

Surimi

Surimi huwa prodott intermedju kummerċjalizzat f’għamla friżata. Dan jikkonsisti f'paste bajdani prattikament bla ebda riħa jew togħma u magħmul minn laħam tal-ħut ikkappuljat fin, maħsul u mgħarbul. Il-ħasil suċċessiv ineħħi ħafna mix-xaħam u mill-proteini solubbli fl-ilma. Sabiex titjieb il-konsistenza u jiġi stabilizzat il-prodott f'għamla friżata, jiżdiedu kwantitajiet żgħar ta’ addittivi (eż. zokkor, melħ, D-glukitol, sorbitol u di- jew trifosfat).

Din is-subintestatura ma tkoprix il-preparazzjonijiet ibbażati fuq is-surimi (subintestatura 1604 20 05 ).

0304 94 10

Surimi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0304 93 10 .

0304 95 10

Surimi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0304 93 10 .

0304 99 10

Surimi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0304 93 10 .

0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq; pasti u gerbub ta’ ħut, tajbin għal konsum uman

0305 10 00

Dqiq, pasti u gerbub ta’ ħut, tajbin għal konsum uman

Id-dqiq u l-frakass tal-ħut ġeneralment isiru tajbin għall-ikel billi jitneħħew iż-żejt u l-irwejjaħ u xi kultant huma magħrufin bħala “konċentrat ta’ ħut”.

Din is-subintestatura tkopri wkoll prodotti magħrufin bħala “ħut istantanju” miksubin mil-laħam tal-ħut frisk, friżat, imqatta’ f’partijiet żgħar, imqatta’ b’mod fin u mnixxef.

0305 31 00 sa 0305 39 90

Qatgħat ta’ ħut, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura, iżda mhux affumikati

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0304 31 00 sa 0304 49 90 tapplika, mutatis mutandis. Il-fletti ta’ ħut affumikat huma klassifikati fis-subintestaturi 0305 41 00 sa 0305 49 80 .

0305 41 00 sa 0305 49 80

Ħut affumikat, inklużi qatgħat, minbarra ġewwieni li jittiekel

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0305 , ir-raba' paragrafu.

0305 63 00

Inċova ( Engraulis spp.)

Din is-subintestatura tkopri biss inċova fis-salmura li ma għaddiet minn l-ebda preparazzjoni oħra. Din titqiegħed fi btieti żgħar, f'vażetti u ta' spiss anke f’laned issiġillati ermetikament li ma jkunu għaddew minn l-ebda trattament bis-sħana wara li tingħalaq il-landa.

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta' affumikazzjoni; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għal konsum uman

Il-krustaċji bla qoxra u msajrin (pereżempju, dnub ta’ gambli msajrin u mqaxxrin, is-soltu friżati), huma klassifikati fl-intestatura 1605 .

Il-partijiet tal-granċijiet parzjalment bla qoxra (pereżempju, imqassijiet) li kienu msajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma u li huma lesti biex jittieklu mingħajr iżjed tfesdiq, huma klassifikati fl-intestatura 1605 .

0306 11 10 u 0306 11 90

Awwista tal-blat u awwist ieħor tal-baħar ( Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.)

Għall-kuntrarju tal-awwisti Ewropej, l-awwisti u awwisti oħra tal-baħar huma ta' lewn aħmar u għandhom imqassijiet żgħar ħafna u antenni żviluppati immens. Apparti dan, għandhom il-karapaċa miksija xewk u għoqod.

0306 11 10

Dnub tal-awwist

Din is-subintestatura tinkludi dnub tal-awwisti fi qxur, sħaħ jew maqsumin f’żewġ partijiet kif ukoll dnub imfesdqa.

0306 11 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-awwisti fi qxur, sħaħ jew maqsumin mit-tul tagħhom kif ukoll laħam tal-awwisti.

0306 12 10 u 0306 12 90

Awwisti ( Homarus spp.)

L-awwisti Ewropej huma krustaċji b’imqassijiet kbar. L-awwisti mhux imsajrin huma ta' lewn blu skur imraħħma bl-abjad jew bl-isfar; il-lewn aħmar tagħhom jidher biss mat-tisjir.

L-awwisti Ewropej jittellgħu prattikament bl-istess mod bħall-awwisti u awwisti oħra tal-baħar.

0306 14 10 sa 0306 14 90

Granċi

It-terminu “granċijiet” jkopri varjeta’ kbira ta’ krustaċji bl-imqassijiet ta’ daqsijiet li jvarjaw ħafna li jintgħarfu minn awwisti, awwisti Ewropej, gambli u gambli kbar, u ċkal minnħabba n-nuqqas ta’ denb imlaħħam bil-ġogi.

0306 14 90

Oħrajn

Apparti l-granċijiet tal-baħar Ewropej bħall-granċ farfett (Portunus puber) u l-għaġuża (Maia squinado), din is-subintestatura tinkludi għadd kbir ta’ speċijiet oħrajn (partikolarment Cancer, Carcinus, Portunus, Neptunus, Charybdis, Scylla, Erimacrus, Limulus, Maia, Menippi spp.) kif ukoll il-granċ tal-ilma ħelu magħruf bħala “granċ Ċiniż” (Eriocheir sinensis).

0306 15 00

Awwista tan-Norveġja ( Nephrops norvegicus )

L-iskampi, Norveġiżi jintgħarfu mill-imqassijiet twal, irqaq u priżmatiċi tagħhom.

0306 16 91 sa 0306 17 99

Gambli u gambli kbar tal-ilma kiesaħ ( Pandalus spp., Crangon crangon ); gambli u gambli kbar oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  gambli kbar, ftit varjetajiet minnhom xi kultant huma magħrufin bħala “gambli roża” (għalkemm ċertu varjetajiet isiru roża hekk kif jissajru biss) tal-familja Pandalidae;

2.  gambli tar-ramel tal-ġeneru Crangon;

3.  gambli u gambli kbar tal-familji Palaemonidae u Penaeidae. Fosthom hemm il-gamblu kbir komuni (Palaemon serratus) u l-gamblu imperjali jew karamota (Penaeus caramota jew Penaeus kerathurus).

0306 19 10

Gamblu tal-ilma ħelu

Iċ-ċkal huma krustaċji tal-ilma ħelu, li l-iktar speċi importanti tagħhom jagħmlu parti mill-ġeneri Astacus, Cambarus, Orconectes u Pacifastacus.

Din is-subintestatura tkopri ukoll id-dnub.

0306 31 00

Awwista tal-blat u awwisti oħrajn tal-baħar ( Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.)

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0306 11 10 u 0306 11 90 .

0306 32 10 sa 0306 32 99

Awwisti ( Homarus spp.)

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0306 12 10 u 0306 12 90 .

0306 33 10 u 0306 33 90

Granċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0306 14 10 sa 0306 14 90 .

0306 33 90

Oħrajn

Apparti l-granċijiet tal-baħar Ewropej bħall-granċ farfett (Portunus puber) u l-għaġuża (Maia squinado), din is-subintestatura tinkludi għadd kbir ta’ speċijiet oħrajn (partikolarment Paralithodes chamchaticus, Callinectes sapidus, Chionoecetes spp., Cancer, Carcinus, Portunus, Neptunus, Charybdis, Scylla, Erimacrus, Limulus, Maia, Menippi spp.) kif ukoll il-granċ tal-ilma ħelu magħruf bħala “granċ Ċiniż” (Eriocheir sinensis).

0306 34 00

Awwista tan-Norveġja ( Nephrops norvegicus )

Ara n-nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura 0306 15 00 .

0306 35 10 sa 0306 36 90

Gambli u gambli kbar tal-ilma kiesaħ ( Pandalus spp., Crangon crangon ); gambli u gambli kbar oħrajn

Ara n-nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura 0306 16 91 sa 0306 17 99 .

0306 39 10

Gamblu tal-ilma ħelu

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0306 19 10 .

0306 91 00

Awwista tal-blat u awwisti oħrajn tal-baħar ( Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.)

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0306 11 10 u 0306 11 90 tapplika, mutatis mutandis.

0306 92 10 u 0306 92 90

Awwisti ( Homarus spp.)

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0306 12 10 u 0306 12 90 tapplika, mutatis mutandis.

0306 93 10 u 0306 93 90

Granċi

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0306 14 10 sa 0306 14 90 tapplika, mutatis mutandis.

0306 93 90

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0306 33 90 tapplika, mutatis mutandis.

0306 94 00

Awwista tan-Norveġja ( Nephrops norvegicus )

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0306 15 00 tapplika, mutatis mutandis.

0306 95 11 sa 0306 95 90

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0306 16 91 sa 0306 17 99 tapplika, mutatis mutandis.

0306 99 10

Gamblu tal-ilma ħelu

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0306 19 10 .

0307

Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta' affumikazzjoni; dqiq, pasti u gerbub ta’ molluski, tajbin għal konsum uman

0307 11 10 sa 0307 19 00

Gajdri

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-molluski bivalvi tal-ġeneri Ostrea, Crassostrea (imsejħin ukoll Gryphaea) u Pycnodonta.

Is-soltu ssir dintinzjoni bejn gajdri ċatti (tal-ġeneru Ostrea) u dawk bi qxur irregolari bħall-gajdri Portugiżi (Crassostrea angulata) u l-gajdra tal-Punt Blu jew tal-Virġinja (Crassostrea virginica).

0307 11 10

Gajdri ċatti (tal-ġeneru Ostrea ), ħajjin u jiżnu (bil-qoxra b’kollox) mhux aktar minn 40 g kull waħda

F'din is-subintestatura jiġu klassifikati l-gajdri tal-ġeneru Ostrea biss li ma jiżnux aktar minn 40 g l-waħda (bil-qoxra b’kollox). Il-gajdri ċ-ċatti miġburin fl-Ewropa huma ġeneralment tal-ispeċi Ostrea edulis. Hemm speċijiet oħra bħal, b'mod partikolari, Ostrea lurida tal-kosta Paċifika tal-Amerka ta’ Fuq u Ostrea chilensis taċ-Ċilì.

0307 11 90 sa 0307 19 00

Oħrajn

F'dawn is-subintestaturi huma klassifikati l-gajdri tal-ġeneru Ostrea li jiżnu aktar minn 40 g l-waħda, kif ukoll il-gajdri, immaturi jew adulti, tal-ġeneru Crassostrea (magħruf ukoll bħala Gryphaea) u tal-ġeneru Pycnodonta.

Il-ġeneru Crassostrea jinkludi l-gajdra Portugiża (Crassostrea angulata), il-gajdra Ġappuniża (Crassostrea gigas) u l-gajdra magħrufa bħala Amerikana (Crassostrea virginica).

0307 42 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis, totlu ġgant (Dosidicus gigas) u totlu Ġappuniż (Todarodes pacificus).

0307 43 99

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0307 42 90 .

0307 49 80

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0307 42 90 .

0307 71 00 sa 0307 79 00

Gandoffli, arzell u arki (familji Arcidae, Arcticidae, Cardiidae, Donacidae, Hiatellidae, Mactridae, Mesodesmatidae, Myidae, Semelidae, Solecurtidae, Solenidae, Tridacnidae u Veneridae)

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  gandoffli (Scrobicularia plana), gandoffli rrigati (Mactra spp.) u arzell (Cardium spp.);

2.  kannoli tal-baħar (Solen spp.) bħal Solen marginatus, Solen siliqua u Solen ensis u gandoffli tal-qoxra iebsa (Venus mercenaria u Venus verrucosa).

0307 91 00 sa 0307 99 00

Oħrajn, inkluż dqiq, pasti u gerbub, tajbin għal konsum uman

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  bebbux tal-baħar bħall-bronja komuni (Buccinum undatum);

2.  brankutli (Littorina u Lunatia spp.);

KAPITOLU 4

PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAT-TJUR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MINN ANNIMALI, LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND’OĦRA

Ġenerali

Il-kaseinati li jinkisbu mill-kaseina tal-ħalib jintużaw, pereżempju, bħala emulsjonanti (kaseinat tas-sodju) jew sors ta' proteina (kaseinat tal-kalċju). Il-prodotti li għandhom livell ta' kaseinati li jaqbeż it-3 % tal-materja niexfa, skont il-piż, huma esklużi mill-intestaturi 0401 sa 0404 peress li dawk il-kaseinati ma jeżistux b'mod naturali fil-ħalib f'dan il-livell (b'mod partikolari ara l-intestatura 1901 ).



0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

Sakemm il-prodotti ma jkun fihom l-ebda żieda għajr dik imsemmija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, it-tieni paragrafu, din l-intestatura tinkludi:

1.  ħalib sħiħ mhux proċessat, u l-ħalib parzjalment jew kompletament xkumat;

2.  ħalib pasturizzat, jiġifieri ħalib li tjiebet il-konservazzjoni tiegħu bl-eliminazzjoni parzjali tal-flora mikrobika permezz tat-trattament bis-sħana;

3.  ħalib sterilizzat, inkluż il-ħalib UHT, li jdum aktar u fejn il-flora mikrobika tkun ġiet eliminata permezz tat-trattament bis-sħana aktar estensiv;

4.  ħalib omoġenizzat, li fih il-globuli tax-xaħam tal-emulsjoni naturali ikunu ġew frammentati — b'mezzi mekkaniċi taħt pressjoni qawwija ħafna marbuta mat-trattament bis-sħana — fi glomeruli ta’ daqsijiet iżgħar, li jipprevjenu parzjalment il-formazzjoni ta’ krema;

5.  ħalib peptonizzat, jiġifieri ħalib li d-diġestibilità tiegħu tjiebet biż-żieda ta’ pepsini biex jiġu proċessati l-proteini;

6.  krema, li hija l-istrat xaħmi li jifforma b’mod naturali fil-wiċċ tal-ħalib qiegħed bl-agglomerazzjoni bil-mod tal-globuli mxaħħmin tal-emulsjoni. Kemm jekk imneħħija bl-idejn jew estratta biċ-ċentrifugazzjoni tal-ħalib f’separatur tal-krema, apparti l-kostitwenti l-oħrajn tal-ħalib, din għandha kontenut pjuttost għoli ta’ xaħam (ġeneralment jaqbeż l-10 % skont il-piż). Ċertu proċessi ta’ ċentrifugazzjoni jipproduċu kremi b’kontenut ta’ xaħam li jaqbeż il-50 % skont il-piż.

F'din l-intestatura, il-krema titqies bħala “mhux konċentrata”, irrispettivament mill-perċentwal ta’ kontenut ta’ xaħam, sakemm din tkun inkisbet kompletament:

(a)  bl-ixkumar tal-wiċċ tal-ħalib;

(b)  biċ-ċentrifugazzjoni.

Madankollu, il-krema “konċentrata” prodotta b’mezzi differenti, bħal pereżempju l-evaporazzjoni tal-ilma matul it-trattament bis-sħana taqa’ fl-intestatura 0402 .

0402

Ħalib u krema, konċentrati u biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

Din l-intestatura tinkludi trab tal-ħalib li miegħu jkun żdied ċentrifugat tad-diżinfezzjoni sakemm ma jinbidilx il-proporzjon tal-kostitwenti tal-ħalib naturali (inkella l-prodott jaqa' taħt l-intestatura 0404 ).

Il-prodotti li għandhom livell ta' leċitina tas-sojja (emulsjonant) li jaqbeż it-3 % tal-materja niexfa, skont il-piż, huma esklużi minn din l-intestatura.

Ara wkoll in-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0404 , ħlief (d).

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawwrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

Il-prodotti fl-għamla ta’ paste li normalment jittieklu b’mgħarfa, ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala prodotti fi trab, granijiet jew forom solidi oħra.

Għall-finijiet ta’ din l-intestatura, it-terminu “xorrox tal-butir” ikopri kemm ix-xorrox tal-butir ħelu (jiġifieri mhux aċidifikat) kif ukoll dak aċidifikat.

0403 10 11 sa 0403 10 99

Jogurt

Dawn is-subintestaturi japplikaw biss għall-prodotti li jinkisbu esklussivament bil-fermentazzjoni lattika ta’ Spreptococcus thermophilus u Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus.

Dawn is-subintestaturi ma japplikawx għall-prodotti li, wara l-fermentazzjoni, kienu soġġetti għal trattament bis-sħana li jinvolvi d-diżattivazzjoni tal-kulturi tal-jogurt (subintestatura 0403 90 ).

0403 90 11 sa 0403 90 99

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0403 10 11 sa 0403 10 99 .

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux il-prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestaturi 0406 10 30 sa 0406 10 80 , it-tielet paragrafu.

0404

Xorrox, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 0402 , l-ewwel paragrafu.

0404 90 21 sa 0404 90 89

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 0402 tapplika, mutatis mutandis.

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-proteini tal-ħalib konċentrat miksubin bit-tneħħija parzjali tal-lattożju u tal-imlieħ minerali minn ħalib xkumat u li fihom kontenut ta’ proteini ta' 85 % jew inqas tal-materja niexfa, skont il-piż. Il-kontenut ta’ proteini huwa kkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-kontenut ta’ nitroġenu b’fattur ta’ konverżjoni ta’ 6,38.

Meta l-kontenut ta’ proteini tal-proteini tal-ħalib konċentrat jaqbeż il-85 % tal-materja niexfa, skont il-piż, il-prodott jaqa' taħt l-intestatura 3504 (ara n-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 35)

0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib

0405 10 11 sa 0405 10 90

Butir

It-terminu “butir” huwa definit fin-Nota 2(a) u fin-Nota 2 tas-subintestatura ta' dan il-kapitolu.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0405 , (A).

Il-butir huwa emulsjoni milwiema fix-xaħam tal-ħalib, fejn l-ilma huwa l-fażi mxerrda u x-xaħam huwa l-mezz ta’ tixrid.

Min-naħa l-oħra, il-krema (l-intestaturi 0401 u 0402 ) — fejn il-perċentwal ta’ xaħam f’ċertu każijiet jista' jkun l-istess bħal dak tal-butir — hija emulsjoni ta’ globuli tax-xaħam fl-ilma, fejn l-ilma huwa l-mezz ta’ tixrid u x-xaħam huwa l-fażi mxerrda.

Minn din id-differenza fl-istruttura jista' bejn wieħed u ieħor jiġi rikostitwit il-ħalib oriġinali billi tiżdied kwantità xierqa ta’ ilma mal-krema; madankollu dan il-proċess ma jistax isir bil-butir.

0405 20 10 sa 0405 20 90

Dlik (pejst) tal-butir

L-espressjoni “pastes li jiddelku tal-ħalib” hija definita fin-Nota 2(b) ta' dan il-kapitolu.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0405 , (B).

0405 90 10 u 0405 90 90

Oħrajn

Ara n-Nota 2 tas-subintestatura ta' dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0405 , (C).

0406

Ġobon u baqta

Il-prodotti li fihom ix-xaħam tal-ħalib kien mibdul kompletament jew parzjalment b’tipi oħrajn ta’ xaħam (pereżempju dak veġetali) ma jitqisux bħala ġobon li jaqa' f'din l-intestatura (ġeneralment jiġu kklassifikati fl-intestatura 2106 ).

0406 10 30 sa 0406 10 80

Ġobon frisk (mhux misjur jew konservat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta

Għall-ġobon tax-xorrox, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0406 , it-tieni paragrafu.

Baqta jew “ġobon abjad” huwa l-prodott miksub minn ħalib imbaqqat li minnu jkun tneħħa ħafna mis-seru (pereżempju, billi jisaffa jew jingħasar). Il-baqta (għajr fi trab) b’massimu ta' 30 % ta' zokkor u frott miżjud, skont il-piż, titqies li żżomm il-karattru tal-baqta u tibqa’ kklassifikata f’dawn is-subintestaturi.

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-prodotti tat-tip “cagliata”, jiġifieri l-prodotti miksubin bil-koagulazzjoni bit-tames, b'enżimi oħrajn jew bit-trattament bl-aċidu, tal-ħalib sħiħ jew tal-ħalib parzjalment jew kompletament xkumat, li minnu jkun tneħħa ħafna mis-seru. Dawn il-prodotti huma ppreżentati fil-forma ta’ paste, li għadu ma ġiex imġebbed, artab, li jiġi separat faċilment fi granijiet, b’riħa karatteristika intensa u b’kontenut ta’ klorur tas-sodju li ma jaqbiżx 0,3 % skont il-piż. Huma prodotti “intermedji”, li jeħtieġu li jiġu proċessati aktar, prinċipalment biex jinkiseb il-ġobon.

0406 20 00

Ġobon maħkuk jew fi trab, ta’ kull tip

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  ġobon maħkuk, li ġeneralment jintuża bħala taħwir tal-ikel jew għal finijiet oħrajn fl-industrija tal-ipproċessar tal-ikel. Dan jinkiseb l-aktar minn ġobon iebes (bħal Grana, Parmigiano Reggiano, Emmental, Reggianito, Sbrinz, Asiago, Pecorino, eċċ.). Dan il-ġobon jista' jkun ġie parzjalment deidrat bil-ħsieb li tiġi żgurata l-itwal preservazzjoni possibbli.

Din il-klassifikazzjoni tkopri wkoll il-ġobon li, wara t-taħkik, jiġi agglomerat;

2.  ġobon magħmul trab li ġeneralment jintuża fl-industrija tal-ikel. Huwa magħmul minn kull tip ta’ ġobon li kien likwifikat u wara jkun magħmul trab, jew ridott f'paste u mnixxef u mitħun.

0406 30 10 sa 0406 30 90

Ġobon proċessat, mhux maħkuk jew trab

Ara n-Nota ta’ spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0406 , l-ewwel paragrafu, (3).

0406 40 10 sa 0406 40 90

Ġobon tip blu (tat-tursina) u tipi oħra ta’ ġobon li għandhom vini blu prodotti bil- Penicillium roqueforti

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 0406 40 .

Il-karatteristika prinċipali ta’ dan il-ġobon hija l-pigmentazzjoni irregolari minħabba l-iżvilupp ta' moffa fil-ġobon.

0406 40 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-ġobon b’pigmentazzjoni irregolari bajda/griża li tidher b'mod ċar fil-ġobon, li tinkiseb bl-użu ta' razez ta' Penicillium roqueforti mingħajr kulur.

0407

Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, preservat jew imsajjar

Din l-intestatura tkopri wkoll il-bajd maqtugħ fil-qoxra kif ukoll il-bajd li jkun beda l-proċess ta’ inkubazzjoni.

Il-preservazzjoni tista’ tinkiseb bit-trattament tal-parti ta’ barra tal-bajd b’xaħam, xama' jew xama' bajda (tal-paraffina), b’immersjoni f’soluzzjoni ta’ ġir jew silikat (sodju jew potassa) jew b’metodi oħra.

It-terminu “pollam” ifisser l-għasafar tal-intestatura 0105 .

0407 11 00 sa 0407 19 90

Bajd iffertilizzat għall-inkubazzjoni

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-bajd tal-pollam u ta' għasafar oħra li jissodisfaw it-termini stipulati mill-awtoritajiet kompetenti.

0408

Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija, iffurmati, friżati jew preservati mod ieħor, kemm biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le

0408 11 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-isfra tal-bajd tajbin għall-konsum mill-bniedem u l-isfra tal-bajd mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem għajr dawk li jaqgħu taħt is-subintestatura 0408 11 20 .

Dawn jinkludu wkoll l-isfar tal-bajd imnixxef li kien ippreservat biż-żieda ta’ kwantitajiet żgħar ta’ kimiċi u li huwa intiż għal għall-produzzjoni ta’ kejkijiet u pasti, għaġin u prodotti simili.

0408 19 81 u 0408 19 89

Oħrajn

L-ewwel sentenza tan-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0408 11 80 tapplika, mutatis mutandis.

0408 91 80

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0408 11 80 japplikaw, mutatis mutandis.

0408 99 80

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0408 11 80 japplikaw, mutatis mutandis.

Apparti l-bajd sħiħ mingħajr qoxra, li jista' jkun ippreżentat frisk, din is-subintestatura tkopri l-bajd sħiħ fluwidu preservat, pereżempju, biż-żieda ta’ melħ jew preservattivi kimiċi u bajd sħiħ friżat. Din tinkludi wkoll il-bajd imsajjar bl-istim jew mgħolli, u l-bajd mogħti l-forma (pereżempju, bajd “twil” b'forma ċilindrika magħmul mill-isfra u l-abjad ta’ bajd differenti).

►M6  Din is-subintestatura tinkludi bajd likwidi pasturizzati tat-tjur, li għandhom karatteristiċi organolettiċi identiċi għal dawk tal-bajd friski tat-tjur, kemm jekk fihom ammonti żgħar ta’ ilma miżjud u preservattivi kimiċi kif ukoll jekk le (pereżempju, aċidu ċitriku (E 330)). ◄

KAPITOLU 5

PRODOTTI ĠEJJIN MILL-ANNIMALI LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BAND’OĦRA



0505

Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar, bir-rix, rix u bċejjeċ tar-rix (kemm bit-trufijiet mirqumin jew le), mhumiex maħdumin aktar minn imnaddfin, disinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart mir-rix jew minn bċejjeċ tar-rix

0505 10 10 u 0505 10 90

Rix ta’ tip użat għall-mili

Il-prodotti ta’ dawn is-subintestaturi huma definiti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 0505 10 .

0505 10 10

Mhux proċessat

Din is-subintestatura tkopri r-rix tat-tip użat għall-mili u ż-żajbarfl-istat li jkun hekk kif jinqala' mill-ġisem tal-annimal, anki jekk din l-operazzjoni tkun saret meta r-rix ikun imxarrab. Din tkopri wkoll rix u żajbarli, wara li jkun tnittef, ikun soġġett għal trattament li jneħħi t-trab, ikun diżinfettat, jew sempliċiment għadda minn trattament li jiżgura l-preservazzjoni.

Din is-subintestatura tkopri wkoll ir-rix irkuprat (jew diġà użat) li ma jistax jerġa’ jintuża fl-istat eżistenti tiegħu bħala rix għall-mili. Il-prodotti ta’ din is-subintestatura huma ġeneralment ippreżentati f'forma ta’ balal kumpressati.

0505 10 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri r-rix tat-tip użat għall-mili u ż-żajbar li jkunu tnaddfu b'mod aktar elaborat minn dak imsemmi fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0505 10 10 , pereżempju l-ħasil bl-ilma jew bil-fwar u t-tnixxif bl-arja sħuna.

0505 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  ġlud u partijiet oħra ta’ għasafar (rjus, ġwienaħ, għenuq, eċċ.) bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, intiżi pereżempju, għall-manifattura ta’ aċċessorji ta’ xedd ir-ras;

2.  ġlud ta’ għasafar mingħajr rix li jgħatti, speċjalment il-parti tal-ġild tal-wiżż magħrufa bħala “ġild taċ-ċinji”, użata prinċipalment għall-manifattura tal-pompons;

3.  rix kbir mill-ġwienaħ jew mid-denb jew minn partijiet oħra li ma jistax jintuża għall-mili partikolarment minħabba d-daqs u l-ebusija tal-qasab tar-rix tiegħu;

4.  rix ornamentali maħdum, intiż essenzjalment għall-manifattura ta’ dekorazzjonijiet għax-xedd ir-ras, għall-fjuri artifiċjali, eċċ. Dan jinvolvi b'mod partikolari rix ta’ nagħam, agretti, rsieset, faġanni, marabù, ibisijiet, paguni, għasafar tal-ġenna, fjamingi, sultan iċ-ċawl, kolibri, ċawl abjad, avultuni, gawwi u ċikonji;

5.  rix, ġeneralment ta’ tul uniformi, użat għall-manifattura ta’ dusters tar-rix u xkupilji tar-rix għat-tfarfir;

6.  ċertu partijiet iddefiniti sew ta’ rix bħar-rix kbir u l-qasab tar-rix, kemm jekk maqsumin kif ukoll jekk le (eż. għall-manifattura ta’ stikkadenti, tagħmir tas-sajd, eċċ.), barbi bit-trufijiet mirqumin jew le, separati mill-qasba tar-rix jew jinżammu flimkien b'xorta ta' rita li tiġi mill-qasba tar-rix (rix miġbud). Madankollu, jekk minkejja kull ipproċessar li jkunu għaddew minnu dawn il-partijiet iżommu l-karattru tagħhom ta’ rix għall-mili, dawn jaqgħu fis-subintestatura 0505 10 10 jew 0505 10 90 .

Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-prodotti magħrufin bħala “gerissene Hahnenhälse”; li huma l-qasab tar-rix, mirqumin ħlief għall-parti ta' fuq l-aktar fina tagħhom fejn jibqgħu pjumi żgħar jew barbi li ma setax jitneħħa mill-proċess tat-tirqim.

7.  trab (jew grixa) u skart ta’ rix jew ta’ partijiet ta’ rix.

0506

Għadam u ċ-ċentru tal-qrun, mhux maħdumin, bix-xaħam imneħħi, sempliċiment preparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), trattati bl-aċtu jew deġelatinizzati; trab u skart minn dawn il-prodotti

0506 10 00

Ossejn u għadam trattati bl-aċtu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0506 , it-tieni paragrafu, (3).

0506 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0506 , it-tieni paragrafu, (1), (2), (4) u (5).

0510 00 00

Ambra griża, kastorju, żibett u misk; kanatridi; bila, imnixxfa jew le; glandoli u prodotti oħrajn ta’ annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħin, friżati jew preservati mod ieħor provviżorjament

Apparti l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0510 , din l-intestatura tinkludi t-tessut tal-plaċenta imkessaħ jew iffriżat, kemm jekk f’kontenituri sterili kif ukoll jekk le.

0511

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum uman

0511 91 10

Skart tal-ħut

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0511 , (6), il-paragrafi (i) sa (iv).

0511 91 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri:

1.  bajd u sperma tal-ħut li ma jistgħux jittieklu (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0511 , (5), il-paragrafi (i) u (ii));

2.  skart ta’ krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, eż. qxur ta’ gambli jew gambli kbar, kemm jekk magħmulin trab kif ukoll jekk le;

3.  annimali mejtin tal-Kapitolu 3, li ma jistgħux jittieklu jew ikklassifikati bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, eż. dafnji, magħrufin bħala briegħed tal-ilma, u ostrakodi jew fillopodi oħrajn, imnixxfin għall-ikel tal-ħut tal-akkwarju;

0511 99 31 u 0511 99 39

Sponoż naturali ġejjin minn annimali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0511 , (14).

0511 99 31

Mhux proċessati

Apparti l-isponoż ippreżentati fl-istess stat li jkunu ttellgħu fih mill-baħar, din is-subintestatura tinkludi sponoż naturali mingħajr il-kopertura esterna, is-sustanzi rotob u viskużi u parti mill-impuritajiet tagħhom (eż. sustanzi kalkarji, ramel, eċċ.) bid-dris jew it-tifrik u l-ħasil fl-ilma baħar.

F'din is-subintestatura huma kklassifikati wkoll l-isponoż naturali li jitneħħewlhom, b'mod partikolari bil-qtugħ, il-partijiet tagħhom li ma jistgħux jintużaw (pereżempju l-partijiet immuffati), u ġeneralment, l-isponoż kollha li ma jkunux għaddew minn trattament kimiku.

0511 99 39

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-isponoż li jkunu għaddew minn preparazzjoni mod ieħor biex jitneħħew kompletament is-sustanzi kalkarji tagħhom, biex jiċċaraw kulurhom (permezz ta’ trattament bit-tijosulfat tas-sodju jew tal-bromu), biex jitneħħa x-xaħam minnhom (billi jiġu mgħaddsa f’soluzzjoni ta’ ammonijaka) biex jiġu bbliċjati (billi jiġu mgħaddsa fi 2 % ta’ aċidu ossaliku) jew, permezz ta’ trattamenti kimiċi oħra li jagħmluhom tajbin għall-użu.

0511 99 85

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0511 , (2), (3), (4), (7), (8) u (13). Din is-subintestatura tkopri wkoll l-annimali mejtin tal-Kapitolu 1, li ma jistgħux jittieklu jew ikklassifikati bħala mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

Din is-subintestatura ma tinkludix plażma tad-demm tal-annimali (pereżempju l-intestatura 3002 ).

TAQSIMA II

PRODOTTI VEĠETALI

KAPITOLU 6

SIĠAR ĦAJJIN U PJANTI OĦRAJN; BASAL, GĦERUQ U BĦALHOM; FJURI MAQTUGĦIN U WERAQ ORNAMENTALI



0601

Basal, tuberi, għeruq tuberużi, corms , crowns u riżomi, reqdin, jarmu jew bil-ward; pjanti taċ-ċikwejra u għeruq ħlief dawk l-għeruq tal-intestatura 1212

0601 20 30

Orkidej, ġjaċinti, narċis u tulipani

Din is-subintestatura tkopri l-orkidej epifitiċi (pereżempju, l-orkidej tal-ġeneri Cattleya u Dendrobium).

0602

Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ

0602 10 10 u 0602 10 90

Biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq

Din is-subintestatura tkopri:

1.  il-partijiet ħajjin tal-pjanti mingħajr l-għeruq li jkunu ġew isseparati mill-pjanta ġenitur biex isiru pjanti indipendenti (biċċiet tal-pjanti);

2.  il-partijiet ħajjin ta’ pjanti bir-rimi (għajnejn) li huma intiżi biex jitlaqqmu ma' pjanti oħra (brokkijiet).

0602 40 00

Ward, imlaqqmin jew le

Dawn is-subintestaturi jkopru l-ward ikkoltivat kif ukoll il-ward salvaġġ.

0602 90 10

Spawn għall-faqqiegħ

It-terminu żergħa bajda tal-fungi huwa referenza għal xibka ta’ ħjut fraġli (Thallus jew Mycelium) li spiss tinsab taħt l-art, li tgħix u tikber fuq is-superfiċi ta’ annimali jew materjal veġetali li jkun qed jiddekomponi u li tiżviluppa fit-tessuti nnifishom u tipproduċi l-faqqiegħ.

Iż-żergħa bajda tal-fungi imkabbar għal finijiet kummerċjali jinbiegħ fil-forma ta’ kaxex magħmulin minn frammenti tat-tiben nofsu dekompost li fuqu jkun hemm depożitati saffi tal-mycelium.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll prodott magħmul miż-żergħa bajda tal-fungi, mhux kompletament żviluppat, imqiegħed f’ammonti mikroskopiċi fuq saff tal-ħabb taċ-ċereali u mgeżwer f’kompost tad-demel taż-żwiemel sterilizzat (taħlita ta’ tiben u demel taż-żwiemel).

0602 90 41

Siġar tal-foresta

Din is-subintestatura tinkludi pjanti żgħar miksuba miż-żerriegħa ta’ siġar koniferi jew deċidwi, li s-soltu jintużaw għall-afforestazzjoni. Ġeneralment dawn jiġu fornuti mingħajr tuba bl-għeruq.

0602 90 45

Biċċiet bl-għeruq u pjanti żgħar

Din is-subintestatura tinkludi l-pjanti żgħar, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra, jiġifieri l-pjanti li jeħtieġu koltivazzjoni ulterjuri fis-serra qabel ma jinżergħu. Dawn huma n-nebbieta li għandhom minn sena sa sentejn, kif ukoll biċċiet tal-pjanti bl-għeruq, imlaqqmin jew riżomi jew pjanti bir-rimi, tirqid u pjanti li ġeneralment m’għandhomx aktar minn tnejn sa tliet snin.

0602 90 48

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi s-siġar u l-arbuxxelli ta’ speċi Ewropej jew dawk eżotiċi, mhux speċifikati jew inklużi banda oħra, li ma jintużawx normalment għall-afforestazzjoni. Ġeneralment dawn jiġu fornuti bit-tuba bl-għeruq.

0602 90 50

Pjanti oħrajn ta’ barra

Din is-subintestatura tinkludi l-pjanti li jifilħu għax-xitwa, li huma intiżi għall-kultivazzjoni permanenti u li z-zokk ’il fuq mill-art u li mhuwiex tal-injam tagħhom imut fil-ħarifa u jnibbet mill-ġdid fir-rebbiegħa.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-felċi, il-pjanti tal-bur u dawk akkwatiċi (għajr dawk tal-intestatura 0601 u tal-intestatura 0602 90 99 ).

Din is-subintestatura tinkludi wkoll ir-rombli u ċ-ċangaturi tat-turf biex isiru l-lawns.

0603

Fjuri maqtugħin u blanzuni ta’ fjuri ta’ tip adattati għal bukketti u għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

0603 11 00 sa 0603 19 70

Friski

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-fjuri u l-blanzuni tal-fjuri li l-kulur naturali tagħhom ikun ġie modifikat jew imtejjeb, partikolarment permezz ta’ trattament ta’ assorbiment b’soluzzjonijiet ikkuluriti qabel jew wara l-qtugħ, jew sempliċiment permezz tat-tgħaddis, sakemm dawn il-prodotti jkunu impurtati friski.

0603 19 70

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-ġirasol u r-reseda. Madanakollu, il-friegħi u l-weraq ta’ dawn iż-żewġ pjanti (mingħajr fjuri) jaqgħu taħt is-subintestatura 1404 90 00 .

Din is-subintestatura tinkludi wkoll iz-zkuk taż-żafżafa bil-blanzuni jew bil-fjuri. Madanakollu, iz-zkuk taż-żafżafa mingħajr blanzuni jew fjuri jaqgħu taħt l-intestatura 1401 90 00 .

0604

Weraq, friegħi u partijiet oħrajn ta’ pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni, u ħaxix, ħażiż u likeni, li huma oġġetti adattati għal bukketti jew għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

0604 20 11

Likena tar-renna

Din hija pjanta tal-familja Cladoniaceae (Cladonia rangiferina, Cladonia silvatica u Cladonia alpestris).

0604 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura ma tkoprix sbul frisk tal-qamħirrumħelu (Zea mays varjetà saccharata) (Il-Kapitolu 7) jew ta’ pjanti taċ-ċereali (Il-Kapitolu 10).

0604 90 11

Likena tar-renna

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0604 20 11 .

0604 90 91

Mhumiex ippreparati għajr imnixxfin

Din is-subintestatura ma tkoprix friegħi mnixxfin li jkunu ġew mgħawġin jew iffurmati fi spirali, irrelevanti minn jekk dawn ikunux ġew mgħawġin jew iffurmati fi spirali qabel ma kienu mnixxfin (is-subintestatura 0604 90 99 ).

Din is-subintestatura ma tkoprix is-sbul sempliċiment imnixxef tal-qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) (Il-Kapitolu 7) jew tal-pjanti taċ-ċereali (Il-Kapitolu 10).

0604 90 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi s-sbul imnixxef tal-pjanti taċ-ċereali (pereżempju, il-majs) li jkun ġie ibbliċjat, mogħti ż-żebgħa, mgħaddas jew inkella trattat għal finijiet ornamentali. Din is-subintestatura tinkludi wkoll zkuk imnixxfin li jkunu ġew mgħawġin jew iffurmati fi spirali.

KAPITOLU 7

VEĠETALI U ĊERTI GĦERUQ U TUBERI TAJBIN GĦALL-IKEL

Ġenerali

1. Is-smit mhuwiex permess f’dan il-Kapitolu, ħlief fil-każ ta':

 ħaxix iffriżat (mhux imsajjar jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), tal-intestatura 0710 ,

 ħaxix leguminuż imnixxef, imqaxxar, kemm jekk mingħajr il-qoxra jew maqsum kif ukoll jekk le, tal-intestatura 0713 .

2. In-nebbiet (nebbiet tal-ħaxix u nebbiet ieħor) huma ż-żrieragħ imnibbta u użati għall-konsum mill-bniedem, li jittieklu nejjin jew inkella msajrin. It-tinbit huwa l-prattika tal-ġerminazzjoni taż-żrieragħ permezz tal-umidifikazzjoni (dan il-proċess iżid il-kontenut tal-ilma fiż-żrieragħ u jinterrompi r-raqda tax-xtieli) sakemm tfeġġ il-pjanta l-ġdida u tibda tiżviluppa l-weraq.

Ġeneralment, in-nebbiet li jkun lest għall-konsum mill-bniedem jista' jiġi ppreżentat fi tliet modi:

(a) bħala pjanta fi stat ta' ġerminazzjoni bil-weraq taż-żerriegħa (il-kotiledoni, l-ewwel weraq embrijoniċi), il-fdalijiet taż-żerriegħa u l-għeruq;

(b) bħala pjanta li tikkonsisti fil-ħabba taċ-ċereali li qed tinbet, pereżempju x-xgħir li jkun nibet, l-hekk imsejjaħ "malt aħdar" (ara wkoll in-nota ta' spjegazzjoni tas-subintestaturi 1107 10 11 sa 1107 10 99 ) li tista' tintuża nejja fl-insalati jew, wara li tgħaddi minn ipproċessar ulterjuri, tintuża l-aktar għall-produzzjoni tal-birra jew tal-whisky;

(ċ) bħala “xtejla” li tikkonsisti biss fil-weraq taż-żerriegħa, mingħajr fdalijiet taż-żerriegħa jew tal-għeruq u li ma jkollhiex “weraq adulti” (weraq ta' vera, iffurmati postembrijonikament). Din it-tip ta' nebbieta normalment tiġi ppreżentata f'kaxxi żgħar bil-ħamrija għat-tkabbir.

Meta n-nebbiet ikun se jiġi kklassifikat, għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin:

 in-nebbiet tal-ħaxix imsemmi fil-Kapitolu 7 jrid jiġi kklassifikat bħala ħaxix frisk fil-Kapitolu 7 skont l-intestaturi rispettivi tiegħu, minħabba li l-ħaxix frisk jaqa' taħt dan il-Kapitolu kemm jekk intiż għall-ikel, għaż-żrigħ jew għat-tħawwil, bl-eċċezzjoni tan-nebbiet tal-ħaxix li jkun f'kundizzjoni li jitħawwel mill-ġdid u li jaqa' taħt l-intestatura 0602 (ara n-Nota ta' Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA għall-Kapitolu 7, l-għaxar paragrafu),

 il-fażola użata għall-produzzjoni tal-ġelbin tal-fażola irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 0713 bħala ħaxix leguminuż imnixxef (ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-Subintestaturi tas-SA tas-subintestatura 0713 31 ). Madankollu, il-ġelbin tal-ful iġġerminat minnu u n-nebbiet minn ħaxix leguminuż imnixxef ieħor huma kklassifikati bħala ħxejjex leguminużi friski taħt l-intestatura 0708 ,

 għalkemm ikunu sempliċiment fil-forma ta' żrieragħ, xi pjanti jistgħu jiġu klassifikati f'kapitolu ieħor tan-Nomenklatura Magħquda, bħall-Kapitoli 9 jew 12, ladarba meta jiġġerminaw isiru tajbin għall-konsum bħala ħaxix, u għandhom għaldaqstant jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 7 minħabba li jkunu tilfu l-karatteristiċi oġġettivi tal-Kapitoli 9 jew 12. Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0709 , l-ewwel paragrafu (14), fir-rigward tar-rimjiet tal-bambù u n-nebbiet tal-fażola tas-sojja,

 in-nebbiet magħmula mill-ħabb taċ-ċereali tal-Kapitolu 10 (l-intestaturi 1001 , 1002 , 1003 , 1004 , 1006 jew 1008 ), pereżempju x-xgħir li jkun nibet, jrid jiġi kklassifikat fis-subintestatura 1107 10 (ix-xgħir li jkun nibet huwa eskluż mill-Kapitolu 10, ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 1003 , l-eċċezzjoni (a)), li hija l-aktar intestatura speċifika għaċ-ċereali mnibbta, iżda li mhijiex limitata għaċ-ċereali mnibbta mnixxfa (ix-xgħir). Il-"malt aħdar” huwa kklassifikat fis-subintestaturi 1107 10 11 sa 1107 10 99 (ara n-nota ta' spjegazzjoni tas-subintestaturi 1107 10 11 sa 1107 10 99 , l-ewwel paragrafu) u huwa kkaratterizzat bħala ħabb li beda jiġġermina iżda li jkun għadu ma ġiex imnixxef,

 in-nebbiet magħmul mill-varjetà Zea mays, il-varjetà saccharata (il-qamħirrum ħelu) li jrid jiġi kklassifikat fil-Kapitolu 7 bl-applikazzjoni tan-nota 2 tal-Kapitolu 7 u n-nota 2 tal-Kapitolu 10, jrid jiġi kklassifikat fl-intestatura 0709 (is-subintestatura 0709 99 60 ).

Lista mhux eżawrjenti ta' nebbiet flimkien mal-kodiċi NM tiegħu:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni (Isem Latin)

0703 10 19

rimjiet tal-basal (Allium cepa)

0703 20 00

rimjiet tat-tewm (Allium sativum)

0703 90 00

rimjiet tal-kurrat (Allium porrum)

0704 90 90

rimjiet tal-brokkoli (Brassica oleracea var. italica)

0704 90 90

rimjiet tar-rukola (Eruca sativa; syn. Eruca vesicaria ssp. sativa (Miller) Thell., Brassica eruca L.)

0706 90 90

rimjiet tal-pitravi (Beta vulgaris ssp. vulgaris)

0706 90 90

rimjiet tar-ravanell (Raphanus sativus)

0708 10 00

rimjiet tal-piżelli (Pisum sativum)

0708 20 00

rimjiet tal-fażola azuki (Phaseolus angularis)

0708 20 00

rimjiet tal-fażola mung (Vigna radiata)

0708 20 00

rimjiet tal-fażola tar-ross (Phaseolus pubescens)

0708 90 00

rimjiet taċ-ċiċri (Cicer arietinum)

0708 90 00

rimjiet tad-“dragon's-teeth” (Lotus maritimus)

0708 90 00

rimjiet tal-għads (Lens culinaris)

0708 90 00

rimjiet tal-“pigeon pea” (Cajanus cajan)

0709 99 50

rimjiet tal-bużbież (Foeniculum vulgare var. azoricum)

0709 99 60

rimjiet tal-qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

0709 99 90

rimjiet tal-ħabaq (Ocimum spp.)

0709 99 90

rimjiet tal-mustarda sewda (Brassica nigra, syn.: Sinapis nigra L., Sisymbrium nigrum (L.) Prantl.)

0709 99 90

rimjiet tal-“blue giant hyssop” (Agastache foeniculum)

0709 99 90

rimjiet tal-fidloqqom (Borago officinalis)

0709 99 90

rimjiet tal-kawba Ċiniża (Toona sinensis)

0709 99 90

rimjiet tal-glasswort komuni (Salicornia europaea)

0709 99 90

rimjiet tal-kosbor (Coriandrum sativum)

0709 99 90

rimjiet tal-krexxuni (Lepidium sativum)

0709 99 90

rimjiet tal-fienu (Trigonella foenum-graecum)

0709 99 90

rimjiet ta' shiso aħdar jew shiso vjola (Perilla frutescens)

0709 99 90

rimjiet tal-ġirasol (Helianthus annuus)

0709 99 90

rimjiet tal-mustarda bajda (Sinapis alba)

1107 10 19

malt aħdar tal-qamħ (Triticum aestivum)

1107 10 99

malt aħdar tax-xgħir (Hordeum vulgare)

1107 10 99

malt aħdar tal-millieġ (Panicum miliaceum)

1107 10 99

malt aħdar tal-ħafur (Avena sativa)

1107 10 99

malt aħdar tar-ross (Oryza sativa)

1107 10 99

malt aħdar tas-segala (Secale cereale)

1214 90 90

rimjiet tal-alfalfa (Medicago sativa)



0701

Patata, friska jew imkessħa

0701 90 50

Ġdida, mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

Il-patata ġdida tingħaraf mill-kulur ċar (is-soltu abjad jew roża) u mill-qoxra rqiqa tagħha, li mhijiex b’saħħitha u li tista’ titneħħa faċilment billi tinbarax. Barra minn hekk, ma turi ebda sinjali ta’ tinbit.

0703

Basal, shallots , tewm, kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin

0703 10 11 sa 0703 10 90

Basal u shallots

Dawn is-subintestaturi jkopru kull varjeta’ ta’ basal (Allium cepa) u xalott(Allium ascalonicum).

0703 10 11

Sets (xorta ta’ basal żgħir għaż-żriegħ)

Din is-subintestatura tkopri l-basal tal-basal ta’ sena mkabbrin miż-żerriegħa, għat-tħawwil. Id-dijametru tagħhom ġeneralment huwa bejn 1 sa 2 cm.

0703 20 00

Tewm

Din is-subintestatura tkopri l-varjetajiet kollha tat-tewm (Allium sativum) li huma tajbin għall-konsum mill- bniedem.

It-tewm magħmul minn basla waħda, mingħajr sinniet separati, li għandu dijametru bejn wieħed u ieħor bejn 25 u 50 mm u li huwa deskritt fil-kummerċ bħala "solo garlic", "pearl garlic", "single bulb garlic", "single clove garlic" jew "monobulb garlic" (jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra), huwa kopert ukoll minn din is-subintestatura. Din is-subintestatura ma tkoprix l-hekk imsejjaħ,"tewm il-kbir" jew "tewm iljunfant" (Allium ampeloprasum, li jaqa' taħt is-subintestatura 0703 90 00 ) li jikkonsisti minn basla unika b' dijametru ta' madwar 60 mm jew iżjed (jiġifieri, sinifikament akbar u itqal minn basla tat-tewm b'diversi sinniet). L-ispeċi Allium sativum u Allium ampeloprasum huma differenti wkoll fir-rigward tal-ġabra tal-ġeni rispettivi tagħhom.

0703 90 00

Kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm

Din is-subintestatura tkopri l-kurrat komuni tajjeb għall-ikel (Allium porrum), il-basal tax-Xitwa (Allium fistulosum) u l-weraq tal-kurrat salvaġġ (Allium schoenoprasum).

0704

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin

0704 10 00

Pastard u brokkli bir-ras

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0704 , l-ewwel paragrafu, (1).

0704 90 10

Kaboċċi bojod u kaboċċi ħomor

Din is-subintestatura tkopri l-kaboċċi bojod (Brassica oleraces L. varjetà capitata L. f. alba D. C.), inklużi l-kaboċċi ppuntati (Brassica oleracea L. varjetà capitata L. f. varjetà alba D. C. subvarjetà conica u subvarjetà piramidalis) u l-kaboċċi ħomor (Brassica oleraces L. varjetà capitata L. f. rubra (L.) Thell).

0704 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-kaboċċi ta’ Savojja (Brassica oleracea L. varjetà bullata D. C. u varjetà sabauda L.), il-kaboċċi Ċiniżi (pereżempju, Brassica sinensis u Brassica pekinensis), il-ġdur jew il-kaboċċi tal-għeruq tan-nevew (Brassica oleracea varjetà gongylodes) u brokkli jew calabres li qed inibbtu (Brassica oleracea L. konvarjetà botrytis (L.) Alef varjetà italica Plenck).

Madanakollu, din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  l-għeruq li jistgħu jittieklu tal-ġeneru Brassica (ġdur li jaqa’ fl-intestatura 0706 u l-lift jew in-nevew tal-Iżvezja (Brassica napus varjetà napobrassica) li jaqgħu taħt l-intestatura 1214 );

(b)  il-kale tal-għalf bħall-kale mudullun ħomor jew bojod (Brassica oleracea varjetà medullosa) u l-kaboċċa tal-baqar (Brassica oleracea varjetà viridis), li jaqgħu taħt l-intestatura 1214 .

0706

Karrotti, turnips (xorta ta’ Brassica ), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin

0706 10 00

Karrotti u turnips (xorta ta’ Brassica )

Din is-subintestatura tkopri biss il-varjetajiet tan-nevew u tal-karrotti (ħomor jew roża) tajbin għall-konsum mill-bniedem. Il-karrotti tal-għalf, ġeneralment bojod jew sofor ċari, in-nevew tal-għalf (Brassica campestris varjetà rapa) u l-lift jew in-nevew tal-Iżvezja (Brassica napus varjetà napobrassica) jaqgħu fis-subintestatura 1214 90 10 .

0706 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  il-pitravi għall-insalata (Beta vulgaris varjetà conditiva);

2.  is-sassefrika (Tragopogon porrifolius) u l-iscorzonera (Scorzonera hispanica);

3.  ir-ravanell ta’ kull tip: abjad, iswed, roża eċċ. (Raphanus sativus varjetà sativus u niger speċjalment);

4.  it-tursin bl-għeruq tan-nevew (Petroselinum crispum varjetà. tuberosum) u l-maxxita bl-għeruq (Chaerophyllum bulbosum);

5.  iz-zunnarija bajda (Pastinaca sativa);

6.  il-qaqoċċ Ġappuniż (Stachys affinis jew Stachys sieboldii), li huma riżomi mtawwlin, b'kulur safrani abjad u ġeneralment bid-daqs tas-sebgħa ż-żgħir u b'numru ta’ għafsiet mad-dawra.

Madanakollu, l-għeruq u t-tuberi li jittieklu b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina bħall-artiċokks, il-patata ħelwa, it-taro jew il-jam, jaqgħu taħt l-intestatura 0714 .

0707 00

Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir), friski jew imkessħin

0707 00 90

Gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir)

Il-ħjar tal-pikles li jaqgħu taħt din is-subintestatura huma varjetà ta’ ħjar żgħar (madwar 85 unità għal kull kilogramma).

0708

Veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra, friski jew imkessħin

0708 10 00

Piżelli ( Pisum sativum )

Din is-subintestatura tkopri l-piżelli kollha tal-ispeċi Pisum sativum, inklużi l-piżelli tal-għalf (Pisum sativum varjetà arvense).

Ma tkoprix il-fażola żgħira (inklużi dawk tal-varjetà b’għajn sewda), minħabba li din it-tip ta' fażola taqa' taħt is-subintestatura 0708 20 00 , jew iċ-ċiċri tal-ġeneru Cicer li jaqgħu taħt is-subintestatura 0708 90 00 .

0708 90 00

Veġetali oħrajn leguminużi

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0708 , l-ewwel paragrafu, (3), (4), (5) u (6).

0709

Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin

0709 20 00

Asparagu

Din is-subintestatura tkopri biss ir-rimjiet jew il-ponot tal-asparagu (Asparagus officinalis).

0709 40 00

Krafes ħlief celeriac

Din is-subintestatura tkopri l-karfus tal-varjetà “Apium graveolens L. varjetà dulce (Mill.) Pers.” (il-karfus irrigat, stikka jew tax-xitwa) u “Apium graveolens varjetà secalinium Alef.” (il-karfus tal-werqa).

0709 59 10

Chanterelles

Din is-subintestatura tinkludi biss ix-chanterelles jew il-girolles (il-faqqiegħ tal-bajd) li ġeneralment ikun kulur l-isfar tal-bajd, tal-ispeċi Cantharellus cibarius Fries u Cantharellus friesii Quélet. Tipi simili tajbin għall-ikel bħax-chanterelle falza (Clitocybe aurantiaca) u sieq il-ħamiema (Craterellus cornucopioides), li xi kultant jintużaw bħala sostitut għat-tartufi fix-charcuterie, jaqgħu taħt is-subintestatura 0709 59 90 .

0709 59 30

Flap mushrooms

Din is-subintestatura tkopri biss il-fungi porċinijew tat-tip boletus tal-ġeneru Boletus u b'mod partikolari l-fungi porċini komuni (Boletus edulis).

0709 60 10 sa 0709 60 99

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0709 , l-ewwel paragrafu, (5).

0709 92 10 u 0709 92 90

Żebbuġ

Żebbuġ li minnu jiġi estratt iż-żejt iżda li għandu kontenut ta’ materja xaħmija għola minn 8 % jibqa' taħt din is-subintestatura.

0709 99 10

Veġetali għall-insalata, ħlief ħass ( Lactuca sativa ) u ċikwejra ( Cichorium spp .)

Din is-subintestatura tkopri kull tip ta’ pjanti għall-insalata għajr il-ħass (Lactuca sativa), iċ-ċikwejra u l-indivja (Cichorium spp.); dawn jinkludu:

1.  il-valerjanella;

2.  iċ-ċikwejra salvaġġa (Taraxacum officinale).

0709 99 20

Pitravi chard (jew pitravi zokkrija) u kardun

Din is-subintestatura tkopri s-selq, imsejjaħ ukoll selq abjad jew selq tal-Iżvizzera (Beta vulgaris subvarjetà cicla) u l-kardun (Cynara cardunculus).

0709 99 40

Kappar

Il-kappar huma l-blanzuni tal-fjuri mhux miftuħin tal-arbuxxell tal-kappar tax-xewk (Capparis spinosa).

0709 99 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  l-okra, il-gumbo jew subgħajn in-nisa (Hibiscus esculentus);

2.  ir-rabarbru;

3.  il-ħaxix morr tat-tip sorrel(Rumex acetosa);

4.  il-ħaxixa Ingliża (Oxalis crenata)

5.  iz-zunnarija bajda tat-tip skirret (Sium sisarum);

6.  id-diversi tipi tal-ħabberxa: il-ħabberxa tal-ġnien (Lepidium sativum), il-krexxuni (Nasturtium officinale), il-ħabberxa tax-xitwa (Barbarea verna), nasturtium jew il-kabuċċina (Tropaeolum majus), eċċ.;

7.  il-burdlieqa komuni (Portulaca oleracea);

8.  it-tursin u l-maxxita, għajr għat-tursin bl-għeruq tan-nevew u l-maxxita bl-għeruq, li jaqgħu taħt is-subintestatura 0706 90 90 ;

9.  l-istragun (Artemisia dracunculus) u s-sagħtrija (Satureja hortensis jew is-sagħtrija tas-sajf u Satureja montana jew is-sagħtrija tax-xitwa);

10.  il-merdqux koltivat jew ħelu (Origanum majorana);

11.  il-basal tal-familja Liliaceae tal-ispeċi “Muscari comosum” (l-ismijiet komuni “lampasciolo”, “basal salvaġġ”, “lilas de terre”, “ġjaċint bir-rix”).

Għandu jkun innutat li:

(a)  l-għeruq u t-tuberi b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina jaqgħu taħt l-intestatura 0714 ;

(b)  ċertu numru ta’ pjanti huma esklużi minn din is-subintestatura għalkemm dawn jintużaw għall-konsum mill-bniedem; dan japplika partikolarment għal dawn li ġejjin:

1.  is-sagħtar (is-subintestaturi 0910 99 31 sa 0910 99 39 );

2.  il-weraq tar-rand (is-subintestatura 0910 99 50 );

3.  il-merdqux salvaġġ jew l-origanu (Origanum vulgare), is-salvja (Salvia officinalis), il-ħabaq (Ocimum basilicum), il-menta (varjetajiet kollha), il-verbena (Verbena spp.), ir-rejġel (Ruta graveolens), l-issopu (Hyssopus officinalis) u l-fidloqqom (Borago officinalis), li jaqgħu taħt l-intestatura 1211 .

0710

Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), friżati

L-espressjoni “iffriżat” kif definita fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA ta' dan il-kapitolu, it-tielet paragrafu, għandha tinqara wkoll fid-dawl tal-kriterji stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża 120/75. B'analoġija, wara l-interpretazzjoni tal-Qorti ta' dawn il-kriterji fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-423/09, il-proċess tal-iffriżar għandu jwassal għal tibdiliet sostanzjali u irriversibbli, bir-riżultat li l-prodott ma jibqax fl-istat naturali tiegħu.

Għaldaqstant, il-prodotti jkunu “iffriżati” meta l-prodotti li jkunu soġġetti għal proċessi tal-iffriżar jgħaddu minn tibdiliet irriversibbli b'riżultat ta' dan l-istess proċess, b'mod partikolari fl-istruttura taċ-ċelloli, bir-riżultat li dawn il-prodotti ma jibqgħux fl-istat naturali tagħhom, anke wara li jibdew jinħallu jew ikunu nħallu kompletament.

0711

Veġetali preservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat

0711 20 10 u 0711 20 90

Żebbuġ

Dawn is-subintestaturi jkopru ż-żebbuġ, normalment fi trattament fis-salmura, li jkun għadu ma ġiex soġġett għall-proċess tat-tneħħija tat-togħma qarsa tiegħu. Iż-żebbuġ proċessat biex ikun jista' jittiekel — anki sempliċiment permezz ta’ tgħaddis fit-tul fis-salmura — huwa eskluż minn dawn is-subintestaturi u huwa klassifikat fis-subintestatura 2005 70 00 .

0711 40 00

Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir)

Din is-subintestatura tinkludi l-ħjar u l-ħjar tal-pikles sempliċiment imqiegħda f'kontenituri li fihom is-salmura li, possibbilment biż-żieda tal-ħall jew tal-aċtu aċetiku, tiżgura l-preservazzjoni proviżorja matul it-trasportazzjoni u l-ħżin tagħhom u jkunu għadhom mhumiex tajba għall-konsum fl-istat preżenti tagħhom. Normalment dawn il-prodotti jikkonsistu f'10 % ta' melħ, skont il-piż.

Qabel ma finalment jiġu użati, dawn il-prodotti normalment jiġu trattati bil-manjiera li ġejja, li permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu klassifikati fil-Kapitolu 20:

— it-tneħħija parzjali tal-melħ, segwita bit-taħwir tal-ikel (li normalment ikun jikkonsisti fiż-żieda ta’ likwidu li jgħatti aromatizzat ibbażat fuq il-ħall),

— il-pasturizzazzjoni, maħsuba biex tappoġġja l-azzjoni stabilizzanti tal-melħ u tal-ħall wara li l-prodotti jkunu ġew trasferiti għal kontenituri żgħar (laned, flixken, vażetti tal-ħġieġ, eċċ.).

Madanakollu, il-ħjar u l-ħjar tal-pikles, kemm jekk ippreservati fis-salmura kif ukoll jekk le, li jkunu għaddew minn proċess sħiħ ta' fermentazzjoni lattika, jaqgħu taħt il-Kapitolu 20. Il-ħjar u l-ħjar tal-pikles li jkunu għaddew minn proċess sħiħ ta' fermentazzjoni lattika, jistgħu jiġu identifikati mill-fatt li jekk taqsamhom f'sezzjonijiet trasversali l-wiċċ kollu tal-polpa jkun jidher qisu tal-ħġieġ (jiġifieri x'aktarx li jkun trasparenti).

0711 51 00

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus

Il-faqqiegħ tas-subintestatura preżenti jista’ jkun ippreservat f’soluzzjoni ta’ salmura qawwija li magħha jkun żdied il-ħall jew l-aċtu aċetiku.

0711 90 70

Kappar

Il-kappar ta’ din is-subintestatura normalment jiġi ppreservat fi btieti mimlijin bit-trattament fis-salmura.

0712

Veġetali mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux preparati aktar minn hekk

F'din l-intestatura mhumiex inklużi dawk is-sustanzi, li fil-forma mnixxfa tagħhom, mhumiex użati bħala ħxejjex iżda li huma użati primarjament fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għall-insettiċidi, il-funġiċidi jew għal finijiet simili (l-intestatura 1211 ).

0712 90 30

Tadam

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2002 90 11 sa 2002 90 99 li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tat-trab tat-tadam.

0712 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura teskludi l-weraq u l-għeruq imnixxfin tal-pjanta taċ-ċikwejra salvaġġa (Taraxacum officinale), is-sorrel imnixxef (Rumex acetosa) u l-krexxuni (nasturtium) jew il-kabuċċini (Tropaeolum majus) imnixxfin li jintużaw għal finijiet mediċi (is-subintestatura 1211 90 86 ).

0713

Veġetali leguminużi mnixxfin, imqaxxrin, kemm jekk mingħajr qoxra ta’ ġewwa jew maqsumin kif ukoll jekk le

Oġġetti li jaqgħu taħt din l-intestatura li huma intiżi għaż-żriegħ huma l-prodotti ta' tnissil tal-pjanti u ġeneralment jistgħu jintgħarfu mill-ippakkjar tagħhom (pereżempju, xkejjer bit-tikketta li tindika l-użu tagħhom) u mill-prezz ogħla tagħhom.

0713 10 10 u 0713 10 90

Piżelli ( Pisum sativum )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0708 10 00 tapplika, mutatis mutandis.

0713 20 00

Ċiċri ( garbanzos )

Iċ-ċiċri ta’ din is-subintestatura huma tal-ġeneru Cicer (prinċipalment Cicer arietinum) kemm jekk għaż-żriegħ, kemm jekk għall-konsum mill-bniedem u kemm jekk għall-għalf tal-annimali.

0713 31 00

Fażola tal-ispeċi Vigna mungo (L.) Hepper jew Vigna radiata (L.) Wilczek

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 0713 31 .

0713 32 00

Fażola żgħira ħamra (Adzuki) (Phaseolus jew Vigna angularis )

Il-fażola adzuki hija dejjem ikkumerċjalizzata niexfa. Qabel ma l-pjanta tal-adzuki tkun immaturat, il-fażola tkun ħadra u jkun fiha proporzjon għoli ta’ ilma. Ladarba l-pjanta timmatura, il-fażola tiħmar u tinxef.

0713 35 00

Fażola tal-għajn ( Vigna unguiculata )

Din is-subintestatura tinkludi l-horsegram (fażola rqiqa ħafna) (li qabel kienet magħrufa bħala Dolichos sinensis ssp. sesquipedalis), li għandha tiġi meqjusa bħala fażola tal-ispeċi Vigna. L-ismijiet Dolichos unguiculata u Dolichos sinensis huma sinonimi li m’għadhomx jintużaw aktar għall-fazola tal-ispeċi Vigna. Konsegwentement, il-horsegram b’mod korrett qed jissejjaħ “Vigna unguiculata (L.) Walp. ssp. sesquipedalis”.

0713 40 00

Għads

Din is-subintestatura tkopri biss l-għads tal-ġeneru Ervum jew Lens, perżempju l-ħafna varjetajiet tal-għads komuni (Ervum lens jew Lens esculenta) u l-ġulbiena jew il-ġulbiena morra (ervil) tal-għads (Ervum ervilia).

0713 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi (bl-eċċezzjoni tal-horsegram tas-subintestatura 0713 35 00 u tal-piżelli tal-cajan (Cajanus cajan) tas-subintestatura 0713 60 00 , dolichos tal-ispeċi Dolichos bhalma huwa l-lablab (Dolichos lablab), il-jack bean (Canavalia ensiformis), il-fażola tal-bellus (Mucuna utilis) u ż-żrieragħ tal-gwar (Cyamopsis tetragonoloba).

Dawn li ġejjin huma esklużi minn din is-subintestatura: il-ġulbiena għajr dik tal-ispeċi Vicia faba (is-subintestatura 1209 29 45 ) u għajr għaż-żerriegħa tal-lupina (Lupinus) (is-subintestatura 1209 29 50 ).

0714

Manjoka, ararut, salep , artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le; sago pith

Il-frażi “fil-forma ta’ pellets” huwa definit f’nota 1 għal din it-taqsima.

0714 10 00

Manjoka (kassava)

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  l-għeruq tuberużi tal-manjoka, li jeżistu f'żewġ varjetajiet (Manihot utilissima u Manihot aipi); l-għeruq tagħhom għandhom il-forma ta' magħżel ta’ rota; il-piż tagħhom mal-ħsad jista’ jvarja minn 500 g sa 3 kg jew iżjed;

2.  il-pellets magħmula minn frammenti agglomerati tal-għeruq tal-manjoka jew id-dqiq jew il-grixa agglomerati tal-għeruq (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0714 , it-tieni paragrafu).

0714 20 10 u 0714 20 90

Patata ħelwa

Il-patata ħelwa hija tuberu bil-polpa li tista' tkun bajda, safra jew ħamra skont il-varjetà u li ġejja minn pjanta erbaċeja li tixxeblek (Ipomea batatas).

0714 90 20

Ararut, salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  l-għeruq tal-ararut, li jagħmlu parti minn diversi speċi tal-ħaxix skont l-oriġni tagħhom: l-ararut (Maranta arundinacea), l-ararut tal-Indja (Maranta indica), l-ararut ta' Taħiti (Tacca pinnatifida), l-ararut ta’ Queensland (Canna edulis);

2.  l-għeruq tas-salep meħudin minn varjetajiet differenti tal-pjanti tal-ġeneru Orchis;

3.  l-għeruq mejta tad-dalji u għeruq tuberi mejtin ta' fjuri oħrajn;

4.  it-tuberi tal-ħabbgħażiż (Cyperus esculentus), magħrufa wkoll bħala t-“tiger nut”.

0714 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-varjetajiet differenti tal-artiċokks (pereżempju Helianthus tuberosus, Helianthus strumosus u Helianthus decapetalus) u l-ilbieba mimlija lamtu msejħa “sagu” meħuda miz-zkuk ta’ ċertu palmi ġejjin minn diversi varjetajiet ta’ speċi (Metroxylon, Rumphii, Raphia ruffia, Arenga, eċċ.).

KAPITOLU 8

FROTT U ĠEWŻ TAJBIN GĦALL-IKEL; QOXRA TAL-FROTT TAĊ-ĊITRU JEW BETTIEĦ

Ġenerali

1. Dan il-kapitolu jinkludi l-frott maħsub għall-finijiet ta’ distillazzjoni fil-forma ta’ polpa b’biċċiet kbar, anki jekk tkun bdiet il-fermentazzjoni naturali.

2. Il-pasturizzazzjoni mhijiex ammissibbli f’dan il-kapitolu, ħlief fil każ:

 tal-frott u l-ġewż imnixxef imsemmi f’dan il-kapitolu,

 tal-frott u l-ġewż tal-intestatura 0812 ippreservat b’mod provviżorju:

 tal-frott u l-ġewż iffriżat tal-intestatura 0811 .

Il-frott u l-ġewż sterilizzati huma esklużi minn dan il-kapitolu (l-intestatura 2008 b’mod ġenerali).



0801

Ġewż tal-Indi, ġewż tal-Brażil, u ġewż tal-anakardju, friski jew imnixxfin, imqaxxrin jew imfesdqin jew le

0801 21 00 u 0801 22 00

Ġewż tal-Brażil

Dan huwa ġewż b’qoxra iebsa li bħala forma u fid-daqs jixbah il-felli tal-mandolin; il-qoxra fiha qalba kbira b’sezzjoni trasversali triangolari f’fosdqa fibruża ta’ lewn kannella.

0802

Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxar jew imfesdaq jew le

0802 21 00 u 0802 22 00

Ġellewż ( Corylus spp .)

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-ġellewż (il-frott tal-Corylus avellana), il-ġewż Tork (il-frott tal-Corylus colurna) u l-ġellewż (il-frott tal-Corylus maxima).

0802 41 00 u 0802 42 00

Qastan ( Castanea s pp .)

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-qastan ħelu li jista’ jittiekel tal-ġeneru Castanea; għaldaqstant ma jinkludux il-qastan tal-ilma jew xewket il-għadma (il-frott tat-Trapa natans) li jidħlu taħt is-subintestatura 0802 90 85 jew il-qastan selvaġġ (Aesculus hippocastanum) li jidħol taħt l-intestatura 2308 .

0802 51 00 u 0802 52 00

Pistaċċi

Il-pistaċċi huma l-frott tal-pistaċċa (Pistacia vera), li hija kkoltivata prinċipalment fi Sqallija, fil-Greċja u fil-Lvant Nofsani.

Il-ġewża tal-pistaċċa hija d-daqs ta’ żebbuġa żgħira li tikkonsisti minn fosdqa ratba, rqiqa u normalment niedja ta’ kulur kannella ħamrani, b’wiċċ raff u kemxejn aromatiku, qoxra bivalvi, qisha magħmula minn xi injam ċar, u qalba mtawla li jkollha qoxra kannella ħamranija filwaqt li hi tkun ta’ lewn aħdar ċar, u għandha togħma pjaċevoli u mhux qawwija.

0802 90 50

Ġewż tal-arżnu ( Pinus spp.)

Din is-subintestatura tkopri ż-żerriegħa tal-prinjol (frott tal-ġenus Pinus, bħall-Pinus pinea, il-Pinus cembra u l-Pinus koraiensis), kemm jekk iż-żerriegħa tkun fil-kon kif ukoll jekk ma tkunx.

0803

Banana, inklużi pjantaġġini, friski jew imnixxfin

0803 10 10

Friski

Il-pjantaġġini jistgħu jkunu sa 50 cm fit-tul u huma ikbar mill-banana u għandhom sezzjoni trasversali iktar angolari minn tal-banana tas-subintestatura 0803 90 10 . Il-lamtu li fihom il-pjantaġġini huwa differenti minn dak li jinsab fil-banana tal-mejda minħabba li l-lamtu tal-pjantaġġini ma jsirx ħelu meta jimmatura l-frott. Il-pjantaġġni m’għandhomx riħa distinta. Mhumiex tajbin biex jittieklu nejjin, u normalment jinħasdu meta jkunu għadhom ħodor u jissajru qabel ma jittieklu.

0804

Tamal, tin, ananas, avokado, gwav, mang u mangostan, friski jew imnixxfin

0804 40 00

Avokado

L-avokados huma l-frott tas-siġra tal-avokado (Persea americana Mill.); dan huwa frott imlaħħam, li fih għadma, normalment ikun pjuttost kbir, sferikali, forma ta’ lanġasa jew forma ta’ flixkun b’għonqu twil, skont il-varjetà, ġieli l-għadma tiegħu tkun kbira. Il-qoxra tista’ tkun aħdar skur, krimżi, vjola jew safra. Il-polpa soda taħt il-qoxra tkun aħdar ċar meta tkun misjura, u aktar ċara qrib l-għadma.

0804 50 00

Gwav, mang u mangostan

Il-gwava huwa l-frott tas-siġra tal-gwav (Psidium guayava L.); il-gwav hu frott artab li l-polpa tiegħu tvarja fil-kulur (bajdanija, roża, krema, ħamranija jew ħadra) u li fih ħafna żerriegħa żgħira.

Il-mango huwa l-frott tas-siġra tal-mango (Mangifera indica); il-mango hija frotta mlaħħma b’għadma ċatta li jkollha l-fibri ħerġin minnha. Jeżistu ħafna varjetajiet ta’ mangos u dawn ivarjaw fil-piż (minn 150 g sa 1kg), fil-ħlewwa u fit-togħma (uħud minnhom ikollhom daqsxejn togħma ta’ trementina).

Il-mangostin huwa l-frott tas-siġra tal-mangostin (Garcinia mangostana). Dan huwa frott artab b’kulur vjola jagħti fil-kannella meta jkun misjur. il-perikarpu ta’ din il-frotta huwa oħxon u fih ħafna żerriegħa mdawra b’aril abjad sponżi, zokkri u li għandu togħma partikolarment delikata.

0805

Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef

0805 10 22 sa 0805 10 28

Larinġ ħelu, frisk

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-larinġ tal-ispeċi Citrus sinensis.

0805 10 22

Larinġ biż-żokra

Il-karatteristika ewlenija tal-larinġ taż-żokra hija l-iżvilupp tat-tieni frotta fil-quċċata tagħhom li tisporġi kemm kemm ’il barra u tkun tixbah żokra ta’ bniedem. Dan huwa tip ta’ larinġ ħelu, kbir, mingħajr żerriegħa li għandu togħma rikka u mmerqa.

Din is-subintestatura tinkludi l-varjetajiet bħal “Navel”, “Navels sanguinas”, “Lane late”, “Navelate”, “Navelina”, “Thomson” u “Washington”.

0805 10 24

Larinġ abjad

Il-larinġ abjad jissejjaħ ukoll “larinġ komuni” u dan jintuża ta’ spiss fl-industrija tal-meraq.

Din is-subintestatura tinkludi varjetajiet bħal “Salustiana”, “Valencia”, “Valencia late”, “Delta mingħajr żerriegħa”, “Midknight”, “Shamouti”.

0805 10 28

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-larinġ tad-demm (“sanguine”) jew bil-pigment.

Il-polpa u l-meraq (u xi kultant anke l-qoxra) tal-larinġ tad-demm għandhom il-pigmentazzjoni minħabba l-preżenza ta’ antoċjanini.

Il-larinġ tad-demm jinkludi l-“Maltaise”, il-“Moro”, is-“Sanguinelli”/“Sanguinello”, it-“Tarocco”, l-“Ovali tad-demm”, “Sanguinas redondas”, id-“Doubles fines”, il-“Washington Sanguines” jew l-“Improved double fines” jew il-“Larinġ kbir tad-demm” u l-“Portuguese”.

0805 10 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-larinġ morr (il-Larinġ tal-Bakkaljaw), il-frott tal-ispeċi Citrus aurantium. Dan jintuża prinċipalment fil-kunservi.

0805 21 10

Satsumas

Is-satsumi (Citrus reticulata Blanco var. unshiu (Swing)) hija varjetà bikrija ta’ mandolin. Il-frotta hija kbira, oranġjo safranija fil-kulur, immerrqa, mhux aċida u mingħajr żerriegħa.

0805 21 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  il-mandolin (Citrus nobilis Lour. jew Citrus reticulata Blanco). Dawn jistgħu jingħarfu mil-larinġ ordinarju mill-forma tagħhom, li hija iżgħar, u iktar ċatta, mill-fatt li huwa eħfef biex tqaxxarhom, mis-separazzjoni distinta bejn il-felli tagħhom u mit-togħma aktar ħelwa u tfuħ tagħhom;

2.  it-tanġerin (Citrus reticulata Blanco var. tangerina).

0805 22 00

Klementina

Din is-subintestatura tinkludi l-Monreales.

0805 29 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  it-tanġelos, li huma ibridi tat-tanġerin u l-grapefruit u jinkludu l-pomelos;

2.  l-ortaniques, li huma ibridi tal-larinġ u t-tanġerin;

3.  il-malaquinas, li huma ibridi tal-larinġ u l-mandolin;

4.  it-tangors;

5.  il-wilkings, li huma ibridi ta’ varjetà (kultivar) tal-Mandolina tal-werqa taż-żafżafa u tal-Mandolina tat-tempju (il-Mandolina Re) (din ukoll hija ibrida tal-mandolin u l-larinġ morr). Dawn jixbhu l-mandolin, iżda huma ikbar u ppuntati f’tarf minnhom.

0805 40 00

Grejpfrut, inklużi pomelos

Din is-subintestatura tkopri l-frott tal-ispeċijiet Citrus grandis u Citrus paradisi. Dawn iż-żewġ tipi ta’ frott għandhom qoxra safranija ċara u ġeneralment ikunu ikbar mil-larinġ, għandhom forma sferikali li tista’ tkun daqsxejn ċatta, u l-polpa tagħhom tkun safra jew tagħti fir-roża, b’togħma aċida.

0805 50 90

Xkomp ( Citrus aurantifolia , Citrus latifolia )

Din is-subintestatura tkopri l-varjetajiet kollha tal-ispeċijiet Citrus aurantifolia u Citrus latifolia.

Ix-xkomp huwa frott żgħir, kważi tond jew ovali, b’qoxra rqiqa, diffiċli biex tqaxxarha, ħadra jew ħadra safranija. Il-polpa mmerqa hija ħadra u b'togħma aċida qawwija.

0805 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  it-tronġ (Citrus medica), li jixbah lumija kbira b’qoxra ħoxna ħafna li għandha wiċċ imħattab; il-polpa aċida fit-togħma tfuħ ħafna, u l-kunfettura magħmula bil-qoxra tiegħu tintuża ħafna fil-kejkijiet u l-pasti;

2.  il-kumquats (Fortunella japonica, Fortunella.hindsii u Fortunella margarita) huma frottiet żgħar daqs żebbuġa kbira, ikunu tondi jew tawwalin u mhux iċċattjati fit-truf, għandhom qoxra lixxa, ftit polpa u togħma daqsxejn aċida; il-qoxra tagħhom hija ħelwa u tittiekel nejja jew f’forma ta’ purè; ġieli jintużaw ukoll għall-ħlewwiet;

3.  il-kinotto (Citrus aurantium var. myrtifolia);

4.  il-bergamott (Citrus aurantium var. bergamia), speċi ta’ larinġ isfar ċar u b’forma ta’ lanġasa, it-togħma tiegħu daqsxejn aċida jintuża l-iżjed fil-produzzjoni taż-żejt essenzjali.

5.  l-oroblanco jew is-sweetie (Citrus grandis Osbeck × Citrus paradisi Macf.), ibrida ta’ pomelo mingħajr aċidu u grapefruit bajda, li għandha qoxra ħoxna ta’ lewn aħdar jgħajjat jew dehbi; hija kemxejn ikbar mill-grapefruit iżda fiha inqas żerriegħa u jkollha togħma aktar ħelwa.

0806

Għeneb, frisk jew imnixxef

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

L-għeneb tal-mejda ġeneralment huwa differenti mill-għeneb tal-inbid kemm fl-apparenza kif ukoll fit-tip ta’ ppakkjar. Filwaqt li l-għeneb tal-mejda jkun l-iktar ippreżentat f’kaxex, f’kartuni, f’tilari, f’ċestuni jew f’panjieri żgħar issiġillati, l-għeneb tal-inbid ikun ippreżentat jew fi bxiekel kbar, f’ċestuni miftuħin, jew imrassas fi bwieqi, li fihom l-għeneb ikun mgħaffeġ jew kważi ppressat.

0806 20 10

Passolina

Il-passolina hija l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (kultivars) Korinthiaki N. (Black Corinth) (Vitis vinifera L.). Dawn ikunu żgħar, tondi, mingħajr zkuk u prattikament mingħajr żerriegħa, ta’ kulur vjola skur kważi iswed, u ħelwin ħafna.

0806 20 30

Sultana

Is-sultana hija l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (kultivars) Soultanina B. (jew Thompson Seedless) (Vitis vinifera L.). Din ma jkollhiex żerriegħa, hija ta’ daqs medju u kulur dehbi li jxaqleb lejn il-kannella, u hija ħelwa.

0806 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-bqija tal-għeneb imnixxef kollu, għajr il-passolina u s-sultana.

L-għeneb tal-muskatell imqadded huwa l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (kultivars) ta’ Moschato Alexandreias B (jew Muskatell, jew Malaga) (Vitis vinifera L.). Dan fih iż-żerriegħa.

0807

Bettieħ (inkluż dulliegħ) u pawpaw (papaj), friski

0807 11 00

Dulliegħ

Id-dulliegħ huwa l-frott tal-ispeċi Citrillus vulgaris Schrad. Dulliegħa tista' tikber sa piż ta’ 20 kg. Il-polpa tagħha ma fihiex ħafna zokkor, fiha ħafna ilma u żerriegħa sewda u l-aktar kulur komuni tagħha huwa aħmar jgħajjat.

0807 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-frott tal-ispeċi Cucumis melo, li jeżistu ħafna varjetajiet tagħha, b’mod partikolari l-bettieħa tal-misk (var. reticulatus Naud.) b’qoxra retikulata, il-bettieħa zokkrija (var. saccharus Naud.), il-kantalup (var. cantalupensis Naud.) bi strixex imqabbżin fuq il-qoxra, il-bettieħa tax-xitwa (var. inodorus Naud.) u l-bettieħa tal-qoxra lixxa. Il-frotta normalment tkun kbira, sferika jew ovali, b’qoxra jew lixxa jew imkemmxa; il-polpa hija soda u mmerrqa, oranġjo safrani jew abjad, b’togħma zokkrija. Iċ-ċentru tal-frotta, li għandu iżjed fibri u huwa vojt, ikun fih għadd ta’ żrieragħ ċatti, ovali u jleqqu u jkun ta' kulur abjad safrani.

0807 20 00

Pawpaw (papaj)

Il-papaja (Carica papaya), magħrufa wkoll bħala pawpaw, hija frotta tawwalija jew tonda, tista’ tkun lixxa inkella jkollha l-linji mqabbżin. Meta tkun misjura tkun lewn aħdar safrani jew oranġjo, tista’ tvarja fil-piż bejn ftit mijiet ta’ grammi sa ħafna kilogrammi. Il-polpa tagħha fil-konsistenza tixbah dak tal-bettieħ, u tkun safra tagħti fl-oranġjo; hija zokkrija u l-qawwa tal-fwieħa tagħha tvarja. Fin-nofs fih ħofra bil-polpa u ġo din ikun hemm għadd kbir ta’ żrieragħ. suwed u tondi.

0808

Tuffieħ, lanġas u sfarġel, friski

0808 10 10

Tuffieħ tas-sidru, bil-kwantita’, mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Diċembru

Din is-subintestatura tkopri t-tuffieħ li, minħabba l-apparenza u l-karatteristiki tiegħu (frott mhux iggradat u mhux magħżul, li ġeneralment ikun iżgħar mit-tuffieħ li jintgħażel għad-deżerta, u jkollu togħma aċida jew mhux tajba għall-palat, u mhuwiex meqjus ta’ valur għoli, eċċ.) jista’ jintuża biss għall-manifattura tax-xarbiet, iffermentati jew le. Dan it-tuffieħ irid jiġi ppreżentat bl-ingrossa, u mingħajr separaturi bejn frotta u oħra, fil-mezzi tat-trasport li jinġarr fihom (eż. vaguni tal-ferrovija, containers kbar, trakkijiet jew lighters).

0808 30 10

Lanġas tal- Perry , bil-kwantita’, mill-1 ta’ Awissu sal-31 ta’ Diċembru

Tapplika mutatis mutandis in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0808 10 10 .

0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa ( sloes ), friski

0809 21 00 u 0809 29 00

Ċirasa

Dawn is-subintestaturi jkopru l-varjetajiet kollha taċ-ċirasa, fosthom iċ-ċirasa selvaġġa u partikolarment iċ-ċirasa komuni (il-frotta ta’ Prunus cerasus), iċ-ċirasa morello (il-frotta ta’ Prunus cerasus var. austera), iċ-ċirasa tal-qalb (il-frotta ta’ Prunus avium var. juliana) u ċ-ċirasa tal-qalb tal-polpa iebsa (il-frotta ta’ Prunus avium var. duracina), u ċ-ċirasa selvaġġa ħelwa (il-frotta ta’ Prunus avium jew Cerasus avium).

0809 30 10 u 0809 30 90

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

B’differenza mill-ħawħ, in-nuċiprisk għandu qoxra lixxa.

0809 40 90

Pruna selvaġġa ( sloes )

Il-pruna selvaġġa hija l-frotta tas-siġra tal-għanbaqra selvaġġa jew tal-prajn tax-xewk tal-ispeċi Prunus spinosa.

0810

Frott ieħor, frisk

0810 20 10

Lampun

Din is-subintestatura tinkludi l-frott ta’ Rubus idaeus, Rubus illecebrosus, Rubus occidentalis u Rubus strigosus. Xi varjetajiet ikollhom frott aħmar, oħrajn frott abjad.

0810 30 10

Passolina sewda

Din is-subintestatura tkopri l-frott globulari ta’ Ribes nigrum L.

0810 30 30

Passolina ħamra

Din is-subintestatura tkopri l-frott ta’ Ribes rubrum L.

0810 40 10

Għeneb tal-muntanja ( cowberries ), foxberries jew cranberries tal-muntanja (frott tal-ispeċi Vaccinium vitis-idaea )

Il-frott ikun aħmar jew roża.

0810 40 30

Frott tal-ispeċi Vaccinium myrtillus

Il-frott huwa iswed jagħti fil-blu.

0810 50 00

Ribes Ċiniż ( kiwifruit )

Din is-subintestatura tkopri l-frott tal-kiwi tal-ispeċi Actinidia chinensis Planch. jew Actinidia deliciosa.

Dan il-frott, li fih daqs bajda, għandu ħafna polpa, għandu togħma bejn qarsa u ħelwa u l-qoxra sufija tiegħu hija kannella ħadranija.

0810 90 20

Tamarind, frott tal-anakardju, liċċi ( litchi ), frott tas-siġra tal-ħobż ( jackfruit ), frott tas-sapodilja, frott tal-passjoni, karambola u pitaħaja

It-tamarind (il-frott ta’ Tamarindus indica u Tamarindus officinalis) kif normalment jiġi ppreżentat fil-kummerċ internazzjonali (bħala miżwed, jew polpa li ma fihiex zokkor jew sustanzi oħra miżjudin u lanqas ma tkun ittrattata mod ieħor), huwa kklassifikat fis-subintestatura 0813 40 65 .

Il-frott tas-siġra tal-ħobż huwa l-frott ta’ Artocarpus heterophylla u ta’ Artocarpus integrifolia. Il-liċċi huwa l-frott ta’ Litchi chinensis. L-għanbaqar tas-sapodilja huwa l-frott ta’ Achras sapota.

Din is-subintestatura tinkludi l-frott tal-passjoni jew granadillas jew passifloras (eż. “maracuja”), bħall-ispeċijiet li ġejjin: il-granadilla vjola (Passiflora edulis), il-granadilla ġganteska (Passiflora quadrangularis) u l-granadilla ħelwa (Passiflora ligularis).

0810 90 75

Oħrajn

Apparti l-prodotti msemmijin fit-tieni paragrafu (8) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0810 , (minbarra l-liċċi u l-għanbaqar tas-sapodilja) din is-subintestatura tinkludi:

1.  il-frott tal-imbragla/imbrijagla (il-frott ta’ Arbutus unedo);

2.  il-frott tal-berberu (il-frott ta’ Berberis vulgaris);

3.  il-frott taz-ziju isfar (il-frott ta’ Hippophäe rhamnoides);

4.  il-frott tas-siġra tas-sorba (eż. il-frott ta’ Sorbus domestica u Sorbus aria);

5.  il-frott annonaċju (il-frott ta’ Annona cherimola u l-frott ta’ Annona reticulata;

6.  id-diversi speċijiet ta’ Physalis jew alkekenġi (il-frott ta’ Physalis alkekengi jew ta’ Physalis pubescens);

7.  il-frott tal-flacourtia jew l-għanbaqra tal-Madagaskar u l-għanbaqra tal-gvernatur (Flacourtia cataphracta u Idesia polycarpa);

8.  naspli (il-frott ta’ Mespilus germanica) u naspli tal-Ġappun (il-frott ta’ Eriobotrya japonica);

9.  il-frott ta’ diversi speċijiet ta’ Sapotaceae, eż. sapotas (il-frott ta’ Lucuma mammosa), għajr l-għanbaqar tas-sapodilja li jidħlu taħt is-subintestatura 0810 90 20 ;

10.  l-ispeċijiet ta’ Actinidia li jittieklu, għajr il-frott tal-kiwi (Actinidia chinensis Planch. jew Actinidia deliciosa), li jidħlu taħt is-subintestatura 0810 50 00 ;

11.  il-frott ta’ diversi speċijiet ta’ Sapindaceae, eż. ir-rambutani (il-frott ta’ Nephelium lappaceum) u l-pulasani (il-frott ta’ Nephelium mutabile), għajr il-liċċi (il-frott ta’ Litchi chinensis) li jidħlu taħt is-subintestatura 0810 90 20 .

0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha

L-espressjoni “iffriżat” kif iddefinita fit-tieni paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-kapitolu trid titqies ukoll skont il-kriterji stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża 120/75. B’analoġija, wara l-interpretazzjoni tal-Qorti ta’ dawn il-kriterji fis-sentenza tagħha fil-kawża C-423/09, il-proċess tal-iffriżar għandu jwassal għal bidliet sostanzjali u irriversibbli, bir-riżultat li l-prodott ma jibqax fl-istat naturali tiegħu.

Għaldaqstant, il-prodotti jkunu “iffriżati” meta l-prodotti li jkunu ssoġġettati għall-proċessi tal-iffriżar jgħaddu minn bidliet irriversibbli b’riżultat ta’ dan l-istess proċess, b’mod partikolari fl-istruttura taċ-ċelloli, bir-riżultat li dawn il-prodotti ma jibqgħux fl-istat naturali tagħhom, anke wara li jibdew jinħallu jew ikunu nħallu kompletament.

Ara n-Nota Addizjonali 1 ta’ dan il-kapitolu dwar is-subintestaturi li jinvolvu xi kontenut ta’ zokkor.

0811 20 31

Lampun

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0810 20 10 .

0811 20 39

Passolina sewda

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0810 30 10 .

0811 20 51

Passolina ħamra

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0810 30 30 .

KAPITOLU 9

KAFÈ, TE, MATÈ U ĦWAWAR

Ġenerali

Il-klassifikazzjoni tal-ħwawar imħalltin flimkien jew li jkollhom sustanzi oħra miżjuda magħhom hija determinata min-Nota 1 ta' dan il-kapitolu.

Skont din in-Nota, it-taħlitiet ta' ħwawar ma' sustanzi oħra li ma għandhomx il-karattru essenzjali tal-ħwawar huma esklużi minn dan il-kapitolu. Huma jaqgħu taħt l-intestatura 2103 jekk jikkonsistu f’kondimenti mħalltin jew taħwir tal-ikel imħallat. Fil-każ ta’ taħlitiet użati direttament biex jaromatizzaw ix-xorb jew fil-preparazzjoni ta’ estratti intiżi għall-manifattura tax-xorb, li huma magħmulin mill-ħwawar jew mill-pjanti, minn biċċiet tal-pjanti, miż-żerriegħa, mill-frott jew mill-ġewż (sħaħ, imqattgħin, imfarrkin jew magħmulin trab) jew minn speċijiet inklużi f'kapitoli oħrajn (il-Kapitoli 7, 11, 12, eċċ.), ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, is-sitt u s-seba’ paragrafu.

Ir-residwi u l-iskart tal-ħwawar li inevitabbilment jinħolqu matul il-ħsad u l-ħidma sussegwenti (pereżempju, l-issortjar jew it-tnixxif) jew matul l-operazzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasportazzjoni, huma kklassifikati bħala “la mfarrkin u lanqas mitħunin”, għajr meta jkun magħruf li l-prodott (pereżempju permezz tal-kompożizzjoni omoġenja tiegħu) ikun għadda minn operazzjoni ta’ tifrik apposta.

L-espressjoni “imfarrak jew mitħun” użata f’diversi intestaturi ta’ dan il-kapitolu ma tkoprix il-prodotti mqattgħin f’partijiet.



0901

Kafè, kemm jekk inkaljat jew bil-kaffeina mneħħija jew le; ħliefa u qxur tal-kafè; sostituti tal-kafè li fihom kafè fi kwalunkwe proporzjon

0901 11 00 u 0901 12 00

Kafè, mhux inkaljat

Dawn is-subintestaturi jkopru l-forom kollha tal-kafè mhux inkaljat, kemm jekk mingħajr ma titneħħielu l-kaffeina kif ukoll dekafeinat (inklużi l-kafeni jew il-frammenti separati waqt l-issortjar, l-għarbil, eċċ.) anki jekk intiżi għal użi oħrajn għajr il-konsum mill-bniedem (pereżempju, l-estrazzjoni tal-kafeina).

0901 11 00

Mingħajr ma titneħħielu l-kaffeina

Din is-subintestatura tkopri l-kafè mhux inkaljat sakemm dan ma jkun għadda minn ebda proċess ta' estrazzjoni tal-kafeina.

0901 12 00

Bil-kaffeina mneħħija

Din is-subintestatura tkopri kafè mhux inkaljat li jkun għadda minn proċess ta' estrazzjoni tal-kafeina. Normalment il-kafè li jkun ġie trattat b’din il-manjiera jkollu kontenut ta’ kafeina ta’ mhux aktar minn 0,2 % skont il-piż, ikkalkulat fuq il-materja niexfa.

0901 21 00 u 0901 22 00

Kafè, inkaljat

Dawn is-subintestaturi jkopru l-kafè imsemmi fin-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0901 11 00 u 0901 12 00 li jkunu ġew inkaljati, kemm jekk maħsulin, mitħunin jew konċentrati kif ukoll jekk le.

0901 21 00

Mingħajr ma titneħħielu l-kaffeina

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0901 11 00 tapplika, mutatis mutandis.

0901 22 00

Bil-kaffeina mneħħija

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 0901 12 00 tapplika, mutatis mutandis.

0901 90 10

Ħliefa u qxur tal-kafè

Il-ħlief huma l-koperturi fil-frotta (berry) li fihom ikun hemm il-kafena, u li normalment ikun hemm tnejn minnhom.

Il-qxur huma l-qxur interjuri jew il-“pergamena” li jiksu lil kull kafena u li jitneħħew matul l-inkaljar.

0901 90 90

Sostituti tal-kafè li fihom kafè

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0901 , l-ewwel paragrafu, (5). Dawn it-taħlitiet jistgħu jkunu mitħunin jew mhux mitħunin jew anki kumpressati.

0904

Bżar tal-ġens Piper ; frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta , imnixxef jew imfarrak jew mitħun

0904 11 00

La mfarrak lanqas mitħun

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0904 , (1). Ta min jinnota li l-bżar miksur u l-biċċiet tal-bżar jibqgħu kklassifikati f’dawn is-subintestaturi sakemm dawn ovvjament ma jkunux ir-riżultat ta’ tħin jew tifrik intenzjonat. Dan japplika wkoll għat-trab jew il-knis tal-ħwawar, li jikkonsistu fi bżar mhux pur.

Din is-subintestatura tinkludi l-bżar aħdar ippreservat f’soluzzjoni ta’ ħall jew salmura, anki dak bi kwantitajiet żgħar ta’ aċidu ċitriku miżjud.

0904 21 10 sa 0904 22 00

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta

Dawn is-subintestaturi jinkludu prodotti koperti minn Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0904 , (2), meta mnixxfin jew imfarrkin jew mitħunin.

0904 21 10

Bżar ħelu ( Capsicum annuum )

Il-bżar indikat f'din is-subintestatura (Capsicum annuum) hu relattivament kbir fid-daqs u għandu palat ħelu (mingħajr togħma taħraq). Jista' jkollu kuluri differenti. Din is-subintestatura tkopri biss il-bżar xott, sħiħ jew f'partijiet iżda li ma jkunx la midrus u lanqas mitħun.

0906

Kannella u fjuri tas-siġra tal-kannella

0906 11 00 u 0906 19 00

La mfarrak u lanqas mitħun

Dawn is-subintestaturi jinkludu, pereżempju:

1.  l-stikek li jikkonsistu fi strixxi ta’ qoxra jew "quills" imdawrin ġo xulxin u li jista' jkollhom tul sa 110 cm;

2.  il-partijiet li jirriżultaw mill-qtugħ tal-istikek tal-kannella f'tulijiet speċifiċi (pereżempju, 5 sa 10 cm);

3.  il-qoxra f’partijiet ta' tulijiet u bi ħxuna li jvarjaw bħall-“quillings” (il-frammenti u l-iskart li jinħolqu mill-qtugħ tal-istikek tal-kannella f'tulijiet standard), “featherings” u “chips” (il-partijiet żgħar tal-qoxra tas-siġar tal-kannella miksubin waqt it-tneħħija tal-qoxra taz-zokk u użati partikolarment fil-manifattura tal-essenza tal-kannella).

0906 11 00

Kannella ( Cinnamomum zeylanicum Blume )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 0906 11 .

0907

Msiemer tal-qronfol (frott sħiħ, imsiemer u zkuk)

Din l-intestatura tkopri wkoll l-imsiemer tal-qronfol imfarrkin jew mitħunin.

0908

Noċemuskata, qoxra ta’ barra tagħha ( mace ) u kardamomu

0908 11 00

La mfarrak u lanqas mitħun

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0908 , (a).

Din is-subintestatura tkopri n-noċemuskata li hija ż-żerriegħa tas-siġra tan-noċemuskata (Myristica fragrans).

Din is-subintestatura tinkludi wkoll in-noċemuskata sħiħa għall-manifattura industrijali taż-żjut essenzjali jew tar-reżinojdi, li spiss tiġi trattata bl-ilma bil-ġir bħala protezzjoni mill-insetti, u n-noċemuskata ta’ kwalità inferjuri bħal dik li tkun niexfa u mkemmxa jew li tkun tkissret matul il-ħsad, u li tkun kummerċjalizzata taħt id-deskrizzjoni “skart”, “BWP” (broken, wormy, punky) jew “difettużi”.

0908 21 00 u 0908 22 00

Qoxra ta’ barra tan-noċemuskata ( mace )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0908 , (b).

0908 31 00 u 0908 32 00

Kardamomu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0908 , (c), (1) sa (4).

0909

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian , bużbież, kosbor, kemmun jew ħlewwa Ġermaniża ( caraway ); frott tal-ġnibru

0909 21 00 u 0909 22 00

Żrieragħ tal-kosbor

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0909 , l-ewwel u t-tielet paragrafu.

Iż-żerriegħa tal-kosbor hija sferika b’kulur ċar, isfar fil-kannella. Għandha togħma zokkrija u daqsxejn qawwija.

0909 31 00 u 0909 32 00

Żrieragħ tal-kemmun

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0909 , l-ewwel u t-tielet paragrafu.

Iż-żerriegħa tal-kemmun hija ovali u mkemmxa.

0909 61 00 u 0909 62 00

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian , bużbież; passolina tal-ġniebru

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0909 , l-ewwel u t-tielet paragrafu.

Iż-żerriegħa tal-karwija hija ovali, imtawla u mkemmxa.

0910

Ġinġer, żagħfran, żagħfran tal-Indja ( turmeric , kurkuma), sagħtar, weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn

0910 11 00 u 0910 12 00

Ġinġer

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0910 , (a).

Dawn is-subintestaturi jkopru r-riżomi tal-ġinġer (Amomum zingiber L.), li jistgħu jkunu ppreżentati friski, imnixxfin jew imfarrka. Dawn is-subintestaturi jinkludu l-ġinġer “griż” (magħruf ukoll bħala l-ġinġer “iswed”) il-ġinġer (mhux imqaxxar) u l-ġinġer “abjad” (imqaxxar).

0910 20 10 u 0910 20 90

Żagħfran

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0910 , (b).

0910 30 00

Żagħfran tal-Indja ( turmeric , kurkuma)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0910 , (c).

Il-kurkuma tonda kummerċjali tirriżulta mit-tuberu prinċipali, li huwa kbir u ttundjat, filwaqt li l-kurkuma twila tirriżulta mill-friegħi laterali tat-tuberu, li spiss ikunu ovali jew ċilindriċi.

0910 91 05 sa 0910 91 90

Taħlit imsemmi fin-nota 1(b) ta' dan il-kapitolu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0910 , (e) u (g).

0910 91 05

Kàri

T It-trab tal-curry huwa deskritt fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0910 , (e); iż-żieda bħala ingredjent minuri ta' sustanzi oħrajn (il-melħ, iż-żerriegħa tal-mustarda, id-dqiq mil-legumi) ma tbiddilx il-klassifikazzjoni ta’ dawn it-taħlitiet.

0910 99 31 sa 0910 99 39

Sagħtar

Dawn is-subintestaturi jkopru l-ħafna speċijiet tas-sagħtar (Thymus vulgaris, Thymus zygis, Thymus serpyllum L. jew is-sagħtar salvaġġ), kemm jekk imnixxef kif ukoll jekk le.

0910 99 31

Sagħtar salvaġġ ( Thymus serpyllum L.)

Din is-subintestatura tkopri biss is-sagħtar tal-ispeċi Thymus serpyllum L.

0910 99 33

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-weraq u l-fjuri maqtugħin u mnixxfin tat-Thymus vulgaris u tat-Thymus zygis.

0910 99 50

Weraq tar-rand

Din is-subintestatura tkopri l-weraq tas-siġra tar-rand (Laurus nobilis), kemm jekk imnixxfin jew le.

0910 99 91 u 0910 99 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll iż-żrieragħ tax-xibt (Anethum graveolens), il-Kani u l-“bżar tat-tip Negro” prodott mill-frotta tax-Xylopia aethiopica.

Madankollu, minkejja l-fatt li normalment jintużaw bħala ħwawar, dawn li ġejjin mhumiex ikklassifikati f’dawn is-subintestaturi:

(a)  iż-żerriegħa tal-mustarda (l-intestatura 1207 );

(b)  it-tipi kollha tar-riżomi tal-galanga (l-intestatura 1211 );

(ċ)  il-prodott imsejjaħ iż-“żagħfran bagħal” jew l-“għosfor”, li għandu kulur iżjed ħamrani milli ż-żagħfran ta’ veru u li jikkonsisti mill-fjuri tal-għosfor jew taż-żaffer — Carthamus tinctorius jew Carthamus oxyacantha jew Carthamus palaestinus (l-intestatura 1404 ).

Ħafna pjanti tat-taħwir tal-ikel li mhumiex fil-veru sens tal-kelma ħwawar huma wkoll esklużi minn dan il-kapitolu u huma kklassifikati b'mod partikolari fil-kapitoli 7 u 12 (ara n-nota ta’ spjegazzjoni għal dawk il-kapitoli).

KAPITOLU 10

ĊEREALI

Ġenerali

Sbul imnixxfin ta’ ċereali (eż., dqiq tal-qamħirrun) li kien bliċjat, impregnated jew inkella trattat għal għanijiet ornamentali huma klassifikati f’subtitlu 0604 90 99 .

Iċ-ċereali jibqgħu kklassifikati f'dan il-Kapitlu, għalkemm ikunu għaddew minn trattament bis-sħana għal finijiet ta' preservazzjoni, li tista' tikkawża li l-ħbub parzjalment ġelatinizzati u ġieli jinfaqgħu. Ilġelatinizzazzjoni parzjali (preġelatinizzazzjoni) isseħħ matul il-proċess tat-tnixxif u tikkonċerna biss kwantità żgħira mill-ħbub. Din it-trasformazzjoni tal-lamtu mhijiex l-għan ta' l-ipproċessar bis-sħana, iżda biss effett tagħha.. Dak it-trattament m'għandux jitqies bħala “ipproċessat mod ieħor” fis-sens ta' Nota 1.(B) għall-Kapitlu 10.



1001

Qamħ u meslin

1001 11 00 u 1001 19 00

Qamħ durum

Ara n-Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1001 , l-ewwel paragrafu, (2).

1001 91 20

Qamħ komuni u meslin

Żrieragħ huma magħżulin u jistgħu ġeneralment jintgħarfu mill-ippakkjar tagħhom (eż. f’basktijiet b’tikketti li juru l-għan tagħhom) u mill-prezzijiet ogħla tagħhom.

Dawn iż-żrieragħ jistgħu jkunu trattati biex ikunu protetti minn pestijiet jew għasafar, wara li jitħawwlu.

1003

Xgħir

1003 10 00

Żerriegħa

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1001 91 20 .

1006

Ross

Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

1008

Buckwheat , millieġ u skalora; ċereali oħrajn

1008 60 00

Triticale

Triticale huwa ċereal ibridu li jirriżulta mill-inkroċju ta’ qamħ ma’ segala. Il-qamħa ġeneralment tkun ikbar u aktar imtawwla minn dik tas-segala u spiss akbar u iktar imtawwla minn dik tal-qamħ; is-saff ta’ barra jkun imkemmex.

KAPITOLU 11

PRODOTTI TAL-INDUSTRIJA TAT-TĦIN; MALT; LAMTI; INULINA; GLUTINA TAL-QAMĦ



Nota addizzjonali 2

F'dak li għandu x'jaqsam mal-ġewż tal-Indi, in-nota addizzjonali 2 ta' dan il-kapitolu tapplika biss għad-dqiq, il-grixa u t-trab tal-ġewż tal-Indi. Il-ġewż tal-Indi mqadded u mqatta' bċejjeċ huwa kklassifikat taħt is-subintestatura 0801 11 00 u ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-intestatura 1106 anke meta jissodisfa l-kriterji stipulati fil-punt (b) tan-nota addizzjonali 2 ta' dan il-kapitolu.

Il-ġewż tal-Indi mqadded u mqatta' bċejjeċ huwa ppreżentat f'fetet, frammenti żgħar jew strixxi rqaq. Id-dqiq, il-pasta u t-trab tal-ġewż tal-Indi jikkonsisti f'partikuli fini.



1101 00

Dqiq tal-qamħ jew tal-meslin

Ara n-nota 2 ta’ dan il-kapitolu.

Id-dqiq ikklassifikat taħt din l-intestatura jista’ jkun fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ (ġeneralment mhux aktar minn 0,5 %) kif ukoll kwantitajiet żgħar ta’ amilażi, nibbieta mitħunin u xgħir inkaljat.

1102

Dqiq taċ-ċereali ħlief tal-qamħ u tal-meslin

Ara n-nota 2 ta’ dan il-kapitolu.

Id-dqiq ikklassifikat taħt din l-intestatura jista’ jkun fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ (ġeneralment mhux aktar minn 0,5 %) kif ukoll kwantitajiet żgħar ta’amilażi, nibbieta mitħunin u xgħir inkaljat.

1102 20 10 u 1102 20 90

Dqiq tal-qamħirrum

Biex jiġi stabbilit il-kontenut tax-xaħam, il-metodu analitiku stipulat fl-Anness III, il-parti H, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1) hemm bżonn li jiġi applikat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1748/85 (ĠU L 167, 27.6.1985, p. 26).

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll id-dqiq tal-qamħirrum deskritt bħala “dqiq masa”, li jinkiseb mill-metodu tan-“nikstamalizzazzjoni” li huwa karatterizzat mis-sajran u mit-tgħaddis tal-ħabb tal-qamħirrun f'taħlita tal-idrossidu tal-kalċju u mit-tnixxif u mit-tħin sussegwenti.

Kwalunkwe proċessar addizzjonali, bħall-inkaljar, madankollu jirriżulta fl-esklużjoni ta' dan il-prodott mill-intestatura 1102 (ġeneralment, il-Kapitolu 19).

1103

Xgħir u barli mitħun oħxon ( cereal groats ), pasta u gerbub

1103 11 10 sa 1103 19 90

Xgħir u barli mitħun oħxon ( groats ) u pasta

1.  Ara n-noti 1 u 3 ta’ dan il-kapitolu.

2.  Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1103 , l-ewwel sitt paragrafi.

3.  

— Il-prodotti li ma jissodisfawx il-kriterji tat-tgħarbil stipulati fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu huma kklassifikati fl-intestatura 1104 .

— Il-prodotti li jissodisfaw il-kriterji tat-tgħarbil stipulati fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu iżda li, wara li jkunu ġew perlati, jieħdu l-forma tal-frammenti tal-ħabb ittundjati, jaqgħu taħt waħda mis-subintestaturi tal-intestatura 1104 li jkopru l-ħabb perlat.

1103 13 10 u 1103 13 90

Tal-qamħirrun

Biex jiġi stabbilit il-kontenut tax-xaħam, ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 1102 20 10 u 1102 20 90 .

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll ix-xgħir u l-barli mitħun oħxon u l-grixa tal-qamħirrum deskritt bħala “dqiq masa”, li jinkiseb mill-metodu tan-“nikstamalizzazzjoni” li huwa karatterizzat mis-sajran u mit-tgħaddis tal-ħabb tal-qamħirrun f'taħlita tal-idrossidu tal-kalċju u mit-tnixxif u mit-tħin sussegwenti.

Kwalunkwe proċessar addizzjonali, bħall-inkaljar, madankollu jirriżulta fl-esklużjoni ta' dan il-prodott mill-intestatura 1103 (ġeneralment, il-Kapitolu 19).

1103 20 25 sa 1103 20 90

Gerbub

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1103 , l-aħħar paragrafu.

1104

Ħbub tal-qamħ maħdumin mod ieħor (per eżempju, mqaxxrin, imremblin, imqattgħin irqiq, imfarrkin f’biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon), ħlief ross tal-intestatura 1006 ; nibbieta ta’ ċereali, sħiħa, imrembla, mqatta’ rqiq jew mitħuna

Il-ħabb imqatta' rqiq li jaqa’ fis-subintestaturi 1104 12 90 , 1104 19 69 u 1104 19 91 huwa l-ħabb li jkun ġie mqaxxar u mrembel.

1104 22 40 sa 1104 29 89

Ħbub oħrajn maħdumin (per eżempju, mqaxxrin, imfarrkin f’biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1104 , it- tieni paragrafu, (2) sa (5).

1104 22 50

Imfarrkin f’biċċiet tondi

Apparti l-ħabb perlat imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1104 , it-tieni paragrafu, (4), din is-subintestatura tkopri l-frammenti tal-ħabb li, wara li jkunu ġew perlati, jieħdu l-forma ta’ granijiet ittundjati.

1104 22 95

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti miksubin mill-frammentazzjoni tal-ħabb tal-qamħ mhux imqaxxar li ma jissodisfax il-kriterji tat-tgħarbil stipulati fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu.

1104 23 40

Imqaxxrin (bla qxur jew imfesdqin), kemm jekk imfettin jew mitħunin oħxon u kemm le; imfarrkin f’biċċiet tondi

Għat-terminu “perlati”, ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1104 22 50 .

1104 23 98

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1104 22 95 .

Ħabb tal-qamħirrun imkisser miksub matul l-għarbil tal-ħabb tal-qamħirrun bil-fosdqa b'kollox u li jissodisfa l-kriterji stipulati fin-nota 2 (A) ta’ dan il-kapitolu huwa kklassifikat f’din is-subintestatura bħala ħabb “imfarrak biss”.

1104 29 05

Imfarrkin f’biċċiet tondi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1104 22 50 .

1104 29 08

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1104 22 95 .

1104 29 30

Imfarrkin f’biċċiet tondi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1104 22 50 .

1104 29 51 sa 1104 29 59

Mhux maħdumin mod ieħor għajr mitħunin oħxon

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1104 22 95 .

1104 30 10 u 1104 30 90

Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irromblata, mqatta’ irqiq jew mitħuna

Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1104 , it-tieni paragrafu, (6).

1106

Dqiq, pasta u trab tal-veġetali leguminużi imnixxfin tal-intestatura 0713 , tas-sagu jew ta’ għeruq jew tuberi tal-intestatura 0714 jewtal-prodotti tal-Kapitolu 8

It-termini “dqiq”, “grixa” u “trab” huma definiti fin-nota addizzjonali 2 ta’ dan il-kapitolu.

Prodotti ppreżentati f’forma ta’ paste huma esklużi minn din l-intestatura.

1107

Malt , kemm jekk inkaljat jew le

1107 10 11 sa 1107 10 99

Mhux inkaljat

Ix-xgħir kollu li fih l-attività dijastatika meħtieġa għas-sakkarifikazzjoni tal-lamtu tal-ħabb jaqa' taħt dawn is-subintestaturi. Ix-xgħir ta' dan it-tip jinkludi x-xgħir aħdar, ix-xgħir aerat u x-xgħir li jkun inħema f'kalkara. Dan tal-aħħar ta' spiss ikun subdiviż kummerċjalment fix-xgħir ċar (tat-tip Pilsen) u fix-xgħir skur (tat-tip Munich).

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll ix-xgħir aħdar użat għall-konsum mill-bniedem u kkunsmat bl-istess mod bħan-nebbiet tal-ħaxix, minħabba li huwa ħabba taċ-ċereali li tkun bdiet tiġġermina iżda li tkun għadha ma ġietx imnixxfa.

Ix-xgħir sħiħ li jaqa’ taħt dawn is-subintestaturi huwa karatterizzat minn qalba dqiqa, bajda u mrammla. Madankollu, fil-każ tax-xgħir skur (tat-tip Munich) il-kulur tal-qalba f’xi 10 % tal-ħabb ivarja minn isfar għal kannella. Il-qlub għandhom konsistenza niexfa u mrammla. Meta mitħuna, jipproduċu grixa fina u ratba.

1107 20 00

Inkaljat

Din is-subintestatura tkopri x-xgħir kollu li fih l-attività dijastatika tkun tnaqqset jew sparixxiet għalkollox wara l-inkaljar u li, bħala konsegwenza, taġixxi biss matul il-fermentazzjoni bħala addittiv għax-xgħir mhux inkaljat sabiex il-birra tingħata kulur u togħma speċjali.

Il-kulur tal-qlub ta' dan it-tip ta' xgħir ivarja minn abjad maħmuġ għal iswed, skont it-tip.

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  ix-xgħir inkaljat li jkun ġie inkaljat mingħajr is-sakkarifikazzjoni minn qabel jew wara sakkarifikazzjoni parzjali skont il-grad tal-umidità tax-xgħir ċar użat. Ix-xgħir għandu wiċċ esterjuri jleqq u d-dqiqa tiegħu hija sewda mingħajr ma tkun qisha ħġieġ.

2.  karamelizzat li minnu z-zokkor iffurmat permezz tas-sakkarifikazzjoni minn qabel ikun ġie karamelizzat. Il-kulur ta’ dan ix-xgħir huwa isfar opak li jagħti fil-kannella ċar; f'mill-inqas 90 % tal-ħabb id-dqiqa tkun qisha tal-ħġieġ u jkollha kulur abjad maħmuġ li jagħti fil-kannella skur. L-attività dijastatika tkun għadha preżenti sa ċertu punt fix-xgħir ċar ħafna karamelizzat. Jista’ jirriżulta proporzjon ta’ 10 % ta’ ħabb mhux karamelizzat.

KAPITOLU 12

ŻRIERAGĦ U FROTT ŻEJTNIN; DIVERSI QMUĦ, ŻRIERAGĦ U FROTT; PJANTI INDUSTRIJALI JEW MEDIĊINALI; TIBEN U MAGĦLEF



1201

Sojja, imkissra jew le

Fażola tas-sojja (żrieragħ tal-Glycine max) ivarjaw f’kulurhom bejn kannella, aħdar u iswed. Prattikament ma fihomx lamtu iżda huma rikki fil-proteini u fiż-żejt.

Attenzjoni speċjali għandha tingħata għall-klassifikazzjoni tat-tariffa ta’ xi wħud miż-żrieragħ kummerċjalizzati bħala “green soya beans” jew “green beans”. Dawn ta' spiss ma jkunux il-fażola tas-sojja iżda l-fażola kklassifikata fl-intestatura 0713 .

1202

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, kemm jekk imqaxxar jew imkisser jew le

Il-karawetta, iż-żerriegħa tal-Arachis hypogaea, fiha livell għoli ta’ żejt li huwa tajjeb għall-ikel.

1205

Lift jew żerriegħa tal-kolza, imkissra jew le

1205 10 10 u 1205 10 90

Lift jew żerriegħa tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx

Ara n-nota għas-Subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu u n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1205 .

1206 00

Żerriegħa tal-ġirasol, imkissra jew le

1206 00 91

Imqaxxra; f’qoxra rrigata griż bl-abjad

Iż-żerriegħa tal-ġirasol ikklassifikata taħt din is-subintestatura normalment hija intiża għall-produzzjoni tal-ħlewwiet, għall-ikel tal-għasafar jew għall-konsum immedjat. Ġeneralment it-tul taż-żerriegħa jkun biss nofs it-tul tal-qoxra, li jista’ jaqbeż iż-2 cm. Din iż-żerriegħa s-soltu jkollha kontenut taż-żejt ta’ bejn wieħed u ieħor bejn 30 u 35 % skont il-piż.

1206 00 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi żerriegħa tal-ġirasol għall-produzzjoni taż-żejt għall-konsum mill-bniedem. Din tkun normalment fornuti bil-qoxra b'kollox, li għandha kulur iswed uniformi. Ġeneralment, it-tul taż-żerriegħa u tal-qoxra jkunu kważi l-istess. Din iż-żerriegħa normalment ikollha kontenut taż-żejt ta’ bejn 40 u 45 % skont il-piż.

1207

Żrieragħ u frott ieħor żejtnin, imkissrin jew le

1207 40 10 u 1207 40 90

Ġulġlien

Dawn is-subintestaturi jkopru ż-żerriegħa tas-Sesamum indicum.

1207 50 10 u 1207 50 90

Żerriegħa tal-mustarda

Iż-żerriegħa tal-mustarda tinkiseb minn diversi speċijiet veġetali, eż. Sinapis alba, Brassica hirta, Brassica nigra u Brassica juncea.

1207 99 96

Oħrajn

Sakemm dawn ma jkunux inklużi fis-subintestatura preċedenti ta’ din l-intestatura, il-frott u ż-żrieragħ imsemmijin fit-tieni paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1207 jaqgħu taħt din is-subintestatura.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra li tkun ħadra u bil-qoxra ratba, li ġenetikament ma jkollhiex is-saff suberizzat ta’ barra tal-qoxra taż-żerriegħa (Cucurbita pepo L. konvarjetà citrullinia Greb. varjetà styriaca u Cucurbita pepo L. varjetà oleifera Pietsch). Dan il-qara' aħmar prinċipalment jitkabbar għaż-żejt tiegħu u mhux biex jintuża bħala ħaxix; iż-żerriegħa ta’ dan tal-aħħar taqa' taħt is-subintestatura 1209 91 80 .

Din is-subintestatura ma tinkludix iż-żerriegħa tal-qara' aħmar inkaljat (is-subintestatura 2008 19 jew 2008 97 ).

1208

Dqiq u pasti ta’ żrieragħ jew frott żejtnin, ħlief dawk tal-mustarda

Ara n-nota 2 ta’ dan il-kapitolu.

1209

Żrieragħ, frott u spori, ta’ kwalita’ użati għaż-żriegħ

1209 10 00

Żerriegħa tal-pitravi

Din is-subintestatura tkopri biss iż-żerriegħa tas-selq zokkri (Beta vulgaris varjetà altissima).

Inkluża hawnhekk ukoll insibu ż-żerriegħa msejħa ż-żerriegħa monoġerminattiva, miksuba jew permezz tal-ipproċessar ġenetiku jew permezz tas-segmentazzjoni tal-glomeruli (żerriegħa magħrufa bħala segmentata jew imraqqa' minn qabel), kemm jekk imdawra f’qoxra kif ukoll jekk le; l-iżjed komuni hija dik ibbażata fuq it-tafal.

1209 29 60

Żerriegħa tal-pitravi għall-għalf ( Beta vulgaris var. alba )

Din is-subintestatura tkopri wkoll iż-żerriegħa msejħa ż-żerriegħa monoġerminattiva, miksuba jew permezz tal-ipproċessar ġenetiku jew permezz tas-segmentazzjoni tal-glomeruli (żerriegħa magħrufa bħala segmentata jew imraqqa minn qabel), kemm jekk imdawra f’qoxra kif ukoll jekk le, l-iżjed komuni hija dik ibbażata fuq it-tafal.

1209 30 00

Żrieragħ ta’ pjanti erbaċej kultivati priċipalment għall-fjuri tagħhom

Din is-subintestatura tinkludi ż-żerriegħa tal-pjanti erbaċej kultivati esklussivament jew prinċipalment għall-fjuri tagħhom (fjuri għall-qtugħ, dekorazzjoni, eċċ.). Iż-żerriegħa tal-ispeċi jistgħu jkunu ppreżentati fuq mezz ta’ support, eż. f’wattataċ-ċellulosi jew fil-pît. Din is-subintestatura tinkludi ż-żerriegħa tal-piżelli ħelwa (Lathyrus odoratus).

1209 91 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ż-żerriegħa tal-qargħa ħamra meta użata għaż-żrigħ.

Ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni tas-subintestatura 1207 99 96 u 1212 99 95 .

1209 99 10

Żrieragħ tas-siġar tal-foresta

Din is-subintestatura tkopri ħabb u żrieragħ oħra tas-siġar tal-foresta, anki jekk dawn huma intiżi għall-produzzjoni tas-siġar ornamentali tal-arbuxxelli fil-pajjiż li qed jimporta.

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, huwa mifhum li t-terminu “siġar” ifisser is-siġar kollha, l-arbuxxelli u s-siġar li jixbhu lill-arbuxxelli li z-zkuk prinċipali, il-friegħi u z-zkuk tagħhom għandhom konsistenza tal-injam.

Din is-subintestatura tkopri ż-żrieragħ u l-frott kollu ta’ tip użat għaż-żriegħ:

1.  is-siġar tal-ispeċijiet Ewropej kif ukoll dawk eżotiċi intiżi għall-afforestazzjoni tal-art intiżi għall-produzzjoni tal-injam iżda wkoll għall-iskop li tinżamm il-ħamrija jew bħala difiża kontra l-erożjoni.

2.  is-siġar użati għal finijiet ornamentali jew għal-landscaping fil-parks, fil-ġonna pubbliċi jew dawk privati jew biex jitpoġġew tul il-pjazez pubbliċi, it-toroq tal-ibliet, it-toroq, il-kanali, eċċ.

Fost is-siġar tat-tieni grupp — li fil-maġġoranza tagħhom jagħmlu parti mill-istess speċi bħal dawk tal-ewwel grupp — hemm inklużi dawk is-siġar li ma jintużawx biss għall-forma jew għall-kulur tal-weraq tagħhom (eż. ċertu tipi ta’ siġar tal-luq, tal-aġġru, koniferi, eċċ.) iżda wkoll għall-fjuri tagħhom (eż. il-mimosa, it-tamarisk, il-manjolja, il-lelà, il-laburnu, iċ-ċirasa Ġappuniża, is-siġra ta' Ġuda, il-ward) jew għall-kulur jgħajjat tal-frott tagħhom (eż. is-siġra tar-randa ċirasa, il-cotoneaster, il-pirakanta jew il-“prajn iżraq”).

Madankollu, iż-żerriegħa u l-frott li ġejjin huma esklużi minn din is-subintestatura anki jekk huma maħsuba li jintużaw għaż-żriegħ:

(a)  il-frott u l-ġewż li jaqgħu taħt il-kapitolu 8 (partikolarment il-ġewż, eż. il-qastan, il-ġewż, il-ġellewż, il-ġewż Amerikan, il-lewż, eċċ.);

(b)  iż-żerriegħa u l-frott li jaqgħu taħt il-kapitolu 9 (eż. iż-żerriegħa tal-ġnibru);

(ċ)  żrieragħ u ġewż żejtnin li jaqgħu taħt l-intestaturi 1201 sa 1207 (eż. il-ġewż tal-fagu, il-qlub tal-palm).

Din is-subintestatura teskludi wkoll:

(a)  iż-żerriegħa tat-tamarind (is-subintestatura 1209 99 99 ); u

(b)  il-ġandar u l-qastan selvaġġ (is-subintestatura 2308 00 40 ).

1210

Koni tal-ħops, frisk jew niexef, mitħun jew le, trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina

1210 20 10

Koni tal-ħops, mitħunin, trab jew f’forma ta’ gerbub, b’kontenut ogħla ta’ lupulina; lupulina

Apparti mil-lupulina, din is-subintestatura tkopri l-prodotti b’kontenut ogħla tal-lupulina miksuba permezz tat-tifrik tal-koni tal-ħops wara t-tneħħija mekkanika tal-weraq, taz-zkuk, tal-brakti u tar-rakidi.

1211

Pjanti u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), ta’ kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab

1211 20 00

Għeruq ta’ ġinseng

Din is-subintestatura tkopri l-għeruq tal-ġinseng (Panax quinquefolium u Panax ginseng). L-għeruq ivarjaw minn forma ċilindrika għal forma ta’ magħżel, b’tikmix ċirkulari madwar il-parti terza ta' fuq; ta' spiss huma maqsumin f’diversi friegħi. Il-kulur ta’ barra jkanġi minn abjad safrani għal kannella fl-isfar, u l-interjuri huwa abjad u dqiqi (jew iebes bħall-pjanta soma jekk ikun tgħalla fl-ilma). Din is-subintestatura tkopri wkoll l-għeruq tal-ġinseng imfarrkin jew mitħunin.

1211 90 30

Ful tonquin

Din is-subintestatura tkopri ż-żerriegħa tad-Dipteryx odorata (il-familja Leguminosae). Dawn jissejħu wkoll żerriegħa tat-tonga jew tat-tonquin u coumaru. Fihom il-kumarina u jintużaw fl-industrija tal-fwieħa u fil-manifattura tal-essenzi tax-xorb dijetetiku.

1211 90 86

Oħrajn

Sakemm ma jkunux inklużi f'subintestatura preċedenti ta’ din l-intestatura, din is-subintestatura tinkludi l-pjanti, il-partijiet tal-pjanti, iż-żerriegħa u l-frott, imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1211 , il-paragrafu ħdax, u dawn li ġejjin:

1.  il-partijiet tal-pjanta tal-kannabis, kemm jekk imħallta ma sustanzi inorganiċi jew organiċi u kif ukoll jekk le (użati sempliċiment bħala dilwenti);

2.  l-aranġini (orangettes) li huma larinġ għadu mhux matur, mhux tajjeb għall-ikel, li jaqa’ ftit wara li s-siġra tkun nawret u li jinġabar niexef, bil-ħsieb, partikolarment, li jiġi estratt iż-żejt essenzjali tiegħu (petit-grain);

3.  il-weraq ta’ ċikwejra salvaġġa mnixxfa (Taraxacum officinale);

4.  id-dokk imnixxef (Rumex acetosa);

5.  il-kabbuċċina mnixxfa (Tropaeolum majus);

6.  il-ħliefa ta’ żerrigħet il-briegħed (Plantago ovata) fil-forma ta’ frammenti eteroġeniċi, miksuba permezz tad-dris;

7.  trab tal-faqqiegħ reishi (Ganoderma lucidum).

Din is-subintestatura ma tinkludix l-alga (l-intestatura 1212 ) jew iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (l-intestatura 1207 jew 1209 ).

1212

Ħarrub, alki tal-baħar u alki oħrajn, pitravi u kannamieli, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, mitħunin jew le; għadam u qlub tal-għadam tal-frott u prodotti veġetali oħrajn (inklużi għeruq mhux inkaljati taċ-ċikwejra tal-varjeta’ Cichorium intybus sativum ) ta’ kwalita’ użata l-aktar għall-konsum uman, mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra

1212 21 00 u 1212 29 00

Alka tal-baħar u alki oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1212 , (A).

1212 91 20 u 1212 91 80

Pitravi

Dawn is-subintestaturi japplikaw biss għas-selq li ma jkunx tneħħielhom iz-zokkor u li għandhom kontenut tas-sukrożju li ġeneralment jaqbeż is-60 % skont il-piż ikkalkulat fuq materja niexfa. Jekk ikunu biz-zokkor parzjalment jew kompletament imneħħi, dawn jaqgħu fis-subintestatura 2303 20 10 jew 2303 20 90 .

1212 92 00

Ħarrub

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1212 , (C), l-ewwel u t-tieni paragrafu.

1212 99 41 u 1212 99 49

Żerriegħa tal-ħarrub

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1212 , (C), it-tielet paragrafu.

1212 99 95

Oħrajn

Apparti mill-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1212 , (D), it-tielet, ir-raba’ u l-ħames paragrafu, din is-subintestatura tinkludi:

1.  it-tuberi tal-konjak jew tal-konnjaku, sħaħ, mitħuna jew magħmulin trab;

2.  id-“dqiq tal-polline” — ċapep żgħar li jikkonsistu f’polline miġbur min-naħal u agglomerat bin-nektar, bl-għasel u bis-saliva tan-naħal;

3.  iż-żerriegħa mitħuna tal-gwarana (Paullinia cupana), mhux inkaljata jew inkella preparata mod ieħor.

Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (l-intestatura 1207 jew 1209 ) mhijiex inkluża f'din is-subintestatura, bl-eċċezzjoni taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra mqaxxra, li trid tiġi klassifikata taħt l-intestatura 1212 skont id-dispożizzjonijiet stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-229/06.

1214

Swedes , mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin , kaboċċi għall-magħlef, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le

1214 90 10

Mangoldi, swedes u għeruq oħrajn għall-għalf

Din is-subintestatura tkopri:

1.  il-mangolds (pitravi għall-għalf) (Beta vulgaris varjetà alba);

2.  il-lift tal-Iżvezja jew il-liftija (rutabagas) (Brassica napus varjetà napobrassica);

3.  l-għeruq għall-għalf ieħor, pereżempju, ġdur għall-għalf u karrotti għall-għalf.

Id-diversi speċi u l-varjetajiet tal-artiċokks (eż. Helianthus tuberosus) huma klassifikati fl-intestatura 0714 , filwaqt li z-zunnarija bajda (parsnip) (Pastinaca sativa) hija klassifikata fil-kapitolu 7 bħala ħaxix (l-intestatura 0706 , jekk friska jew imkessħa).

KAPITOLU 13

GOMMALAKKA; GOMOM, RAŻI, U LINEF U ESTRATTI VEĠETALI OĦRAJN



1301

Gommalakka; gomom naturali, rażi, rażi tal-gomma u oleoreżini (pereżempju, balzmi)

1301 20 00

Gomma Arabika

Il-gomma Arabika (jew il-gomma tal-akaċja jew il-gomma tas-Senegal) hija magħmula minn partijiet safranin jew ħamranin, hija trasluċida u solubbli iżda mhux fl-ispirtu.

1302

Linef u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn prodotti veġetali

L-estratti veġetali tal-intestatura 1302 huma l-materjali tal-ħaxix nejjin u grezzi miksuba, pereżempju, mill-estrazzjoni tas-solventi li ma jgħaddux minn proċessi jew modifiki kimiċi ulterjuri. Madankollu, l-addittivi inerti (pereżempju, l-aġenti antiagglomeranti) u l-ipproċessar relatat mal-istandardizzazzjoni, jew it-trattament fiżiku, bħal pereżempju t-tnixxif jew il-filtrazzjoni, huma permessi.

1302 11 00

Loppju

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1302 , (A), (1).

1302 12 00

Tal-għud is-sus

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1302 , (A), (2).

1302 19 70

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1302 , (A), (4) sa (20).

1302 20 10 u 1302 20 90

Sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1302 , (B).

1302 31 00 sa 1302 39 00

Muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn prodotti veġetali

Sakemm il-prodott jew jintefaħ fl-ilma kiesaħ jew jinħall fil-misħun, il-kriterji msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni SA tal-intestatura 1302 , (C), l-ewwel paragrafu, huma ssodisfati.

1302 31 00

Agar-agar

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1302 , (C), (1).

1302 32 10 u 1302 32 90

Muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn ħarrub, żerriegħa tal-ħarrub jew żerriegħa tal-gwar

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1302 , (C), (2).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux id-dqiqa taż-żerriegħa tal-gwar (“guar splits”) fil-forma ta’ fjokki żgħar, sofor ċari, b’forma irregolari (l-intestatura 1404 ).

1302 39 00

Oħrajn

Apparti l-prodotti elenkati fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1302 , (C), (3) sa (5), din is-subintestatura tinkludi wkoll:

1.  l-estratt preparat mill-alga tat-tip Furcellaria fastigiata, maħsud fuq il-kosti tad-Danimarka, li jinkiseb bl-istess mod u li għandu l-istess għamla bħall-agar-agar;

2.  il-muċilaġni miksubin miż-żerriegħa tal-isfarġel;

3.  il-muċilaġni miksubin mill-ħażiż tal-Iżlanda;

4.  l-alga ħamra u l-alga ħamra tal-kalċju, tas-sodju u tal-potassju (carrageenin), anki meta standardizzati biz-zokkor (pereżempju, is-sukrożju, il-glukożju) miżjud biex jiżgura attività kostanti fl-użu. Il-kontenut taz-zokkor miżjud ġeneralment ma jaqbiżx il-25 %;

5.  l-idrokollojdi miksuba mill-ħliefa ta’ żerrigħet il-briegħed (Plantago ovata).

KAPITOLU 14

MATERJALI VEĠETALI TAT-TRIZZA; PRODOTTI VEĠETALI LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND’OĦRA



1401

Materjali veġetali ta’ kwalita’ użata primarjament għat-trizza (pereżempju, bambù, rattan, qasab, ġummar, żafżaf, raffja, tiben taċ-ċereali mnaddaf, ibbliċjat jew miżbugħ, u qoxra tas-siġra tal-lajm)

1401 10 00

Bambù

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1401 , it-tieni paragrafu, (1).

1401 20 00

Rattan

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1401 , it-tieni paragrafu, (2).

1401 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1401 , it-tieni paragrafu, (3) sa (7). Il-weraq tal-ispeċijiet differenti tat-Tifa (pereżempju, Typha latifolia) jaqgħu wkoll taħt din is-subintestatura.

1404

Prodotti veġetali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

1404 20 00

Ħjut tal-qoton li jibqgħu maż-żerriegħa wara t-tfesdiq ( cotton linters )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1404 , it-tieni paragrafu, (A).

1404 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1404 , it-tieni paragrafu, (B) sa (F).

L-irjus tat-kardun imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1404 , it-tieni paragrafu, (F), (7) huma tal-ispeċi Dipsacus sativus.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll d-dqiqa taż-żerriegħa tal-gwar (“guar splits”) fil-forma ta' fjokki żgħar, sofor ċari, b’forma irregolari.

TAQSIMA III

XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX

KAPITOLU 15

XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX

Ġenerali

Għall-finijiet tas-subintestaturi ta’ dan il-kapitolu, jitqiesu bħala “użi industrijali” dawk l-użi biss li jinvolvu t-trasformazzjoni tal-prodott bażiku.

Min-naħa l-oħra, "l-użi tekniċi" li ġieli jissemmew f’xi subintestaturi, ma jimplikawx din it-trasformazzjoni.

It-trattamenti bħal purifikazzjoni, irfinar jew idroġenizzazzjoni ma jitqisux bħala “użi industrijali” jew “użi tekniċi”.

Ta' min jinnota li anke l-prodotti tajbin għall-konsum mill-bniedem jistgħu jkunu intiżi għal użi tekniċi jew industrijali.

Is-subintestaturi ta’ dan il-kapitolu li huma dwar prodotti intiżi għal użi tekniċi jew industrijali, għajr għall-manifattura ta’ prodotti tal-ikel għall-konsum mill-bniedem, jinkludu żjut u xaħmijiet li jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti għall-għalf tal-annimali.



Nota Addizzjonali 1(a)

Il-frazzjoni fluwida taż-żejt veġetali li tinkiseb billi tiġi sseparata mill-komponenti solidi, bit-tkessiħ, bl-użu ta’ solventi organiċi, ta' aġenti tensjoattivi, eċċ., ma tistax titqies bħala żjut grezzi.



1502

Grass ta’ annimali tal-ifrat, nagħaġ u mogħoż, ħlief dawk tal-intestatura 1503

Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1502 .

Din l-intestatura tinkludi xaħmijiet imdewba, fosthom:

1.  ix-xaħam tal-qrieqeċ;

2.  ix-xaħam “tal-aċidu” li jinkiseb mit-tgħolija tax-xaħmijiet mhux imdewba tal-inqas kwalità f’soluzzjoni milwiema ta’ aċidu sulfuriku li jidrolizza s-sustanzi albuminojdi fit-tessuti u b’hekk jiġi rilaxxat ix-xaħam.

Apparti x-xaħmijiet imdewba, din l-intestatura tinkludi wkoll ix-xaħmijiet mhux imdewba, jiġifieri x-xaħam magħluq fil-membrani ċellulari tiegħu.

1503 00

Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew preparati b’xi mod ieħor

1503 00 11 u 1503 00 19

Stearina tax-xaħam u oleostearina

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti msemmija fit-tieni paragrafu u fil-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1503 .

1503 00 30

Żejt tax-xaħam tad-dam għal użi industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman

Din is-subintestatura tkopri l-prodott deskritt fil-ħames paragrafu tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1503 sakemm ikun intiż għal użi industrijali għajr għall-manifattura ta’ prodotti tal-ikel għall-konsum mill-bniedem (ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta' dan il-kapitolu).

1503 00 90

Oħrajn

Apparti l-prodotti msemmija fit-tielet u fir-raba’ paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1503 , din is-subintestatura tinkludi żejt tax-xaħam tad-dam li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fis-subintestatura 1503 00 30 , pereżempju ż-żejt tax-xaħam tad-dam għal użi tekniċi.

1504

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, il-parti (A), is-sitt u s-seba’ paragrafu.

1504 10 10 sa 1504 10 99

Żjut tal-fwied tal-ħut u l-frazzjonijiet tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1504 , it-tieni paragrafu.

1504 10 10

B’kontenut ta’ vitamina A mhux ogħla minn2 500  IU/g

Il-kontenut ta’ vitamina A taż-żejt tal-fwied li jinkiseb mill-Gadidae (bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, lipp, merluzz, eċċ.) ġeneralment ma jaqbiżx l-2 500  IU/g.

1504 10 91 u 1504 10 99

Oħrajn

Il-kontenut ta’ vitamina A taż-żejt tal-fwied li jinkiseb minn pereżempju tonn, ħalibatt u diversi tipi ta’ klieb il-baħar, ġeneralment jaqbeż 2 500  IU/g.

Iż-żjut b’kontenut miżjud ta’ vitamina jibqgħu kklassifikati f’dawn is-subintestaturi sakemm dawn ma jitilfux il-karattru ta’ żejt tal-fwied tal-ħut tagħhom. Dan iseħħ, pereżempju, fil-każ ta’ żjut tal-fwied tal-ħut b’kontenut ta’ vitamina A li ma jaqbiżx 100 000  IU/g.

1504 20 10 u 1504 20 90

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut, ħlief żjut tal-fwied

Dawn is-subintestaturi jkopru x-xaħmijiet u ż-żjut li jinkisbu mill-ispeċijiet kollha ta’ ħut u mill-frazzjonijiet tagħhom, għajr iż-żjut estratti esklussivament mill-fwied tagħhom, u li jinkludu:

1.  żjut miksubin mill-aringi u l-menhaden (clupeid simili għall-aringi, mistadin esklussivament għall-estrazzjoni taż-żejt);

2.  żjut miksubin mir-residwi mill-proċess ta’ preservazzjoni, ta’ valur inqas miż-żjut imsemmija aktar 'il fuq. Dawk ta’ importanza kummerċjali huma ż-żjut mir-residwi tal-Clupeidae, iż-żjut mir-residwi tat-tonn u tal-palamit u ż-żjut mir-residwi tas-Salmonidae;

3.  żjut mir-residwi tal-kummerċ tal-ħut li huma ta’ kompożizzjoni mħallta ħafna u anke ta' inqas valur;

4.  stearina tal-ħut, li hija deskritta fil-tielet paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1504 .

Iż-żjut u x-xaħmijiet ta’ din is-subintestatura jintużaw primarjament għal użi tekniċi u industrijali bħall-ikkonzar, il-preparazzjonijiet ta’ żebgħa, iż-żjut tal-qtugħ.

1504 30 10 u 1504 30 90

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ mammiferi tal-baħar

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  żjut u xaħmijiet tal-baleni u tal-gabdolli (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1504, l-ewwel paragrafu);

2.  xaħam tal-mammiferi tal-baħar;

3.  żjut mill-pinnipiedi (foki, odobeni u ljuni tal-baħar).

Dawn is-subintestaturi jkopru ż-żjut kollha tal-mammiferi tal-baħar u l-frazzjonijiet tagħhom, inklużi dawk estratti mill-fwied tagħhom bħaż-żejt tal-fwied tal-gabdoll li, minħabba li hu rikk fil-vitamina A, għandu proprjetajiet simili għal dawk taż-żjut tal-fwied tal-ħut tas-subintestaturi 1504 10 10 , 1504 10 91 u 1504 10 99 .

1505 00

Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluża l-lanolina)

1505 00 10

Xaħam tas-suf, mhux raffinat

Ara l-ewwel paragrafu tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1505 .

1505 00 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri:

1.  lanolina, li hija deskritta fit-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1505 ;

2.  sustanzi xaħmin li ġejjin mix-xaħam tas-suf (oleina minn xaħam tas-suf u stearina minn xaħam tas-suf), li huma rispettivament il-partijiet likwidi u solidi miksubin wara d-distillazzjoni u l-ippressar tax-xaħam tas-suf.

1506 00 00

Xaħam u żjut oħrajn ta’ annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

Din l-intestatura ma tinkludix taħlitiet jew preparazzjonijiet minn xaħmijiet u żjut ta’ annimali li ma jistgħux jittieklu, eż. xaħmijiet tal-biċċerija minn diversi annimali jew taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut ta’ annimali u veġetali, eż. ix-xaħam tal-qali użat (intestatura 1518 ).

1507

Żejt tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1507 10 10 u 1507 10 90

Żejt mhux raffinat, iddegommat jew le

Għal definizzjoni tat-terminu “grezz”, ara Nota Addizzjonali 1 ta' dan il-kapitolu, il-paragrafi (a), (b) u (c).

1507 90 10 u 1507 90 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu ż-żejt tal-fażola tas-sojja raffinat.

1508

Żejt tal-karawett u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1508 10 10 u 1508 10 90

Żejt mhux raffinat

Ara n-Nota Addizzjonali 1(a) u (b) ta' dan il-kapitolu.

1508 90 10 u 1508 90 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu ż-żejt tal-karawett raffinat.

1509

Żejt taż-żebbuġ u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

Iż-żejt taż-żebbuġa li jaqa’ taħt din l-intestatura jrid jissodisfa dawn it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  irid jinkiseb biss mit-trattament tal-frott tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europaea L.);

2.  irid jinkiseb biss b'mezzi mekkaniċi jew fiżiċi oħra (eż. bl-ippressar) u b’hekk jiġi eskluż l-użu tas-solventi (ara n-Nota 2 ta' dan il-kapitolu);

3.  ma jridx ikun la riesterifikat u lanqas imħallat ma' żjut oħra, inkluż iż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ li jaqa’ taħt l-intestatura 1510 00 .

1509 10 10

Żejt taż-żebbuġ verġni lampanti

Ara n-Nota Addizzjonali 2(B)(1) ta' dan il-kapitolu.

1509 10 20

Żejt taż-żebbuġa straverġni

Ara n-Nota Addizzjonali 2(B)(2) ta' dan il-kapitolu.

1509 10 80

Oħrajn

Ara n-Nota Addizzjonali 2(B)(3) ta' dan il-kapitolu.

1509 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota Addizzjonali 2(C) ta' dan il-kapitolu.

Din is-subintestatura tinkludi kemm żejt taż-żebbuġa raffinat kif ukoll żejt taż-żebbuġa raffinat imħallat ma’ żejt taż-żebbuġa verġni.

1510 00

Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, miksubin biss miż-żebbuġ, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament, inklużi taħlitiet ta’ dawn iż-żjut jew frazzjonijiet biż-żjut jew frazzjonijiet tal-intestatura 1509

Din l-intestatura tkopri biss dawk iż-żjut li jissodisfaw il-kundizzjoni stipulata fil-punt 1 tan-nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 1509 . L-istess bħaż-żjut tal-intestatura 1509 , anke ż-żjut li jaqgħu taħt l-intestatura 1510 00 ma jridux ikunu riesterifikati jew imħalltin ma’ żjut oħra, jiġifieri żjut oħra għajr iż-żejt taż-żebbuġa, iżda:

— dawn jistgħu jkunu estratti permezz ta’ solventi jew ta’ mezzi fiżiċi;

— dawn jistgħu jkunu mħalltin ma’ żjut jew frazzjonijiet li jaqgħu taħt l-intestatura 1509 ; l-aktar taħlita komuni tikkonsisti f’taħlita ta’ żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ u żejt taż-żebbuġa verġni;

1510 00 10

Żjut mhux raffinati

Ara n-Nota Addizzjonali 2(D) ta' dan il-kapitolu.

1510 00 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ u amalgami ta’ żejt raffinat mir-residwi taż-żebbuġ ma' żejt taż-żebbuġa verġni.

1511

Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1511 10 10 u 1511 10 90

Żejt mhux raffinat

Ara n-Nota Addizzjonali 1(a) u (b) ta' dan il-kapitolu.

Iż-żejt tal-palm grezz jiddekomponi ħafna aktar malajr minn żjut oħra u għalhekk għandu kontenut għoli ta’ aċidu xaħmi ħieles.

1511 90 11 u 1511 90 19

Frazzjonijiet solidi

Dawn is-subintestaturi jkopru l-istearina tal-palm.

1511 90 91 u 1511 90 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  iż-żejt tal-palm raffinat;

2.  il-frazzjoni fluwida taż-żejt tal-palm miksuba meta l-parti solida tiġi sseparata bit-tkessiħ jew bl-użu ta’ solventi organiċi jew ta’ aġenti tensjoattivi. Din il-frazzjoni fluwida (oleina tal-palm) hija differenti miż-żejt tal-palm mhux frazzjonat minħabba l-kompożizzjoni tagħha ta' trigliċeridi milli minħabba l-kompożizzjoni tagħha ta' aċidi xaħmin. It-trigliċeridi li fihom numru ogħla ta’ atomi tal-karbonju (C52 u C54) jinsabu f’ammonti akbar fil-frazzjoni fluwida milli fiż-żejt mhux frazzjonat, filwaqt li t-trigliċeridi li fihom numru relattivament iżgħar ta’ atomi tal-karbonju (C50 u C48) jippredominaw fil-frazzjoni solida.

1512

Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol, tal-għosfor jew taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1512 11 91

Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol

Ara n-Nota Addizzjonali 1(a) u (b) ta' dan il-kapitolu flimkien mal-parti (A) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1512 .

1512 11 99

Żejt ta’ l-għosfor

Ara n-nota addizzjonali 1(a) u (b) ta' dan il-kapitolu flimkien ma parti (B) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1512 .

1512 19 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol raffinat u żejt taż-żerriegħa tal-għosfor raffinat.

1512 21 10 sa 1512 29 90

Żejt taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tiegħu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1512 , il-parti (C).

1514

Żejt tal-lift, tal-kolza jew tal-mustarda u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

1514 11 10 sa 1514 19 90

Żejt tal-lift jew tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx u l-frazzjonijiet tiegħu

Ara n-Nota tas-subintestatura 1 ta' dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1514 , il-parti (A), it-tieni paragrafu, it-tieni sentenza.

1515

Xaħmijiet u żjut oħrajn fissi ta’ veġetali (inkluż żejt tal-ġoġoba) u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

1515 30 10 u 1515 30 90

Żejt ir-riġnu u l-frazzjonijiet tiegħu

Iż-żejt tar-riġnu huwa magħruf ukoll bħala “żejt tal-palma Christi” jew “żejt tal-kerva”.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux iż-żejt tal-porga estratt miż-żrieragħ tas-siġra Jatraopha curcas, tal-familja Euphorbiaceae, ta' spiss imsejħa “żejt tar-riġnu Amerikan” jew “żejt tar-riġnu salvaġġ” (subintestaturi 1515 90 40 sa 1515 90 99 ).

1517

Marġerina; taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-kapitolu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom tal-intestatura 1516

Għad-definizzjoni tat-terminu “marġerina”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 1517 10 u 1517 90 .

1517 10 10 u 1517 10 90

Marġerina, ħlief marġerina likwida

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1517 , il-ħames paragrafu, il-parti (A).

Ta' min jinnota li l-kontenut tal-ilma mhuwiex fattur determinanti fil-klassifikazzjoni tal-prodotti f’dawn is-subintestaturi.

1517 90 91

Żjut veġetali fissi, fluwidi, imħalltin

Din is-subintestatura tinkludi wkoll taħlitiet ta' żjut veġetali modifikati kimikament.

1521

Xemgħat veġetali (ħlief trigliċeridi), xema’ tan-naħal, xemgħat u spermaċeti ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti inkella le

1521 10 00

Xemgħat veġetali

Apparti l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1521 , il-parti (I), din is-subintestatura tinkludi xema’ tal-kafè, li tinsab fil-partijiet kollha tal-pjanta tal-kafè (kafeni, pergamena, weraq, eċċ.) u li hija prodott sekondarju tal-manifattura tal-kafè dekafeinat. Din għandha lewn iswed, riħa ta' kafè u tintuża fil-manifattura ta’ ċertu prodotti għat-tindif.

1521 90 91

Mhux imsajrin

Din is-subintestatura tinkludi xemgħat fil-forma ta' xehdiet naturali.

1521 90 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi xemgħat, ippressati jew raffinati, kemm jekk ibbliċjati jew ikkuluriti kif ukoll jekk le.

1522 00

Degras; fdal li jibqa’ mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew xemgħat ta’ annimali jew veġetali

1522 00 31 u 1522 00 39

Li fih żejt bil-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġ

Ara n-Nota Addizzjonali 3 ta' dan il-kapitolu, li tispeċifika r-residwi li huma esklużi minn dawn is-subintestaturi.

TAQSIMA IV

PREPARAZZJONIJIET TAL-IKEL; XORB, SPIRTI U ĦALL; TABAKK U SOSTITUTI MANIFATTURATI TAT-TABAKK

KAPITOLU 16

PREPARAZZJONIJIET TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊEJ, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni ta’ preparazzjonijiet tal-ikel komposti (inklużi l-hekk imsejħa "ikliet ippreparati") li jikkonsistu, eż. f'zalzett, laħam, ġewwieni tal-laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn jew kwalunkwe kombinament magħmul minnhom, flimkien ma' ħaxix, spagetti, zalza, eċċ., ara n-Nota 2 ta' dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, il-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar.

It-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tan-Nota 2 (klassifikazzjoni fl-intestatura li tikkorrispondi għall-komponent li jippredomina skont il-piż) tapplika wkoll għad-determinazzjoni tas-subintestaturi. Madankollu, dan kollu ma japplikax għall-preparazzjonijiet li fihom il-fwied tal-intestaturi 1601 00 u 1602 (ara l-paragrafu 2 tan-Nota).



Nota Addizzjonali 2

Bħala regola ġenerali, il-qatgħa li minnha tkun ġejja l-parti tista’ tingħaraf biss jekk il-parti jkollha daqs ta’ madwar 100 × 80 × 2 mm jew aktar.

L-espressjoni “partijiet magħmula minnhom” tapplika biss għall-partijiet fejn tkun tista’ tiġi determinata l-qatgħa li ġejjin minnha (eż. prieżet) b'mezzi pożittivi aktar milli bi proċess ta’ eliminazzjoni.



1601 00

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

Il-fatt li l-prodotti jistgħu jitqiesu li huma “zalzett u prodotti simili” għall-finijiet ta' kummerċ, mhuwiex fattur determinanti għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni f’din l-intestatura.

Il-preparazzjonijiet tal-laħam imqattgħin f'biċċiet jew mitħunin li kienu ffurmati fil-forma tagħhom minħabba l-ippakkjar tagħhom f’laned jew f'kontenituri riġidi oħra, kemm jekk ċilindriċi kif ukoll jekk le, ma jitqisux bħala “zalzett” għall-finijiet ta’ din l-intestatura.

1601 00 10

Ta’ fwied

Din is-subintestatura tinkludi zalzett u prodotti simili li fihom il-fwied, kemm bil-laħam, bil-ġewwieni tal-laħam, bix-xaħam, eċċ. kif ukoll mingħajrhom, sakemm il-fwied jagħti lill-prodotti l-karattru essenzjali tagħhom. Dawn il-prodotti li ġeneralment ikunu msajrin u xi drabi affumikati, jintgħarfu essenzjalment mit-togħma karatteristika tal-fwied.

1601 00 91

Zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej

Din is-subintestatura tkopri z-zalzett nej dejjem jekk dan ikun ġie mmaturat (pereżempju, bit-tnixxif fl-arja) u jkun lest għall-konsum immedjat.

Dawn il-prodotti jistgħu jkunu wkoll affumikati, sakemm l-affumikar ma jikkawżax koagulazzjoni totali tal-albumini li sseħħ minħabba trattament bis-sħana, bħall-affumikar f’temperatura għolja.

Għaldaqstant, din is-subintestatura tkopri z-zalzett li normalment jittiekel f'fetet (bħas-salami, iz-zalzett ta' Arles, il-Plockwurst) kif ukoll iz-zalzett li jiddellek, pereżempju t-Teewurst.

1601 00 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  zalzett u prodotti simili friski, li ma għaddew minn l-ebda proċess ta' maturazzjoni;

2.  zalzett imsajjar, eż. iz-zalzett Frankfurter, iz-zalzett ta' Strasburgu, iz-zalzett ta' Vjenna, il-mortadelli, iz-zalzett magħmul mill-imsaren iż-żgħar magħruf bħala “andouilles” u “andouillettes”, il-white puddings, il-mazzit u speċjalitajiet simili oħra.

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati

Ara n-Nota Addizzjonali 6(a) tal-Kapitolu 2 li tipprevedi l-klassifikazzjoni ta' pollam imħawwar nej taħt il-Kapitolu 16. Jekk il-laħam tal-pollam nej ikunx imħawwar jew le għandu jiġi ddeterminat mill-applikazzjoni tal-metodi għall-ittestjar sensorjali tal-laħam tal-pollam imħawwar nej stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1362/2013 (1).

1602 10 00

Preparazzjonijiet omoġenizzati

Ara n-Nota 1 tas-subintestatura ta' dan il-kapitolu.

1602 20 10 u 1602 20 90

Ta’ fwied ta’ kull annimal

Dawn is-subintestaturi jkopru prodotti ppreparati jew preservati li fihom il-fwied, kemm jekk imħalltin ma’ laħam jew ġewwieni tal-laħam ieħor kif ukoll jekk le, sakemm il-fwied jagħti lill-prodotti l-karattru essenzjali tagħhom. Il-prodotti prinċipali ta' dawn is-subintestaturi jinkisbu mill-fwied tal-wiżż jew tal-papri (subintestatura 1602 20 10 ).

1602 31 11 sa 1602 39 85

Ta’ tjur tal-intestatura 0105

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-pollam u l-partijiet tal-pollam preservati wara t-tisjir.

Dawn il-prodotti jinkludu:

1.  tiġieġ fil-jelly;

2.  nofsijiet jew kwarti tat-tiġieġ f’zalza u saqajn sħaħ ta’ dundjani, wiżż jew tiġieġ, kemm jekk iffriżati kif ukoll jekk le;

3.  pâté tal-pollam (li jikkonsisti essenzjalment f’laħam tal-pollam miżjud il-vitella, ix-xaħam tal-ħanżir, it-tartufi u l-ħwawar), kemm jekk iffriżat kif ukoll jekk le;

4.  platti ppreparati li jinkludu l-laħam tal-pollam bħala l-ingredjent bażiku flimkien ma’ prodotti oħra bħal ħaxix, ross, għaġin, eċċ. bħala suppliment għall-platt tal-laħam innifsu. Fost il-preparazzjonijiet f’din il-kategorija nsibu dawk magħrufin bħala “tiġieġ bir-ross” u “tiġieġ bil-faqqiegħ” kif ukoll platti ta’ pollam ippreparati u ffriżati mqegħdin ġo dixx, li jkun fihom b'mod separat il-laħam innifsu u d-diversi supplimenti għall-platt..

Biex jiġi ddeterminat il-perċentwal ta’ laħam tal-pollam jew ġewwieni, ma għandux jitqies il-piż tal-għadam.

1602 31 11

Li fihom esklussivament laħam nej tad-dundjan

Ara n-nota addizzjonali 1 ta' dan il-kapitolu.

1602 32 11

Nejjin

Ara n-nota addizzjonali 1 ta' dan il-kapitolu.

1602 39 21

Nejjin

Ara n-nota addizzjonali 1 ta' dan il-kapitolu.

1602 41 10 u 1602 41 90

Koxox u qatgħat tagħhom

Għall-kamp ta' applikazzjoni tat-terminu “qatgħat magħmula minnhom” ara n-nota addizzjonali 2 ta' dan il-kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

Il-preparazzjonijiet imqattgħin f'biċċiet jew mitħunin b’mod fin huma esklużi minn dawn is-subintestaturi, anke jekk huma magħmula minn prieżet jew qatgħat magħmula minnhom.

1602 42 10 u 1602 42 90

Spallejn u qatgħat tagħhom

Għall-kamp ta' applikazzjoni tat-terminu “qatgħat magħmula minnhom” ara n-nota addizzjonali 2 ta' dan il-kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

Il-preparazzjonijiet imqattgħin f'biċċiet jew mitħunin b’mod fin huma esklużi minn dawn is-subintestaturi, anke jekk huma magħmula minn spalel jew qatgħat magħmula minnhom.

1602 49 11 sa 1602 49 50

Ta' majjal domestiku

Għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta' laħam jew ta' ġewwieni tal-laħam ta' kwalunkwe tip, inklużi x-xaħmijiet ta' kwalunkwe tip jew oriġini, ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 226/89 (ĠU L 29, 31.1.1989, p. 11).

Biex jiġu ddeterminati dawn il-perċentwali, ma għandhomx jitqiesu l-ġelatini u z-zlazi.

1602 49 15

Taħlit ieħor li jinkludi koxox (saqajn), spallejn, ġenbejn jew għenuq, u qatgħat tagħhom

Għall-kamp ta' applikazzjoni tat-terminu “qatgħat magħmula minnhom” ara n-nota addizzjonali 2 ta' dan il-kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

It-taħlitiet li jaqgħu f’din is-subintestatura jridu jinkludu mill-inqas waħda mill-qatgħat (u/jew mill-partijiet magħmula minnhom) imsemmijin fit-test tas-subintestatura, għalkemm it-taħlita ma għandhiex għalfejn tieħu l-karattru essenzjali tal-qatgħa. It-taħlita jista’ jkollha wkoll laħam jew ġewwieni tal-laħam ta’ annimali oħra.

1602 50 10

Nejjin; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

Ara n-nota addizzjonali 1 ta' dan il-kapitolu.

1602 50 31

Bulubif (corned beef) f’kontenituri ertajt

Għall-finijiet tas-subintestatura 1602 50 31 , l-espressjoni “f’kontenituri mitbuqa” titqies li tfisser prodotti mqegħdin f’kontenituri li kienu siġillati, kemm jekk taħt vakwu kif ukoll jekk le, biex iżommu l-arja jew gassijiet oħrajn milli jidħlu jew joħorġu minnhom. Ladarba l-kontenitur jinfetaħ, is-siġill oriġinali jinkiser b’mod permanenti.

Dawn is-subintestaturi jinkludu prodotti mqegħdin, fost l-oħrajn, f’boroż tal-plastik siġillati kemm jekk taħt vakwu kif ukoll jekk le.

1602 90 61

Nejjin; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

Ara n-nota addizzjonali 1 ta' dan il-kapitolu.

1604

Ħut preparat jew preservat; kavjar u sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut

Ara n-nota 2 tas-subintestatura ta' dan il-kapitolu.

1604 12 91

F’kontenituri ertajt

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1602 50 31 .

1604 14 26

Qatgħat mingħajr xewk ( fillets ) magħrufin bħala “ loins

Din is-subintestatura tkopri biss fletti skont it-tifsira tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0304 , (1) li għandhom it-tliet karatteristiċi li ġejjin:

— imsajrin;

— ippakkjati, mingħajr likwidu li jgħattihom, f’boroż (jew f'materjali tat-tgeżwir) tat-tip użati għall-ippakkjar tal-ikel, kemm jekk ippakkjati f’vakwu jew issiġillati bis-sħana kif ukoll jekk le; u

— iffriżati.

1604 14 36

Qatgħat mingħajr xewk ( fillets ) magħrufin bħala “ loins

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1604 14 26 .

1604 14 46

Qatgħat mingħajr xewk ( fillets ) magħrufin bħala “ loins

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1604 14 26 .

1604 19 31

Qatgħat mingħajr xewk ( fillets ) magħrufin bħala “ loins

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1604 14 26 .

1604 20 05

Preparazzjonijiet ta’ surimi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 0304 93 10 .

Il-preparazzjonijiet li jaqgħu f’din is-subintestatura huma magħmulin minn surimi mħallat ma’ prodotti oħrajn (eż. dqiq, lamtu, proteini, laħam tal-krustaċji, ħwawar, aromatizzanti u sustanzi koloranti). Dawn huma soġġetti għal trattament bis-sħana u ġeneralment ikunu ppreżentati ffriżati.

1605

Krustaċej, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, preparati jew preservati

Ara n-nota 2 tas-subintestatura ta' dan il-kapitolu.

1605 29 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri gambli u gambli kbar f'kontenituri mitbuqa (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1602 50 31 ).

1605 53 10

F’kontenituri ertajt

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1602 50 31 .

(1)   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1362/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabilixxi l-metodi għall-ittestjar sensorjali ta' tjur imħawwar u mhux imsajjar għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu fin-Nomenklatura (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 9).

KAPITOLU 17

ZOKKOR U ĦELU TAZ-ZOKKOR



1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrows kimikament pur, f’forma solida

1701 12 10 sa 1701 14 90

Zokkor mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

Ara n-Nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu.

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  ċertu zokkor abjad mhux raffinat;

2.  zokkor ismar bi grad baxx ta’ polarizzazzjoni, miksub mit-tieni u t-tielet strikes fil-proċess tal-manifattura taz-zokkor u li jvarja fil-kulur minn isfar għal kannella skur li jirriżulta prinċipalment mill-melassa li fih u mill-kontenut ta’ sukrożju li ġeneralment ikun bejn 85 u 98 %, skont il-piż;

3.  zokkor inqas pur li jirriżulta mill-proċess ta’ raffinar jew tal-manifattura taz-zokkor tal-ħelu, eż. iz-zokkor ismar.

1701 12 10 u 1701 12 90

Zokkor tal-pitravi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 1701 12 , 1701 13 u 1701 14 .

1701 13 10 u 1701 13 90

Kannamieli speċifikat fin-nota 2 tas-Subintestaturi f'dan il-Kapitolu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 1701 12 , 1701 13 u 1701 14 .

1701 14 10 u 1701 14 90

Kannamieli ieħor

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 1701 12 , 1701 13 u 1701 14 .

1701 91 00

Li fih miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

Iz-zokkor li fih l-aromatizzanti jew il-koloranti huwa kklassifikat f’din is-subintestatura anke jekk il-kontenut tiegħu ta’ sukrożju jkun inqas minn 99,5 %, skont il-piż.

1701 99 10

Zokkor abjad

Ara n-nota addizzjonali 3 ta’ dan il-kapitolu.

Iz-zokkor abjad ta’ din is-subintestatura huwa zokkor, kemm jekk raffinat kif ukoll jekk le, li ġeneralment ikun ta’ lewn abjad minħabba l-kontenut għoli ta’ sukrożju li fih (99,5 %, skont il-piż jew aktar).

Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ sukrożju taz-zokkor abjad skont in-Nota Addizzjonali 3 tal-Kapitolu 17, irid jiġi applikat il-metodu polarimetriku stipulat fid-Direttiva tal-Kummissjoni 79/796/KEE, l-Anness II, il-metodu 10 (ĠU L 239, 22.9.1979, p. 24).

1702

Zokkrijiet oħrajn, inklużi laktows kimikament pur, maltosju, glukows u fruktows, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella

1702 11 00 u 1702 19 00

Laktows u ġulepp tal-laktows

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1702 , (A), (1), u (B), l-ewwel paragrafu.

1702 30 10

Isoglukows

Ara n-nota addizzjonali 5 ta’ dan il-kapitolu.

1702 30 50 u 1702 30 90

Oħrajn

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-piż perċentwali ta’ glukożju, l-espressjoni “fl-istat niexef” għandha titqies li teskludi kemm l-ilma liberu kif ukoll l-ilma ta’ kristallizzazzjoni.

1702 40 10

Isoglukows

Ara n-nota addizzjonali 5 ta’ dan il-kapitolu.

1702 60 10

Isoglukows

Ara n-nota addizzjonali 5 ta’ dan il-kapitolu.

1702 60 80

Ġulepp tal-inulina

Ara n-nota addizzjonali 6(a) ta’ dan il-kapitolu.

1702 90 30

Isolglukows

Ara n-nota addizzjonali 5 ta’ dan il-kapitolu.

1702 90 80

Ġulepp tal-inulina

Ara n-nota addizzjonali 6(b) ta’ dan il-kapitolu.

1702 90 95

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  maltożju, għajr maltożju kimikament pur;

2.  zokkor invertit;

3.  ġulepp tas-sukrożju (għajr il-ġulepp tal-aġġru), la kkulurit u lanqas aromatizzat;

4.  il-prodotti b’mod mhux preċiż imsejħin “melassa ‘high test’” miksubin bl-idroliżi u l-konċentrazzjoni ta’ meraq tal-kannamiela mhux raffinat u użati prinċipalment bħala mezz nutrittiv fil-manifattura ta’ antibijotiċi kif ukoll għall-manifattura ta’ alkoħol etiliku;

5.  lattulożju, għajr lattulożju kimikament pur.

1703

Għasel iswed li jsir mill-estrazzjoni jew raffinar taz-zokkor

1703 10 00

Għasel iswed tal-kannamieli

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 1703 10 .

1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw

1704 10 10 u 1704 10 90

Ċjuwing-gamm, miksi biz-zokkor jew le

Dawn is-subintestaturi jkopru ċ-chewing gum miżjud iz-zokkor, karatterizzat mill-preżenza ta’ gomma taċ-chicle jew prodotti oħra simili mhux tajbin għall-ikel, irrispettivament mill-forma li fihom jiġu ppreżentati (ċangaturi, mustardini miksijin biz-zokkor, blalen, eċċ.), inkluż “il-bubble gum”.

1704 90 10

Estratt tas-sugu li fih aktar minn 10 % skont il-piż sukrows iżda ma fihx sustanzi oħrajn miżjudin

Din is-subintestatura tkopri biss l-estratt tal-likorizja li fih aktar minn 10 % ta’ sukrożju, skont il-piż, mingħajr iż-żieda ta’ zokkor, aromatizzanti oħra jew sustanzi oħra, kemm jekk fil-forma ta’ kejkijiet, stikek, pastilji, eċċ., kif ukoll jekk le.

L-estratt tal-likorizja ppreparat bħala ħelu biż-żieda ta’ sustanzi oħra jaqa’ fis-subintestatura 1704 90 99 irrispettivament mill-proporzjon ta’ sukrożju.

1704 90 30

Ċikkulata bajda

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestaura 1704 , it-tieni paragrafu, (6).

1704 90 51 sa 1704 90 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru ħafna mill-preparazzjonijiet taz-zokkor magħrufin komunement bħala “ħlewwiet”. Dawn il-preparazzjonijiet jibqgħu kklassifikati f’dawn is-subintestaturi anke jekk fihom spirti tajbin għax-xorb jew likur ibbażat fuq l-alkoħol.

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll pastes għall-manifattura ta’ fondant, marżipan, qubbajt, eċċ., li huma prodotti semimanifatturati użati fil-ħlewwiet u ġeneralment mibjugħa bħala blokok jew ħobż. Dawn il-prodotti semimanifatturati jibqgħu kklassifikati f’dawn is-subintestaturi anke jekk il-kontenut tagħhom ta’ zokkor irid jiżdied aktar matul l-ipproċessar fi prodotti finali, sakemm skont il-kompożizzjoni tagħhom ikunu maħsuba speċifikament biex jintużaw biss fil-manifattura ta’ ċertu tip ta’ ħlewwiet.

Dawn is-subintestaturi jeskludu:

(a)  silġiet tajbin għall-ikel, anke dawk ippreżentati mqabbdin ma’ stikka bħal-lolipops (intestaura 2105 00 );

(b)  ħlewwiet li fihom il-kawkaw imħallat fi proporzjonijiet li jvarjaw ma’ ħlewwiet li ma fihomx il-kawkaw u ppakkjati għall-bejgħ bħala taħlita (intestaura 1806 ).

1704 90 51

Pejsts, inkluż marżipan, f’pakki diretti ta’ kontenut nett ta’ 1 kg jew aktar

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestaura 1704 , it-tieni paragrafu, (4) u (9).

Din is-subintestatura tinkludi taħlitiet għall-kisi biz-zokkor jew għall-kisi bix-xaħam.

1704 90 55

Pastilji għall-griżmejn u ħelu tas-sogħla

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestaura 1704 , it-tieni paragrafu, (5).

1704 90 61

Oġġetti miksijin biz-zokkor ( panned )

Din is-subintestatura tkopri l-ħlewwiet taz-zokkor, bħal-lewż miksi b’kisja jew b’qoxra iebsa ta’ zokkor. Il-ħlewwiet “panned” jinkisbu billi ċ-ċentru ta’ ħelwa (eż. lewża) jitqiegħed f’taġen b’ġulepp taz-zokkor u meta t-taġen jiddawwar, iċ-ċentru jiġbor iz-zokkor. Hekk kif jiksaħ, iz-zokkor jifforma kisja ta’ barra distinta.

1704 90 65

Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pejsts tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor

Il-ħelu tal-gomma u l-ħelu tal-jelly huma prodotti magħmulin mill-ġelifikanti (bħal gomma arabika, ġelatina, pektin u ċerti lamti) flimkien maz-zokkor u l-aromatizzanti. Dawn jieħdu forom differenti, pereżempju, forom ta’ bnedmin jew annimali.

1704 90 71

Ħelu mgħolli, mimli jew le

Il-ħelu mgħolli huwa iebes, ġieli fraġli, u jista’ jkollu dehra ċara jew opaka. Dan jikkonsisti essenzjalment f’zokkor mgħolli miżjud kwantitajiet żgħar ta’ sustanzi oħra (ħlief xaħmijiet) biex tinkiseb varjetà kbira ta’ togħmiet, konsistenzi u kuluri. Dawn il-prodotti jistgħu jkunu wkoll mimlijin.

1704 90 75

Tòfi, karamelli u ħelu simili

It-tofi, il-karamelli u ħelu simili huma prodotti li, bħall-ħelu mgħolli, jinkisbu billi jitgħalla z-zokkor iżda fihom xaħam miżjud.

1704 90 81

Pilloli kompressati

Il-pilloli kompressati huma ħlewwiet taz-zokkor ippreżentati f’forom differenti li jinkisbu bil-kompressjoni, b’legant jew mingħajru.

1704 90 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-ħlewwiet taz-zokkor mhux inklużi fis-subintestaturi preċedenti. Din tinkludi:

1.  fondants;

2.  marżipan f’pakketti għall-konsum immedjat, ta’ kontenut nett ta’ inqas minn 1 kg (marżipan f’pakketti oħra: subintestaura 1704 90 51 );

3.  qubbajt;

4.  estratt tal-likorizja li jitqies bħala ħelu.

KAPITOLU 18

KAWKAW U PREPARAZZJONIJIET TAL-KAWKAW



1801 00 00

Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

Iż-żerriegħa tal-kawkaw fiha (skont il-piż) bejn 49 u 54 % xaħam imsejjaħ butir tal-kawkaw, bejn 8 u 10 % lamtu, bejn 8 u 10 % proteini, bejn 1 u 2 % teobromina, bejn 5 u 10 % tannini (katekina jew “aħmar tal-kawkaw”), bejn 4 u 6 % ċelluloża, bejn 2 u 3 % minerali, steroli (vitamina D) u diversi fermenti.

1803

Pejst tal-kawkaw, bix-xaħam imneħħi jew le

Din l-intestatura tinkludi l-paste tal-kawkaw, kemm jekk f’partijiet kif ukoll jekk le, trattat b’sustanzi alkalini biex tiżdied is-solubbiltà tiegħu. Din l-intestatura ma tinkludix il-paste tal-kawkaw trattat b’dan il-mod, iżda l-paste li għandu l-għamla ta’ trab (intestatura 1805 00 00 ).

1805 00 00

Trab tal-kawkaw, mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu

It-trab tal-kawkaw li miegħu ġew miżjuda kwantitajiet żgħar ta’ leċitina (bejn wieħed u ieħor 5 %, skont il-piż) jibqa’ kklassifikat f’din l-intestatura, peress li l-għan tiegħu huwa li tiżdied il-kapaċità tat-trab tal-kawkaw li jifforma dispersjonijiet fil-likwidi u b’hekk tkun faċilitata l-preparazzjoni ta’ xarbiet ibbażati fuq kawkaw (kawkaw solubbli).

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, il-paste tal-kawkaw jew it-trab tal-kawkaw biss jitqiesu li fihom il-kawkaw skont it-tifsira tal-intestatura 1806 .

1806 20 10

Li fihom 31 % jew aktar skont il-piż butir tal-kawkaw jew fihom piż magħqud ta’ 31 % jew aktar ta’ butir tal-kawkaw jew ta’ xaħam tal-ħalib

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “ċikkulata għall-kisi” u “ċikkulata tal-ħalib għall-kisi”.

1806 20 30

Li fihom piż magħqud ta’ 25 % jew aktar, iżda inqas minn 31 % ta’ butir tal-kawkaw jew ta’ xaħam tal-ħalib

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “ċikkulata tal-ħalib”.

1806 20 50

Li fihom 18 % jew aktar skont il-piż butir tal-kawkaw

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “ċikkulata skura”.

1806 20 70

Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata

Iċ-Chocolate milk crumb tinkiseb permezz tat-tnixxif bil-vakwu ta’ taħlita milwiema ta’ zokkor, ħalib u kawkaw; din ġeneralment tintuża għall-manifattura taċ-ċikkulata tal-ħalib. Din jista’ jkollha l-għamla ta’ partijiet irregolari, li jitfarrku malajr jew ta’ trab. Ġeneralment iċ-Chocolate milk crumb ikun fiha bejn 35 u 70 % ta’ zokkor, bejn 15 u 50 % ta’ solidi tal-ħalib u bejn 5 u 30 % ta’ kawkaw, skont il-piż.

Il-proċess speċjalizzat għall-manifattura tal-frak iwassal għall-kristallizzazzjoni taz-zokkor.

1806 20 95

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-preparazzjonijiet l-oħra ta’ kawkaw, partikolarment il-paste tal-praline u ċ-ċikkulata li tiddellek.

1806 31 00

Mimlijin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1806 31 .

1806 32 10

B’żieda ta’ ċereali, frott jew ġewż

Din is-subintestatura tinkludi blokok, ċangaturi jew biċċiet solidi taċ-ċikkulata li fihom ċereali, frott jew ġewż, kemm jekk f’partijiet kif ukoll jekk le, imqassmin fiċ-ċikkulata kollha.

1806 90 11 u 1806 90 19

Ċikkulata, mimlija jew le

Fir-rigward tat-terminu “mimlija”, in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 1806 31 japplikaw mutatis mutandis.

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti li normalment jittieklu f’gidma waħda li jikkonsistu minn:

— ċikkulata mimlija; jew

— sovrappożizzjoni ta’ ċikkulatini u ta’ partijiet ta’ prodotti oħra tal-ikel; jew

— taħlita ta’ ċikkulatini u ta’ prodotti oħra tal-ikel.

1806 90 11

Fihom l-alkoħol

It-taħlit ta’ ċikkulatini, li jinkludi kemm dawk li fihom l-alkoħol kif ukoll dawk li ma fihomx, għandu jiġi kklassifikat skont ir-regola ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda.

1806 90 19

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 1806 90 11 .

1806 90 31

Mimlijin

Fir-rigward tat-terminu “mimlijin”, in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 1806 31 japplikaw mutatis mutandis.

Din is-subintestatura tinkludi fost l-oħrajn, il-bajd tal-Għid taċ-ċikkulata mimli u forom ġodda oħra.

1806 90 39

Mhux mimlijin

Din is-subintestatura tinkludi vermiċelli taċ-ċikkulata, fjokki u prodotti simili, u bajd u figorini taċ-ċikkulata solidi jew vojta.

1806 90 50

Ħelu taz-zokkor u sostituti tiegħu magħmulin minn prodotti ta’ sostituzzjoni għaz-zokkor, fihom il-kawkaw

Din is-subintestatura tkopri l-ħlewwiet taz-zokkor tal-intestatura 1704 , eż. it-tofi u l-oġġetti miksijin biz-zokkor, li magħhom kien miżjud il-kawkaw.

1806 90 60

Pejsts li jinfirxu li fihom il-kawkaw

Din is-subintestatura tkopri ċ-ċikkulata li tiddellek li titqiegħed f'ippakkjar immedjat b’kontenut nett ta’ 2 kg jew inqas.

1806 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ċertu trab li fih kawkaw għall-manifattura ta’ kremiet, ġelati tajbin għall-ikel, deżerti u preparazzjonijiet simili soġġetti għall-esklużjonijiet stipulati fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-kapitolu.

KAPITOLU 19

PREPARAZZJONIJIET TA’ ĊEREALI, DQIQ, LAMTU JEW ĦALIB; PRODOTTI TA’ KOKI TAL-GĦAĠINA

Ġenerali

Il-“kontenut tat-trab tal-kawkaw” tal-prodotti ta’ dan il-kapitolu normalment jiġi kkalkulat billi tiġi mmultiplikata s-somma tal-kontenuti ta’ teobromina u kafeina b’fattur ta’ 31.

Il-kontenuti ta’ teobromina u kafeina huma determinati minn HPLC (Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja).

Fil-każ ta’ prodotti li fihom il-kafeina jew it-teobromina minn sorsi għajr il-kawkaw, dawn l-ammonti addizzjonali ta’ kafeina jew teobromina ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kontenut tal-kawkaw.



1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % skont il-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel ta’ oġġetti tal-intestaturi 0401 sa 0404 , ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % kawkaw skont il-piż kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, il-paste tal-kawkaw jew it-trab tal-kawkaw biss jitqiesu li fihom il-kawkaw skont it-tifsira tal-intestatura 1901 .

1901 20 00

Taħlit u għaġina għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-furnara tal-intestatura 1905

Din is-subintestatura tinkludi t-taħlit tal-għaġina msemmija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1901 , (II), it-tmien paragrafu, (7) u (8).

Din is-subintestatura ma tinkludix il-wejfers tad-dqiq jew tal-lamtu mnixxfin jew imsajrin, kemm jekk maħsuba biex jintużaw fil-prodotti tal-furnara kif ukoll jekk le (intestatura 1905 ).

1901 90 11 u 1901 90 19

Estratt tax-xgħir

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1901 , (I).

L-estratt tax-xgħir fih destrini, maltożju, proteini, vitamini, enżimi u aromatizzanti.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux il-preparazzjonijiet għat-tfal, offruti għall-bejgħ bl-imnut, li fihom estratt tax-xgħir anke jekk l-estratt tax-xgħir huwa wieħed mill-kostitwenti prinċipali (subintestatura 1901 10 00 ).

1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini ( noodles ), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le

1902 20 91

Imsajrin

Din is-subintestatura tkopri wkoll l-għaġin imsajjar minn qabel.

1902 30 10

Imnixxef

Għall-finijiet ta' din is-subintestatura, it-terminu “imnixxfin” jirreferi għall-prodotti nixfin u li jitfarrku malajr b'kontenut baxx ta' umdità (sa madwar 12 %), li jkunu tnixxfu direttament fix-xemx jew għaddew minn proċess industrijali ta' tnixxif (pereżempju, minn tnixxif f'mina jew xiwi jew qali).

1902 40 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-kuskus ippreparat, eż. il-kuskus bil-laħam, il-ħaxix u ingredjenti oħra, sakemm il-kontenut tal-laħam ma jaqbiżx l-20 % tal-preparazzjoni, skont il-piż.

1904

Ikel preparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

Ara n-noti 3 u 4 ta’ dan il-kapitolu.

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, il-paste tal-kawkaw jew it-trab tal-kawkaw biss jitqiesu li fihom il-kawkaw skont it-tifsira tal-intestatura 1904 .

1904 10 10 sa 1904 10 90

Ikel preparat permezz tan-nefħa jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali

Il-prodotti miksuba bil-proċess imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1904 , (A), ir-raba’ paragrafu, inklużi l-prodotti miksuba minn ċereali oħra, jibqgħu kklassifikati taħt din l-intestatura jekk wara l-infiħ jinbidlu fi dqiq, ħabb jew pellets.

Dawn is-subintestaturi jinkludu materjali tal-ippakkjar ta’ forom irregolari, anke meta jsiru mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, magħmulin bl-estrużjoni ta’ prodotti bħall-grixa tal-qamħirrum.

1904 20 10 sa 1904 20 99

Ikel preparat miksub minn qxur taċ-ċereali mhux mixwijin jew minn taħlit ta’ qxur ta’ ċereali mhux mixwijin u qxur taċ-ċereali mixwijin jew ċereali minfuħin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1904 , (B).

1904 30 00

Qamħ bulgur

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1904 , (Ċ).

1904 90 10 sa 1904 90 80

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1904 , (D).

1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalita’ li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill ( sealing wafers ), karta ostja u prodotti simili

Din l-intestatura tkopri l-cocktail snacks lesti għall-konsum fil-forma ta’ pereżempju piżelli mnixxfa jew karawett li jkunu miksija kompletament bl-għaġina jekk, minħabba l-ħxuna u t-togħma tagħha, il-kisja tal-għaġina tiddetermina l-karattru essenzjali tal-prodott.

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, il-paste tal-kawkaw jew it-trab tal-kawkaw biss jitqiesu li fihom il-kawkaw skont it-tifsira tal-intestatura 1905 .

Din l-intestatura ma tinkludix l-għaġina mhux imsajra, f’kull forma, għall-produzzjoni ta’ ħobż, pasti, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw kif ukoll jekk le (subintestatura 1901 20 00 ).

1905 10 00

Ħobż iqarmeċ ( crispbread )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1905 , il-paragrafu (A) (4).

Din is-subintestatura tkopri wkoll prodotti bħal dawn li jinkisbu bl-estrużjoni.

1905 20 10 sa 1905 20 90

Kejk tal-ġinger ( gingerbread ) u prodotti bħalu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1905 , il-paragrafu (A)(6).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux “speculoos” jew ħobż Russu (“patience”).

1905 31 11 sa 1905 31 99

Gallettini ħelwin

Ara n-noti addizzjonali 1 u 2 ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1905 , il-paragrafu (A)(8)(b).

Dawn is-subintestaturi jinkludu prodotti bħal dawn li jinkisbu bl-estrużjoni.

1905 31 30

Li fihom 8 % jew aktar skont il-piż xaħmijiet tal-ħalib

Din is-subintestatura tinkludi l-gallettini tal-butir.

1905 31 91

Gallettini sandwiċċ

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti li jikkonsistu minn strat distint ta’ kwalunkwe mili tal-ikel li jitqiegħed bejn żewġ gallettini. Il-mili jista’ jkun, pereżempju, taċ-ċikkulata, ġamm, krema tal-fondant jew paste tal-ġewż.

1905 32 05 sa 1905 32 99

Waffles u wejfers

Ara n-nota addizzjonali 1 ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1905, il-paragrafu (A)(9).

1905 32 91

Melħin, mimlijin jew le

Din is-subintestatura tinkludi l-wafflesaromatizzatili fihom il-ġobon.

1905 40 10 u 1905 40 90

Ħobż imbaskat ( rusks ), ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1905 , il-paragrafu (A)(5).

1905 90 20

Ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalita’ li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill ( sealing wafers ), karta ostja u prodotti simili

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1905 , il-paragrafu (B).

1905 90 30

Ħobż, mingħajr żieda ta’ għasel, bajd, ġobon jew frott, u b’kontenut skont il-piż ta’ materjal xott ta’ mhux aktar minn 5 % ta’ zokkrijiet u mhux aktar minn 5 % ta’ xaħmijiet

It-terminu “ħobż” jinkludi prodotti ta’ daqsijiet differenti.

Din is-subintestatura tinkludi ħobż ordinarju fid-diversi forom tiegħu, ħobż speċjali bħall-ħobż tal-glutina għad-dijabetiċi u galletti.

1905 90 45

Gallettini

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1905 , il-paragrafi (A)(8)(a) u (c).

1905 90 55

Prodotti estrużi jew espanduti, għat-togħma jew melħin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 1905 , il-paragrafi (A)(7) u (15).

1905 90 70

Li fihom 5 % jew aktar, bil-piż ta’ sukrożju, zokkor invertit jew isoglukożju

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti fini kollha tal-furnara li mhumiex koperti fis-subintestaturi preċedenti, eż. kejkijiet, pasti u meringi.

1905 90 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi quiches, pizez u tipi ta’ ħobż mhux inklużi fis-subintestaturi 1905 90 30 u 1905 90 70 .

Din is-subintestatura tinkludi materjali tal-ippakkjar ta’ forom irregolari, anke meta jsiru mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, magħmulin bl-estrużjoni tal-lamtu.

KAPITOLU 20

PREPARAZZJONIJIET TA’ ĦXEJJEX, FROTT, ĠEWŻ U PARTIJIET OĦRAJN TA’ PJANTI

Ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri s-snacks lesti għall-konsum fil-forma ta', eż. piżelli mnixxfa jew karawett, li jkunu miksija biss parzjalment bl-għaġina, u li għalhekk il-karattru essenzjali tal-prodott jirriżulta mill-ħaxix, mill-frott, mill-ġewż jew minn partijiet oħra tal-pjanti.

Dan il-kapitolu jkopri wkoll il-ħjar u l-ħjar tal-pikles li jkun għadda minn proċess sħiħ ta' fermentazzjoni lattika.

Madankollu, il-ħjar u l-ħjar tal-pikles li ma jkunx għadda minn proċess sħiħ ta' fermentazzjoni lattika u li jkun ippreservat b'mod proviżorju fis-salmura għandu jiġi kklasifikat fis-subintestatura 0711 40 00 jekk ma jkunx adatt għall-konsum immedjat. B'mod ġenerali, dawn il-prodotti jkun fihom mill-inqas 10 % ta’ melħ, skont il-piż.



Nota 4

Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ piż niexef tal-meraq tat-tadam, għandu jiġi applikat il-metodu analitiku stipulat fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1979/82 (ĠU L 214, 22.7.1982, p. 12).

Nota addizzjonali 1

Sabiex jiġi determinat il-kontenut ta’ aċidu tal-prodott, għandhom jiġu omoġenizzati l-proporzjonijiet alikwota tal-partijiet likwidi u solidi tal-oġġetti.



2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati u preservati bil-ħall jew b’aċtu aċetiku

Ara n-Nota 3 ta’ dan il-kapitolu.

2001 90 10

Ċatni tal-mang

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura u s-subintestatura 2103 90 10 , “ċatni tal-mango” tfisser preparazzjoni ta’ mango ikkunfettat li miegħu jiżdiedu diversi prodotti bħal ġinġer, għeneb imnixxef, bżar u zokkor.

Filwaqt li ċ-ċatni tal-mango li jaqa’ f’din is-subintestatura fih il-partijiet tal-frott, iċ-ċatni tal-mango li jaqa’ fis-subintestatura 2103 90 10 għandu l-forma ta’ zalza kompletament omoġenizzata, li tvarja fil-konsistenza tagħha.

2001 90 50

Faqqiegħ

Din is-subintestatura ma tinkludix il-faqqiegħ li jkun ippreservat biss b’mod proviżorju bil-proċess speċifikat fl-intestatura 0711 , eż. b’salmura qawwija li fiha l-ħall jew l-aċidu aċetiku.

2002

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

2002 10 10 u 2002 10 90

Tadam, sħiħ jew imqatta’

Dawn is-subintestaturi jinkludu t-tadam, sħiħ jew f’partijiet, kemm jekk imqaxxar kif ukoll jekk le, ippreservat bl-isterilizzazzjoni.

2002 90 11 sa 2002 90 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-purè tat-tadam, kemm jekk fil-forma ta’ kejk, ta’ konċentrat tat-tadam jew ta’ meraq tat-tadam kif ukoll jekk le, li l-kontenut ta’ piż niexef tiegħu jkun ta’ 7 % jew aktar. Dawn jinkludu wkoll it-trab tat-tadam li jinkiseb bid-deidratazzjoni tal-meraq tat-tadam; madankollu, dawn ma jinkludux it-trab li jirriżulta mit-taħkik tal-fjokki li jinkisbu bit-tnixxif tat-tadam li jkunu tqattgħu qabel f'fetet, li jaqgħu fis-subintestatura 0712 90 30 .

2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006

Ara n-nota 3 ta’ dan il-kapitolu.

Din l-intestatura ma tkoprix il-preparazzjonijiet tal-prodotti tal-intestatura 0714 li ma jitqisux bħala ħaxix (subintestaturi 2001 90 40 , 2006 00 38 , 2006 00 99 jew 2008 99 91 ).

2004 10 10

Imsajrin, mhux preparati mod ieħor

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2004 , it-tieni paragrafu, (1).

2004 10 91 u 2004 10 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2004 , it-tieni paragrafu, (3).

2004 90 50

Piżelli ( Pisum sativum ) u ful għadu żgħir tal-ġens Phaseolus spp., fil-fosdqa

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, titqies bħala “fażola fil-miżwed” dik il-fażola biss tal-ġeneri Phaseolus u Vigna maqtugħa qabel ma tkun saret, li l-miżwed sħiħ tagħha huwa tajjeb għall-ikel. Il-miżwed jista’ jkun ta’ diversi kuluri bħal aħdar uniformi, aħdar bil-marki griżi jew blu jew sofor (fażola bajda).

2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 2004 japplikaw għal din l-intestatura.

Din l-intestatura tkopri l-prodott magħruf bħala “papad”, li huwa magħmul minn folji ta’ għaġina mnixxfa ppreparata minn dqiq ta’ ħaxix leguminuż, melħ, ħwawar, żejt, aġenti li jgħollu u f’xi każijiet, ammonti żgħar ta’ dqiq taċ-ċereali jew dqiq tar-ross.

2005 10 00

Ħxejjex omoġenizzati

Ara n-nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu.

2005 20 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-patata, imqattgħa rqiqa jew f’biċċiet żgħar, imsajra minn qabel fix-xaħam jew fiż-żejt, imkessħa u ppakkjata f’vakwu.

2005 70 00

Żebbuġ

Dawn is-subintestaturi jkopru ż-żebbuġ imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2005 , ir-raba’ paragrafu, (1), kemm jekk mimli bil-ħaxix (bħal piment jew bżar ħelu), bil-frott jew bil-ġewż (bħal lewż) jew taħlita ta’ ħaxix u frott jew ġewż.

2006 00

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħrajn ta’ pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glasè jew mgħasslin)

2006 00 31 sa 2006 00 38

B’kontenut ta’ zokkor ogħla minn 13 % tal-piż

Ara n-nota addizzjonali 2(a) ta’ dan il-kapitolu rigward il-kontenut ta’ zokkor.

2007

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksubin bit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le

Ara n-Nota 5 ta’ dan il-kapitolu rigward it-termini “miksubin bit-tisjir”.

Ara n-Nota Addizzjonali 2(a) ta’ dan il-kapitolu rigward it-termini “kontenut ta’ zokkor”.

2007 10 10 sa 2007 10 99

Preparazzjonijiet omoġenizzati

Ara n-Nota tas-subintestatura 2 ta’ dan il-kapitolu.

2008

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar

Ara n-nota addizzjonali 2(a) ta’ dan il-kapitolu rigward it-terminu “kontenut ta’ zokkor”.

Ara n-nota addizzjonali 3 ta’ dan il-kapitolu rigward it-terminu “zokkor miżjud”.

Ara n-nota addizzjonali 4 ta’ dan il-kapitolu rigward it-terminu “kontenut ta’ spirtu”.

2008 11 10 sa 2008 19 99

Ġewż, karawett u żrieragħ oħrajn, imħalltin flimkien jew le

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2008 , it-tieni paragrafu, (1) u (2), inklużi t-taħlitiet tagħhom.

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll dawn il-prodotti:

1.  li kienu magħmulin fjokki jew imfarrkin, użati partikolarment fil-prodotti tad-dulċiera; jew

2.  li kienu mitħunin jew inkella mfarrkin, fil-forma ta’ paste, kemm jekk miżjuda b’sustanzi oħra kif ukoll jekk le.

Madankollu, dawn is-subintestaturi jeskludu l-pastes biex isiru l-marżipan, il-qubbajt, eċċ. (intestatura 1704 ).

2008 19 12 sa 2008 19 99

Oħrajn, inklużi taħlitiet

Dawn is-subintestaturi jkopru l-ġewż u żrieragħ oħra, ħlief il-karawett u t-taħlitiet ta’ ġewż u żrieragħ oħra, anke dawk li fihom jippredomina l-karawett.

2008 30 51

Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelos

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, “flieli” tfisser is-sezzjonijiet naturali tal-frott, sħaħ.

Il-preżenza ta’ kwantitajiet żgħar ta’ flieli maqsumin, li ma irriżultawx minn proċess li jsir b’mod intenzjonat, ma taffettwax il-klassifikazzjoni f’din is-subintestatura.

2008 30 71

Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelos

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 2008 30 51 .

2009

Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor biex jagħmel ħelu

Ara n-nota 6 ta’ dan il-kapitolu fir-rigward ta' “meraq mhux iffermentat u li mhux miżjud bi spirtu”.

Ara n-nota tas-subintestatura 3 ta’ dan il-kapitolu rigward it-terminu “valur Brix”.

Ara n-nota addizzjonali 5(a) ta’ dan il-kapitolu rigward it-terminu “zokkor miżjud”.

Għall-finijiet tan-nota addizzjonali 5(b) ta’ dan il-kapitolu, il-prodotti li ġew miżjuda bi kwantità ta’ zokkor li sar fihom inqas minn 50 % ta’ meraq tal-frott, skont il-piż, jitqiesu li tilfu l-karattru oriġinali tagħhom ta' meraq tal-frott tal-intestatura 2009 .

Biex ikun determinat jekk il-prodotti tilfux il-karattru oriġinali tagħhom rigward iż-żieda ta' zokkor, għandhom japplikaw biss in-Noti Addizzjonali 2 u 5 ta’ dan il-kapitolu. Il-kontenut ta' zokkor differenti espress bħala sukrożju jkun determinat skont din in-nota addizzjonali 2. Jekk il-kontenut ta' zokkor miżjud ikkalkulat skont in-Nota Addizzjonali 5(a) ta’ dan il-kapitolu jaqbeż il-50 % skont il-piż, il-kontenut ikkalkulat ta' meraq tal-frott ikun inqas minn 50 % skont il-piż u għalhekk il-prodott ma għandux jiġi kklassifikat fl-intestatura 2009 .

In-nota addizzjonali 5(b) ta’ dan il-kapitolu ma għandhiex tapplika għall-meraq tal-frott naturali kkonċentrat.

Konsegwentement, il-meraq tal-frott naturali kkonċentrat mhuwiex eskluż mill-intestatura 2009 .

Fir-rigward taż-żieda ta' sustanzi oħra mal-prodotti tal-intestatura 2009 , ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal- intestatura 2009 .

EŻEMPJU

L-analiżi ta' kampjun ta' meraq tal-larinġ jagħti r-riżultati li ġejjin:

— valur indikat mir-refrattometru f'temperatura ta' 20 °C: 65,3,

— kontenut ikkalkulat ta' zokkor differenti espress bħala sukrożju (in-nota addizzjonali 2 ta’ dan il-kapitolu): 62,0 (65,3 × 0,95),

— kontenut ikkalkulat ta' zokkor miżjud (in-Nota Addizzjonali 5 ta’ dan il-kapitolu): 49 % skont il-piż (62,0–13),

— kontenut ikkalkulat ta' meraq tal-frott: 51 % skont il-piż (100–49).

Konklużjoni: skont it-tifsira tan-nota addizzjonali 5(b) ta’ dan il-kapitolu, il-kampjun jitqies li ma tilifx il-karattru oriġinali tiegħu, għaliex il-kontenut ikkalkulat ta' meraq tal-frott mhuwiex inqas minn 50 % skont il-piż.

2009 11 11 sa 2009 11 99

Friżat

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2009 11 .

2009 50 10 u 2009 50 90

Meraq tat-tadam

Ara n-nota 4 ta’ dan il-kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

2009 69 51

Konċentrat

Ara n-nota addizzjonali 6 ta’ dan il-kapitolu.

2009 69 71

Konċentrat

Ara n-nota addizzjonali 6 ta’ dan il-kapitolu.

KAPITOLU 21

PREPARAZZJONIJIET DIVERSI TAJBIN GĦALL-IKEL

Ġenerali

Il-klassifikazzjoni ta' “supplimenti tal-ikel” (kif imsemmija fil-punt (16) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2106), b'mod partikolari preparazzjonijiet oħra tal-ikel ippreżentati f'dożi mkejlin, bħalma huma l-kapsuli, il-pastilji u l-pilloli, u li huma intiżi biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel, għandhom jitqiesu wkoll skont il-kriterji stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi Magħquda minn C-410/08 sa C-412/08 (“Swiss Caps”).



Nota Addizzjonali 1

Din in-Nota Addizzjonali tkopri b’mod partikolari l-maltodestrini.



2101

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, tè jew matè; ċikwejra inkaljata u sostituti tal-kafè oħrajn inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom

2101 11 00

Estratti, essenzi u konċentrati

Din is-subintestatura tkopri l-estratti, l-essenzi u l-konċentrati tal-kafè fil-forma ta’ trab, granijiet, fjokki, blokok u kwalunkwe forma solida oħra.

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti fil-forma ta’ likwidu jew fil-forma ta’ paste (anki ffriżati). Dawn il-prodotti jintużaw b’mod partikolari għall-preparazzjonijiet tal-ikel (eż. għall-produzzjoni ta’ ċikkulatini, kejkijiet, pasti, ġelat).

2101 30 19

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-ħabb tax-xgħir mhux imfelles, meħluf, inkaljat u li jista' jintuża fil-produzzjoni tal-birra bħala koloranti u aromatizzanti, jew bħala sostitut għall-kafè.

2102

Ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organiżmi oħrajn b’ċellula waħda, mejtin (iżda ma jinkludux vaċċini tal-intestatura 3002 ); trabijiet tal-ħami ppreparati

2102 10 10

Ħmira minn koltura

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2102 , il-parti (A), it-tielet paragrafu, (4).

Din il-ħmira hija kkoltivata fuq mezzi speċjali għal użi speċifiċi, b’mod partikolari għad-distillar u l-produzzjoni tal-inbid. Bis-saħħa tagħha huwa possibbli li jinkisbu prodotti fermentati b’karatteristiċi preċiżi ħafna.

2102 20 11 u 2102 20 19

Ħmira inattiva

Din il-ħmira, deskritta fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2102 , il-parti (A), ir-raba’ u l-ħames paragrafu, hija komunement mibjugħa bħala “ħmira tal-industrija tal-ikel”. Is-soltu jkollha l-forma ta’ trab, laqx jew granijiet.

2102 20 90

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2102 , il-parti (B).

2102 30 00

Trabijiet tal-ħami ppreparati

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2102 , il-parti (C).

2103

Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħalltin; dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata

Din l-intestatura tinkludi wkoll il-prodotti ppreżentati bħala zlazi ħelwin ta’ togħmiet differenti (eż. il-karamella), jekk ma jkunux inklużi taħt intestatura aktar speċifika (eż. iz-zlazi li jkun fihom il-kawkaw tal-intestatura 1806 , jew il-ġulepp taz-zokkor miżjud l-aromatizzanti jew il-koloranti tal-intestatura 2106 ). Dawn jistgħu jintużaw, fost l-oħrajn, bħala zlazi għad-deżerti jew għal fuq id-deżerti (eż. għall-ġelati jew għall-pudini).

2103 90 10

Ċatni tal-mang, likwidu

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, “ċatni tal-mango” tfisser preparazzjoni ta’ mango kkunfettat li miegħu jiżdiedu diversi prodotti bħal ġinġer, għeneb imnixxef, bżar u zokkor.

Iċ-ċatni tal-mango ta’ din is-subintestatura għandu l-forma ta’ zalza kompletament omoġenizzata, li tvarja fil-konsistenza tagħha.

2103 90 30

Morr aromatiku ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ 44,2 sa 49,2 % vol li fih minn 1,5 sa 6 % tal-piż ġenzjan, ħwawar u ingredjenti varji u minn 4 sa 10 % zokkor, f’kontenituri li jesgħu 0,5 litru jew inqas

Il-prodotti msemmijin f’din is-subintestatura huma preparazzjonijiet ta’ likwidi alkoħoliċi kkonċentrati, li jieħdu t-togħma partikolari tagħhom, li hija kemm morra kif ukoll aromatika ħafna, mill-għeruq ġenzjani użati fil-manifattura tagħhom, flimkien ma’ diversi ħwawar u sustanzi aromatiċi.

Dan il-morr aromatiku kkonċentrat jikkostitwixxi addittivi intiżi biex jintużaw kemm bħala aromatizzanti fix-xorb (cocktails, ġuleppi, luminati, eċċ.) kif ukoll bħala taħwir fl-ikel, bl-istess mod bħal fiz-zlazi u l-kondimenti mħalltin fl-ikel imsajjar u l-għaġiniet (sopop, platti ppreparati ta’ laħam, ħut jew ħaxix, zlazi, prodotti tad-delicatessen, compotes tal-frott u insalati tal-frott, torti żgħar tal-frott, deżerti, sorbetti, eċċ.)

Dan il-morr aromatiku huwa ġeneralment mibjugħ bħala “Angostura bitter”.

2103 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti, li inkella jaqgħu taħt il-Kapitolu 22, ippreparati għal finijiet kulinarji u li saru mhux tajbin għall-konsum bħala xarbiet.

Din is-subintestatura tinkludi b’mod partikolari “likuri għat-tisjir” li huma prodotti li fit-taħdit ta’ kuljum jissejħu “inbejjed għat-tisjir”, “Port għat-tisjir”, “Cognac għat-tisjir” u “brandy għat-tisjir”. L-inbejjed għat-tisjir jikkonsistu minn inbid komuni jew minn inbid mingħajr alkoħol, jew minn taħlita tat-tnejn, li magħhom ikun ġie miżjud il-melħ, jew taħlita ta’ taħwir differenti tal-ikel (eż. melħ u bżar), li jagħmlu l-prodott mhux tajjeb għall-konsum bħala xarba. B’mod ġenerali, dawk il-prodotti fihom mill-inqas 5 g/l ta’ melħ.

2104

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati

2104 20 00

Preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati

L-espressjoni “preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati” hija ddefinita fin-Nota 3 ta’ dan il-Kapitolu.

Il-frażi “Dawn il-preparazzjonijiet jista’ jkun fihom kwantità żgħira ta' partijiet viżibbli ta' ingredjenti” fin-Nota 3 tal-Kapitolu 21 ma timplikax li hemm limitu fiss b’perċentwal skont il-piż jew id-daqs għal dawk il-partijiet viżibbli sabiex il-prodott ikun kopert mis-subintestatura 2104 20 00 . Il-kunċett ta' “kwantità żgħira ta' partijiet ta' ingredjenti viżibbli” għandu jiġi interpretat abbażi tal-karatteristiċi oġġettivi tal-prodott: għandu jiġi vvalutat fuq jekk il-partijiet viżibbli ġewx miżjuda fi kwantità tali li jikkostitwixxu volum konsiderevoli tal-prodott. Jekk dan huwa minnu, il-prodott ikollu jiġi kklassifikat banda oħra (eż. fl-intestatura 2005 ) peress li l-prodott ikun tilef il-karattru ta’ preparazzjoni tal-ikel komposta omoġenizzata.

2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le

Għall-finijiet ta’ din l-intestatura “ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel” tfisser preparazzjonijiet tal-ikel, kemm jekk offruti għall-bejgħ bl-imnut kif ukoll jekk le u kemm jekk fihom il-kawkaw jew iċ-ċikkulata kif ukoll jekk le (anki bħala kisja), li l-istat solidu jew ta’ paste tagħhom inkiseb billi ġew iffriżati u li huma intiżi li jittieklu f’dak l-istat.

Il-karattru essenzjali ta’ dawn il-prodotti huwa li jekk jitqiegħdu f’ambjent b’temperatura ta’ madwar 0 °C, jerġgħu lura fi stat likwidu jew semilikwidu.

Madankollu, jekk minkejja l-apparenza tagħhom ta’ silġ tajjeb għall-ikel, il-preparazzjonijiet ma jkollhomx il-karattru essenzjali deskritt hawn fuq, dawn għandhom jaqgħu fl-intestatura 1806 , fl-intestatura 1901 jew fl-intestatura 2106 , kif xieraq.

Il-prodotti ta’ din l-intestatura għandhom ismijiet li jvarjaw ħafna (granita, ġelati, kassata, slices Naplitani, eċċ.) u huma magħmulin f’diversi forom; dawn jista’ jkun fihom kawkaw jew ċikkulata, zokkor, xaħam veġetali jew xaħam tal-ħalib, ħalib (kemm jekk xkumat kif ukoll jekk le), frott, stabilizzanti, aromatizzanti, koloranti, eċċ.

Il-kontenut totali ta’ dawn ix-xaħmijiet, ġeneralment ma jaqbiżx 15 % tal-prodott lest, skont il-piż. Madankollu, ċertu speċjalitajiet, li għall-manifattura tagħhom jintuża proporzjon kbir ta’ krema, jista’ jkun fihom total ta’ madwar 20 % ta’ xaħam, skont il-piż.

Fil-produzzjoni ta’ ċertu silġ tajjeb għall-ikel, l-arja tiġi inkorporata fil-materja prima użata sabiex jiżdied il-volum tal-prodott lest (espansjoni).

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, il-paste tal-kawkaw jew it-trab tal-kawkaw biss jitqiesu li fihom il-kawkaw skont it-tifsira tal-intestatura 2105 00 .

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2105 , speċjalment b’referenza għall-esklużjonijiet.

2106

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

2106 10 20 u 2106 10 80

Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, (6), ħlief dik il-parti li tirreferi għall-proteini idroliżati.

Dawn is-subintestaturi jeskludu l-proteini tal-ħalib ikkonċentrat (is-subintestatura 0404 90 jew l-intestatura 3504 00 ).

Meta jkun determinat il-kontenut ta’ sukrożju għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni f’dawn is-subintestaturi, għandu jitqies il-kontenut ta’ zokkor invertit espress bħala sukrożju.

2106 90 20

Preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti, ħlief dawk bażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użat għall-manifattura tax-xorb

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, (7).

Ara n-Nota Addizzjonali 2 ta’ dan il-kapitolu.

Din is-subintestatura teskludi l-preparazzjonijiet ta’ komposti simili li għandhom qawwa alkoħolika skont il-volum li ma taqbiżx 0,5 % vol (subintestatura 2106 90 92 jew 2106 90 98 ).

2106 90 30

Ġuleppijiet tal-isoglukows

Ara n-Nota Addizzjonali 3 ta’ dan il-kapitolu.

2106 90 92 u 2106 90 98

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, (1) sa (5), (8) sa (11) u (13) sa (16) u t-tielet paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestaturi 2106 10 20 u 2106 10 80 .

KAPITOLU 22

XORB, SPIRTI U ĦALL

Ġenerali

Meta f’dan il-kapitolu ssir distinzjoni bejn il-prodotti f’kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas u dawk li jesgħu aktar minn 2 litri, il-kwantità li trid titqies hija l-volum tal-likwidu miżmum fil-kontenituri u mhux il-kapaċità tal-kontenituri.

Dan il-kapitolu jkopri — sakemm ma jkunux medikamenti — preparazzjonijiet toniċi li, għalkemm jittieħdu fi kwantitajiet żgħar, pereżempju bl-imgħarfa, ikunu tajbin għall-konsum dirett bħala xarbiet. Il-preparazzjonijiet toniċi mhux alkoħoliċi li jeħtieġu li jiġu dilwiti qabel ma jiġu kkonsmati, ma jaqgħux fil-kapitolu 22 (ġeneralment jiddaħħlu fl-intestatura 2106 ).



Nota addizzjonali 2 (b)

Il-qawwa alkoħolika potenzjali skont il-volum trid tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tal-massa taz-zokkor (ikkalkulata f’kilogrammi ta’ zokkor invertit) li tinsab f’100 litru tal-prodott imsemmi, b’fattur ta’ 0,6.



2201

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u effervexxenti naturali jew artifiċjali, mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu u mhux imħawwrin; silġ

2201 10 11 sa 2201 10 90

Ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti

Dawn il-prodotti jkopru l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2201 , il-paragrafi (B) u (C).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux l-ilma minerali naturali f’kontenituri tal-aerosol li tintuża għall-kura tal-ġilda (intestatura 3304 ).

2201 10 11 u 2201 10 19

Ilmijiet minerali naturali

It-terminu “ilmijiet minerali naturali” ifisser ilma li jikkonforma mal-verżjoni rilevanti tad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).

2201 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2201 , il-paragrafi (A) u (D).

Din is-subintestatura tkopri wkoll il-fwar tal-ilma u l-ilma naturali, iffiltrat, sterilizzat, purifikat jew imrattab.

2202

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tal-intestatura 2009

L-espressjoni “xarbiet mhux alkoħoliċi” hija definita fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu.

Ix-xarbiet mhux alkoħoliċi ta’ din l-intestatura huma likwidi adattati direttament għall-konsum mill-bniedem permezz tal-inġestjoni u maħsuba għal dan l-użu, irrispettivament mill-kwantità assorbita jew mill-iskopijiet partikolari li jistgħu jintużaw it-tipi differenti ta’ likwidi kkonsmati, sakemm ma jiġux inklużi f’intestatura oħra aktar speċifika. Il-fatturi purament soġġettivi u varjabbli, bħall-mod li bih jittieħdu dawn ix-xarbiet jew l-iskop għalfejn jiġu kkonsmati, eż. biex jinqatal-għatx jew biex titjieb is-saħħa, mhumiex rilevanti għall-klassifikazzjoni tagħhom (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża 114/80).

Din l-intestatura tinkludi, fost l-oħrajn, il-prodotti likwidi lesti biex jinxtorbu għan-nutrizzjoni tat-trabi.

2202 10 00

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin

Il-luminati msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2202 , il-paragrafu (A), huma koperti minn din is-subintestatura.

Il-preżenza ta’ antiossidanti, vitamini, stabilizzanti jew kinina ma taffettwax il-klassifikazzjoni tal-luminati.

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti likwidi, magħmula minn ilma, zokkor u aromatizzanti, magħluqa f’borża tal-plastik u maħsuba għall-produzzjoni domestika ta’ lollies tas-silġ billi jiġu ffriżati fil-freezer.

Ara wkoll in-nota addizzjonali 1 ta’ dan il-kapitolu.

2202 99 19

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-preparazzjonijiet toniċi kif deskritti fit-tieni paragrafu tat-taqsima msejħa “Ġenerali” fin-nota ta' spjegazzjoni ta’ dan il-kapitolu. Dawn ix-xarbiet mhux alkoħoliċi, li ħafna drabi nirreferu għalihom bħala supplimenti tal-ikel, jistgħu jkunu bbażati fuq estratti minn pjanti (li jinkludu l-ħxejjex aromatiċi) u jistgħu jkunu miżjuda l-vitamini jew/u l-minerali. B’mod ġenerali, dawn il-preparazzjonijiet għandhom jgħinu biex imantnu s-saħħa u l-benessri ġenerali, għalhekk huma differenti mill-ilmijiet aromatizzati jew dolċifikati u minn luminati oħra tas-subintestatura 2202 10 00 , imsemmija fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2202 , il-paragrafu (A).

2202 99 91 sa 2202 99 99

Oħrajn, fihom piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-prodott likwidu magħruf kummerċjalment bħala “filled milk”, sakemm din tkun xarba lesta għall-konsum. Il-“filled milk” huwa prodott b’bażi ta’ ħalib xkumat jew ta’ ħalib xkumat magħmul trab li miegħu jiżdiedu xaħmijiet jew żjut veġetali raffinati fi kwantità kważi identika għall-kwantità ta’ xaħam naturali estratt mill-ħalib sħiħ inizjali. Din ix-xarba hija kklassifikata fis-subdiviżjonijiet ta’ dawn is-subintestaturi skont il-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib.

Ara n-noti ta' spjegazzjoni tas-subintestatura 2202 99 19 .

2204

Inbid ta’ għeneb frisk, inklużi inbejjed imsaħħin; għeneb magħsur qabel jeħmer ħlief dak tal-intestatura 2009

Ara n-nota addizzjonali 2(a) ta’ dan il-kapitolu rigward il-“qawwa alkoħolika proprja skont il-volum”.

2204 10 11 sa 2204 10 98

Inbid effervexxenti

Ara n-nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu.

2204 10 11

Xampanja

Ix-xampanja hija nbid frizzanti prodott fil-provinċja Franċiża ta’ Champagne mill-għeneb maħsud esklussivament f’dik il-provinċja.

2204 10 15

Prosecco

Il-prosecco huwa nbid frizzanti b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta, miksub mill-għeneb tal-varjetà tad-dielja “Glera” maħsud fir-reġjuni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini “Prosecco”, “Conegliano-Valdobbiadene — Prosecco”, “Colli Asolani — Prosecco” u “Asolo — Prosecco”.

2204 21 06 sa 2204 21 09

Inbid ħlief dak imsemmi fis-subintestatura 2204 10 , fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ miżmumin f’posthom b’rabtiet u bi qfil; inbid, ippreżentat mod ieħor, bi pressjoni żejda minħabba dijossidu karboniku f’soluzzjoni ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar, imkejla f’temperatura ta’ 20°C

Din is-subintestatura tkopri:

1.  l-inbid, ippreżentat fi fliexken bit-tappijiet f’għamla ta’ faqqiegħ, li ma jikkonformax mad-definizzjoni ta’ “inbid frizzanti” fin-Nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu;

2.  l-inbid, ippreżentat b’mod ieħor għajr fi fliexken bit-tappijiet f’għamla ta’ faqqiegħ, bi pressjoni żejda ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar f’20 °C.

It-tappijiet tas-sufra li jikkonformaw mal-istampa ta’ hawn taħt, u tappijiet simili magħmulin minn materjali tal-plastik, jitqiesu li huma tappijiet f’għamla ta’ faqqiegħ.

 

image

2204 21 11 sa 2204 21 98

Oħrajn

Ara n-noti addizzjonali 4 u 5 ta’ dan il-kapitolu.

Il-kostitwenti mhux volatili tal-estratt niexef totali skont it-tifsira tan-nota addizzjonali 4(A) jinkludu zokkor, gliċerol, tannini, aċidu tartariku, koloranti u mlieħ.

2204 21 11 sa 2204 21 78

Inbejjed b’denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP)

Ara n-nota addizzjonali 6 ta’ dan il-kapitolu, il-paragrafu (a).

2204 21 23

Tokaj

Ara n-nota addizzjonali 4(B) ta’ dan il-kapitolu, il-paragrafu (b).

2204 21 79 u 2204 21 80

Nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

Ara n-nota addizzjonali 6 ta’ dan il-kapitolu, il-paragrafu (a).

2204 22 10

Inbid ħlief dak imsemmi fis-subintestatura 2204 10 , fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ miżmumin f’posthom b’rabtiet u bi qfil; inbid, ippreżentat mod ieħor, bi pressjoni żejda minħabba dijossidu karboniku f’soluzzjoni ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar, imkejla f’temperatura ta’ 20 °C

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2204 21 06 sa 2204 21 09 tapplika, mutatis mutandis.

2204 22 22 sa 2204 22 98

Oħrajn

Ara n-noti addizzjonali 4 u 5 ta’ dan il-kapitolu.

Il-kostitwenti mhux volatili tal-estratt niexef totali skont it-tifsira tan-nota addizzjonali 4(A) jinkludu zokkor, gliċerol, tannini, aċidu tartariku, koloranti u mlieħ.

2204 22 22 sa 2204 22 78

Inbejjed b’denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP)

Ara n-nota addizzjonali 6 ta’ dan il-kapitolu, il-paragrafu (a).

2204 22 33

Tokaj

Ara n-nota addizzjonali 4(B) ta’ dan il-kapitolu, il-paragrafu (b).

2204 22 79 u 2204 22 80

Nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

Ara n-nota addizzjonali 6 ta’ dan il-kapitolu, il-paragrafu (a).

2204 29 10

Inbid ħlief dak imsemmi fis-subintestatura 2204 10 , fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ miżmumin f’posthom b’rabtiet u bi qfil; inbid, ippreżentat mod ieħor, bi pressjoni żejda minħabba dijossidu karboniku f’soluzzjoni ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar, imkejla f’temperatura ta’ 20 °C

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2204 21 06 sa 2204 21 09 tapplika, mutatis mutandis.

2204 29 22 sa 2204 29 98

Oħrajn

Ara n-noti addizzjonali 4 u 5 ta’ dan il-kapitolu.

Il-kostitwenti mhux volatili tal-estratt niexef totali skont it-tifsira tan-nota addizzjonali 4(A) jinkludu zokkor, gliċerol, tannini, aċidu tartariku, koloranti u mlieħ.

2204 29 22 sa 2204 29 78

Inbejjed b’denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP)

Ara n-nota addizzjonali 6 ta’ dan il-kapitolu, il-paragrafu (a).

2204 29 79 u 2204 29 80

Nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

Ara n-nota addizzjonali 6 ta’ dan il-kapitolu, il-paragrafu (a).

2204 30 10

Fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa mod ieħor li mhuwiex biż-żieda ta’ alkoħol

Ara n-nota addizzjonali 3 b’konnessjoni man-noti addizzjonali 2(a), 2(b) u 2(c) ta’ dan il-kapitolu.

2204 30 92

Konċentrati

Ara n-nota addizzjonali 7 ta’ dan il-kapitolu.

2204 30 96

Konċentrati

Ara n-nota addizzjonali 7 ta’ dan il-kapitolu.

2205

Vermut u inbid ieħor ta’ għeneb frisk imħawwrin bi pjanti u sustanzi aromatiċi

L-inbejjed koperti minn din l-intestatura u deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2205 jinkludu:

1.  ix-xarbiet magħrufa bħala “Marsala all'uovo”, “Marsala alla mandorla” u “Crema di Marsala all'uovo”, li huma bbażati fuq l-inbid ta’ Marsala, u aromatizzati bl-isfar tal-bajd, bil-lewż u b’sustanzi aromatiċi oħra;

2.  ix-xarbiet ibbażati fuq l-inbid magħrufa bħala “Sangria”, aromatizzati pereżempju bil-lumi jew bil-larinġ.

Ara n-Nota Addizjonali 8 ta’ dan il-kapitolu. Il-prodotti li għandhom qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ inqas minn 7 % vol jaqgħu fl-intestatura 2206 00 .

2206 00

Xorb ieħor iffermentat (pereżempju, sidru, perry, mead, saké); taħlit ta’ xorb iffermentat u taħlit ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

►M7  Prodotti miksuba permezz tal-fermentazzjoni jibqgħu kklassifikati taħt l-intestatura 2206 sakemm dawn iżommu l-karattru ta’ prodotti kklassifikati taħt dik l-intestatura, jiġifieri dak ta’ xorb iffermentat. Il-prodotti li magħhom jkun żdied pereżempju, l-alkoħol distillat, l-ilma u sustanzi oħra (bħal ġulepp, aromi u koloranti differenti, u, f’xi każijiet, bażi ta’ krema) jista’ jkun li jkunu nbidlu l-karatteristiċi tagħhom. Meta dawk l-addizzjonijiet jirriżultaw f’telf fit-togħma, fir-riħa u/jew fid-dehra ta’ xarba prodotta minn xi frotta jew prodott naturali partikolari, jiġifieri xarba ffermentata tal-intestatura 2206, dawk il-prodotti jridu jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 2208 (ara, f’dan is-sens, pereżempju s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-150/08 (1) u fil-Kawżi Maqgħuda C-532/14 u C-533/14 (2)). ◄

2206 00 10

Piquette

Ara n-nota addizzjonali 9 ta’ dan il-kapitolu.

2206 00 31 sa 2206 00 89

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2206 , it-tieni paragrafu, (1) sa (10).

2206 00 31 u 2206 00 39

Effervexxenti

Fir-rigward tat-terminu “frizzanti” ara n-nota addizzjonali 10 ta’ dan il-kapitolu.

Dwar it-tappijiet f’għamla ta’ faqqiegħ fin-nota addizzjonali msemmija hawn fuq, ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2204 21 06 sa 2204 21 09 , l-aħħar paragrafu.

2206 00 51 sa 2206 00 89

Mhux effervexxenti, f’kontenituri jesgħu

Dawn is-subintestaturi jinkludu xarbiet li mhumiex il-prodott tal-fermentazzjoni naturali tal-most tal-għeneb frisk iżda li huma magħmula minn most ikkonċentrat. Dan il-most huwa stabbli u jista’ jkun maħżun biex jintuża kif ikun meħtieġ.

Il-proċess ta’ fermentazzjoni s-soltu jinbeda bil-ħmira. Qabel jew wara l-fermentazzjoni jista’ wkoll jiżdied iz-zokkor mal-most. Fl-aħħar, il-prodott miksub minn dan il-proċess jista’ jiġi dolċifikat, fortifikat jew imħallat.

2207

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ 80 % vol jew aktar; alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kull qawwa

2207 10 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ 80 % vol jew aktar

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2207 , għajr ir-raba’ paragrafu.

Ix-xarbiet li fihom l-alkoħol (eż. ġin, vodka) jaqgħu fis-subintestaturi 2208 20 12 sa 2208 90 78 irrispettivament mill-qawwa alkoħolika tagħhom.

2207 20 00

Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kull qawwa

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2207 , ir-raba’ paragrafu.

2208

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż

L-ispirti, il-likuri u xarbiet oħra li fihom l-alkoħol tal-intestatura 2208 huma likwidi alkoħoliċi ġeneralment intiżi għall-konsum mill-bniedem u huma ppreparati:

— jew direttament bid-distillar (kemm jekk miżjuda b’aromatizzanti kif ukoll jekk le) ta’ likwidi fermentati naturali bħall-inbid jew is-sidru, jew minn frott, karfa, ħabb jew prodotti veġetali oħra ffermentati minn qabel, jew

— bis-sempliċi żieda ta’ diversi sustanzi aromatiċi u ġieli ta’ zokkor, mal-alkoħol prodott permezz tad-distillazzjoni.

Id-diversi xarbiet li fihom l-alkoħol huma deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2208 , it-tielet paragrafu, (1) sa (18).

Ta’ min jinnota li l-ispirti mhux żnaturati jibqgħu klassifikati f’din l-intestatura anke jekk dawn għandhom qawwa alkoħolika ta’ 80 % jew aktar, kemm jekk il-prodott huwa lest għall-konsum bħala xarba kif ukoll jekk le.

Din l-intestatura ma tkoprix ix-xarbiet alkoħoliċi miksuba bil-fermentazzjoni (l-intestaturi 2203 00 sa 2206 00 ).

2208 30 11 sa 2208 30 88

Wiski

Il-whisky huwa spirtu distillat minn maxx ta’ ċereali u kkumerċjalizzat b’qawwa alkoħolika ta’ 40 % vol jew aktar skont il-volum, jew fi fliexken jew f’kontenituri oħra.

Scotch whisky huwa whisky distillat u mmaturat fl-Iskozja.

Il-whisky miżjud bl-ilma bil-gass (whisky-soda) huwa eskluż minn dawn is-subintestaturi u jaqa’ fis-subintestaturi 2208 90 69 jew 2208 90 78 .

2208 30 30

Wiski tal-maltu waħdu

Is-single malt Scotch whisky huwa spirtu magħmul f’distillerija waħda, bid-distillar fil-lampik ta’ maxx iffermentat ta’ xgħir immaltjat biss.

2208 30 41 u 2208 30 49

Wiski tal-maltu mħallat, f'kontenituri li jesgħu

Il-blended malt Scotch whisky huwa magħmul billi jitħalltu żewġ single malt Scotch whisky jew aktar, li jkunu ġew distillati jew miksuba f’distilleriji differenti.

2208 30 61 u 2208 30 69

Wiski tal-qamħ waħdu u wiski tal-qamħ imħallat, f'kontenituri li jesgħu

Is-single grain Scotch whisky huwa spirtu, għajr is-single malt Scotch whisky jew mill-blended malt Scotch whisky, magħmul f’distillerija waħda bid-distillar ta’ maxx iffermentat ta’ xgħir immaltjat b’ħabb sħiħ ta’ ċereali oħra jew mingħajrhom (l-aktar qamħ jew qamħirrum).

Il-blended grain Scotch whisky huwa magħmul billi jitħalltu żewġ single grain Scotch whiskies, jew aktar, li jkunu ġew distillati jew miksuba f’distilleriji differenti.

2208 30 71 u 2208 30 79

Wiski mħallat ieħor, f'kontenituri li jesgħu

Il-blended Scotch whiskies l-oħra (Blended Scotch Whisky) huma magħmula billi jitħallat single malt Scotch whisky, wieħed jew aktar, ma’ single grain Scotch whisky wieħed jew aktar.

2208 40 11 sa 2208 40 99

Rum u spirti oħra magħmulin bid-distillar ta’ prodotti miz-zokkor tal-kannamieli fermentat

Dawn is-subintestaturi jinkludu pereżempju r-rum u t-tafia, kif deskritti fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2208 , it-tielet paragrafu, (3), sakemm dawn iżommu l-karatteristiċi organolettiċi tagħhom.

2208 50 11 u 2208 50 19

Ġinn, f’kontenituri li jesgħu

Il-ġin huwa xarba li fiha l-alkoħol, li ġeneralment tinkiseb bid-distillazzjonijiet sempliċi jew suċċessivi ta’ spirti ta’ ċereali jew ta’ alkoħol etiliku rettifikati bi frott tal-ġnibru u b’sustanzi aromatiċi oħra (eż. kosbor, għeruq ta’ anġelika, ħlewwa, ġinġer).

Għall-finijiet ta’ dawn is-subintestaturi, ix-xarbiet li fihom l-alkoħol biss li għandhom il-karatteristiċi organolettiċi ta’ ġin huma meqjusa bħala ġin.

Dawn li ġejjin, pereżempju, huma konsegwentement esklużi minn dawn is-subintestaturi:

(a)  Geneva (subintestatura 2208 50 91 jew 2208 50 99 );

(b)  Aquavit (subintestatura 2208 90 56 jew 2208 90 77 );

(ċ)  Kranawitter (subintestatura 2208 90 56 jew 2208 90 77 );

2208 60 11 sa 2208 60 99

Vodka

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2208 , it-tielet paragrafu, (5).

2208 70 10 u 2208 70 90

Likuri u kordjali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2208 , l-ewwel paragrafu, (B), u t-tielet paragrafu.

2208 90 11 u 2208 90 19

Għarak, f’kontenituri li jesgħu

L-arrack huwa spirtu manifatturat, bl-użu ta’ ħmira speċjali, minn melassa tal-kannamiela jew minn melassa tal-meraq ħelu tal-pjanti u tar-ross.

L-arrack ma jridx jitħawwad mar-raki li jinkiseb bid-distillazzjoni mill-ġdid tal-ispirti taż-żbib jew tat-tin imnixxef flimkien mal-ħlewwa, u li jaqa’ fis-subintestatura 2208 90 56 jew 2208 90 77 .

2208 90 33 u 2208 90 38

Spirtu ta’ għanbaqar, lanġas jew ċirasa (esklużi likuri), f’kontenituri li jesgħu

L-ispirti tal-għanbaqar, tal-lanġas jew taċ-ċirasa huma xarbiet li fihom l-alkoħol miksuba esklussivament bil-fermentazzjoni u bid-distillar ta’ most tal-għanbaqar, tal-lanġas jew taċ-ċirasa.

Fir-rigward tat-termini “għanbaqar” u “ċirasa”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 0809 .

2208 90 48

Oħrajn

Għall-finijiet ta’ dawn is-subintestaturi l-ispirti distillati mill-frott huma xarbiet li fihom l-alkoħol miksuba esklussivament bil-fermentazzjoni alkoħolika u bid-distillazzjoni tal-frott (għajr l-għanbaqar, il-lanġas jew iċ-ċirasa), eż. minn berquq, mirtill iswed, lampun, tut tal-għollieq, ribes iswed, ribes abjad, ribes aħmar, frawli, tuffieħ, inklużi l-ispirti miksuba mis-sidru. Il-calvados jaqa’ fis-subintestatura 2208 90 45 .

2208 90 56

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi spirti tal-ħlewwa, raki, spirti tal-agave għajr tequila (eż. mezcal), spirti distillati minn ħxejjex aromatiċi, morr “diġestiv”, aquavit, kranawitter, spirti distillati mill-għeruq (eż. spirti tal-ġenzju), spirti mis-sorgu, Hefebrand jew spirtu min-naqal.

2208 90 69

Xorb ieħor spirituż

Apparti x-xarbiet imsemmija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2208 , it-tielet paragrafu, (14) sa (18), is-subintestatura tinkludi wkoll:

1.  xarbiet li fihom l-alkoħol miżjuda l-ilma bil-gass (eż. whisky-soda);

2.  te bl-alkoħol;

3.  xarbiet li fihom l-alkoħol imħallta flimkien jew xarbiet li fihom l-alkoħol imħallta ma’ meraq tal-frott jew tal-ħaxix (cocktails).

2208 90 71

Distillat minn frott

Ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 2208 90 48 . Din is-subintestatura tinkludi l-calvados.

2208 90 77

Oħrajn

Ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 2208 90 56 .

2208 90 78

Xorb ieħor spirituż

Ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 2208 90 69 .

2208 90 91 u 2208 90 99

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'qawwa alkoħolika skont il-volum ta' anqas minn 80 % vol, f'kontenituri li jesgħu

►M7  Prodotti li jinkisbu mhux esklussivament permezz tal-fermentazzjoni iżda wkoll permezz ta’ proċess ta’ purifikazzjoni, li jwassal biex dawk il-prodotti jitilfu l-proprjetajiet u l-karatteristiċi ta’ xorb iffermentat u li jakkwistaw dawk tal-alkoħol etiliku, huma kklassifikati taħt l-intestatura 2208 (ara, f’dan is-sens, pereżempju s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-196/10 (3) fir-rigward ta’ likwidu deskritt bħala “bażi ta’ birra mix-xgħir” (malt beer base) b’qawwa alkoħolika ta’ 14 % skont il-volum u miksub minn birra ffermentata, ippurifikata mbagħad soġġetta għall-ultrafiltrazzjoni, li permezz tagħha l-konċentrazzjoni ta’ ingredjenti bħal sustanzi morri u proteini tkun tnaqqset).

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura 2206 00 . ◄

2209 00

Ħall u sostituti tal-ħall magħmulin minn aċtu aċetiku

2209 00 11 u 2209 00 19

Ħall tal-inbid, f’kontenituri li jesgħu

Ara n-nota addizzjonali 11 ta’ dan il-kapitolu.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2209 , il-parti (I), it-tieni paragrafu, (1).

2209 00 91 u 2209 00 99

Oħrajn, f’kontenituri li jesgħu

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2209 , il-parti (I), it-tieni paragrafu, (2), (3) u (4), u l-parti (II).

(1)   Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2009, Siebrand, C-150/08, ECLI:EU:C:2009:294.

(2)   Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2016, Toorank Productions, C-532/14 u C-533/14, ECLI:EU:C:2016:337.

(3)   Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Lulju 2011, Paderborner Brauerei, C-196/10, ECLI:EU:C:2011:487.

KAPITOLU 23

FDAL U SKART MILL-INDUSTRIJA TAL-IKEL; GĦALF TAL-ANNIMALI PPREPARAT



Nota Addizzjonali 3

Il-qawwa alkoħolika potenzjali skont il-massa għandha tkun ikkalkulata bil-multiplikazzjoni tal-massa taz-zokkor (ikkalkulata f’kilogrammi ta’ zokkor invertit) li hemm f’100 kg tal-prodott imsemmi b’fattur ta’ 0,47.



2301

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, mhumiex tajbin għal konsum uman; skart tax-xaħam ta’ dam ( greaves )

2301 20 00

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ ħut jew ta’ krustaċij, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn

Id-dqiq, il-grixa u l-pellets tal-ħut ta’ din is-subintestatura huma magħmulin minn ħut jew minn skart tal-ħut li huwa ġeneralment imsajjar u mbagħad ridott għal paste, imnixxef u mitħun u, f’xi każijiet, agglomerat fil-forma ta’ pellets.

Din is-subintestatura teskludi d-dqiq tal-ħut tajjeb għall-konsum mill-bniedem (subintestatura 0305 10 00 ).

2302

Granza, dqiq inferjuri ( sharps ) u fdal oħrajn, fil-forma ta’ gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali jew pjanti leguminużi

Għad-distinzjoni bejn il-prodotti ta’ din l-intestatura u dawk tal-kapitolu 11, ara n-Nota 2(A) tal-kapitolu 11.

Ir-residwi msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2302 , (B), (I), għandhom jinkludu 50 % jew aktar ta’ ċereali jew ta’ pjanti leguminużi.

Biex jiġi determinat il-kontenut tal-lamtu (fuq il-prodott kif irċevut), għandu jiġi applikat il-metodu stipulat fil-parti L tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).

2302 10 10 u 2302 10 90

Ta’ qamħirrun (qamħ)

Sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-Nota 2(A) tal-kapitolu 11, il-ħabb tal-qamħirrum imfarrak li jinġabar matul it-tgħarbil tal-ħabb tal-qamħirrum bil-fosdqa b'kollox u mnaddaf, huwa eskluż minn dawn is-subintestaturi (subintestatura 1104 23 98 ).

2303

Fdal ta’ manifattura ta’ lamtu u fdal simili, polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart, f’forma ta’ gerbub jew le

Biex jiġi determinat il-kontenut tal-lamtu u tal-proteini, għandu jiġi applikat il-metodu stipulat fil-partijiet L u C tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).

2303 10 11 u 2303 10 19

Fdal mill-manifattura ta’ lamtu mill-qamħirrun (ħlief likuri konċentrati mit-tixrib), b’kontenut ta’ proteina, kalkulat fuq il-prodott xott

Il-prodotti kklassifikati f’dawn is-subintestaturi jridu jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-Nota Addizzjonali 1 ta’ dan il-kapitolu.

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  glutina tal-qamħirrum (ġeneralment fil-forma ta’ dqiq), li hija magħmula prinċipalment mill-glutina tal-ħabb tal-qamħirrum miksuba mis-separazzjoni tal-lamtu; il-kontenut ta’ proteini (nitroġenu × 6,25) huwa aktar minn 40 % skont il-piż:

2.  grixa tal-glutina, li hija miksuba prinċipalment permezz tat-taħlit tar-residwu niexef mill-manifattura tal-lamtu minn qamħirrum bi glutina pura; dawn il-prodotti ġeneralment ikun fihom madwar 40 % ta’ proteini skont il-piż (nitroġenu × 6,25);

3.  għalf tal-glutina tal-qamħirrum, li ġeneralment ikun fih mill-inqas 20 % ta’ proteini skont il-piż (nitroġenu × 6,25), u huwa magħmul prinċipalment minn partikuli tal-perikarpa u tad-dqiqa, tal-glutina tal-qamħirrum u ġieli tal-likuri konċentrati ta’ qamħirrum mgħaddas, li kollha huma prodotti sekondarji tal-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum.

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll il-prodotti msemmijin hawn fuq agglomerati fil-forma ta’ pellets.

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-prodotti b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx 28 % tal-prodott niexef, skont il-piż, kif determinat mill-metodu msemmi fil-parti L tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1) u b’kontenut ta’ xaħam li ma jaqbiżx 4,5 % tal-prodott niexef skont il-piż, kif determinat mill-metodu msemmi fil-parti H tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).

Il-prodotti b’kontenut ogħla ta’ lamtu jew ta’ xaħam jiġu normalment ikklassifikati fil-kapitolu 11 jew fis-subintestatura 2302 10 10 , 2302 10 90 , 2309 90 41 jew 2309 90 51 , kif xieraq. L-istess japplika għall-ikel li fih prodotti estratti mill-qamħirrum permezz ta’ metodu ieħor għajr il-produzzjoni tal-lamtu bil-proċess imxarrab (residwi mit-tgħarbil tal-ħabb tal-qamħirrum, ħabb tal-qamħirrum mitħun, residwi mill-estrazzjoni ta’ żejt tas-sufara tal-qamħirrum bil-proċess niexef, eċċ.)

Il-prodotti kklassifikati f’dawn is-subintestaturi ma jridx ikun fihom ukoll residwi mill-estrazzjoni ta’ żejt tas-sufara tal-qamħirrum bil-proċess imxarrab.

Il-likuri konċentrati ta’ qamħirrum mgħaddas jaqgħu fis-subintestatura 2303 10 90 , irrispettivament mill-kontenut tagħhom ta’ proteini.

2303 10 90

Oħrajn

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-għeruq tal-manjoka tfisser prodotti bħal dawn b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx 40 % skont il-piż, ikkalkulat fuq il-materja niexfa.

Jekk il-kontenut tagħhom ta’ lamtu jkun ogħla, dawn il-prodotti fil-forma ta’ dqiq jew grixa, jaqgħu fis-subintestatura 1106 20 10 jew 1106 20 90 . Il-prodotti fil-forma ta’ pellets jaqgħu fis-subintestatura 0714 10 .

Din is-subintestatura tinkludi wkoll:

1.  għalf mill-glutina tas-sorgu, li ġeneralment ikun fih mill-inqas 18 % ta’ proteini, skont il-piż, u huwa magħmul prinċipalment minn partikuli tal-perikarpa u tad-dqiqa tal-ħabb tas-sorgu, tal-glutina tas-sorgu u ġieli tal-likuri konċentrati ta’ sorgu mgħaddas, li kollha huma prodotti sekondarji tal-manifattura tal-lamtu mis-sorgu.

Din is-subintestatura tkopri biss il-prodotti b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx 40 % skont il-piż, ikkalkulat fuq il-materja niexfa.

Il-prodotti b’kontenut ogħla ta’ lamtu huma ġeneralment ikklassifikati fil-kapitolu 11 jew fl-intestatura 2302 jew 2309 , kif xieraq;

2.  residwi mill-manifattura tal-lamtu magħrufa bħala “polpa tal-patata mnixxfa”. Il-kontenut tal-lamtu ta’ dawn ir-residwi jkun ġeneralment 50 % jew aktar skont il-piż.

Biex jiġi determinat il-kontenut ta’ ndewwa, għandu jiġi applikat il-metodu stipulat fil-parti A tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).

Il-likuri konċentrati ta’ qamħirrum mgħaddas huma kklassifikati f’din is-subintestatura irrispettivament mill-kontenut tagħhom ta’ proteini.

2303 20 10 u 2303 20 90

Polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor

Ix-xorrox li minnu jkun tneħħa parzjalment il-lattożju ma jitqiesx bħala skart mill-manifattura taz-zokkor u ma jaqax f’dawn is-subintestaturi (intestatura 0404 ).

Dawn is-subintestaturi jinkludu s-selq mingħajr zokkor jew il-pitravi parzjalment mingħajr zokkor.

2303 30 00

Fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2303 , l-ewwel paragrafu, (E)(1) sa (5).

2304 00 00

Għalf tal-bhejjem ( oilcake ) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt tas-sojja

Din is-subintestatura ma tinkludix il-fjokki tal-fażola tas-sojja, kemm jekk mitħunin kif ukoll jekk le, li minnhom ma ġiex estratt iż-żejt tal-fażola tas-sojja (intestatura 2308 ).

2306

Għalf tal-bhejjem ( oilcake ) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll le, li jirriżulta mill-estrazzjoni ta’ xaħam u żejt veġetali, ħlief dawk tal-intestatura 2304 jew 2305

2306 41 00

Ta’ żrieragħ tal-lift jew tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx

Ara n-Nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2306 41 .

2306 90 05

Ta’ nebbieta tal-qamħirrun (qamħ)

Din is-subintestatura tkopri r-residwi mill-estrazzjoni taż-żejt tas-sufara tal-qamħirrum miksub mill-ipproċessar imxarrab jew niexef u li huwa konformi mal-kriterji tan-Nota Addizzjonali 2 ta’ dan il-kapitolu.

Il-prodotti li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji huma ġeneralment ikklassifikati fil-kapitolu 11 jew fl-intestatura 2309 , kif xieraq.

2306 90 11 u 2306 90 19

Għalf tal-bhejjem ( oilcake ) u fdalijiet oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġ

L-espressjoni “residwi oħra li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa” tfisser il-prodotti biss b’kontenut ta’ materja xaħmija li ma jaqbiżx 8 % skont il-piż. Dawn il-prodotti (għajr il-fond) b’kontenut ogħla ta’ materja xaħmija għandhom ikunu kklassifikati fl-istess subintestatura bħall-materjal bażi (subintestatura 0709 92 10 jew 0709 92 90 ).

Biex jiġi determinat il-kontenut ta’ xaħam, għandu jiġi applikat il-metodu stipulat fl-Anness XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).

2307 00

Fond tal-inbid; argol

2307 00 11

B’qawwa alkoħolika totali skont il-massa li ma tkunx aktar minn 7,9 % mas u kontenut ta’ materjal xott mhux inqas minn 25 % skont il-piż

Ara n-nota addizzjonali 3 ta’ dan il-kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

2307 00 90

Argol

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2307 , it-tieni paragrafu.

2308 00

Materjali veġetali u skart veġetali, fdalijiet veġetali u prodotti li jirriżultaw minnhom, kemm f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, ta’ kwalita’ użata għal għalf ta’ annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

2308 00 11

B’qawwa alkoħolika totali skont il-massa li ma tkunx aktar minn 4,3 % mas u kontenut ta’ materjal xott mhux inqas minn 40 % skont il-piż

ra n-nota addizzjonali 3 ta’ dan il-kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

2308 00 40

Ġandar u qastan selvaġġ; lbieba jew karfa tal-frott, ħlief ta’ għeneb

Il-karfa tal-frott, għajr tal-għeneb, tinkludi “ċelluli tal-larinġ”, jiġifieri, l-prodotti li jikkonsistu minn partijiet tal-larinġ li fil-bidu, waqt l-ippressar tal-larinġ jitħalltu mal-meraq u wara jiġu sseparati mill-meraq bl-għasir u li kważi ma jkun fihom l-ebda parti tal-polpa tal-frott iżda li jikkonsistu prinċipalment minn membrana taċ-ċelluli u albedo. Dawn il-prodotti huma intiżi biex jiżdiedu mal-konċentrati dilwiti tal-meraq tal-larinġ u mal-luminati.

2308 00 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti speċifikati fil-punti (2), (3), (4), (6), (7), (8) u (9) tat-tieni paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2308 .

Is-subintestatura tinkludi wkoll il-fosdoq tas-sojja, kemm jekk mitħunin kif ukoll jekk le, li minnhom ma ġiex estratt iż-żejt tal-fażola tas-sojja.

2309

Preparazzjonijiet ta’ tip użati għal għalf ta’ annimali

Ara n-nota 1 ta’ dan il-kapitolu.

Fir-rigward tal-prodotti tal-ħalib, ara n-nota addizzjonali 4 ta’ dan il-kapitolu.

Il-kontenut tal-prodotti tal-ħalib, il-kontenut tal-lamtu u l-kontenut tal-glukożju, tal-ġulepp tal-glukożju, tal-maltodestrina u tal-ġulepp tal-maltodestrina, iridu jiġu kkalkulati fuq il-prodott kif irċevut, irrispettivament mis-sors tagħhom.

Fir-rigward tal-lamtu, japplika dan li ġej:

— F’każ li ma tkunx tista’ tiġi stabbilita l-preżenza tal-lamtu, jista’ jintuża metodu mikroskopiku kwalitattiv jew test ta’ kolorazzjoni kwalitattiv b’soluzzjoni ta’ jodju biex tiġi vverifikat l-preżenza tal-lamtu.

— Biex jiġi determinat il-kontenut tal-lamtu, għandu jiġi applikat il-metodu polarimetriku (magħruf ukoll bħala l-metodu Ewers modifikat) stabbilit fil-parti L tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).

— Meta l-metodu polarimetriku ma jkunx japplika, eż. minħabba l-preżenza f’ammonti sinifikanti ta’ materjali bħal dawk elenkati hawn taħt, għandu jiġi applikat il-metodu analitiku enżimatiku biex jiġi determinat il-kontenut tal-lamtu stabbilit fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 (ĠU L 37, 12.2.2008, p. 3).

— Il-materjali speċifiċi li ġejjin huma magħrufa li jikkawżaw interferenzi bl-applikazzjoni tal-metodu polarimetriku:

— 

(a)  prodotti tas-selq (taz-zokkor) bħal polpa tas-selq (taz-zokkor), melassa tas-selq (taz-zokkor), polpa melassata tas-selq (taz-zokkor), vinassa tas-selq (taz-zokkor), zokkor (tas-selq);

(b)  polpa taċ-ċitru;

(ċ)  żerriegħa tal-kittien; espellent taż-żerriegħa tal-kittien; żerriegħa tal-kittien estratta;

(d)  żerriegħa tal-lift; espellent taż-żerriegħa tal-lift; żerriegħa tal-lift estratta; fosdoq taż-żerriegħa tal-lift;

(e)  żerriegħa tal-ġirasol; żerriegħa tal-ġirasol estratta; żerriegħa tal-ġirasol estratta parzjalment imqaxxra;

(f)  espellent tal-kopra; kopra estratta;

(g)  polpa tal-patata;

(h)  ħmira deidrata;

(i)  prodotti rikki fl-inulina (eż. laqx u grixa tal-artiċokks);

(j)  qrieqeċ;

(k)  prodotti tas-sojja.

— Il-prodotti b’kontenut ta’ inqas minn 0,5 % tal-lamtu skont il-piż ma għandhomx jitqiesu bħala prodotti li fihom il-lamtu.

 

Fir-rigward tal-glukożju, il-Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja (HPLC) tista’ tintuża biex jiġi determinat il-glukożju (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2008 (ĠU L 249, 18.9.2008, p. 9)).

2309 10 11 sa 2309 10 90

Ikel għal klieb jew għal qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut

Dawn is-subintestaturi jinkludu oġġetti li jomogħduhom il-klieb, ippreżentati f’għamliet differenti (eż. għoqiedi, stikek, eċċ.) u jikkonsistu f’ġild b'sustanzi oħra miżjuda (bħal lamtu, zokkor jew laħam niexef). Madankollu, huma esklużi l-prodotti magħmula 100 % mill-ġild u li ma għaddew minn ebda preparazzjoni addizzjonali għall-għalf tal-annimali (intestatura 4205 ).

2309 90 10

Materjali li jinħallu ta’ ħut jew ta’ mammiferi tal-baħar

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2309 , il-parti (II), (B), l-aħħar paragrafu, (1).

2309 90 20

Prodotti msemmijin fin-nota addizzjonali 5 ta' dan il-kapitolu

L-użu tal-likuri konċentrati ta’ qamħirrum mgħaddas bħala mezz ta’ tkabbir (brodu ta’ nutrijenti) jista’ jwassal għall-preżenza fil-prodotti ta’ residwi tal-aġenti għall-fermentazzjoni mejtin f’konċentrazzjoni li ġeneralment ma taqbiżx it-2 %. Dawn il-prodotti jistgħu jinqabdu permezz ta’ mikroskopju.

Apparti l-prodotti li fihom residwi tal-likuri mgħaddsa użati f’ċerti proċessi ta’ fermentazzjoni fihom ukoll is-sustanzi li ġejjin fi kwantitajiet żgħar ħafna: amiloglukosidażi, alfaamilażi, gomma xanthan, aċidu lattiku, aċidu ċitriku, liżina, treonina, triptofan.

Il-likuri konċentrati ta’ qamħirrum mgħaddas diġà fihom ftit minn dawn is-sustanzi (eż., amminoaċidi) fi kwantitajiet żgħar ħafna u ż-żieda fil-konċentrazzjoni minħabba l-fermentazzjoni hija neġliġibbli.

Il-prodotti b’kontenut ta’ lamtu jew ta’ xaħam li jkun aktar mil-limiti indikati fin-nota addizzjonali 5 huma kklassifikati fis-subintestatura 2309 90 41 jew 2309 90 51 , kif xieraq.

Il-konformità tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum impurtat mill-Istati Uniti tal-Amerka għandha tiġi vverifikata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1375/2007 (ĠU L 307, 24.11.2007, p. 5).

KAPITOLU 24

TABAKK U SOSTITUTI MANIFATTURATI TA’ TABAKK



2401

Tabakk mhux manifatturat; skart ta’ tabakk

Rigward it-tabakk fl-istat naturali jew mhux manifatturat, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2401 , l-ewwel paragrafu, (1).

Għandu jkun innutat li:

(a)  tabakk imnixxef b'arja sħuna (flue cured) tal-Virġinja ifisser tabakk imnixxef taħt kundizzjonijiet atmosferiċi artifiċjali bi proċess ta’ regolazzjoni tas-sħana u tal-ventilazzjoni, b’tali mod li d-duħħan ma jiġix f’kuntatt mal-weraq tat-tabakk; il-kulur tat-tabakk imnixxef is-soltu jkanġi minn isfar lewn il-lumi għal oranġjo skur ħafna jew aħmar. Kuluri oħra u kombinamenti ta’ kuluri oħra spiss jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturità jew fit-tekniki kulturali u ta’ tnixxif.

(b)  tabakk ċar imnixxef bl-arja (light air cured) tat-tip Burley (inklużi l-ibridi ta’ Burley) ifisser tabakk imnixxef taħt kundizzjonijiet atmosferiċi naturali u ma jġorrx ir-riħa ta’ duħħan jekk ikun soġġett għal sħana jew ċirkulazzjoni tal-arja żejda; il-kulur tal-weraq is-soltu jkanġi minn kannella ċar għal kulur ħamrani. Kuluri oħra u kombinamenti ta’ kuluri oħra spiss jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturità jew fit-tekniki kulturali u ta’ tnixxif;

(ċ)  tabakk ċar imnixxef bl-arja (light air cured) tat-tip Maryland ifisser tabakk li kien imnixxef taħt kundizzjonijiet atmosferiċi naturali u ma jġorrx ir-riħa ta’ duħħan jekk ikun soġġett għal sħana jew ċirkulazzjoni tal-arja żejda; il-kulur tal-weraq is-soltu jkanġi minn isfar ċar għal aħmar skur lewn iċ-ċirasa. Kuluri oħra u kombinamenti ta’ kuluri oħra spiss jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturità jew fit-tekniki kulturali u ta’ tnixxif;

(d)  tabakk imnixxef fuq in-nar (fire cured) ifisser tabakk li kien imnixxef taħt kundizzjonijiet atmosferiċi artifiċjali bl-użu ta’ nirien tal-injam fejn it-tabakk ikun assorba parzjalment id-duħħan. Il-weraq tat-tabakk imnixxef fuq in-nar huma normalment eħxen mill-weraq tat-tabakk Burley, tat-tabakk imnixxef b'arja sħuna jew tat-tabakk Maryland mill-pożizzjoni korrispondenti taz-zokk. Il-kuluri s-soltu jkanġu minn isfar fil-kannella għal kannella skur ħafna. Kuluri oħra u kombinamenti ta’ kuluri oħra spiss jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturità jew fit-tekniki kulturali u ta’ tnixxif.

It-tabakk imnixxef bix-xemx (sun cured) kien imnixxef direttament bis-sħana tax-xemx fil-beraħ u bi nhar.

Din l-intestatura ma tinkludix il-pjanti tat-tabakk ħajjin (intestatura 0602 ).

2401 30 00

Skart ta’ tabakk

Apparti l-prodotti elenkati fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2401 , l-ewwel paragrafu, (2), din is-subintestatura tinkludi wkoll:

1.  skart li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-weraq tat-tabakk; dan huwa magħruf fin-negozju bħala "ġewwieni" iżda wkoll b’ismijiet differenti bħal “kirinti”, “broquelins” jew “fdalijiet”, eċċ. Dan ġeneralment ikun fih impuritajiet jew korpi estranji bħal trab, skart tal-ħaxix, fibri tat-tessut. It-trab ġieli jitneħħa minn dan l-iskart bit-tgħarbil;

2.  skart mill-weraq tat-tabakk, magħruf fin-negozju bħala “siftings”, u miksub bit-tgħarbil tal-iskart imsemmi hawn fuq;

3.  skart miksub mill-manifattura ta’ sigarri, deskritt bħala “qatgħat”, u li jikkonsisti f’biċċiet ta’ qatgħat mill-weraq;

4.  trab tat-tabakk (skart ta’ prodott sekondarju miksub billi jitgħarbel l-iskart imsemmi aktar 'il fuq).

Din is-subintestatura ma tinkludix l-iskart tat-tabakk ippreparat għall-bejgħ bħat-tabakk għat-tipjip jew it-tabakk tal-magħda, it-tabakk nażali jew it-trab tat-tabakk, jew li jitqies li kien trattat biex jintuża bħala tabakk għat-tipjip, tabakk tal-magħda, tabakk nażali jew trab tat-tabakk (intestatura 2403 ).

2402

Sigarri, cheroots , cigarillos u sigarretti, ta’ tabakk jew ta’ sostituti ta’ tabakk

2402 10 00

Sigarri, cheroots u cigarillos , li fihom tabakk

Is-sigarri, iċ-cheroots u s-cigarillos huma rombli tat-tabakk li jistgħu jitpejpu u li minħabba l-karatteristiċi tagħhom, huma maħsuba esklużivament għat-tipjip għaliex għandhom:

(a)  qartas fuq barra magħmul minn tabakk naturali li jkopri l-prodott kollu inkluż, fejn xieraq, il-filtru (iżda mingħajr l-ebda saff ieħor li jgħatti parzjalment il-qartas ta' barra), iżda mhux fil-każ tal-ponta tas-sigarri bil-ponta; jew

(b)  mili minn taħlita mitħuna u b'qartas fuq barra bil-kulur normali tas-sigarru, ta' tabakk rikostitwit tas-subintestatura 2403 91 00 , li jkopri l-prodott kollu, inkluż, fejn xieraq, il-filtru iżda mhux fil-każ tal-ponta tas-sigarri bil-ponta, fejn il-piż ta' unità, li ma jinkludix il-filtru jew il-bokkin, mhuwiex inqas minn 2,3 g u mhux aktar minn 10 g, u ċ-ċirkonferenza fuq mill-inqas terz tat-tul, mhijiex inqas minn 34 mm.

Sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq, il-prodotti b'qartas ta' tabakk rikostitwit, li jistgħu jikkonsistu parzjalment f'sustanzi li mhumiex tabakk, huma kklassifikati f’din is-subintestatura.

2402 20 10 u 2402 20 90

Sigarretti li fihom tabakk

Is-sigarretti huma rombli tat-tabakk li jistgħu jitpejpu kif huma u li ma jaqgħux fil-kategorija ta’ sigarri jew ta’ cigarillos (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 2402 10 00 ).

Sakemm dawn jissodisfaw il-prekundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-prodotti li jikkonsistu parzjalment minn sustanzi għajr it-tabakk, huma kklassifikati f’dawn is-subintestaturi.

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux il-prodotti li jikkonsistu kompletament minn sustanzi għajr it-tabakk (is-subintestatura 2402 90 00 jew, jekk intiżi għall-użu mediċinali, il-kapitolu 30).

2402 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi sigarri, cheroots, cigarillos u sigarretti li jikkonsistu kompletament minn sostituti tat-tabakk, eż. sigarretti magħmula minn weraq ippreparati b’mod speċjali ta’ varjetà ta’ ħass u li la fihom tabakk u lanqas nikotina.

2403

Tabakk ieħor manifatturat u sostituti ta’ tabakk manifatturat; tabakk “omoġenizzat” jew “rikostitwit”; estratti u essenzi ta’ tabakk

2403 11 00

Tabakk tal-pipa tal-ilma speċifikat fin-nota 1 tas-subintestatura ta’ dan il-kapitlu

Ara n-nota 1 tas-subintestatura ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2403 11 .

2403 19 10 u 2403 19 90

Oħrajn

It-tabakk tat-tipjip huwa tabakk li kien maqtugħ jew inkella maqsum, mgħawweġ jew ippressat fi blokok li jistgħu jitpejpu mingħajr ipproċessar industrijali ulterjuri.

L-iskart li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-weraq tat-tabakk jew mill-manifattura tal-prodotti tat-tabakk li jista' jitpejjep jitqies bħala tabakk għat-tipjip jekk ma jissodisfax id-deskrizzjoni ta' sigarri, cigarillos jew sigaretti (ara n-nota ta' spjegazzjoni tas-subintestaturi 2402 10 00 u 2402 20 10 u 2402 20 90 ).

It-taħlitiet tat-tabakk tat-tipjip ma' sustanzi oħra għajr it-tabakk, huma kklassifikati wkoll f'dawn is-subintestaturi sakemm ikunu jikkorrispondu mad-definizzjoni mogħtija hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-prodotti intiżi għall-użu mediċinali (kapitolu 30).

Dawn is-subintestaturi jinkludu t-tabakk maqtugħ f’biċċiet żgħar (cut cigarette rag) li hija t-taħlita lesta ta' tabakk għall-manifattura ta' sigarretti.

2403 91 00

Tabakk “omoġenizzat” jew “rikostitwit”

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2403 , l-ewwel paragrafu, (6).

2403 99 10

Magħda u tabakk tal-imnieħer

It-tabakk tal-magħda huwa tabakk fil-forma ta’ rombli, stikek, strixxi, kubi u blokok, li huwa ppreparat b’mod speċjali biex jintgħomod, iżda mhux biex jitpejjep u jkun offrut għall-bejgħ bl-imnut.

It-tabakk nażali huwa tabakk fil-forma ta’ trab jew ta’ granijiet li jkun ġie trattat b’mod speċjali biex dan ikun jista’ jintuża bħala tabakk nażali iżda li ma jistax jitpejjep.

Sakemm dawn jissodisfaw il-prekundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-prodotti li jikkonsistu parzjalment minn sustanzi għajr it-tabakk, huma kklassifikati f’din is-subintestatura.

2403 99 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  estratti u essenzi tat-tabakk kif deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2403 , l-ewwel paragrafu, (7);

2.  trab tat-tabakk (ġeneralment miksub permezz ta' proċess, pereżempju t-tħin, li jirriżulta fid-distribuzzjoni speċifika tad-daqs tal-partikuli). Ma għandu jkun hemm l-ebda impurità u d-daqs tal-partikuli għandu jkun iżgħar minn 0,4 mm;

3.  tabakk Brażiljan magħżul, bir-riħa u ffermentat, ippressat fi ġlud fil-forma ta’ ballun (Mangotes);

4.  tabakk espandut li ma jkunx tqatta' jew inqasam mod ieħor;

5.  prodott għat-tipjip (pereżempju “it-tabakk tal-pipa tal-ilma”) li jikkonsisti kompletament minn sostituti tat-tabakk u minn sustanzi għajr it-tabakk.

ANNESS A

TEST TAT-TIPJIP GĦAT-TABAKK U GĦALL-PRODOTTI TAT-TABAKK

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-kamp ta’ applikazzjoni tat-test tat-tipjip huwa li jiġi stabbilit metodu armonizzat biex issir distinzjoni bejn it-tabakk manifatturat (it-tabakk lest għat-tipjip mingħajr ipproċessar ulterjuri) tal-intestatura 2403 u t-tabakk mhux manifatturat tal-intestatura 2401 . Sabiex issir distinzjoni bejn it-tabakk manifatturat tal-intestatura 2403 u t-tabakk mhux manifatturat tal-intestatura 2401 , għandu jsir test tat-tipjip. It-test tat-tgħarbil għandu jsir biss f’każ li ma jkunx possibbli li l-kampjun jitpejjep mingħajr ipproċessar (industrijali) ulterjuri.

Introduzzjoni

Għall-finijiet tas-subintestatura 2403 19 , l-espressjoni “tajjeb għat-tipjip” tfisser li l-prodott jista’ jiġi rrumblat jew jiddaħħal fil-forom tas-sigaretti u jinħaraq f’diversi nifsijiet, jew jista’ jiddaħħal f’pipa u jinħaraq f’diversi nifsijiet.

Prinċipju tat-test

Hemm diversi modi biex jiġi vvalutat jekk jistax jitpejjep kampjun ta’ tabakk: billi jitrembel f’karta tas-sigaretti biex isir sigarett tal-brim (RYO) u billi jiddaħħal f’tubu tas-sigaretti (CTF), jew billi jiddaħħal it-tabakk f’pipa. Il-pipa u s-sigaretti ppreparati mbagħad jinxtegħlu u jitpejpu. Wara, issir evalwazzjoni tat-tqabbid u tat-tipjip.

Kamp tal-applikazzjoni

It-test huwa applikabbli għal kull tip ta’ tabakk jew ta’ prodott tat-tabakk, inkluż il-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħalma hu l-mili tas-sigarri. It-test jista’ jkun perikoluż jekk il-kampjun ikun ikkontaminat (affettwat) mill-moffa.

Tagħmir

Kaxxa ta’ kontroll tat-temperatura u tal-umdità għall-kondizzjonament tal-kampjun (temperatura ta’ 22 ± 1 °C u umdità ta’ 60 ± 3 %)

Magna għall-mili tat-tubi tas-sigaretti

Karti tas-sigaretti (tul ta’ 70 mm, wisa’ ta’ 37 mm)

Tubi tas-sigaretti (dijametru ta’ 7,3 mm, tul ta’ 85 mm inkluż il-filtru)

Lighter

Xkupilja għat-tindif tal-magna għall-mili tat-tubi tas-sigaretti

Pipa

Tagħmir għall-ippakkjar tat-tabakk fil-pipa

Għodod għat-tindif tal-pipa

Magna tat-tipjip (konformi mal-istandard ISO 3308)

Tħejjija tal-kampjun

Il-kampjun għandu jiġi mħallat sew u, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi sottokampjunat billi jingħata l-forma ta’ konu, li jiġi ċċattjat u maqsum f’erba’ biċċiet. Meta l-kampjun ikun niexef (jiġifieri meta l-kontenut ta’ ilma jkun inqas minn 8 % skont il-massa), għandu jiġi kkundizzjonat (temperatura ta’ 22 ± 1 °C u umdità ta’ 60 ± 3 %) għal mill-inqas 48 siegħa.

Il-kampjun ma għandu bl-ebda mod jinqata’, jinkiser, jitgħaffeġ, jintaħan jew jinqasam.

Proċedura tat-test

Naddaf il-magna għall-mili tat-tubi tas-sigaretti u l-pipa.

Pipa:

 Il-pipa għandha timtela sax-xifer b’ammont xieraq tal-kampjun (mill-inqas 5,0 g).

 It-tabakk li jinsab fil-pipa għandu jinxtegħel bl-użu ta’ lighter, u għandu jiġi ppressat b’mod delikat bit-tagħmir għall-ippakkjar tat-tabakk fil-pipa. In-nifsijiet mill-pipa għandhom jittieħdu f’intervalli regolari ta’ madwar minuta.

Sigaretti:

 Karta tas-sigaretti: qiegħed ammont xieraq mill-kampjun fuq il-karta tas-sigaretti u rembel il-karta bil-kampjun f’forma ċilindrika.

 Magna għall-mili tat-tubi tas-sigaretti: qiegħed ammont xieraq mill-kampjun (mill-inqas 0,5 g) fil-magna għall-mili tat-tubi tas-sigaretti, u fforma s-sigarett skont l-istruzzjonijiet mogħtija għall-magna partikolari.

 Is-sigaretti ppreparati għandhom jinxtegħlu bl-użu ta’ lighter u jitħallew jaqbdu weħedhom mingħajr ma jittieħdu nifsijiet minnhom (biex tinħaraq il-karta żejda). Għandhom jittieħdu nifsijiet b’tul ta’ madwar 2 sekondi mis-sigarett f’intervalli regolari ta’ madwar 30 u 60 sekonda, skont il-kwalità tat-tabakk.

Evalwazzjoni tat-test (eżempji tipiċi)

Jekk wieħed mit-testijiet ikollu eżitu pożittiv, it-tabakk jitqies bħala tajjeb għat-tipjip (subintestatura 2403 19 ).



Evalwazzjoni tat-test tat-tipjip bil-pipa

Evalwazzjoni tat-test tat-tipjip tas-sigaretti tal-brim (RYO)

Evalwazzjoni tat-test tat-tipjip ta’ sigaretti magħmula minn tabakk imdaħħal f’tubu tas-sigaretti (CTF)

Evalwazzjoni finali

Kumment

Il-kampjun ma jistax jitqiegħed fil-pipa (weraq sħaħ tat-tabakk, partijiet kbar ta’ weraq tat-tabakk, zkuk, eċċ.)

Is-sigarett ma jistax jitrembel (weraq sħaħ tat-tabakk, partijiet kbar ta’ weraq tat-tabakk, zkuk, eċċ.)

Is-sigarett ma jistax jiġi ppreparat (weraq sħaħ tat-tabakk, partijiet kbar ta’ weraq tat-tabakk, zkuk, eċċ.)

Il-kampjun ma jistax jitpejjep mingħajr proċessar (industrijali) ulterjuri

Tipiċi għas-subintestaturi 2401 10 , 2401 20 , 2401 30

Il-kampjun ma jistax jitpejjep bil-pipa (il-mili ma għandu l-ebda permeabilità, jew permeabilità baxxa ħafna u l-pipa tintefa kważi immedjatament wara t-tqabbid)

Il-kampjun ma jistax jitrembel f’sigarett, il-kampjun ma fihx fibri tat-tabakk li jżommu l-forma (biex it-tabakk jinżamm flimkien), il-mili qed joħroġ mill-karta tas-sigaretti

Il-kampjun iddaħħal fit-tubu tas-sigaretti u s-sigarett ippreparat, tpejjep

Il-kampjun huwa tajjeb (kapaċi) għat-tipjip

Tipiċi għall-iskart tat-tabakk (partikuli żgħar tal-lamina) — subintestatura 2403 19

Il-kampjun jista’ jitpejjep bil-pipa

Il-kampjun trembel fil-karta tas-sigaretti u s-sigarett ippreparat, tpejjep

Il-kampjun iddaħħal fit-tubu tas-sigaretti u s-sigarett ippreparat, tpejjep

Il-kampjun huwa tajjeb (kapaċi) għat-tipjip

Tipiċi għat-tabakk imqatta’ — subintestatura 2403 19

Il-kampjun ma jistax jitpejjep bil-pipa (il-mili jinħaraq malajr ħafna u jiġi rilaxxat ammont kbir ta’ sħana — tista’ ssir ħsara lill-pipa)

Il-kampjun ġie mrembel fil-karta tas-sigaretti u s-sigarett li ġie ppreparat ġie mpejjep

Il-kampjun iddaħħal fit-tubu tas-sigaretti u s-sigarett li ġie ppreparat ġie mpejjep

Il-kampjun huwa tajjeb (kapaċi) għat-tipjip

Tipiċi għat-tabakk imqatta’ fin — subintestatura 2403 19

Il-kampjun ma jistax jitqiegħed fil-pipa (il-partikuli tal-kampjun huma ibsin ħafna)

Is-sigarett ma jistax jitrembel (il-partikuli ibsin iqattgħu l-karta tas-sigaretti)

It-tubu tas-sigaretti ma jistax jimtela (il-partikuli ibsin iqattgħu l-karta tas-sigaretti)

Il-kampjun ma jistax jitpejjep mingħajr proċessar (industrijali) ulterjuri

Tipiċi għaz-zkuk imqattgħin — subintestatura 2401 30

Għal uħud mill-kampjuni (speċjalment l-iskart tat-tabakk) huwa possibbli li jiġu rrumblati sigaretti tal-brim kważi bla forma. Jekk dawn is-sigaretti tal-brim jitfarrku qabel jitqabbdu jew jekk “il-partikuli tat-tabakk” jaqgħu mis-sigaretti tal-brim imqabbda, wara l-ewwel nifs, ir-riżultat għandu jiġi rreġistrat kif ġej: “Is-sigarett ma jistax jitrembel”.

Letteratura

ISO 3402 Tabakk u prodotti tat-tabakk — Atmosfera għall-kondizzjonament u l-ittestjar.

ANNESS B

METODU BIEX JIĠI STABBILIT ID-DAQS TAL-PARTIKULI PERMEZZ TAT-TGĦARBIL TAL-KAMPJUN

Sabiex issir distinzjoni bejn it-tabakk manifatturat tal-intestatura 2403 u t-tabakk mhux manifatturat tal-intestatura 2401 , għandu jsir test tat-tipjip. It-test tat-tgħarbil għandu jsir biss f’każ li ma jkunx possibbli li l-kampjun jitpejjep mingħajr ipproċessar (industrijali) ulterjuri.

Prinċipju tal-metodu

Il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni ta’ frazzjonijiet tal-massa tal-kampjun li jinqabdu f’għarbiel b’malji ta’ daqs differenti biex issir distinzjoni bejn il-prodotti kklassifikati fis-subintestatura 2401 20 u l-prodotti kklassifikati fis-subintestatura 2401 30 .

Jekk 50 % jew aktar tal-partikuli fil-kampjun skont il-massa huma ta’ daqs ikbar minn 3,15 mm (c.f. il-metodu CORESTA nru 16), il-kampjun huwa tabakk biz-zokk maqtugħ kompletament jew parzjalment (subintestatura 2401 20 ).

Jekk aktar minn 50 % tal-massa tal-partikuli hija iżgħar minn 3,15 mm (f’waħda mit-tliet dimensjonijiet), il-kampjun huwa skart tat-tabakk (subintestatura 2401 30 ).

Applikabbiltà

Ir-riżultati jistgħu jiġu affettwati minn proprjetajiet fiżikokimiċi tal-kampjun u minn diversi fatturi oħra:

 Il-piż u d-daqs speċifiċi tal-kampjun — jaffettwaw il-ħin tat-tgħarbil u huma importanti għall-valutazzjoni tal-porzjon tal-kampjun użata għat-test.

 Il-fraġilità tal-kampjun — taffettwa t-tifrik tal-kampjun waqt il-preparazzjoni u t-tgħarbil.

 Il-proprjetajiet elettrostatiċi u manjetiċi — is-suxxettibilità tal-kampjun li jiddiżintegra jew li jinġema’ f’balal.

 L-igroskopiċità tal-kampjun — taffettwa l-piż tal-kampjun u d-daqs tal-partikuli.

Tagħmir

Kaxxa ta’ kontroll tat-temperatura u tal-umdità għall-kondizzjonament tal-kampjun (temperatura (22 ± 1 °C) u umdità (60 ± 3 %))

Imwieżen analitiċi — akkuratezza min. ta’ 0.01 g

Sett ta’ għeriebel ċirkolari bi speċifikazzjonijiet skont ISO 3310-1 (drapp tal-wajer tal-metall — toqob kwadri), dijametru tal-għarbiel ta’ 200 mm, għoli tal-għarbiel ta’ 50 mm u dijametri tat-toqob kif ġej 0,4 mm; 3,15 mm u 6,3 mm

Banju ultrasoniku għat-tindif tal-għeriebel

Għarbiel ta’ separazzjoni bil-vibrazzjoni li huwa kapaċi jipproduċi vibrazzjoni ta’ 50 Hz u b’amplitudni ta’ 3 mm

Għotjien ta’ isfel u ta’ fuq għas-sett ta’ għeriebel

Xkupilja għat-tneħħija tal-partikuli tal-kampjun mill-għeriebel

Tħejjija tal-kampjun

Il-kampjun għandu jiġi mħallat sew u, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi sottokampjunat billi jingħata l-forma ta’ konu, li jiġi ċċattjat u maqsum f’erba’ biċċiet u jintuża bħala żewġ porzjonijiet waqt l-ittestjar.

Il-kampjun għandu jintiżen (minn 50 g sa 150 g) u mbagħad għandu jiġi kondizzjonat f’temperatura ta’ 22 ± 1 °C u f’umdità ta’ 60 ± 3 % għal mill-inqas 48 siegħa.

Wara dan il-proċess, ix-xogħol kollu li għandu jsir bil-kampjun għandu jitwettaq f’atmosfera kkontrollata b’temperatura ta’ 22 ± 1 °C u umdità ta’ 60 ± 5 %. It-temperatura u l-umdità ta’ ttestjar għandhom jiġu mkejla u inklużi fir-rapport tat-test. Anki l-pressjoni atmosferika għandha tiġi mkejla u inkluża fir-rapport tat-test meta l-pressjoni atmosferika tkun qabżet il-firxa ta’ bejn 86 kPa u 106 kPa.

Metodu

L-għeriebel għandhom ikunu nodfa u mingħajr ebda ħsara. Kull għarbiel għandu jiġi mwieżen b’mod preċiż (0,01 g). L-għeriebel jiġu armati minn isfel għal fuq kif ġej: għatu ta’ isfel (kontenitur ta’ ritenzjoni għall-ġbir tat-trab), għarbiel bit-toqob bl-iżgħar dijametru, għeriebel oħra mqiegħda skont id-daqs axxendenti tad-dijametru tat-toqob u l-għatu.

Il-kampjun ikkondizzjonat għandu jiġi mwieżen bi preċiżjoni assoluta ta’ 0,01 g u għandu jiġi mifrux b’mod ugwali fuq l-għarbiel ta’ fuq, li mbagħad għandu jingħalaq bl-għatu.

Is-sett ta’ għeriebel għandu jitqiegħed fl-għarbiel ta’ separazzjoni bil-vibrazzjoni u għandu jiġi soġġett għal vibrazzjonijiet ta’ 50 Hz b’amplitudni ta’ 3 mm għal bejn 5 u 15-il minuta (skont il-piż tal-kampjun).

Meta jitlesta t-tgħarbil, is-sett ta’ għeriebel jitneħħa mis-separatur.

Wara għandhom jitneħħew l-għatu tal-għarbiel u l-għarbiel ta’ fuq. Il-partikuli tat-trab li jeħlu mal-ġnub tal-għarbiel ta’ fuq għandhom jitfarfru fl-għarbiel u mbagħad, b’ħames daqqiet bl-idejn, dawn il-partikuli jiġu mbuttati biex jgħaddu fl-għarbiel ta’ taħt (l-għarbiel bit-toqob ta’ dijametru iżgħar).

Dan it-trab għandu jitneħħa b’mod gradwali mill-għeriebel kollha. Kull għarbiel bil-partikuli tal-kampjun għandu jintiżen b’mod preċiż (0,01 g), u għandu jintiżen ukoll l-għatu ta’ isfel bit-trab.

It-test għandu jsir b’mod parallel, iżda b’porzjon ieħor tal-kampjun għall-ittestjar.

Kalkoli

Ir-riżultati jiġu kkalkulati bħala frazzjoni tal-massa tal-kampjun (residwu) li tibqa’ fuq l-għarbiel partikolari. Għal kull għarbiel, il-frazzjoni tal-massa tal-kampjun Z X tiġi kkalkulata skont il-formula:

image

f’% skont il-massa, fejn

m R huwa l-piż (fi g) tal-għarbiel partikolari bir-residwu, m X huwa l-piż (fi g) tal-għarbiel partikolari u m S huwa l-piż tal-kampjun (fi g).

L-irkupru tat-tgħarbil Y S jiġi kkalkulat skont il-formula:

image

f’%, fejn

m R huwa l-piż (fi g) tal-għarbiel partikolari bir-residwu, m X huwa l-piż (fi g) tal-għarbiel partikolari u m S huwa l-piż tal-kampjun (fi g).

Evalwazzjoni u espressjoni tar-riżultati

L-irkupru tal-proċess tat-tgħarbil għandu jkun ogħla minn 99 %. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jerġa’ jsir it-test kollu b’porzjon ieħor ta’ kampjun. Il-kondizzjonar tal-kampjun jiġi vverifikat skont ISO 3402.

Ir-riżultati huma espressi bħala frazzjoni tal-massa tal-kampjun (residwu fuq l-għeriebel partikolari) f’% skont il-massa aġġustat għal ċifra deċimali waħda. Ir-rapport tat-test għandu jinkludi wkoll id-dijametru tat-toqob tal-għeriebel, il-ħin meta sar it-tgħarbil, l-amplitudni u l-frekwenza tal-vibrazzjonijiet, il-piż tal-kampjun, u t-temperatura u l-umdità tal-atmosfera ta’ ttestjar.

Parametri metroloġiċi

Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huwa ta’ 5 % skont il-massa.

Il-limitu tar-ripetibbiltà huwa ta’ 1,5 % skont il-massa għall-frazzjoni tal-massa tal-kampjun ta’ bejn 5 % u 20 % skont il-massa. Għal frazzjoni tal-massa tal-kampjun ogħla minn 20 %, skont il-massa, il-limitu tar-ripetibbiltà huwa ta’ r = 0,06 × Zx.

L-inċertezza tal-kejl hija ta’ 2 % skont il-massa għall-frazzjoni tal-massa tal-kampjun ta’ bejn 5 % u 20 % skont il-massa. Għal frazzjoni tal-massa tal-kampjun ogħla minn 20 %, skont il-massa, l-inċertezza tal-kejl hija ta’ U = 0,1 × ZX.

Letteratura

Il-metodu rakkomandat CORESTA Nru 16: Determinazzjoni tad-daqs tal-partikuli tal-istrixxi ta’ lamina ISO 2395 Għeriebel ta’ ttestjar u tgħarbil ta’ ttestjar — Vokabularju.

ISO 3310-1 Għeriebel ta’ ttestjar — Rekwiżiti tekniċi u ttestjar — Parti 1: Għeriebel ta’ ttestjar magħmula minn drapp tal-wajer tal-metall.

ISO 3402 Tabakk u prodotti tat-tabakk — Atmosfera għall-kondizzjonament u l-ittestjar.

TAQSIMA V

PRODOTTI MINERALI

KAPITOLU 25

MELĦ; KUBRIT; TRABIJIET U ĦAĠAR; MATERJALI TAT-TIKĦIL, ĠIR U SIMENT



Nota 1

It-tagħwim huwa maħsub biex jifred l-element rikk ta’ sustanza minerali mill-gangue billi jippermetti li dan jinġabar fil-wiċċ tal-ilma li fih kien mgħaddas, filwaqt li l-gangue jiddepożita fil-qiegħ.



2501 00

Melħ (inkluż melħ tal-mejda u melħ żnaturat) u melħ ( sodium chloride ) pur, kemm jekk maħlul f’soluzzjoni ta’ ilma jew li jkollu miżjudin miegħu aġenti biex ma jagħqadx jew aġenti għal mixi ħieles u kemm jekk le; ilma baħar

2501 00 31

Għal trasformazzjoni kimika (separazzjoni ta’ Na minn Cl) għall-manifattura ta’ prodotti oħrajn

Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti jintlaħqu, din is-subintestatura tinkludi l-melħ, kemm jekk żnaturat jew le, intiż għall-manifattura tal-aċidu idrokloriku, tal-kloru, tal-klorur tal-kalċju, tan-nitrat tas-sodju, tal-ipoklorit tas-sodju, tas-sulfati tas-sodju, tal-karbonati tas-sodju, tal-idrossidu tas-sodju, tal-klorat tas-sodju, tal-perklorat tas-sodju u tas-sodju metalliku.

2501 00 51

Żnaturati jew għal użi industrijali (inkluż irfinar) għajr il-preservazzjoni jew il-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman jew minn annimali

Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti jintlaħqu, din is-subintestatura tkopri:

1.  il-melħ żnaturat, ikun xi jkun l-użu maħsub tiegħu, ħlief il-melħ żnaturat tas-subintestatura 2501 00 31 ;

2.  il-melħ għall-irfinar; “irfinar” f’dan il-kuntest tfisser biss il-purifikazzjoni permezz ta’ dawk il-proċessi li fihom il-melħ ikun maħlul;

3.  il-melħ għall-użi industrijali għajr it-trasformazzjoni kimika, jew għall-preservazzjoni jew il-preparazzjoni tal-prodotti tal-ikel għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali. “Melħ għall-użu industrijali” tfisser melħ intiż għall-użu f’fabbrika bħala materja prima jew bħala materjal intermedju f’operazzjoni ta’ manifattura industrijali (eż. fil-metallurġija, fiż-żbigħ, fl-industrija tal-ġild, fil-manifattura tas-sapun, fit-tkessiħ u fl-industrija taċ-ċeramika).

Il-melħ, għajr il-melħ żnaturat użat għat-timliħ tat-toroq, jaqa’ fis-subintestatura 2501 00 99 .

2501 00 91

Melħ tajjeb għal konsum uman

Il-melħ tajjeb għall-konsum mill-bniedem huwa melħ li mhux żnaturat tajjeb għall-użi domestiċi jew industrijali diretti bħala taħwir tal-ikel jew aġent tal-ippreservar għall-prodotti tal-ikel. Dan ġeneralment għandu grad għoli ta’ purità u huwa abjad b’mod uniformi.

2501 00 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-melħ mhux żnaturat użat bħala aġent biex ineħħi s-silġ fix-xitwa u l-melħ użat bħala għalf għall-annimali (eż. il-ħaġra tal-melħ).

2503 00

Kubrit ta’ kull tip, ħlief kubrit sublimat, kubrit preċipitat u kubrit kollojde

2503 00 10

Kubrit mhux raffinat

Din is-subintestatura tinkludi l-varjetajiet ta’ kubrit imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2503 , l-ewwel paragrafu, (1) sa (4). Dan il-kubrit huwa ġeneralment fil-forma ta’ blokok, ċapep jew trab.

2503 00 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-varjetajiet ta’ kubrit imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2503 , l-ewwel paragrafu, (5) sa (7). Dan il-kubrit huwa ġeneralment fil-forom ta’ stikek jew kejkijiet żgħar (kubrit raffinat) jew trabijiet (“kubrit mgħarbul”, “kubrit imderri”, “kubrit atomizzat”).

2508

Tafal ieħor (li ma jinkludix tafal espandut tal-intestatura 6806 ), andalusit, kjanit u sillimanit, kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le; mullit; chamotte jew tafal dinas

2508 10 00

Bentonit

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2508 , it-tielet paragrafu, (1).

Il-bentoniti li jseħħu fin-natura jkollhom pH ta’ bejn 6 u 9,5 (għal sospensjoni milwiema ta’ 5 % u wara li jkunu qagħdu għal siegħa) u kontenut ta’ karbonat tas-sodju ta’ inqas minn 2 %; il-kontenut aggregat tagħhom ta’ sodju u kalċju li jistgħu jinbidlu ma jaqbiżx 80 meq/100 g. Hemm żewġ tipi: il-kalċju li jintefaħ ftit u sodju li jintefaħ ħafna (rata ta’ nfih ta’ inqas minn 7 ml/g jew aktar minn 12 ml/g).

Ċertu bentoniti li jseħħu fin-natura jista’ jkollhom karatteristiċi li jvarjaw minn dawn il-valuri; fejn dan huwa l-każ għal ħafna karatteristiċi, il-bentonit huwa ġeneralment meqjus bħala attivat.

Il-bentoniti attivati ġeneralment jaqgħu fis-subintestatura 3802 90 00 .

2511

Sulfat ta’ barju naturali (baritina); karbonat ta’ barju naturali ( witherite ), kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le, ħlief ossidu tal-barju tal-intestatura 2816

2511 10 00

Sulfat ta’ barju naturali (baritina)

Il-baritina fiha ammonti li jvarjaw ta’ ossidu tal-ħadid, alumina, karbonat tas-sodju u silika. Minħabba li l-prodott fil-forma bajda tiegħu huwa dak l-iżjed imfittex, huwa jkun imfarrak, mgħarbul għat-tneħħija tal-elementi kkuluriti (l-iżjed safranin), magħmul trab u mbagħad jiġi purifikat permezz ta’ levigazzjoni.

2511 20 00

Karbonat ta’ barju naturali ( witherite )

Il-witherite jseħħ fil-forma ta’ kristalli rombojdi jew mases safranin li mhumiex solubbli fl-ilma.

2513

Ħaffiefa, żmerill, kurundun naturali, granata naturali u sustanzi oħrajn abbrassivi naturali, kemm jekk trattati bis-sħana u kemm jekk le

2513 20 00

Żmerill, kurundun naturali, granata naturali u sustanzi oħrajn abbrassivi naturali

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, l-abrażivi naturali jinkludu t-tripoli magħruf bħala “ġebla mħassra”, prodott griż kulur l-irmied użat bħala sustanza tal-brix ħafifa jew għall-illostrar.

2516

Granit, porfirju, bażalt, ġebel imrammel u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

Meta l-ġebel fil-forma kwadra ma jkollhomx ħxuna uniformi, il-klassifikazzjoni skont il-ħxuna għandha ssir b’referenza għall-ikbar ħxuna.

2516 11 00

Mhux raffinat jew mirqum mingħajr finezza

In-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2515 11 japplikaw, mutatis mutandis.

2516 12 00

Sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra)

In-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2515 12 japplikaw, mutatis mutandis.

2516 90 00

Ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  il-blat iebes bħall-porfirju, is-sijenit, il-lava, il-bażalt, il-gness, it-trakit, id-diabase, id-dijorit, il-fonolit, il-liparit, il-gabbro, il-labradorit u l-peridotit;

2.  il-ġebel kalkarju għall-monumenti jew għall-bini li ma jaqax fl-intestatura 2515 , jiġifieri bi gravita’ speċifika apparenti ta’ inqas minn 2,5, mhux raffinat, mirqum b'mod raff jew sempliċiment maqtugħ, permezz tal-issegar jew mod ieħor, fi blokok jew ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) ta’ kwalunkwe ħxuna;

3.  is-serpentina jew l-ofit, mhux raffinat, mirqum b'mod raff jew sempliċement maqtugħin, permezz tal-issegar jew mod ieħor, fi blokok jew ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) ta’ kwalunkwe ħxuna.

2518

Dolomit, kemm jekk magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana u kemm jekk le, inkluż dolomit mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; taħlita għal twebbis ta’ dolomit

2518 10 00

Dolomit, mhux magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana

Id-dolomit huwa karbonat doppju naturali ta’ kalċju u manjeżju. Huwa jibqa’ klassifikat f’din is-subintestatura anki meta dan ikun ingħata trattament bis-sħana ħafif li ma jbiddilx il-kompożizzjoni kimika tiegħu.

Din is-subintestatura tkopri d-dolomit, mhux ikkalċinat jew sinterizzat, mhux raffinat, mirqum b'mod raff (bejn wieħed u ieħor fil-forma kwadra) jew sempliċiment maqtugħ permezz tal-issegar jew bi qsim, fi blokok jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra).

2518 20 00

Dolomit magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana

Id-dolomit ikkalċinat jew sinterizzat huwa dolomit li kien soġġett għal trattament bis-sħana f’temperatura għolja (madwar 1 500  °Ċ għad-dolomit sinterizzat u madwar 800 °Ċ għal dolomit ikkalċinat li jbiddel il-kompożizzjoni kimika tiegħu billi jneħħilu d-diossidu tal-karbonju.

2519

Karbonat ta’ manjesju naturali ( magnesite ); manjesja mdewwba; manjesja maħruqa għal kollox (mgħaqqda ma’ trab bis-sħana), kemm jekk fiha kwantitajiet żgħar ta’ ossidi oħrajn miżjudin qabel it-tqħaqqid ma’ trab bis-sħana u kemm jekk le; ossidu tal-manjesju ieħor, pur jew le

2519 90 10

Ossidu tal-manjesju, ħlief karbonat ta’ manjesju naturali magħmul ġir

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  l-ossidu tal-manjeżju miksub mill-kalċinazzjoni tal-idrossidu tal-manjeżju jew tal-karbonat tal-manjeżju preċipitat użati partikolarment fl-istudju tal-famaċija; din is-sustanza hija trab abjad b’purità ta’ mhux inqas minn 98 %;

2.  l-ossidu tal-manjeżju miksub mill-fużjoni tal-manjeżit ikkalċinat minn qabel; il-manjeżit jiġi kkalċinat f’madwar 1 400 sa 1 800  ° C; il-manjeżja miksuba tiġi fuża f'ark elettriku f’temperatura ta’ 2 800 sa 3 000 C °, u, ladarba tkun imkessħa, din tipproduċi prodott kristallin li jikkonsisti kważi kompletament mill-ossidu tal-manjeżju (manjeżja fuża); din hija estremament pura (għallinqas 95 %) u tikkonsisti fi kristalli qishom ħġieġ;

3.  l-ossidu tal-manjeżju miksub mill-ilma baħar; dan jinkiseb mill-kalċinazzjoni tal-idrossidu tal-manjeżju preċipitat mill-ilma baħar: il-prodott is-soltu jkun madwar 91 sa 98 % pur u fih iżjed boron bħala impurità karatteristika milli jkun fiha l-manjeżja sinterizzata (madwar 100 ppm kontra madwar 40 ppm).

2520

Ġibs; anidride; ġibs għall-kisi (jikkonsisti f’ġibs magħmul ġir jew sulfat tal-kalċju) kemm jekk ikkulurit u kemm jekk le, bi kwantitajiet żgħar ta’ sustanzi li jgħaġġlu jew li jdewwmu l-proċess jew mingħajrhom

2520 20 00

Ġibs għall-kisi

Din is-subintestatura tinkludi l-ġibs għall-bini.

Il-ġibs għall-bini huwa manifatturat billi l-ġipsum mhux raffinat (ġebla tal-ġipsum jew materjali oħrajn li fihom il-ġipsum, pereżempju prodotti sekondarji mill-industrija kimika) ikun soġġett għal proċess speċjali ta' kisi u kalċinazzjoni. Jistgħu jinkisbu karatteristiċi speċifiċi permezz tal-introduzzjoni ta’ addittivi matul il-proċess tal-manifattura. Dawn jieħdu l-forma ta’ aġenti ta’ twaħħil (jiġifieri, sustanzi li jaffettwaw il-karatteristiċi tal-ġipsum — pereżempju l-konsistenza tiegħu jew il-proprjetajiet adeżivi tiegħu — b’mod partikolari), u aċċelleraturi jew ritardaturi.

Il-ġibs għall-bini jintuża, pereżempju, bħala stukko, għall-kisi tal-ħitan jew tas-soqfa, fil-manifattura ta’ pannelli tal-bini jew elementi ta’ kostruzzjoni oħrajn, jew għat-tgħaqqid tal-madum.

2523

Siment ta’ Portland, siment tal-allumi, siment li għandu mill-gagazza, siment sulfru eċċezzjonali u siment idrawliku simili, kemm jekk ikkulurit jew fil-forma ta’ gagazza u kemm jekk le

2523 90 00

Siment idrawliku ieħor

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  is-siment mill-forn tal-blast li huwa magħmul minn għallinqas 20 % skont il-piż ta’ klinker mis-siment ta’ Portland, 36 % sa 80 % skont il-piż ta’ gagazza mfarrka mill-forn tal-blast u mhux iżjed minn 5 % skont il-piż ta’ kostitwenti oħrajn tas-siment;

2.  is-siment pozzolaniku li huwa magħmul minn għallinqas 60 % skont il-piż ta’ klinker mis-siment ta’ Portland, massimu ta’ 40 % skont il-piż ta’ pozzolana naturali jew irmied li jtir u massimu ta’ 5 % skont il-piż ta’ kostitwenti oħrajn tas-siment.

Għat-terminu “pozzolana”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2530 , il-parti (D), il-paragrafu (7).

L-irmeid li jtir huwa trab fin u ħafif, miksub bl-estrazzjoni ta’ partikuli tat-trab mill-gassijiet ta’ kombustjoni tal-fran imqabbdin bil-faħam magħmul trab. Il-kulur tiegħu jvarja minn griż għal iswed.

2524

Asbestos

2524 10 00

Crocidolite

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2524 , it-tieni paragrafu.

2526

Steatite naturali, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; terra

2526 20 00

Imfarrak jew mitħun

Din is-subintestatura ma tinkludix it-trab tat-terra, impoġġi ġo pakketti għall-bejgħ bl-imnut, għall-finijiet tat-twaletta (l-intestatura 3304 ).

2528 00 00

Borati naturali u konċentrati tagħhom (kemm jekk magħmulin ġir u kemm jekk le), iżda li ma jinkludux borati separati minn ilma mielaħ naturali; aċidu boriku naturali li fih aktar minn 85 % ta’ H 3 BO 3 ikkalkulat fuq piż xott

Din l-intestatura linkludi:

1.  il-kernit u t-tinkal, magħrufin ukoll bħala “burax naturali”;

2.  il-pandermit u l-priċeit, li huma borati tal-kalċju;

3.  il-boraċit, li huwa kloroborat tal-manjeżju;

4.  l-aċidu boriku naturali miksub mill-evaporazzjoni tal-ilma li jifdal wara l-kondensazzjoni tal-fwar naturali li joħroġ mill-art f’ċertu reġjuni (is-soffioni Taljani), jew permezz tal-evaporazzjoni tal-ilma miġbud minn sorsi taħt l-art ta’ dawn ir-reġjuni, sakemm dan ma fihx aktar minn 85 % ta’ H3BO3 ikkalkulat fuq il-piż niexef. Madankollu, l-aċidu boriku li fih iżjed minn 85 % ta’ H3BO3 huwa klassifikat fl-intestatura 2810 00 .

Din l-intestatura ma tkoprix il-borat tas-sodju (il-burax raffinat) miksub bi trattament kimiku tal-kernit jew tat-tinkal jew il-borati tas-sodju miksubin permezz tal-evaporazzjoni ta’ salmuri kumplessi minn ċerti lagi melħin (l-intestatura 2840 ).

2530

Sustanzi minerali mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

2530 10 00

Vermikulit, perlit u kloriti, mhux espanduti

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2530 , il-parti (D), il-paragrafu (3).

2530 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2530 , il-partijiet (A), (B), (C) u (D) (ħlief (D), il-paragrafu (3)).

KAPITOLU 26

MINERALI (ORES), GAGAZZA U RMIED



2620

Gagazza, irmied u fdal (ħlief mill-manifattura tal-ħadid jew tal-azzar), li fihom metalli, arseniku jew il-komposti tagħhom

2620 11 00

Żingu iebes mhux pur ( spelter )

Iż-żingu iebes mhux pur huwa residwu mill-banjijiet tal-galvanizzazzjoni u spiss jissejjaħ matte tal-galvanizzazzjoni. Hemm żewġ tipi prinċipali:

1.  Il-mattes minn galvanizzazzjoni tqila li huma prodotti tal-metall ta’ kompożizzjoni li tvarja ħafna u mhux omoġenja, li jdubu inqas faċilment u li huma iktar densi miż-żingu, u li joqogħdu fil-qiegħ tal-banjijiet taż-żingu likwidu matul il-galvanizzazzjoni ta’ folji, wajers, pajpijiet, eċċ. tal-azzar, fiż-żingu mdewweb.

Dawn il-mattes jinġibdu mill-banju f'paste magħqud u jiġu ffurmati fil-forma ta’ folji jew ċangaturi, li jista’ jkollhom dehra raffa, jew anki sponżija.

Ikun fihom, skont il-piż, minn 2 sa 5 % ta’ ħadid. Il-kontenut ta’ żingu tagħhom ivarja minn 92 sa 94 % skont il-piż. Il-kontenut ta’ aluminju tagħhom huwa ġeneralment baxx u ma jaqbiżx iż-0,2 sa 0,3 % skont il-piż.

2.  Il-mattes minn galvanizzazzjoni ħafifa jew “mattes tal-wiċċ” li huma prodotti tal-metall minn xkumar kontinwu tal-banjijiet ta’ galvanizzazzjoni permezz tal-proċess Senzimir, li ma fihx fluss.

Dawn il-mattes, li huma inqas densi miż-żingu, jitilgħu mal-wiċċ tal-banjijiet. Meta jinġibdu mill-banjijiet f'paste magħqud u jiġu ffurmati f’ċangaturi, dawn ikollhom apparenza inqas irregolari minn dawk imsemmijin hawn fuq.

Il-kontenut ta’ ħadid tagħhom huwa baxx ħafna, ġeneralment inqas minn 0,5 % skont il-piż. Il-kontenut ta’ aluminju tagħhom huwa ħafna ogħla: 1 sa 2 % skont il-piż. Il-kontenut ta’ żingu tagħhom huwa ta’ madwar 98 % skont il-piż.

Dawn ma għandhomx jiġu konfużi mal-ligi taż-żingu (l-intestatura 7901 ), li skont il-piż ġeneralment jagħmlu minn 3 sa 5 % ta’ aluminju u jista’ jkun fihom sa 3 % skont il-piż ta’ ram, iżda li jikkonformaw ma’ rekwiżiti tekniċi speċifiċi, filwaqt li l-kompożizzjoni tal-mattes taż-żingu hija tali li huma jistgħu jintużaw b’mod utli biss għat-trasformazzjoni metallurġika jew kimika.

2620 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  il-mattes mill-irfinar; li jinġibdu mill-qiegħ tal-banjijiet li jirfinaw iż-żingu mhux proċessat. Dawn fihom skont il-piż minn 4 sa 8 % ta’ ċomb u sa 6 % ta’ ħadid;

2.  il-gagazza u l-irmied taż-żingu, li jikkonsistu f’żingu (minn 65 sa 70 % skont il-piż) u l-ossidu taż-żingu bil-karbonju u impuritajiet oħrajn;

3.  ir-ragħwa taż-żingu li tikkonsisti fiż-żingu metalliku, il-klorur taż-żingu u l-klorur tal-ammonja, l-ossidu taż-żingu u l-ossidu tal-ħadid, miġbud mill-wiċċ tal-banjijiet tal-galvanizzazzjoni jew mit-tankijiet li jdewbu ż-żingu antik;

4.  it-tajn taż-żingu li huwa residwu minn ċerti industriji li jużaw iż-żingu bħala aġent riduċenti;

5.  ħmieġ taż-żingu miksub bħala residwu mill-manifattura tal-ossidu taż-żingu mill-mattes taż-żingu; f’dak il-waqt ikun fihom madwar 60 % ta’ żingu skont il-piż,fejn il-bilanċ jikkonsisti fil-ħadid u impuritajiet oħrajn;

6.  ir-residwi mill-ossidu taż-żingu, estratti mill-gassijiet matul il-proċessar mill-ġdid ta’ diversi metalli jew ligi bħal pereżempju r-ram isfar. Dawn l-ossidi residwi ma għandhomx jiġu konfużi ma’:

— tipi diversi ta’ griż taż-żingu (is-subintestatura 3206 49 70 ) li huma ossidi taż-żingu xejn puri magħmulin fil-forma ta’ trab ta’ kulur u finezza omoġenji u li jistgħu jintużaw bħala pigmenti;

— it-trabijiet taż-żingu, miksuba mill-atomizzazzjoni taż-żingu mdewweb (is-subintestatura 7903 90 00 ), jew iż-żingu magħmul trab, li fih skont il-piż minn 80 sa 94 % ta’ żingu metalliku, irkuprat minn strat ta’ ossidu taż-żingu (is-subintestatura 7903 10 00 ).

2620 21 00

Tjun biċ-ċomb tal-gażolina u tjun biċ-ċomb ta’ komposti kontra l-ħsejjes bl-iskossi ( anti-knock )

Ara n-nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-Kapitolu.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2620 , it-tieni paragrafu, (10).

2620 60 00

Li fihom arseniku, merkurju, tallju jew taħlitiet tagħhom, ta’ kwalita’ użata għall-estrazzjoni tal-arseniku jew dawk il-metalli jew għall-manifattura tal-komposti kemikali tagħhom

Ara n-Nota tas-Subintestatura 2 ta’ dan il-Kapitolu.

2620 91 00

Li fihom antimonju, berillju, kadmju, kromju jew taħlitiet tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2620 , it-tieni paragrafu, (13).

2621

Gagazza u rmied oħrajn, inklużi rmied tal-alka ( kelp ); irmied u fdal mill-ħruq ta’ skart muniċipali

2621 10 00

Irmied u fdal mill-ħruq ta’ skart muniċipali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2621 , it-tieni paragrafu, (5).

KAPITOLU 27

KARBURANTI MINERALI, ŻJUT MINERALI U PRODOTTI TAD-DISTILLAZZJONI TAGĦHOM; SUSTANZI BITUMINUŻI; XEMGĦAT MINERALI

Ġenerali

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, it-terminu “metodu ASTM” jfisser il-metodi stipulati mis-Soċjeta Amerikana għal Ittestjar u l-Materjali.



Nota 2

1.  Il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi għandu jkun determinat bil-metodi li ġejjin:

— prodotti b’punt tat-tmiem tad-distillazzjoni li ma jaqbiżx it-315 °Ċ: il-metodu EN 15553;

— prodotti b’punt tat-tmiem tad-distillazzjoni li jaqbeż it-315 °Ċ: ara l-Anness A tan-noti ta’ spjegazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

 

2.  L-espressjoni “żjut simili” tinkludi fost l-oħrajn, it-taħlitiet li ġejjin ta’ idrokarburi:

— diżil paraffiniku sintetiku, b’mod partikolari “Żjut Veġetali Idrotrattati” (HVO) u “Fjuwils GTL (gas to liquid - gass għal likwidu)”;

— prodotti minn sorsi rinnovabbli li jirriżultaw mill-proċessi li ġejjin: “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” jew “Fjuwils Bio-GTL (biogass to liquid - bijogass għal likwidu)”;

— prodotti mill-koproċessar ta’ materja prima rinnovabbli f’raffineriji b’materja prima petrolifera.

Japplikaw id-definizzjonijiiet li ġejjin rigward il-produzzjoni ta’ “żjut simili”:

— “Idrotrattament” tfisser il-konverżjoni termokimika ta’ trigliċeridi bl-idroġenu għall-produzzjoni ta’ alkani; jirreferi għall-ipproċessar tal-fjuwil. B’mod ġenerali, is-sorsi tat-trigliċeridi huma x-xaħmijiet u ż-żjut, l-iskart adattat, il-frazzjonijiet xaħmija tar-residwi u x-xaħam li joriġina mill-alga.

— “Fjuwils GTL (gas to liquid - gass għal likwidu)”, “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” u “Fjuwils Bio-GTL (biogass to liquid - bijogass għal likwidu)” ifissru l-konverżjoni tal-gass fi fjuwils likwidi bil-proċess Fischer-Tropsch jew bi proċessi ekwivalenti. Fil-każ ta’ “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” jeżisti pass preċedenti li jikkonsisti fil-konverżjoni tal-bijomassa f’gass.

Nota addizzjonali 5

1.  Għandu jkun innutat li, ħlief kif jingħad fin-Nota addizzjonali 5 (n), l-eżenzjoni tapplika għall-prodotti kollha użati fil-proċess speċifiku.

Għaldaqstant, fejn prodott tal-petroleum huwa soġġett, pereżempju, għall-alkilazzjoni jew għall-polimerizzazzjoni, dik il-parti li ma tkunx trasformata effettivament (alkilata jew polimerizzata) tgawdi ukoll mill-eżenzjoni.

2.  Fil-każijiet fejn ikun meħtieġ trattament preliminarju qabel “proċess speċifiku” (ara l-aħħar paragrafu tan-Nota addizzjonali 5) iridu jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet sabiex jinkiseb il-benefiċċju tal-eżenzjoni:

(a)  il-prodott importat għandu jkun soġġett effettivament għal “proċess speċifiku”, pereżempju, l-ikkrekkjar;

(b)  it-trattament preliminarju għandu jkun meħtieġ għall-“proċess speċifiku”;

Dawn li ġejjin partikolarment jitqiesu bħala trattamenti preparatorji meħtieġa għall-prodotti intiżi biex jgħaddu minn “proċess speċifiku”:

(a)  it-tneħħija tal-gass;

(b)  id-deidratazzjoni;

(ċ)  it-tneħħija ta’ ċertu prodotti ħfif jew tqal li jistgħu jfixklu l-ipproċessar;

(d)  it-tneħħija jew il-konverżjoni tal-merkaptani (trattib jew taħlil), jew ta’ komposti oħra tal-kubrit jew ta’ komposti oħra li jistgħu jaffettwaw l-ipproċessar;

(e)  in-newtralizzazzjoni;

(f)  id-dikantazzjoni;

(g)  id-desalinizzazzjoni.

Kwalunkwe prodotti li jistgħu jinkisbu matul il-kors ta’ trattament preparatorju iżda li ma jgħaddux minn proċess speċifiku huma soġġetti għad-dazji tad-dwana li huma applikabbli għall-prodotti “għal finijiet oħrajn”, skont it-tip u l-valur tal-oġġetti impurtati u fuq il-bażi tal-piż nett tal-prodotti b’hekk miksubin.

Nota addizzjonali 5 (a)

Id-distillazzjoni permezz ta’ vakwu tfisser id-distillazzjoni taħt pressjoni li ma taqbiżx 400 mbar, imkejla mir-ras tal-kolonna.

Nota addizzjonali 5 (b)

Id-distillazzjoni mill-ġdid permezz ta’ proċess ta’ frazzjonament metikoluż tfisser distillazzjoni (għajr topping) permezz ta’ proċess kontinwu jew ta’ lott użat fl-installazzjonijiet industrijali bl-użu tad-distillati tas-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 48 , 2711 11 00 , 2711 12 91 sa 2711 19 00 , 2711 21 00 u 2711 29 00 (għajr il-propan ta’ purità ta’ 99 % jew aktar) biex jinkisbu:

1.  idrokarbonji ta’ purita’ għolja iżolati (90 % jew aktar fil-każi tal-olefini u 95 % jew aktar fil-każi ta’ idrokarbonji oħrajn), taħlitiet ta’ isomeri li għandhom l-istess kompożizzjoni organika li jitqiesu bħala idrokarburi iżolati.

Dawk il-proċessi biss li permezz tagħhom għallinqas tliet prodotti differenti jinkisbu huma ammissibbli, iżda din ir-restrizzjoni ma tapplikax f’kull mument fejn il-proċess jikkonsisti fis-separazzjoni tal-isomeri. Sa fejn dan jikkonċerna l-ksileni, l-etilbenżen huwa inkluż mal-isomeri tal-ksilen;

2.  il-prodotti tas-subintestaturi 2707 10 00 sa 2707 30 00 , 2707 50 00 u 2710 12 11 sa 2710 19 48 ;

(a)  mingħajr ebda qbiż tal-punt tat-tgħolija aħħari ta’ frazzjoni waħda u l-punt tat-tgħolija inizjali tal-frazzjoni li jmiss u b’differenza ta’ mhux aktar minn 60 °C bejn it-temperaturi li fihom 5 u 90 % skont il-volum (inkluż it-telf) jkunu distillati bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86);

(b)  bi qbiż tal-punt tat-tgħolija aħħari ta’ frazzjoni waħda u l-punt tat-tgħolija inizjali tal-frazzjoni li jmiss u b’differenza ta’ mhux aktar minn 30 °C bejn it-temperaturi li fihom 5 u 90 % skont il-volum (inkluż it-telf) ikunu distillati bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86);

Nota addizzjonali 5 (ċ)

L-ikkrekkjar huwa proċess industrijali għall-modifikazzjoni tal-istruttura kimika ta’ prodotti tal-petroleum permezz tat-tkissir tal-molekuli bis-sħana, bi pressjoni jew le u bl-assistenza ta’ katalizzatur jew le, li b’hekk jipproduċi, partikolarment, taħlitiet ta’ idrokarburi eħfef li jistgħu jkunu likwidi jew gassijiet f’temperaturi u pressjoni normali.

Il-proċessi ta’ l-ikkrekkjar prinċipali huma:

1.  l-ikkrekkjar termali;

2.  l-ikkrekkjar katalitiku;

3.  l-ikkrekkjar permezz tal-fwar sabiex jinkisbu idrokarburi gassużi;

4.  l-idrokrekkjar (l-ikkrekkjar u l-idroġenizzazzjoni);

5.  id-deidroġenazzjoni;

6.  id-dealkilazzjoni;

7.  l-ikkokkjar;

8.  it-tnaqqis tal-viskożità.

Nota addizzjonali 5 (d)

Ir-riformar huwa l-ipproċessar termali jew katalitiku ta’ żjut ħfief jew medji biex ikun miżjud il-kontenut ta' komposti aromatiċi. Ir-riformar katalitiku jintuża, pereżempju, biex jikkonverti ż-żjut ħfief mid-distillazzjoni primarja fi żjut ħfief b’indiċi tal-ottan ogħla (b’kontenut ogħla ta’ idrokarburi aromatiċi) jew f’taħlita ta’ idrokarburi li fihom il-benżen, it-toluwen, il-ksileni, l-etilbenżen, eċċ.

Il-proċessi tar-riformar katalitiku prinċipali huma dawk li jużaw il-platinu bħala katalizzatur.

Nota addizzjonali 5 (e)

L-estrazzjoni permezz ta’ solventi selettivi huwa l-proċess ta’ separazzjoni ta’ gruppi ta’ prodotti bi strutturi molekolari differenti permezz ta’ sustanzi li għandhom effett solventi preferenzjali (pereżempju, il-furfural, il-fenol, l-etere tad-dikloroetil, l-anidride sulfuriku, in-nitrobenżen, l-urea u uħud mid-derivattivi tagħha, l-aċeton, il-propan, il-keton tal-metil tal-etil, il-keton tal-metil tal-isobutil, il-glikol, N-metil morfolina).

Nota addizzjonali 5 (g)

Il-polimerizzazzjoni hija l-proċess industrijali, kemm jekk jinvolvi t-tisħin jew l-użu ta’ katalizzatur jew le, li permezz tiegħu l-idrokarburi mhux saturati jiffurmaw il-polimeri jew il-kopolimeri tagħhom.

Nota addizzjonali 5 (h)

L-alkilazzjoni tfisser kwalunkwe reazzjoni termali jew katalitika li fiha l-idrokarburi mhux saturati jingħaqdu ma’ kwalunkwe idrokarburi oħra, partikolarment l-isoparaffini u l-komposti aromatiċi.

Nota addizzjonali 5 (ij)

L-isomerizzazzjoni hija r-riformar tal-istruttura tal-kostitwenti tal-prodotti tal-petroleum mingħajr ma tinbidel il-kompożizzjoni grossa tagħhom.

Nota addizzjonali 5 (l)

Dawn li ġejjin huma eżempji tat-tneħħija tax-xema’ għall-finijiet ta’ din in-nota addizzjonali:

1.  it-tneħħija tax-xema’ permezz tat-tkessiħ (b’solventi jew le);

2.  it-trattament mikrobijoloġiku;

3.  it-tneħħija tax-xema’ permezz tal-urea;

4.  it-trattament tal-għarbil molekolari.

Nota addizzjonali 5 (n)

Id-distillazzjoni atmosferika tfisser id-distillazzjoni li ssir fi pressjoni ta’ madwar 1 013 mbar, imkejla mir-ras tal-kolonna.

Nota addizzjonali 6

1.  It-“trasformazzjoni kimika” tfisser kwalunkwe operazzjoni għall-modifikazzjoni molekolari ta’ wieħed jew aktar mill-kostitwenti ta’ prodott tal-petroleum li jkun għaddej mill-ipproċessar.

Is-sempliċi taħlit ta’ prodott tal-petroleum ma’ prodott ieħor, kemm jekk magħmul ukoll mill-petroleum jew le, ma jitqiesx bħala “trasformazzjoni kimika”. L-inkorporazzjoni ta’ spirtu abjad fiż-żebgħa, pereżempju, jew ta’ żejt bażi f’linka għall-istampar, ma titqiesx li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “trasformazzjoni kimika”. Dan huwa l-każ ukoll tal-użi kollha ta’ prodotti tal-petroleum bħala solventi jew karburanti.

2.  Eżempji ta’ “trasformazzjonijiet kimiċi”:

(a)  it-trattament bl-aloġeni jew bil-komposti tal-aloġeni:

(i)  ir-reazzjoni mal-propilen preżenti f’frazzjoni tal-petroleum gassuża sabiex jinkisbu derivattivi organiċi (pereżempju, biex jinkiseb l-ossidu tal-propilen);

(ii)  it-trattament ta’ frazzjonijiet tal-petroleum (spirtu tal-muturi, kerosen, żejt tal-gass), paraffini, xemgħat tal-petroleum jew residwi parraffiniċi bil-kloru jew komposti tal-kloru sabiex jinkisbu l-kloroparaffini;

(b)  it-trattament ma’ bażijiet (pereżempju, is-sodju, il-potassju, l-idrossidi tal-ammonju) sabiex jinkisbu l-aċidi nafteniċi;

(ċ)  it-trattament bl-aċidu sulfuriku jew bl-anidride tiegħu:

(i)  sabiex jinkisbu s-sulfonati;

(ii)  biex ikun estratt jew jinkiseb l-isobutilen;

(iii)  għas-sulfonazzjoni ta’ żjut tal-gassijiet u taż-żjut lubrikanti.

Iż-żejt miżjud wara is-sulfonazzjoni mhuwiex eliġibbli għall-eżenzjoni;

(d)  is-sulfoklorinazzjoni;

(e)  l-idratazzjoni, partikolarment għall-kisba tal-alkoħols bil-modifikazzjoni tal-idrokarburi mhux saturati preżenti fi frazzjonijiet tal-petroleum gassużi;

(f)  it-trattament bl-anidride malejka, partikolarment it-trattament tal-butadien imħallat ma’ frazzjoni tal-petroleum gassuża li fiha erba’ atomi tal-karbonju sabiex jinkiseb l-aċidu tetraidroftaliku;

(g)  it-trattament bil-fenoli, pereżempju, ir-reazzjoni tal-olefini tal-petroleum mal-fenoli fil-preżenza ta’ katalizzatur sabiex jinkisbu l-alkilfenoli;

(h)  l-ossidazzjoni:

(i)  l-ossidazzjoni ta’ żjut tqal sabiex jinkisbu l-bitumi tas-subintestatura 2713 20 00 ;

(ii)  l-ossidazzjoni ta’ kwalunkwe prodott tal-petroleum sabiex jinkisbu prodotti kimiċi aktar kumplikati bħall-aċidi, l-aldeidi, il-ketoni, l-alkoħols; pereżempju, l-ossidazzjoni ta’ frazzjonijiet ħfief taħt is-sħana u l-pressjoni biex jinkisbu l-aċidi aċetiċi, formiċi, propjoniċi u suċċiniċi;

(ij)  id-deidroġenazzjoni, pereżempju, ta’:

(i)  l-idrokarburi nafteniċi biex jinkisbu l-idrokarburi aromatiċi (eż., il-benżol);

(ii)  l-idrokarburi paraffiniċi biex jinkisbu l-olefini likwidi kif użati, pereżempju, fil-manifattura tal-alkilbenżeni bilodegradabbli;

(k)  l-oksosinteżi;

(l)  l-inkorporazzjoni irreversibbli taż-żjut tqal f’polimeri għoljin (pereżempju, fil-lattiċe tal-lastiku naturali jew sintetiku, il-lastiku butil, il-polistiren);

(m)  il-manifattura tal-prodotti tal-intestatura 2803 ;

(n)  in-nitrazzjoni biex jinkisbu derivattivi nitrati;

(o)  it-trattament bijoloġiku ta’ ċertu frazzjonijiet tal-petroleum li fihom l-n-paraffini biex jinkisbu proteini jew prodotti organiċi kumplessi oħrajn.



2701

Faħam; briquettes , ovojdi u karburanti simili solidi manifatturati mill-faħam

Dawk il-karburanti magħrufin għall-kummerċ fi Spanja bħala “linjite iswed” u li jiġu mit-terreni faħmija f’Teruel, Mequinenza, Pirenaica u Baleares jitqiesu li huma faħam ta’ din l-intestatura.

2701 12 10

Faħam għal kokk

Il-faħam għall-ikkokkjar fih bejn 19 u 41 % ta’ kostitwenti volatili.

2702

Lignite , mgħaqqad jew le, ħlief ġett

Il-linjiti jaqbdu fi fjamma twila iżda friska u jagħtu duħħan iswed qawwi. It-tipi komunement distinti huma: il-linjiti fibrużi li l-ksur tagħhom jixbah l-apparenza fibruża tal-injam oriġinali u li għandhom kontenut ta’ ndewwa għoli (sa 50 %); il-linjiti komuni, jew tal-art, kannella jew suwed, li fihom inqas ilma mit-tip fibruż (madwar 15 %) u li juru kisra qisha tal-art; il-linjiti bituminużi, ħoxnin li jirtabu meta jkunu msaħħnin u li għalhekk huma tajbin ħafna biex jiġu agglomerati f’briquettes; il-linjiti qishom tax-xemgħa, li għandhom ksur qisu tax-xemgħa u b’kontenut għoli ta’ xemgħa.

Din l-intestatura ma tinkludix il-karburanti magħrufin għall-kummerċ fi Spanja bħala “linjite iswed” u li jiġu mit-terreni faħmija f’Teruel, Mequinenza, Pirenaica u Baleares (l-intestatura 2701 ).

2704 00

Kokk u semi-kokk tal-faħam, ta’ lignite u tal-pît, mgħaqqad jew le; karbonju tal-istorta

2704 00 10

Kokk u semi-kokk tal-faħam

Il-kokk huwa differenti mill-faħam għax dan jinħaraq kważi mingħajr fjamma u jżomm il-porożità u l-permeabbilità tal-gass wara l-kombustjoni. Dan ma jdubx bis-sħana, huwa aktar iebes, fih inqas kubrit u iżjed karbonju. Bil-kontra tal-kokk li huwa magħmul mill-karbonizzazzjoni tal-faħam f’temperatura għolja (1 000 sa 1 200  °Ċ), mingħajr provvista ta’ arja, is-semikokk huwa magħmul mill-karbonizzazzjoni tal-faħam (bi provvista ta’ arja mnaqqsa) f’temperatura ta’ madwar 450 u 700 °Ċ.

Din is-subintestatura tkopri il-kokk u s-semikokk tal-faħam użat fil-manifattura tal-elettrodi ġeneralment intiżi għall-produzzjoni tal-ligi tal-ħadid. Il-kokk u s-semikokk ta’ din is-subintestatura huma partikolarment puri (kontenut ta’ rmied baxx ħafna) u huma ġeneralment fil-forma ta’ ċapep żgħar.

Din is-subintestatura tinkludi il-kokk tal-gass (prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-gass) u l-kokk u s-semikokk tal-funderija ppreparati speċjalment għall-użu fl-industrija tal-metallurġija (il-kokk tal-forn tal-blast) li, bil-kontra tal-kokk tal-gass, huwa prodott iebes u li jiflaħ fil-forma ta’ ċapep kbar li għandhom apparenza qisha tal-fidda.

2704 00 30

Kokk u semi-kokk tal- lignite

Il-linjiti mhumiex tajbin għall-produzzjoni tal-kokk permezz tal-karbonizzazzjoni f’temperatura għolja. Madankollu, il-karbonizzazzjoni f’temperatura baxxa tagħti semikokk għall-użu bħala karburant mingħajr duħħan li huwa poruż, ileqq, nadif għall-immaniġġar u jaqbad u jinħaraq mill-ewwel.

2704 00 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri:

1.  il-prodotti miksubin mill-karbonizzazzjoni tal-pit; huma jagħtu riħa qawwija tinten mal-ħruq u jintużaw prinċipalment fil-fran industrijali;

2.  il-karbonju tal-istorta (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2704 , it-raba’ u l-ħames paragrafu).

2707

Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam f’temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi

Rigward id-determinazzjoni tal-kontenut tal-kostitwenti aromatiċi, ara n-noti ta’ spjegazzjoni tan-nota 2 ta’ dan il-Kapitolu.

2707 10 00

Benżol (benżina)

Ara n-nota 3 tas-subintestatura ta’ dan il-Kapitolu.

Din is-subintestatura tkopri biss il-benżol (benżen) ta’ purità skont il-piż ta’ inqas minn 95 %. Il-benżol (benżen) ta’ purità skont il-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ fis-subintestatura 2902 20 00 .

2707 20 00

Toluol (toluwina)

Ara n-nota 3 tas-subintestatura ta’ dan il-Kapitolu.

Din is-subintestatura tkopri biss it-toluwol (toluwen) ta’ purità skont il-piż ta’ inqas minn 95 %. It-toluwol (toluwen) ta’ purità skont il-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ fis-subintestatura 2902 30 00 .

2707 30 00

Ksilol (ksilini)

Ara n-nota 3 tas-subintestatura ta’ dan il-Kapitolu.

Din is-subintestatura tkopri biss il-ksilol (ksileni) ta’ purità skont il-piż ta’ inqas minn 95 % (l-orto-, il-meta-, jew il-para-isomeri tal-ksilol (ksileni), separati jew imħalltin), kif aċċertat permezz ta’ kromatografija tal-gass. Il-ksilol (ksileni) ta’ purità skont il-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ is-subintestaturi 2902 41 00 sa 2902 44 00 .

2707 40 00

Naftalina

Ara n-nota 3 tas-subintestatura ta’ dan il-Kapitolu.

Din is-subintestatura tkopri biss in-naftalen li l-punt ta’ kristallizzazzjoni tagħha, kif aċċertat mill-metodu deskritt fl-Anness B tan-noti ta’ spjegazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, huwa taħt id-79,4 °C. Jekk il-prodott għandu punt ta’ kristallizzazzjoni ta’ 79,4 °C jew aktar, dan jaqa’ fis-subintestatura 2902 90 00 .

Din is-subintestatura ma tkoprix l-omologi tan-naftalen (is-subintestaturi 2707 50 00 , 2707 91 00 sa 2707 99 99 , 2902 90 00 jew 3817 00 80 ).

2707 50 00

Taħlitiet aromatici oħrajn ta’ idrokarbonji li minnhom anqas minn 65 % skont il-volum (inkluż it-telf) jiddistillaw f’temperatura ta’ 250 °C bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86)

Din is-subintestatura tkopri t-taħlitiet ta’ idrokarburi fejn jippredominaw il-komposti aromatiċi, għajr il-benżen, it-toluwen, il-ksilen jew in-naftalen u li 65 % minnhom jew iżjed skont il-volum (inkluż it-telf) jiddistillaw sa 250 °C bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86).

2707 99 11 u 2707 99 19

Żjut mhux raffinati

Dawn is-subintestaturi jkopru biss dawk il-prodotti li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi akbar minn dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi. Fost il-prodotti li jaqgħu taħt dawn is-subintestaturi hemm:

1.  il-prodotti miksubin mill-ewwel distillazzjoni tal-qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja. Il-qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja huwa ġeneralment magħmul fl-impjanti għall-kokk f’funderiji b’temperatura li taqbeż id-900 °C. Il-prodotti mid-distillazzjoni ta’ dan il-qatran ma fihomx biss idrokarburi bi predominanza skont il-piż tal-idrokarburi aromatiċi iżda wkoll komposti tan-nitroġenu, l-ossiġnu u l-kubrit u spiss ħafna anke impuritajiet. Dawn il-prodotti s-soltu jeħtieġu aktar ipproċessar qabel l-użu;

2.  il-prodotti miksubin bit-tneħħija tal-benżol wara l-ħasil tal-gass prodott matul l-ikkokkjar tal-faħam; u

3.  il-prodotti miksubin mill-piroliżi tat-tajers skartati jew minn skart ieħor tal-lastiku u tal-plastik mingħajr aktar ipproċessar.

Il-prodotti fejn il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi, mhumiex koperti minn dawn is-subintestaturi jekk huma residwi minn distillazzjoni atmosferika jew f’vakwu tal-petroleum grezz jew żjut kombustibbli tal-baħar. Dawn il-prodotti jaqgħu taħt is-subintestatura 2707 99 99 .

Il-“prodotti simili” tal-intestatura 2707 tfisser dawk li fihom kompożizzjoni simili għal dik tal-prodotti deskritti fil-punt 1 hawn fuq.

Madankollu, dawn jista’ jkollhom proporzjon ikbar ta’ idrokarburi alifatiċi u nafteniċi u ta’ prodotti fenoliċi kif ukoll proporzjon iżgħar ta’ idrokarburi aromatiċi polinukleari mill-prodotti deskritti fil-punt 1 hawn fuq.

2707 99 20

Uċuħ bil-kubrit; antraċene

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, “uċuħ bil-kubrit” tfisser biss dawk il-prodotti ħfief miksubin matul il-kors tal-ewwel distillazzjoni taż-żjut grezzi mill-qatran, li fihom komposti tal-kubrit (eż. id-disulfid tal-karbonju, merkaptani, it-tijofen), u idrokarburi bi predominanza ta’ idrokarburi mhux aromatiċi, li minnhom 90 % jew aktar skont il-volum jiddistillaw f’temperatura ta’ taħt 80 °C.

L-antraċen ta’ din is-subintestatura s-soltu jkun fil-forma ta’ tajn jew paste li ġeneralment fih il-fenantren, il-karbażol u kostitwenti aromatiċi oħrajn. Is-subintestatura tkopri biss l-antraċene ta’ purità skont il-piż ta’ inqas minn 90 %. L-antraċen ta’ purità skont il-piż ta’ inqas minn 90 % jew aktar jaqa’ fis-subintestatura 2902 90 00 .

2707 99 50

Prodotti bażiċi

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, il-prodotti bażiċi huma prodotti aromatiċi u/jew eteroċikliċi b’funzjoni bażika ta’ nitroġenu.

Is-subintestatura tkopri, b’mod partikolari, il-bażijiet piridini, kinolini, akridini u anilini (inklużi t-taħlitiet magħmula minnhom). Dawn huma derivati prinċipalment mill-piridina, il-kinolina, l-akridina u l-anilina u l-omologi tagħhom.

Fost il-prodotti bażiċi li jaqgħu f’din is-subintestatura hemm:

1.  il-piridina ta’ purità skont il-piż ta’ inqas minn 95 %. Il-piridina ta’ purità skont il-piż ta’ 95 % jew iżjed taqa’ fis-subintestatura 2933 31 00 ;

2.  il-metilpiridina (pikolina), il-5-etil-2-metilpiridina (5-etil-2-pikolina), it-2-vinilpiridina, ta’ purità skont il-piż ta’ inqas minn 90 % (kif aċċertat mill-kromatografija tal-gass). Jekk il-kontenut skont il-piż huwa ta’ 90 % jew aktar, dawn il-prodotti jaqgħu fis-subintestatura 2933 39 ;

3.  il-kinolina ta’ purità ta’ inqas minn 95 % ikkalkulata skont il-piż fuq il-prodott anidride (aċċertat mill-kromatografija tal-gass). Jekk il-purità mhijiex inqas minn 95 %, dan il-prodott jaqa’ fis-subintestatura 2933 49 90 ;

4.  l-akridina ta’ purità ta’ inqas minn 95 % ikkalkulata skont il-piż fuq il-prodott anidride (kif aċċertat mill-kromatografija tal-gass). Jekk il-purità mhijiex inqas minn 95 %, dan il-prodott jaqa’ fis-subintestatura 2933 99 80 .

Din is-subintestatura ma tkoprix l-imlieħ ta’ kwalunkwe mill-prodotti bażiċi deskritti (l-intestatura 2933 jew 3824 ).

2707 99 80

Fenoli

Ara n-nota addizzjonali 1 ta’ dan il-Kapitolu.

Din is-subintestatura tkopri:

1.  il-fenoli miksubin permezz tad-distillazzjoni tal-qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja, u prodotti simili oħrajn li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi.

Madankollu, l-imlieħ tal-fenol huma esklużi minn din is-subintestatura (ġeneralment l-intestatura 2907 jew is-subintestatura 3824 99 93 );

2.  il-kresoli (isomeri singoli jew imħalltin) li fihom skont il-piż inqas minn 95 % ta’ kresoli, l-isomeri tal-kresol kollha meqjusin flimkien (kif aċċertat permezz tal-kromatografija tal-gass). Jekk il-kontenut skont il-piż huwa 95 % jew iżjed, dawn il-prodotti jaqgħu fis-subintestatura 2907 12 00 ;

3.  il-ksilenoli (isomeri singoli jew imħalltin) li fihom skont il-piż inqas minn 95 % ta’ ksilenol, l-isomeri tal-ksilenol kollha meqjusin flimkien (kif aċċertat permezz tal-kromatografija tal-gass). Jekk il-kontenut skont il-piż huwa 95 % jew iżjed, dawn il-prodotti jaqgħu fis-subintestatura 2907 19 10 ;

4.  fenoli oħra li għandhom ċirku wieħed jew aktar tal-benżen b’radikal wieħed tal-idrossil jew iżjed, sakemm dawn mhumiex fenoli kimikament definiti tal-intestatura 2907 . Prodott li wieħed importanti jinnota huwa l-fenol (C6H5OH) ta’ purità skont il-piż ta’ inqas minn 90 %.

2707 99 91 u 2707 99 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru prinċipalment il-prodotti li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ idrokarburi.

Dawn il-prodotti jinkludu:

1.  iż-żjut tqal (għajr dawk grezzi) miksubin mid-distillazzjoni tal-qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja jew prodotti simili ta’ dawk iż-żjut, dejjem jekk:

(a)  inqas minn 65 % mill-volum jiddistilla f’temperatura sa 250 °Ċ bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86); u

(b)  dawn għandhom indiċi ta’ penetrazzjoni tal-labra ta’ 400 jew aktar f’ 25 °Ċ bil-metodu EN 1426; u

(ċ)  dawn għandhom karatteristiċi li mhumiex dawk tal-prodotti tal-intestatura 2715 00 00 .

 

  Dawn il-prodotti ġeneralment għandhom densità ta’ aktar minn 1,000 g/cm3 fi 15 °C permezz tal- metodu EN ISO 12185.

Il-prodotti li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati f’(a) sa (c) hawn fuq għandhom ikunu kklassifikati skont il-karatteristiki tagħhom, pereżempju, fis-subintestaturi 2707 10 00 sa 2707 30 00 , 2707 50 00 , fl-intestatura 2708 , fis-subintestatura 2713 20 00 jew fl-intestatura 2715 00 00 ;

2.  l-estratti aromatiċi li mhumiex konformi mar-rekwiżiti preskritti għal dawk il-prodotti fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2713 90 10 u 2713 90 90 ;

3.  ċertu omologi tan-naftalen u tal-antraċen bħall-etilenaftaleni u l-metilantraċeni, sakemm dawn ma jaqgħux fl-intestatura 2902 ;

4.  ir-residwi mid-distillazzjoni (kemm atmosferika kif ukoll bil-vakwu) ta’ pertroleum grezz u żjut kombustibbli tal-baħar, fejn il-kostitwenti aromatiċi jippredominaw skont il-piż fuq il-kostitwenti mhux aromatiċi, (determinati bil-metodu deskritt fl-Anness A ta’ dan il-Kapitolu) li jikkonformaw ma’ dawn il-karatteristiki fiżikokimiċi li ġejjin:

(a)  bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86), inqas minn 65 % skont il-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f’250 °C;

(b)  il-punt tat- tmiem tad-distillazzjoni huwa ogħla minn 315 °C.

 

  Id-densità ta’ dawn ir-residwi tista’ tkun ġeneralment inqas minn 1 g/cm3 fi 15 °C bil-metodu EN ISO 12185.

Dawn ir-residwi jistgħu jkunu maħsuba biex jgħaddu minn proċess speċifiku.

2709 00

Żjut minerali ( petroleum ) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati

Din l-intestatura tkopri biss il-prodotti li għandhom proprjetajiet karatteristiċi taż-żjut grezzi mill-varji sorsi (pereżempju gravitaà speċifika, kurva tad-distillazzjoni, kontenut tal-kubrit, punt tat-tferrigħ, viskożità).

2709 00 10

Kondensati ta’ gass naturali

Din is-subintestatura tinkludi ż-żjut grezzi miksuba mill-istabilizzazzjoni, immedjata mal-estrazzjoni, tal-gass naturali. Din l-operazzjoni tikkonsisti fl-estrazzjoni tal-idrokarburi li jistgħu jkunu kondensati li hemm fil-gass naturali “mxarrab”, prinċipalment permezz tat-tkessiħ u d-depressurizzazzjoni.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2709 , it-tieni paragrafu.

2710

Żjut minerali ( petroleum ) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70 % jew aktar skont il-piż żjut minerali ( petroleum ) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi

Ara n-Noti 2 u 3 ta’ dan il-Kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

2710 12 11 sa 2710 19 99

Żjut minerali ( petroleum ) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70 % jew aktar skont il-piż żjut minerali ( petroleum ) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjoni, minbarra b’bijodiżil u minbarra żjut għar-rimi

Għad-definizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti prodotti ara n-nota 2 ta’ dan il-Kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2710 , (I).

Rigward is-subintestaturi għall-prodotti maħsuba:

— li jgħaddu minn proċess speċifiku,

— li jgħaddu minn trasformazzjoni kimika,

ara n-Noti addizzjonali 5 u 6 ta’ dan il-Kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

I.  Żjut tal-petroleum u żjut miksubin mill-minerali bituminużi (għajr grezzi)

Dan il-grupp ikopri t-taħlitiet tal-isomeri (għajr l-isterjoisomeri) tal-idrokarburi aċikliċi saturati li fihom inqas minn 95 % ta’ isomeru partikolari jew ta’ idrokarburi aċikliċi mhux saturati li fihom inqas minn 90 % ta’ isomeru partikolari, dawn il-perċentwali kkalkulati fuq il-piż tal-prodott anidride.

Dan il-grupp ikopri wkoll l-isomeri separati tal-idrokarburi msemmijin hawn fuq li għandhom purità ta’ inqas minn 95 % u 90 %, rispettivament, skont il-piż.

Dan il-grupp ikopri biss iż-żjut tal-petroleum u ż-żjut mill-minerali bituminużi:

1.  li għandhom punt ta’ kristallizzazzjoni, kif imkejjel bil-metodu ASTM D 938 (ekwivalenti għall- metodu ISO 2207), taħt it-30 °Ċ; jew

2.  li għandhom punt ta’ kristallizzazzjoni ta’ 30 °Ċ jew iktar u

(a)  densita’ ta’ inqas minn 0,942 g/ċm3 f’ 70 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185 u penetrazzjoni penetrazzjoni tal-kon maħdum, kif imkejjel bil-metodu ASTM D 217 (ekwivalenti għall-metodu ISO 2137), ta’ mill-inqas 350 f’ 25 °Ċ; jew

(b)  densita’ minima ta’ 0,942 g/ċm3 f’ 70 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185 u penetrazzjoni tal-labra, kif imkejjel bil-metodu EN 1426, ta’ mill-inqas 400 f’ 25 °Ċ.

 

  Għall-finijiet tal-paragrafu (I) hawn fuq, iż-żjut tal-petroleum u ż-żjut miksubin mill-minerali bituminużi għandhom ukoll jitqiesu li jinkludu ż-żjut li magħhom kienu miżjudin kwantitajiet żgħar ħafna ta’ diversi sustanzi , pereżempju, bħala addittivi biex itejbu l-kwalità jew ir-riħa, traċċaturi, jew aġenti koloranti.

Ara ukoll id-dijagramma ta’ hawn taħt:

 

Kriterji ta’ distinzjoni għal ċertu prodotti tal-petroleum tas-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 u tal-intestaturi 2712 u 2713 (għajr il-preparazzjonijiet tas-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 ) image

 

II.  Preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra, li fihom 70 % jew aktar skont il-piż żjut tal-petroleum jew żjut miksubin mill-minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet, minbarra dawk li fihom il-bijodiżil

Biex ikunu kklassifikati f’dawn is-subintestaturi, il-preparazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  il-proporzjon skont il-piż taż-żjut tal-petroleum jew taż-żjut miksubin mill-minerali bituminużi, kif definit fil-parti I hawn fuq, għandu jkun ta’ 70 % jew aktar.

Dan il-proporzjon huwa dak determinat permezz ta’ analiżi u mhux skont il-kwantità ta’ materjali miżjuda.

2.  ma għandhom ikunu la speċifikati u lanqas inklużi banda oħra;

3.  iż-żjut tal-petroleum jew iż-żjut miksubin mill-minerali bituminużi f’taħlitiet għandhom ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjoni, jiġifieri l-kostitwenti essenzjali rigward l-użu.

Il-preparazzjonijiet ta’ dawn is-subintestaturi ma jinkludux:

(a)  iż-żebgħat u l-verniċi (l-intestaturi 3208 , 3209 u 3210 00 );

(b)  il-preparazzjonijiet tas-sbuħija u l-kosmetiċi bbażati fuq iż-żjut minerali (ġeneralment l-intestaturi 3304 jew 3307 ).

(ċ)  is-sulfonati tal-petroleum (l-intestatura 3402 jew 3824 ).

Is-sulfonati tal-petroleum is-soltu jkunu fil-forma ta’ sospensjonijiet fiż-żejt tal-petroleum jew fiż-żejt miksub mil-minerali bituminużi. Il-kontenut tas-sulfonat pur is-soltu tant ikun għoli li jipprekludi l-użu dirett bħala lubrikant;

(d)  il-preparazzjonijiet għall-illostrar, għall-ippreżervar jew inkella għat-trattament tal-injam, tax-xogħol taż-żebgħa, tal-metalli, tal-ħġieġ jew ta’ materjali oħrajn (prinċipalment l-intestatura 3405 );

(e)  id-diżinfettanti, l-insettiċidi, eċċ., irrispettivament minn kif ikunu ppreżentati, li jikkonsistu f’soluzzjonijiet jew dispersjonijiet ta’ ingredjent attiv fiż-żejt tal-petroleum jew fiż-żejt miksub mill-minerali bituminużi (l-intestatura 3808 );

(f)  il-kisi ppreparat tat-tip użat fl-industrija tat-tessut (l-intestatura 3809 );

(g)  l-addittivi ppreparati għaż-żjut minerali (imsejħin ukoll dopes) (l-intestatura 3811 );

(h)  is-solventi kompożiti organiċi u thinners (eż. l-intestatura 3814 00 );

(ij)  il-leganti tal-forom ċentrali fil-funderiji (is-subintestatura 3824 10 00 );

(k)  ċertu preparazzjonijiet kontra s-sadid, partikolarment:

(i)  ippreparati, pereżempju mil-lanolina (madwar 20 %) f’soluzzjoni ta’ spirtu abjad (is-subintestatura 3403 19 10 );

(ii)  li fihom l-ammini bħala ingredjenti attivi (is-subintestatura 3824 99 92 ).

2710 12 11 sa 2710 12 90

Żjut u preparazzjonijiet ħfief

Ara n-nota 4 tas-subintestatura ta’dan il-Kapitolu.

2710 12 21 u 2710 12 25

Spirti speċjali

Ara n-nota addizzjonali 2(a) ta’ dan il-Kapitolu.

2710 12 21

Spirtu abjad

Ara n-Nota addizzjonali 2(b) ta’ dan il-Kapitolu.

2710 19 11 sa 2710 19 29

Żjut medji

Ara n-nota addizzjonali 2 (c) ta’ dan il-Kapitolu.

Il-kerosen jintuża għal firxa wiesgħa ta’ finijiet diversi, pereżempju bħala fjuwil għall-magni tal-ajruplani jew għat-tisħin.

Il-kerosen huwa żejt medju b’firxa ta’ distillazzjoni skont il-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86) kważi bejn 130 °C u 320 °C.

L-istampi mehmuża ma’ din in-nota ta’ spjegazzjoni huma biss indikattivi tal-kromatogrammi ta’ kategorija waħda ta’ prodotti li jistgħu jiġu kklassifikati f’kull wieħed mit-tliet subintestaturi konċernati.

2710 19 21

Karburant tal-ġett
Din is-subintestatura tkopri l-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip kerosen. Dan il-fjuwil tal-ġettijiet huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tan-Nota addizzjonali 2(c) ta’ dan il-Kapitolu.
Il-profil kromatografiku tal-gass tal-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip kerosen, pereżempju l-aktar fjuwil tal-ġettijiet użat komunament A-1, huwa karatteristiku ta’ żejt miksub bid-distillazzjoni taż-żejt grezz u wkoll permezz ta’ proċessi petrokimiċi oħra. It-tul tal-katina tal-alkani jvarja bejn madwar 10 u 18-il atomu tal-karbonju. Il-kontenut aromatiku jista’ jkun sa 25 % skont il-volum. Il-punt ta’ fjammabbiltà tiegħu huwa ġeneralment ogħla minn 38 °C skont il-metodu ISO 13736. Il-punt tal-iffriżar ġeneralment mhuwiex aktar minn – 40 °C.
Il-fjuwil tal-ġettijiet jista’ jkun fih l-addittivi li ġejjin: antiossidanti, inibituri tal-korrużjoni, inibituri tal-iffriżar, żebgħat għall-ittraċċar.
PROFIL KROMATOGRAFIKU TAL-GASS TAL-FJUWIL TAL-ĠETTIJIET TAT-TIP A-1 (KEROSEN) SimDis ASTM D 2887 estiż (ekwivalenti għall-metodu ISO 3924) image image

2710 19 25

Oħrajn
Din is-subintestatura tkopri l-kerosen għajr il-fjuwil tal-ġettijiet. Il-kerosen ta’ din is-subintestatura huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tan-Nota Addizzjonali 2(c) ta’ dan il-Kapitolu.
Il-profil kromatografiku tal-gass ta’ kerosen “ieħor” huwa karatteristiku ta’ żejt miksub bid-distillazzjoni ta’ żejt grezz.
Din is-subintestatura tinkludi wkoll:
— iż-żjut użati fil-lampi b’kontenut aromatiku u b’kontenut ta’ olefini baxxi biex tiġi evitata l-formazzjoni tal-ġmied waqt il-kombustjoni;
— iż-żjut b’firxa żgħira ta’ distillazzjoni, bi profil kromatografiku tal-gass kompost biss minn frazzjoni tal-istampa GC ta’ hawn taħt.
F’xi każijiet ikun hemm markaturi kimiċi.
Din is-subintestatura ieskludi t-taħlitiet ta’ kerosen u żjut minerali oħra jew solventi organiċi.
PROFIL KORMATOGRAFIKU TAL-GASS TAL-KEROSEN GĦAJR IL-FJUWIL TAL-ĠETTIJIET SimDis ASTM D 2887 estiż (ekwivalenti għall-metodu ISO 3924) image image

2710 19 29

Oħrajn
Din is-subintestatura tkopri ż-żjut medji għajr il-kerosen tas-subintestaturi 2710 19 21 u 2710 19 25 . Iż-żjut ta’ din is-subintestatura huma konformi mad-dispożizzjonijiet tan-Nota Addizzjonali 2(c) ta’ dan il-Kapitolu.
Normalment, il-prodotti ta’ din is-subintestatura jinkisbu bi proċess kimiku u fiżiku wieħed jew aktar li jistgħu jbiddlu konsiderevolment il-kompożizzjoni kimika ta’ dawn il-prodotti biex ikunu adattati għal ċerti użi industrijali. F’ċertu każijiet il-modifikazzjoni tal-kompożizzjoni molekolari ta’ dawk il-prodotti, tista’ tiġi identifikata bl-użu ta’ GC jew SimDis, filwaqt li għal tipi oħra ta’ prodotti jkunu jenħtieġu determinazzjonijiet aktar preċiżi (pereżempju kromatografija tal-gass–spettometrija tal-massa (GC-MS)).
Eżempju ta’ profil SimDis ta’ dawn iż-żjut huwa rappreżentat bl-n-paraffina kif jidher hawn taħt.
PROFIL KROMATOGRAFIKU TAL-GASS TAL-N-PARAFFINA SimDis ASTM D 2887 estiż (ekwivalenti għall-metodu ISO 3924) image image
Eżempju ieħor ta’ prodotti ta’ din is-subintestatura huma dawk miksubin bi proċess b’diversi stadji li jinkludu:
— l-estrazzjoni tal-paraffini lineari;
— l-idroġenizzazzjoni tar-residwi deparaffinati;
— il-frazzjonament bid-distillazzjoni tar-residwu idroġenat u deparaffinat fi prodotti b’qatgħa ta’ karbonju iqsar.
Dawn il-prodotti jikkonsistu f’idrokarburi saturati, prinċipalment b’fergħat u ċikliċi, b’kontenut aromatiku li huwa ħafna inqas minn 1 %. Eżempju ta’ profil SimDis għal dawn it-tip ta’ prodotti qed jingħata hawn taħt:
ASTM D 2887 estiż (ekwivalenti għall-Metodu ISO 3924)
Punt tat-Togħlija (°C) image image image
L-użu tat-teknika GC-MS jista’ jirriżulta fi profil bħal dan li qed jintwera hawn taħt bħala eżempju:
assi x: ħin (minuti)
assi y: abbundanza relattiva image
Kromatogramma tal-joni totali f’GC-MS (TIC)
Dan il-profil inkiseb bil-kundizzjonijiet sperimentali segwenti: image image
Dan il-profil juri d-distribuzzjoni li ġejja: image

2710 19 31 sa 2710 19 99

Żjut ħoxnin

Ara n-Nota addizzjonali 2(d) ta’ dan il-Kapitolu.

2710 19 31 sa 2710 19 48

Żjut tal-gass

Ara n-Nota addizzjonali 2(e) ta’ dan il-Kapitolu.

2710 19 51 sa 2710 19 68

Żjut karburanti

Ara n-nota addizzjonali 2(f) ta’ dan il-Kapitolu u d-dijagramma ta’ hawn taħt għall-karatteristiki taż-żjut kombustibbli:

 

image

2710 19 71 sa 2710 19 99

Żjut lubrikanti; żjut oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru ż-żjut tqal kif definiti fin-Nota addizzjonali 2(d) ta’ dan il-Kapitolu sakemm dawn iż-żjut ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fin-Nota addizzjonali 2(e) (żjut tal-gass) jew 2(f) (żjut kombustibbli) ta’ dan il-Kapitolu.

Dawn is-subintestaturi jkopru ż-żjut tqal li minnhom inqas minn 85 % skont il-volum, inkluż it-telf, jiddistilla fi 350 °C bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86):

1.  li, għal kulur dilwit li jikkorrispondi C, għandhom viskożità V:

(a)  li ma taqbiżx dik murija f’linja I tat-tabella ta’ konkordanza stipulata fin-Nota addizzjonali 2(f) ta’ dan il-Kapitolu, meta l-kontenut tal-irmied sulfat huwa 1 % jew aktar, jew meta l-indiċi ta’ saponifikazzjoni huwa ta’ 4 jew aktar; jew

(b)  li taqbeż dik murija fil-linja II tat-tabella ta’ konkordanza meta l-punt tat-tferrigħ huwa inqas minn 10 °C; jew

(ċ)  li taqbeż dik murija fil-linja I iżda li ma taqbiżx dik murija fil-linja II meta inqas minn 25 % jiddistilla fi 300 °C, meta l-punt tat-tferrigħ mhuwiex ogħla minn -10 °C. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw biss għaż-żjut li għandhom kulur dilwit C ta’ inqas minn 2;

2.  li għalihom dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu determinati:

(a)  il-perċentwal tad-distillazzjoni f’250 °C bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86) (fejn żero jitqies li hu perċentwal); jew

(b)  il-viskożità kinematika f’50 °C bil-metodu EN ISO 3104; jew

(ċ)  il-kulur dilwit C bil-metodu ISO 2049 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 1500);

3.  li huma kkuluriti b’mod artifiċjali.

 

Il-metodi analitiċi li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-punt 1 hawn fuq huma dawk speċifikati għaż-żjut kombustibbli (ara n-Nota addizzjonali 2(f) ta’ dan il-Kapitolu.)

Ara wkoll id-dijagramma hawn taħt:

 

image

2710 91 00 u 2710 99 00

Żjut għar-rimi

Ara n-nota 3 ta’ dan il-Kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2710 , (II).

2711

Gassijiet minerali ( petroleum ) u idrokarbonji oħrajn bil-gass

Għad-definizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2711 .

Rigward is-subintestaturi għall-prodotti maħsuba:

— li jgħaddu minn proċess speċifiku;

— li jgħaddu minn trasformazzjoni kimika;

ara n-Noti addizzjonali 5 u 6 ta’ dan il-Kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

2711 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-gass likwifikat li jinkiseb mill-bijomassa.

Dan il-gass likwifikat jirriżulta mill-fermentazzjoni tal-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi industrijali, domestiċi jew muniċipali, tal-ħama mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, tal-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi tal-agrikoltura u tal-forestrija, tal-iskart u r-residwi tal-industrija agroalimentari u ta’ materji primi oħrajn simili li ġejjin mill-annimali jew mill-ħxejjex li jinkisbu mill-bijomassa.

Dan il-gass huwa magħmul b’mod predominanti mill-metan, ġeneralment flimkien mad-diossidu tal-karbonju, u wkoll mas-sulfid tal-idroġenu, l-idroġenu, in-nitroġenu u l-ossiġenu, fuq skala iżgħar.

2711 29 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-gass (fi stat gassuż) li jinkiseb mill-bijomassa.

Dan il-gass jirriżulta mill-fermentazzjoni tal-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi industrijali, domestiċi jew muniċipali, tal-ħama mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, tal-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi tal-agrikoltura u tal-forestrija, tal- iskart u r-residwi tal-industrija agroalimentari u ta’ materji primi oħrajn simili li ġejjin mill-annimali jew mill-ħxejjex li jinkisbu mill-bijomassa.

Dan il-gass huwa magħmul b’mod predominanti mill-metan, ġeneralment flimkien mad-diossidu tal-karbonju, u wkoll mas-sulfid tal-idroġenu, l-idroġenu, in-nitroġenu u l-ossiġenu, fuq skala iżgħar.

2712

Vażelina; xema’ bajda (tal-parafina), xema’ taż-żejt minerali (petroleum ) mikrokristallina, xema’ slack , ożoċerita, xema’ lignite , xema’ tal-pît, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b’sintesi jew bi proċessi oħrajn, ikkuluriti jew le

2712 10 10 u 2712 10 90

Vażelina

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2712 , il-parti (A).

Ara ukoll id-dijagramma tan-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 , il-parti I.

2712 10 10

Mhux raffinata

Ara n-nota addizzjonali 3 ta’ dan il-Kapitolu.

2712 20 10 u 2712 20 90

Xema’ bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt skont il-piż

Dawn is-subintestaturi jkopru x-xema’ bajda deskritta fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2712 , il-parti (B), l-ewwel u s-seba’ paragrafu.

2712 90 11 u 2712 90 19

Ożoċerita, xema’ lignite jew xema’ tal-pit (prodotti naturali)

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2712 , il-parti (B), it-tielet, ir-raba’ u l-ħames paragrafu.

L-ożoċerite (xema’ naturali) rarament qed tkun ikkumerċjalizzata fil-preżent (is-sorsi spiċċaw u l-qliegħ finanzjarju huwa fqir), u t-termini ożoċerite u ċeresin (ożoċerite raffinata) fil-prattika huma applikati b’mod ħażin għax-xemgħat mikrokristallini taa-subintestaturi 2712 90 31 sa 2712 90 99 .

2712 90 31 sa 2712 90 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2712 , il-parti (B), it-tieni, is-sitt u s-seba’ paragrafu, għajr il-paraffina sintetika tas-subintestatura 2712 20 10 jew 2712 20 90 .

Dawn il-prodotti għandhom il-karatteristiki li ġejjin:

1.  il-punt ta’ kristallizzazzjoni kif determinat mill-metodu ASTM D 938 (ekwivalenti għall-metodu ISO 2207), mhuwiex inqas minn 30 °Ċ;

2.  id-densita’ hija inqas minn 0,942 g/ċm3 f’70 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185;

3.  il-penetrazzjoni ta’ kon maħdum, kif determinata bil-metodu ASTM D 217 (ekwivalenti għall-metodu ISO 2137), hija inqas minn 350 f’25 °Ċ; u

4.  il-penetrazzjoni tal-kon, kif imkejla bil-metodu ASTM D 937 (ekwivalenti għall-metodu ISO 2137), hija inqas minn 80 f’25 °Ċ.

Ara wkoll id-dijagramma tan-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 , il-parti I.

2712 90 31 sa 2712 90 39

Mhux raffinati

Ara n-Nota addizzjonali 4 ta’ dan il-Kapitolu.

Rigward is-subintestaturi għall-prodotti maħsuba:

— li jgħaddu minn proċess speċifiku,

— li jgħaddu minn trasformazzjoni kimika,

ara n-Noti addizzjonali 5 u 6 ta’ dan il-Kapitolu u n-noti ta’ spjegazzjoni rilevanti.

2713

Kokk taż-żejt minerali ( petroleum ), qatran taż-żejt minerali ( petroleum ) u fdalijiet oħrajn ta’ żjut minerali ( petroleum ) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi

2713 11 00 u 2713 12 00

Kokk taż-żejt minerali ( petroleum )

Dawn is-subintestaturi jkopru l-kokk tal-petroleum kif deskritt fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2713 , il-paragrafu (A).

2713 20 00

Qatran ta’ żejt minerali ( petroleum )

Din is-subintestatura tkopri l-bitum tal-petroleum kif deskritt fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2713 , il-paragrafu (B).

Dan il-prodott għandu l-karatteristiki li ġejjin:

1.  il-punt ta’ kristallizzazzjoni mhuwiex inqas minn 30 °C kif determinat bil-metodu ASTM D 938 (ekwivalenti għall-metodu ISO 2207);

2.  id-densità mhijiex inqas minn 0,942 g/cm3 f’70 °C bil-metodu EN ISO 12185; u

3.  il-penetrazzjoni tal-labra f’25 °Ċ hija inqas minn 400 kif determinata bil-metodu EN 1426.

Ara wkoll id-dijagramma tan-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 , il-parti I.

2713 90 10 u 2713 90 90

Fdalijiet oħrajn ta’ żejt minerali ( petroleum ) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2713 , il-parti (C).

L-estratti aromatiċi ta’ dawn is-subintestaturi (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2713, il-parti (C), il-paragrafu (1)) ġeneralment jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

1.  il-kontenut tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż it-80 % skont il-piż bil-metodu deskritt fl-Anness A tan-Noti ta’ Spjegazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;

2.  id-densità fi 15 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185 taqbeż iż-0,950 g/ċm3; u

3.  mhux aktar minn 20 % skont il-volum jiddistilla fi 300 °Ċ bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86).

Madanakollu, l-alkilbenżeni mħalltin u l-alkilnaftaleni mħalltin li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti imsemmijin hawn fuq huma klassifikati fl-intestatura 3817 .

2715 00 00

Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta’ żejt minerali ( petroleum ), fuq żift minerali jew fuq qatran ( tar pitch ) minerali (pereżempju, gomom/siment bituminużi, “ cut-backs ”)

Il-kompożizzjoni tat-taħlitiet bituminużi ta’ din l-intestatura tvarja skont l-użu maħsub.

1.  Il-prodotti użati għall-issiġillar mill-ilma u għall-protezzjoni tas-superfiċji jew għal finijiet ta’ iżolazzjoni

Il-prodotti użati għal kisjiet li jifilħu l-korrużjoni, għall-iżolazzjoni tal-impjanti elettriċi, għall-issiġillar tas-superfiċji mill-ilma, għall-mili tax-xquq, eċċ. is-soltu jikkonsistu f’legant (bitum, asfalt jew qatran), materjali tal-mili riġidi bħall-fibri minerali (asbestos, ħġieġ), trab tal-issegar tal-injam u kwalunkwe sustanza oħra meħtieġa biex tagħti lill-prodotti l-proprjetajiet meħtieġa jew biex tiffaċilita l-applikazzjoni tagħhom. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ dawn il-prodotti:

(a)  siġillanti bituminużi

b’kontenut ta’ solvent ta’ inqas minn 30 % li jippermetti li jinkisbu kisjiet bi ħxuna ta’ 3 sa 4 mm jew inqas;

(b)  mastiċi bituminużi

b’kontenut ta’ solvent li ma jaqbiżx 10 % li jippermetti li jinkisbu dawn li ġejjin: kisjiet bi ħxuna li tvarja minn 4 mm sa 1 cm jew xquq stukkjati ta’ qies kbir (minn 2 sa 8 cm);

(ċ)  preparazzjonijiet bituminużi oħrajn

li fihom materjali tal-mili iżda li ma fihomx solventi. Dawn għandhom jingħataw trattament bis-sħana qabel ma jintużaw. Fost applikazzjonijiet oħrajn, dawn jintużaw għall-protezzjoni tal-pajpijiet taħt l-art jew taħt l-ilma (pipelines).

2.  Prodotti użati għall-kisi tat-toroq

Il-prodotti bituminużi ta’ din l-intestatura li jintużaw għall-kisi tat-toroq jaqgħu f’żewġ kategoriji prinċipali:

(a)   cut-backs u żjut tat-toroq

Il-cut-backs huma bitumi mdewbin f’solventi pjuttost tqal, li l-kwantità tagħhom tista’ tkun varjata skont il-viskożità mixtieqa.

Id-deskrizzjoni kummerċjali ta’ dawn il-preparazzjonijiet tvarja skont jekk is-solventi użati humiex tal-petroleum jew ta’ oriġini oħra; dawk li fihom il-petroleum huma “bitumi fluwidifikati”, l-oħrajn “bitumi fondenti”.

Iż-żjut tat-toroq huma bħal preparazzjonijiet ibbażati fuq il-bitum li fih solventi tqal fi kwantitajiet li jvarjaw skont il-viskożità mixtieqa.

Ġieli jiġu miżjuda adeżivi biex jagħmlu dawn il-preparazzjonijiet jifilħu iżjed għat-tqaxxir.

Dawn il-preparazzjonijiet bituminużi kollha għandhom il-karatteristiki distinti li ġejjin:

— penetrazzjoni tal-labra, kif imkejla bil-metodu EN 1426, ta’ mhux inqas minn 400 f’ 25 °Ċ,

— residwu mid-distillazzjoni, miksub taħt pressjoni mnaqqsa bil-metodu ASTM D 1189 (irtirat fl-1979 u ma jeżistix metodu EN/ISO korrispondenti), ta’ mhux inqas minn 60 % skont il-piż b’penetrazzjoni tal-labra, kif imkejla bil-metodu EN 1426, ta’ inqas minn 400 f’ 25 °C.

Il-dijagramma li ġejja turi kif:

— il-bitumi fluwidifikati u fonduti jistgħu jintgħarfu mill-bitumi tas-subintestatura 2713 20 00 ,

— il-bitumini fluwidifikati u fonduti jistgħu jintgħarfu miż-żjut tal-petroleum tas-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 .

image

(b)  emulsjonijiet milwiema

Dawn huma preparazzjonijiet miksubin permezz tal-emulsjoni tal-bitumi bl-ilma.

Hemm żewġ kategoriji:

1.  emulsjonijiet anjoniċi jew “alkalini” bbażati fuq is-sapun ordinarju jew tat-tallol;

2.  emulsjonijiet katjoniċi jew “aċidużi” bbażati fuq ammina alifatika jew jone tal-ammonju kwaternarju.

ANNESS A

METODU TA’ DETERMINAZZJONI TAL-KONTENUT TA’ KOSTITWENTI AROMATIĊI FI PRODOTTI B’PUNT TA’ DISTILLAZZJONI TAT-TMIEM LI JAQBEŻ 315 oC

1. Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-metodu ta’ ttestjar ikopri d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi u mhux aromatiċi fiż-żjut minerali.

2. Definizzjoni

2.1. Kostitwenti aromatiċi: il-porzjon tal-kampjun dissolt fis-solvent u adsorbit fuq il-ġel tas-siliċe. Il-kostitwenti aromatiċi jista’ jkun fihom: idrokarburi aromatiċi, komposti aromatiċi nafteniċi kkondensati, olefini aromatiċi, asfalteni, komposti aromatiċi li fihom il-kubrit, in-nitroġenu, l-ossiġnu u l-komposti aromatiċi polari.

2.2. Kostitwenti mhux aromatiċi: il-porzjon tal-kampjun li ma jkunx adsorbit fuq il-ġel tas-siliċe u li jiġi elwit mis-solvent (bħalma huma l-idrokarburi mhux aromatiċi).

3. Prinċipju tal-metodu

Il-kampjun, dissolt fil-pentan-n, jitħalla jipperkola minn kolonna tal-kromatografija speċjali mimlija bil-ġel tas-siliċe. Il-kostitwenti mhux aromatiċi, elwiti bis-solvent, jinġabru sussegwentement u jiġu analizzati billi jintiżnu wara li jkun evapora s-solvent.

Il-kampjuni li ma jkunux dissolti fil-pentan-n jeħtieġ li jiġu dissolti fiċ-ċikloeżan.

4. Apparat u reaġenti

Kolonna tal-kromatografija: dan huwa tubu tal-ħġieġ bil-qisien u bil-forma murija fl-iskeċċ li jinsab aktar ’l isfel. Il-fetħa ta’ fuq trid tkun tista’ tiġi ssiġillata permezz ta’ sokit tal-ħġieġ, billi l-wiċċ ċatt mitħun tagħha jiġi ppressat mal-parti ta’ fuq tal-kolonna permezz ta’ żewġ klampi tal-metall miksijin bil-lastiku. Is-siġill ma għandu jippermetti l-ebda tnixxija meta tiġi applikata pressjoni ta’ nitroġenu jew arja.

Ġel tas-siliċe: tintuża xibka b'finezza ta’ 200 mesh jew iktar. Dan irid jiġi attivat għal seba’ sigħat f’forn miżmum f’temperatura ta’ 170 °C qabel l-użu u jitqiegħed f’dessikatur biex jiksaħ. Wara li jiġi attivat, il-ġel tas-siliċe jrid jintuża fi żmien ftit jiem.

Solvent I pentan-n: għall-inqas 95 % pur, mingħajr komposti aromatiċi.

Solvent II ċikloeżan: għall-inqas 98 % pur, mingħajr komposti aromatiċi.

5. Proċedura 1 (kolonna tal-kromatografija 1)

Preparazzjoni tas-soluzzjoni tal-kampjun: ħoll madwar 3,6 g (miżunin b’mod eżatt) tal-kampjun f’10 ml ta’ pentan-n (I). Jekk il-kampjun ma jinħallx fil-pentan-n, ħollu fiċ-ċikloeżan u d-determinazzjoni titwettaq bl-użu taċ-ċikloeżan (II) minflok tal-pentan-n (I).

Imla l-kolonna tal-kromatografija (il-kolonna tal-kromatografija 1) bil-ġel tas-siliċe attivat minn qabel, sa madwar 10 cm mill-bozza tal-ħġieġ ta’ fuq, billi tross bir-reqqa l-kontenut tal-kolonna permezz ta’ vibratur biex b’hekk ma jitħallewx kanali. Imbagħad daħħal tapp tal-ħġieġ f’forma ta’ fibri fuq in-naħa ta’ fuq tal-kolonna tal-ġbi tas-siliċe.

Xarrab minn qabel il-ġel tas-siliċe b’180 ml ta’ solvent (I) jew (II) u applika pressjoni ta’ arja jew nitroġenu minn fuq sakemm il-wiċċ ta’ fuq tal-likwidu jilħaq il-wiċċ tal-ġel tas-siliċe.

Neħħi bir-reqqa l-pressjoni ġol-kolonna u ferra’ fuqha madwar 3,6 g (espressjoni miżuna b’mod eżatt b’żewġ deċimali) ta’ kampjun dissolt f’10 ml ta’ solvent (I) jew (II), imbagħad laħlaħ il-bekk b’10 ml oħra ta’ solvent (I) jew (II) u ferra’ dan ukoll fuq il-kolonna.

Applika l-pressjoni ftit ftit waqt li tħalli l-likwidu jnixxi fi qtar mill-qiegħ tat-tubu kapillari tal-kolonna b’rata ta’ madwar 1 ml/min u iġbor dan il-likwidu fi flixkun ta’ 500 ml.

Meta l-livell tal-likwidu li fih is-sustanza li trid tiġi sseparata jinżel sal-wiċċ tal-ġel tas-siliċe, neħħi bir-reqqa l-pressjoni għal darba oħra u żid 230 ml tas-solvent (I) jew (II), erġa’ applika l-pressjoni minnufih u naqqas il-livell tal-likwidu sal-wiċċ tal-ġel tas-siliċe filwaqt li tiġbor l-elwat fl-istess flixkun bħal qabel.

Qabel ma l-livell tal-likwidu li fih is-sustanza li trid tiġi sseparata jinżel sal-wiċċ tal-ġel tas-siliċe, iċċekkja għall-preżenza tal-komposti aromatiċi fl-elwat billi tuża t-teknika FT-IR. Jekk l-elwat ikun fih biss idrokarburi alifatiċi, erġa’ żid 50 ml tas-solvent (I) jew (II) wara li tneħħi l-pressjoni. Irrepeti dan il-pass, jekk ikun meħtieġ.

Naqqas il-frazzjoni miġbura għal volum żgħir permezz ta’ evaporazzjoni f’forn b’vakwu b’temperatura ta’ 35 °C jew f’evaporatur rotatorju b’vakwu jew f’apparat simili u mbagħad ittrasferiha mingħajr telf għal bekk miżun, billi tuża aktar solvent (I) jew (II).

Evapora l-kontenut tal-bekk f’forn b’vakwu f’temperatura ta’ 35 °C għal piż kostanti (W). Jenħtieġ li d-differenza bejn iż-żewġ piżijiet tal-aħħar ma teċċedix iż-0,01 g. Id-differenza fil-ħin bejn iż-żewġ proċeduri ta’ użin jeħtieġ li tkun ta’ mill-inqas 30 minuta.

Il-perċentwal tal-kostitwenti mhux aromatiċi skont il-piż (A) jingħata bil-formula li ġejja:

A= W/W1*100

fejn W1 huwa l-piż tal-kampjun.

Id-differenza minn 100 hija l-perċentwal ta’ kostitwenti aromatiċi assorbiti mill-ġel tas-siliċe.

6. Akkuratezza tal-metodu

Ripetibbiltà: 5 %.

Riproduċibbiltà: 10 %.

7. Proċedura 2 (kolonna tal-kromatografija 2)

Preparazzjoni tas-soluzzjoni tal-kampjun: ħoll madwar 0,9 g (miżunin b’mod eżatt) tal-kampjun f’2,5 ml ta’ pentan-n (I). Jekk il-kampjun ma jinħallx fil-pentan-n, ħollu fiċ-ċikloeżan u d-determinazzjoni titwettaq bl-użu taċ-ċikloeżan (II) minflok tal-pentan-n (I).

Imla l-kolonna tal-kromatografija (il-kolonna tal-kromatografija 2) bil-ġel tas-siliċe attivat minn qabel, sa madwar 2,5 cm mill-bozza tal-ħġieġ ta’ fuq, billi tross bir-reqqa l-kontenut tal-kolonna permezz ta’ vibratur biex b’hekk ma jitħallewx kanali. Imbagħad daħħal tapp tal-ħġieġ f’forma ta’ fibri fuq in-naħa ta’ fuq tal-kolonna tal-ġel tas-siliċe.

Xarrab minn qabel il-ġel tas-siliċe b’45 ml ta’ solvent (I) jew (II) u applika pressjoni ta’ arja jew nitroġenu minn fuq sakemm il-wiċċ ta’ fuq tal-likwidu jilħaq il-wiċċ tal-ġel tas-siliċe.

Neħħi bir-reqqa l-pressjoni ġol-kolonna u ferra’ fuqha madwar 0,9 g (espressjoni miżuna b’mod eżatt b’żewġ deċimali) ta’ kampjun dissolt f’2,5 ml ta’ solvent (I) jew (II), imbagħad laħlaħ il-bekk b’2,5 ml oħra ta’ solvent (I) jew (II) u ferra’ dan ukoll fuq il-kolonna.

Applika l-pressjoni ftit ftit waqt li tħalli l-likwidu jnixxi fi qtar mill-qiegħ tat-tubu kapillari tal-kolonna b’rata ta’ madwar 1 ml/min u iġbor dan il-likwidu fi flixkun ta’ 250 ml.

Meta l-livell tal-likwidu li fih is-sustanza li trid tiġi sseparata jinżel sal-wiċċ tal-ġta tas-siliċe, neħħi bir-reqqa l-pressjoni għal darba oħra u żid 57,5 ml tas-solvent (I) jew (II), erġa applika l-pressjoni minnufih u naqqas il-livell tal-likwidu sal-wiċċ tal-ġel tas-siliċe filwaqt li tiġbor l-elwat fl-istess flixkun bħal qabel.

Qabel ma l-livell tal-likwidu li fih is-sustanza li trid tiġi sseparata jinżel sal-wiċċ tal-ġel tas-siliċe, iċċekkja l-preżenza tal-aromatiċi fl-elwat billi tuża t-teknika FT-IR. Jekk l-elwat ikun fih biss idrokarburi alifatiċi, erġa’ żid 12,5 ml tas-solvent (I) jew (II) wara li tneħħi l-pressjoni. Irrepeti dan il-pass, jekk ikun meħtieġ.

Naqqas il-frazzjoni miġbura għal volum żgħir permezz ta’ evaporazzjoni f’forn b’vakwu b’temperatura ta’ 35 °C jew f’evaporatur rotatorju b’vakwu jew f’apparat simili u mbagħad ittrasferiha mingħajr telf għal bekk miżun, billi tuża aktar solvent (I) jew (II).

Evapora l-kontenut tal-bekk f’forn b’vakwu f’temperatura ta’ 35 °C għal piż kostanti (W). Jenħtieġ li d-differenza bejn iż-żewġ piżijiet tal-aħħar ma teċċedix iż-0,01 g. Id-differenza fil-ħin bejn iż-żewġ proċeduri ta’ użin jeħtieġ li tkun ta’ mill-inqas 30 minuta.

Il-perċentwal tal-kostitwenti mhux aromatiċi skont il-piż (A) jingħata bil-formula li ġejja:

A= W/W1*100

fejn W1 huwa l-piż tal-kampjun.

Id-differenza minn 100 hija l-perċentwal ta’ kostitwenti aromatiċi assorbiti mill-ġel tas-siliċe.

8. Akkuratezza tal-metodu

Ripetibbiltà: 5 %.

Riproduċibbiltà: 10 %.

Kolonna tal-kromatografija 1

image

Kolonna tal-kromatografija 2

image

ANNESS B

METODU TA’ DETERMINAZZJONI TAL-PUNT TA’ KRISTALLIZZAZZJONI TAN-NAFTALEN

Dewweb, waqt li tħawwad il-ħin kollu, madwar 100 g ta’ naftalen fi griġjol tal-porċellana b’kapaċità ta’ madwar 100 cm3. Żid madwar 40 cm3 tas-sustanza mdewba fi flixkun “Shukoff” imsaħħan minn qabel sakemm dan ikun tliet kwarti mimli. Daħħal termometru, b’marki ta’ għaxar frazzjonijiet għal kull grad, minn ġo tapp tas-sufra, billi tirranġa l-bozza tal-merkurju fiċ-ċentru tal-likwidu. Meta t-temperatura taqa’ kważi sal-punt ta’ kristallizzazzjoni tan-naftalen (madwar 83 oC), wassal għall-kristallizzazzjoni permezz ta’ aġitazzjoni kontinwa. Malli jibdew jiffurmaw il-kristalli, il-kolonna tal-merkurju għandha ġeneralment tistabilizza u mbagħad terġa’ tibda taqa’. Tittieħed nota tat-temperatura li fiha l-merkurju jistabilizza u jibqa’ statiku għal ċertu ħin u din it-temperatura titqies li hi l-punt ta’ kristallizzazzjoni tan-naftalen, wara korrezzjoni biex tippermetti għall-parti mill-kolonna tal-merkurju barra l-flixkun.

Għal termometru tal-merkurju, din il-korrezzjoni trid tittieħed bħala:

image

fejn “n” huwa n-numru ta’ marki tal-kolonna tal-merkurju barra l-flixkun, “t” hija t-temperatura nnutata u “t′” hija t-temperatura medja tal-parti tal-kolonna tal-merkurju li qiegħda barra l-flixkun. “t′” tista’ tkun determinata bejn wieħed u ieħor permezz ta’ termometru awżiljarju li l-bozza tiegħu titqiegħed f’nofs it-tul tal-parti tal-kolonna li qiegħda barra l-flixkun. Termometru b’tubu kapillari jiżgura preċiżjoni għolja ħafna.

Il-flixkun “Shukoff” muri hawn taħt huwa kontenitur tal-ħġieġ b’ħitan doppji, fejn l-ispazju ta’ bejniethom huwa evakwat:

image

TAQSIMA VI

PRODOTTI TAL-INDUSTRIJA KIMIKA JEW DAWK RELATATI MAGĦHA

Ġenerali

Għall-interpretazzjoni ta’ noti ta’ taqsima 1, 2 u 3, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal Taqsima VI.

KAPITOLU 28

KIMIĊI INORGANIĊI; KOMPOSTI ORGANIĊI JEW INORGANIĊI TA’ METALLI PREZZJUŻI, TA’ ELEMENTI KIMIĊI METALLIĊI RARI (RARE-EARTH METALS), TA’ ELEMENTI RADJOATTIVI JEW TA’ ISOTOPI

Ġenerali

Komposti inorganiċi separati definiti kimikament, u ppreżentati bħala suppliment tal-ikel f’kapsuli (minbarra mikrokapsuli), pereżempju tal-ġelatina, huma esklużi minn dan il-Kapitolu minħabba li l-preżentazzjoni f’kapsuli huwa trattament li mhuwiex kopert min-Nota 1 ta’ dan il-Kapitolu.



II. AĊTI INORGANIĊI U KOMPOSTI INORGANIĊI TAL-OSSIĠNU TA’ NON-METALLI

2811

Aċti inorganiċi oħrajn u komposti inorganiċi oħrajn tal-ossiġnu ta’ non-metalli

2811 19 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti msemmijin fin-Nota 4 ta’ dan il-Kapitolu.

III. KOMPOSTI TA’ NON-METALLI TA’ ALOĠENU JEW TA’ KUBRIT

2812

Alidi u ossidi tal-alid ta’ non-metalli

 

Kloruri u ossidi tal-klorur

2812 11 00

Diklorat tal-karbonil (fosġenu)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2812 , (B), (5).

2812 12 00 sa 2812 14 00

Ossiklorur tal-fosfru; Triklorur tal-fosfru; Pentaklorur tal-fosfru

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2812 , (A), (3), u (B), (4).

2812 15 00 sa 2812 17 00

Monoklorat tal-kubrit; Diklorat sulfuriku; Klorur tat-tijonil

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2812 , (A), (2), u (B), (1), (a).

2812 19 90

Oħrajn

Apparti l-prodotti mniżżlin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2812 , (A) (ħlief 2, 3) u (B)) (ħlief 1a), 4, 5), dawn is-subintestaturi jinkludu t-tetraklorur tat-tellurju (TeCl4), użat prinċipalment għall-formazzjoni ta’ patina fuq l-oġġetti tal-fidda.

IV. BAŻIJIET U OSSIDI, IDROSSIDI U PEROSSIDI INORGANIĊI TA’ METALLI

 

Il-perossidi jitqiesu li jfissru biss komposti ta’ metall bl-ossiġenu li l-molekula tiegħu – bħal fil-każ tal-perossidu tal-idroġenu – fih ir-rabta -O-O-.

L-ossidi, l-idrossidi jew il-perossidi ta’ metalli li mhumiex speċifikati fl-intestaturi jew fis-subintestaturi ta’ qabel f’dan is-subkapitolu għandhom ikunu kklassifikati fis-subintestatura 2825 90 85 .

2819

Ossidi u idrossidi tal-kromju

2819 10 00

Triossidu tal-kromju

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2819 , (A), (1).

2819 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2819 , (A), (2), u (B).

2824

Ossidi taċ-ċomb; ċomb aħmar u ċomb oranġjo

2824 90 00

Oħrajn

Dwar it-termini “ċomb aħmar” u “ċomb oranġjo”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2824 , (2).

2825

Idrażin u idroksilamin u l-melħ inorganiku tagħhom; bażijiet oħrajn inorganiċi; ossidi, idrossidi u perossidi metalliċi oħrajn

2825 70 00

Ossidi u idrossidi tal-molibdenu

Din is-subintestatura ma tinkludix l-ossidu tal-molibdenu tekniku miksub sempliċiment bl-inkaljar tal-konċentrati tal-molibdenu (is-subintestatura 2613 10 00 ).

V. MELĦ U MELĦ PEROSSIDU, TA’ AĊTI U METALLI INORGANIĊI

2826

Fluworidi; fluworosilikati, fluworoaluminati u melħ fluworin kumpless ieħor

2826 19 10

Tal-ammonju jew tas-sodju

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2826 , (A), (1) u (2).

2826 19 90

Oħrajn

Apparti l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2826 , (A), (4) sa (9), din is-subintestatura tinkludi:

1.  difluworidu tal-berillju (BeF2), prodott id-difluworur tal-berillju (BeF2), prodott li jidher qisu tal-ħġieġ li għandu densità ta’ madwar 2 g/ċm3 u punt tat-tidwib ta’ madwar 800 °C, solubbli ħafna fl-ilma, li jintuża bħala intermedju fil-metallurġija tal-berillju. Dan jinkiseb permezz tal-kalċinazzjoni ta’ fluworoberillat tal-ammonju;

2.  fluworidu tal-berillju bażiku (5BeF2.2BeO), li jidher qisu tal-ħġieġ u solubbli fl-ilma wkoll, b’densità daqsxejn ogħla (madwar 2,3 g/ċm3).

2826 30 00

Eksafluworoaluminat tas-sodju (krijolit sintetiku)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2826 , (Ċ), (1).

2826 90 80

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2826 , (B), u (Ċ), (2) sa (5) bl-eċċezzjoni eżafluworożirkonat tad-dipotassju li huwa speċifikament inkluż fis-subintestatura 2826 90 10

2833

Sulfati; allumi; perossosulfati (persulfati)

2833 29 30

Tal-kobalt; tat-titanju

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  it-tris(sulfat) tad-dititanju (Ti2(SO4)3). Fil-forma anidra tiegħu dan huwa trab aħdar kristallin li mhuwiex solubbli fl-ilma, iżda li hu solubbli f’aċidi dilwiti u magħhom jifforma soluzzjoni vjola. Fl-istat idratat dan jifforma idrat kristallin stabbli li hu solubbli fl-ilma. Dan jintuża bħala aġent riduċenti fl-industrija tat-tessuti;

2.  is-sulfat tal-ossidu tat-titanju (sulfat tat-titanil) ((TiO)SO4). Dan jista’ jkun fil-forma anidra li huwa trab abjad igroskopiku jew wieħed minn għadd ta’ forom idratati li minnhom id-diidrat huwa l-iżjed stabbli. Dan jintuża bħala mordent fl-għoti ta’ kulur;

3.  il-bis(sulfat) tat-titanju (Ti(SO4)2) huwa trab abjad, igroskopiku ħafna ta’ stabbilità fqira.

2835

Fosfinati (ippofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati, definiti kimikament jew le

2835 10 00

Fosfinati (ippofosfiti) u fosfonati (fosfiti)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2835 , (A) u (B).

2835 22 00 sa 2835 29 90

Fosfati

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2835 , (Ċ), l-ewwel paragrafu, (I), u t-tieni paragrafu, (1), (a), (2), (a), (b) u (ċ), u (3) sa (8).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux taħlitiet ta’ fosfati differenti (ġeneralment il-Kapitolu 31 jew is-subintestatura 3824 99 96 ).

2835 31 00 u 2835 39 00

Polifosfati

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2835 , (Ċ), l-ewwel paragrafu, (II), (III) u (IV), u t-tieni paragrafu, (1), (b), u (2), (d) sa (g).

2835 39 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  id-difosfat tat-tetraammonju (pirofosfat tal-ammonju) ((NH4)4P2O7) u t-trifosfat tal-pentaammonju ((NH4)5P3O10);

2.  il-pirofosfati tas-sodju (id-difosfati tas-sodju): il-pirofosfati tat-tetrasodju (id-difosfat newtru) (Na4P2O7), id-diidroġenpirofosfat tad-disodju (l-aċidu tad-difosfat) (Na2H2P2O7);

3.  il-metafosfati tas-sodju (formula bażika (NaPO3)n), li hemm tnejn minnhom: iċ-ċiklo-trifosfat tas-sodju u ċ-ċiklo-tetrafosfat tas-sodju;

4.  polifosfati tas-sodju oħrajn li għandhom grad ta’ polimerizzazzjoni għoli. Dawn jinkludu prodott magħruf b’mod inkorrett bħala eżametafosfat tas-sodju, magħruf ukoll bħala melħ ta’ Graham, li huwa taħlita polimerika ((NaPO3)n) bi grad ta’ polimerizzazzjoni ta’ bejn 30 u 90.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-polifosfati tal-ammonju li għandhom grad ogħla ta’ polimerizzazzjoni, anki meta jkunu magħmulin minn serje simili ta’ polimeri (ġieli msejħin metafosfati tal-ammonju). Dan huwa l-każ, pereżempju, għall-melħ tal-ammonju Kurrol (li ma għandux ikun imħallat mal-melħ ta’ Kurro, li huwa metafosfat tas-sodju), polimeru lineari li għandu grad medju ta’ polimerizzazzjoni għoli (diversi eluf sa għexieren ta’ eluf ta’ gradi). Dan huwa trab abjad kristallin, li ma tantx hu solubbli, użat prinċipalment bħala aġent li jipproteġi kontra n-nirien.

2840

Borati; perossiborati (perborati)

2840 19 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi t-tetraborat tad-disodju kristallizzat (ma’ 10H2O).

2840 20 10

Borati tas-sodju, anidri

Din is-subintestatura tinkludi l-pentaborat tas-sodju u l-metaborat tas-sodju.

2841

Melħ ta' aċti oksometalliċi jew peroksometalliċi

2841 69 00

Oħrajn

Il-manganiti huma l-imlieħ tal-aċidu manganuż (H2MnO3). Dawn kważi ma huma solubbli xejn u jiġu idrolizzati faċilment.

Din is-subintestatura tinkludi l-manganit tar-ram (CuMnO3) li jintuża f’maskri tal-gass biex jossida l-monossidu tal-karbonju għall-diossidu tal-karbonju, u l-bis(idroġenmanganit) tar-ram (Cu(HMnO3)2), li huwa iżjed effettiv.

Apparti l-manganati mniżżlin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2841 , (3), (a), din is-subintestatura tkopri wkoll il-manganati li fihom huwa pentavalenti l- manganiż, pereżempju, Na3MnO4.10H2O.

2842

Melħ ieħor ta’ aċti inorganiċi jew perossiaċidi (inklużi aluminosilikati kimikament definiti jew le), ħlief ażuri

2842 10 00

Silikati doppji jew kumplessi, inklużi aluminosilikati definiti kimikament jew le

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2842 , (II), it-tieni paragrafu, (L).

2842 90 10

Melħ, melħ doppju jew kumpless ta’ aċti tas-selenju jew tat-tellurju

Apparti l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2842 , (I), (C) u (D), u (II), it-tieni paragrafu, (D) u (E), u mas-selenosulfiti, is-selenosulfati u t-tijotellurati msemmijin fi (II), it-tieni paragrafu, (C), (3), din is-subintestatura tinkludi;

1.  is-selenid tal-indju (InSe), li jintuża bħala semikonduttur;

2.  it-tellurid taċ-ċomb purifikat ħafna (PbTe) li jintuża għat-transistors, għat-termokoppji, għall-bozoz tal-fwar tal-merkurju, eċċ.

VI. MIXXELLANJI

2844

Elementi kimiċi radjuattivi u isotopi radjuattivi (inklużi l-elementi u l-isotopi kimiċi fissili jew fertili) u l-komposti tagħhom; taħlit u fdalijiet li fihom dawn il-prodotti

Ara n-nota 6 ta’ dan il-Kapitolu.

2844 10 10 sa 2844 10 90

Uranju naturali u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju naturali jew komposti naturali tal-uranju

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2844 , (IV), (A), (1), (B), (1), u (Ċ), (1) sa (3).

2844 20 25 sa 2844 20 99

Uranju arrikkit f’U 235 u l-komposti tiegħu; plutonju u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju arrikkit f’U 235, plutonju jew komposti ta’ dawn il-prodotti

L-uranju arrikkit fl-isotopu 235 huwa kkumerċjalizzat taħt id-deskrizzjonijiet “uranju daqsxejn arrikkit” (li fih sa 20 % U 235) u “uranju arrikkit ħafna” (li fih iżjed minn 20 % U 235).

Għal plutonju u l-komposti tiegħu ara n- Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2844 , (IV), (A), (3), (B), (2), u (Ċ), (1) u (3).

2844 30 11 u 2844 30 19

Uranju imbattal f’U 235 u l-komposti tiegħu; torju u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju mbattal f’U 235, torju jew komposti ta’ dawn il-prodotti

L-uranju mfaqqar f’U 235 huwa prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-uranju arrikkit f’U 235. Minħabba l-prezz ħafna irħas tiegħu u l-kwantitajiet kbar li jeżistu, dan jissostitwixxi l-uranju naturali, speċjalment bħala materjal fertili, bħala skrin protettiv kontra r-radjazzjonijiet, bħala metall tqil għall-manifattura tal-flajwils jew għall-preparazzjoni ta’ kompożizzjonijiet li jassorbu (getters) li jintużaw għall-purifikazzjoni ta’ ċertu gassijiet.

2844 30 51 sa 2844 30 69

Torju; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom torju jew komposti ta’ dan il-prodott

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2844 , (IV), partikolarment (A), (2), u (B), (3).

2844 30 91 u 2844 30 99

Komposti ta’ uranju mbattal f’U 235 jew ta’ torju, imħallat flimkien jew le

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2844 , (IV), (B), (1) u (3).

2844 40 10 sa 2844 40 80

Elementi u isotopi u komposti radjuattivi ħlief dawk tas-subintestatura 2844 10 , 2844 20 jew 2844 30 ; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom dawn l-elementi, isotopi jew komposti; fdal radjuattiv

Għad-definizzjoni tat-terminu “isotopi”, ara l-aħħar sentenza tan-nota 6 ta’ dan il-Kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2844 , (I).

Għall-prodotti l-oħra msemmijin f’dawn is-subintestaturi, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2844 , (III).

2844 50 00

Elementi karburanti (skrataċ) użati (irradjati) ta’ reatturi nukleari ( Ewratom )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2844 , (IV), (Ċ), (4).

2845

Isotopi ħlief dawk tal-intestatura 2844 ; komposti, inorganiċi jew organiċi, definiti kimikament jew le

Għad-definizzjoni tat-terminu “isotopi”, ara l-aħħar sentenza tan-Nota 6 ta’ dan il-Kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2844 , (I).

2845 10 00

Ilma tqil (ossidu tad-dewterju) ( Ewratom )

Din is-subintestatura tkopri l-ilma tqil (jew l-ossidu tad-dewterju) li jixbah l-ilma ordinarju fl-apparenza u għandu l-istess proprjetajiet kimiċi; il-proprjetajiet fiżiċi, mill-banda l-oħra, huma daqsxejn differenti. L-ilma tqil jintuża bħala sors ta’ dewterju u, fir-reatturi nukleari, jintuża biex inaqqas il-veloċità tan-newtroni li jaqsmu l-atomi tal-uranju.

2845 90 10

Dewterju u komposti tiegħu; idroġenu u komposti tiegħu, arrikkiti fid-dewterju; taħlit u soluzzjonijiet li fihom dawn il-prodotti ( Ewratom )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2845 , it-tielet paragrafu, (1) u (3).

Din is-subintestatura tkopri wkoll komposti organiċi jew inorganiċi idroġenati oħra li fihom l-idroġenu kien sostitwit parzjalment jew kompletament mid-dewterju. L-iktar importanti huwa d-dewterid tal-litju, l-ammonja dewterata, is-sulfid tal-idroġenu dewterat, il-benżen dewterat, il-bifenil dewterat u t-terfenili dewterati. Dawn il-prodotti jintużaw fl-industrija nukleari biex inaqqsu l-veloċità tan-newtroni (il-moderaturi), bħala intermedjarji fil-produzzjoni tal-ilma tqil, jew fl-istudji dwar ir-reazzjoni tal-fużjoni termonukleari. Dawn il-komposti għandhom ukoll applikazzjonijiet importanti fl-analiżi u s-sinteżi organiċi.

2845 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-isotopi u l-komposti li ġejjin:

1.  il-karbonju 13, il-litju 6, il-litju 7 u l-komposti magħmula minnhom;

2.  il-boron 10, il-boron 11, in-nitroġenu 15, l-ossiġenu 18 u l-komposti magħmula minnhom (pereżempju, 10B2O3, 10B4C, 15NH3, H2 18O).

Dawn jintużaw fir-riċerka xjentifika u fl-industrija nukleari.

2846

Komposti, inorganiċi jew organiċi, ta’ elementi kimiċi metalliċi rari ( rare-earth metals ), ta’ ittirju jew ta’ skandju jew ta’ taħlitiet ta’ dawn il-metalli

2846 10 00

Komposti taċ-ċerju

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2846 , it-tielet paragrafu, (1).

2846 90 10 sa 2846 90 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu komposti ta’ metalli tas-serje terrestri rari, imsejħin lantanidi (minħabba li l-lantanju huwa l-ewwel element tas-serje), li jinkludu l-ossidi tal- ewropju, tal-gadolinju, tas-samarju u tat-terbju (terbit), li jintużaw bħala sustanzi li jassorbu n-newtroni fil-vireg ta’ kontroll jew ta’ sikurezza tar-reatturi nukleari u fit-tubi tat-televiżjonijiet tal-kulur.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2846 , it-tielet paragrafu, (2).

KAPITOLU 29

KIMIĊI ORGANIĊI

Ġenerali

L-ittri “(INN)ˮ wara isem li jidher fin-Nomenklatura Magħquda u fin-noti ta’ spjegazzjoni tagħha, qegħdin hemm biex jindikaw li l-isem huwa inkluż fil-lista ta’ Denominazzjonijiet Komuni Internazzjonali għas-Sustanzi Farmaċewtiċi ppublikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

L-ittri “(INNM)ˮ jindikaw li l-isem huwa aċċettat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala “Denominazzjoni Komuni Internazzjonali Modifikata”.

L-ittri “(ISO)ˮ jindikaw li l-isem jidher bħala wieħed mill-“ismijiet komuni għall-kimiki għall-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara u għar-regolaturi għat-tkabbir tal-pjanti” fir-Rakkomandazzjoni R 1750 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.

Sistema magħquda hija waħda li fiha jkun hemm għall-inqas żewġ ċrieki li għandhom rabta komuni waħda, u waħda biss, u għandhom żewġ atomi komuni, u tnejn biss.

Komposti organiċi separati definiti kimikament, u ppreżentati bħala suppliment tal-ikel f’kapsuli (minbarra mikrokapsuli), pereżempju tal-ġelatina, huma esklużi minn dan il-Kapitolu minħabba li l-preżentazzjoni f’kapsuli huwa trattament li mhuwiex kopert min-Nota 1 ta’ dan il-Kapitolu.



Nota 1 (a)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, (A), l-ewwel erba’ paragrafi.

Dan il-Kapitolu jinkludi:

1.  l-antraċen ta’ purità skont il-piż ta’ 90 % jew aktar (is-subintestatura 2902 90 00 );

2.  il-benżen ta’ purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar (is-subintestatura 2902 20 00 );

3.  in-naftalen b’punt ta’ kristallizzazzjoni ta’ 79,4 °C jew aktar (is-subintestatura 2902 90 00 );

4.  it-toluwen ta’ purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar (is-subintestatura 2902 30 00 );

5.  il-ksileni li fihom skont il-piż 95 % jew aktar ksilen (isomeri totali) (is-subintestaturi 2902 41 00 sa 2902 44 00 );

6.  l-etan u idrokarburi aċikliċi saturati oħrajn (għajr il-metan u l-propan) bħala isomeri singoli b’purità ta’ 95 % jew iżjed b’referenza għall-volum għall-prodotti gassużi (1) u għall-piż għall-prodotti mhux gassużi (is-subintestatura 2901 10 00 );

7.  l-etilen ta’ purità skont il-volum ta’ 95 % jew aktar (is-subintestatura 2901 21 00 );

8.  il-propen (propilen) ta’ purità skont il-volum ta’ 90 % jew aktar (is-subintestatura 2901 22 00 );

9.  l-alkoħols xaħmin ta’ purità skont il-piż ta’ 90 % jew aktar, kif ikkalkulat fuq il-prodott anidru, u li fihom sitt atomi tal-karbonju jew iżjed (is-subintestatura 2905 16 , 2905 17 00 jew 2905 29 90 );

10.  il-kresoli (isomeri singoli jew imħalltin) li fihom skont il-piż 95 % jew aktar ta’ kresol fejn l-isomeri kollha tal-kresol huma meqjusin flimkien (is-subintestatura 2907 12 00 );

11.  il-fenol ta’ purità skont il-piż ta’ 90 % jew aktar (is-subintestatura 2907 11 00 );

12.  il-ksilenoli (isomeri singoli jew imħalltin) li fihom skont il-piż 95 % jew aktar ta’ ksilenol, fejn l-isomeri kollha tal-ksilenol huma meqjusin flimkien (is-subintestatura 2907 19 10 );

13.  l-aċidi xaħmin (għajr l-aċidu olejku) b’purità skont il-piż ta’ 90 % jew aktar, kif ikkalkulat fuq il-prodott anidru, u li fihom sitt atomi tal-karbonju jew aktar (l-intestaturi 2915 u 2916 );

14.  l-aċidu oleiku ta’ purità skont il-piż ta’ 85 % jew aktar, kif ikkalkulat fuq il-prodott anidru (is-subintestatura2916 15 00 );

15.  il-piridina ta’ purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar (is-subintestatura 2933 31 00 );

16.  il-metilpiridina (pikolina), 5-etile-2-metilpiridina (5-etile-2-pikolina) u 2-vinilpiridina, ta’ purità skont il-piż ta’ 90 % jew aktar (is-subintestatura 2933 39 );

17.  il-kinolina ta’ purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar, ikkalkulata fuq il-prodott anidru (kif aċċertat mill-kromatografija tal-gass) (is-subintestatura 2933 49 90 );

18.  1,2-diidro-2,2,4-trimetilkinolina, b’purità skont il-piż li taqbeż 85 %, ikkalkulata fuq il-prodott anidru (is-subintestatura 2933 49 90 );

19.  l-akridina b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar, ikkalkulata fuq il-prodott anidru (kif aċċertat mill-kromatografija tal-gass) (is-subintestatura 2933 99 80 );

20.  id-derivattivi tal-aċidi xaħmin u tal-alkoħols xaħmin tal-entrati 9, 13 u 14 hawn fuq (eż. l-imlieħ, l-esteri (għajr dawk tal-gliċerina), l-ammini, l-ammidi, in-nitrili) dejjem jekk dawn jissodisfaw il-kriterji stipulati għall-aċidi u l-alkoħols xaħmin korrispondenti.

Nota 1 (b)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, (A), l-aħħar paragrafu.

Nota 1 (d)

Is-soluzzjonijiet milwiema permessi huma dawk biss li huma soluzzjonijiet veri, anki jekk minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed ilma s-sustanza tkun imdewba biss parzjalment.

Nota 1 (f)

Rigward iż-żieda ta’ stabilizzatur, aġent kontra t-trab, aġent li jagħti l-kulur jew sustanzi li jagħtu riħa, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, (A), il-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar.

Nota 1 (g)

Rigward iż-żieda ta’ stabilizzatur, aġent kontra t-trab, aġent li jagħti l-kulur jew sustanzi li jagħtu riħa, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, (A), il-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar.

Nota 5

Id-dispożizzjonijiet ta’ din in-Nota japplikaw biss għall-klassifikazzjoni, bħal bejn l-intestaturi, tal-prodotti kkonċernati (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, (G)).

Għall-klassifikazzjoni bħal bejn is-subintestaturi f’intestatura, id-dispożizzjonijiet tan-nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-Kapitlu għandhom ikunu applikati.

(1)   L-istat gassuż huwa osservat fi 15 °Ċ u taħt pressjoni ta’ 1 013 millibar.



I. IDROKARBONI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM

2902

Idrokarboni ċikliċi

2902 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi: l-ażulen (biċiklo[5,3,0]dekapentaen) u d-derivattivi alkiliċi tiegħu bħal pereżempju l-kamażulen (7-etil-1,4-dimetilażulen), il-guwajażulen (7-isopropil-1,4-dimetilażulen), il-vetiverazulen (2-isopropil-4,8-dimetilażulen).

2903

Derivattivi aloġenati ta’ idrokarboni

2903 39 28

Fluworidi saturati perfluworinati

Din is-subintestatura tinkludi it-tetrafluworur tal-karbonju (tetrafluworurmetan).

2903 39 39

Fluworidi saturati oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi t-tetrafluworuretilen u t-trifluworuretilen.

2903 81 00

1,2,3,4,5,6-Eksakloroċikloeksan (HCH (ISO)), inkluż il-lindanu (ISO, INN )

Din is-subintestatura tinkludi l-lindan (ISO, INN). Il-lindan huwa l-gammaisomeru tal-eżakloroċikloeżan (HCH (ISO)) b’purità ta’ 99 % jew aktar. Dan il-gammaisomeru biss ta’ HCH għandu proprjetajiet insettiċidi. Il-lindan jintuża fl-agrikoltura u għat-trattament tal-injam.

II. ALKOĦOLI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM

2905

Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2905 14 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri biss l-alkoħol:sekbutil (butan-2-ol) u l-isobutil (2-metilpropan-ol).

2905 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-pentanol (alkoħol amiliku) ta’ dan li ġej: n-amil (pentan-1-ol), sekamil (pentan-2-ol), tertamil (2-metilbutan-2-ol, idrat tal-amilen), isoamil (3-metilbutan-1-ol), sekisolamil (3-metilbutan-2-ol), 2-metilbutan-1-ol, neopentil (neoamil, 2,2-dimetilpropan-1-ol), pentan-3-ol.

2905 44 11 sa 2905 44 99

D-gluċitol (sorbitol)

Dawn is-subintestaturi jkopru biss id-D-gluċitol (sorbitol) li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tan-Nota 1 ta’ dan il-Kapitolu. Il-forom ta’ D-gluċitol (sorbitol) li ma jikkonformawx huma klassifikati fis-subintestaturi 3824 60 11 sa 3824 60 99 .

2906

Alkoħoli ċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2906 11 00

Mentol

Din is-subintestatura tkopri biss: (–)-paramentol-3, ((–)-trans-1,2-ċis-1,5-isopropil-2-metil-5-ċikloeżanol), (±)-paramentol-3, u (+)-paramentol-3.

Is-subintestatura ma tinkludix in-neomentol, l-isomentol jew in-neoisomentol (is-subintestatura 2906 19 00 ).

VI. KOMPOSTI FUNZJONI-KETON U KOMPOSTI FUNZJONI-KINONE

2914

Ketoni u kinoni, b’funzjoni ossiġnu jew le, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2914 50 00

Fenoli-keton u ketoni b’funzjoni oħra t’ossiġnu

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, “funzjoni ossiġenati oħra” tfisser kwalunkwe mill-funzjonijiet ossiġenati speċifikati fl-intestaturi ta’ qabel ta’ dan il-Kapitolu għajr il-funzjonijiet tal-alkoħol, tal-aldeid u tal-fenol.

2914 61 00 sa 2914 69 80

Kinoni

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjonitas-SA tal-intestatura 2914 , il-partijiet (E) u (F). Għall-finijiet ta’ dawn is-subintestaturi, “kinoni” għandha tinftiehem f’sens iktar wiesa’, jiġifieri “kinoni kemm jekk b’funzjonijiet ossiġenati oħra jew le”; dawn konsegwentement ikopru l-kinoni mingħajr funzjonijiet ossiġenati (għajr għall-funzjoni kinon), kinon-alkoħols, kinon-fenoli, kinon aldeidi, u kinoni b’funzjonijiet ossiġenati oħra (għajr dawk imsemmijin hawn fuq).

VII. AĊTI KARBOKSILIĊI U L-ANIDRIDI TAGĦHOM, ALIDI, PEROSSIDI U PEROSSIAĊTI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM

2915

Aċti aċikliċi monokarboksiliċi saturati u l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u peroksi aċti; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

Rigward il-kriterji tal-purità għall-aċidi xaħmin u għad-derivattivi tagħhom, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta’ dan il-Kapitolu, in-Nota 1(a), l-entrati 13 u 20.

2916

Aċti aċikliċi monokarboksiliċi mhux saturati, l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u peroksiaċti; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

Rigward il-kriterji għall-purità għal aċidi xaħmin u għad-derivattivi tagħhom, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta’ dan il-Kapitolu, in-Nota 1(a), l-entrati 13, 14 u 20.

IX. KOMPOSTI FUNZJONI-NITROĠENU

2921

Komposti funzjoni-amina

2921 42 00

Derivattivi ta’ anilina u l-melħ tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2921 42 sa 2921 49 .

2921 43 00

Tolwidini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2921 42 sa 2921 49 .

2921 44 00

Difenilamina u d-derivattivi tagħha; melħ tagħha

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2921 42 sa 2921 49 .

2921 45 00

1-Naftilamina ( α -naftilamina), 2-naftilamina (β-naftilamina) u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2921 42 sa 2921 49 .

2921 49 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2921 42 sa 2921 49 .

2923

Melħ u idrossidi ta’ ammonju kwaternarju; leċitini u fosfoaminolipidi oħrajn, kimikament definiti jew le

2923 20 00

Leċitini u fosfoaminolipidi oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2923 , ir-raba’ paragrafu, (2).

Il-fosfoaminolipidi l-oħra ta’ din is-subintestatura huma esteri (fosfatidi) simili għal-leċitini. Dawn jinkludu ċ-ċefalin, il-bażijiet organiċi nitroġenużi fosthom il-kolammina u s-serina u s-sfingomijelina, il-bażijiet nitroġenużi fosthom il-kolina u s-sfingosina.

2925

Komposti funzjoni-karboksimida (inkluża sakkarina u l-melħ tagħha) u komposti funzjoni-imine

2925 11 00

Sakkarina u l-melħ tagħha

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2925 , (A), l-ewwel paragrafu, (1).

X. KOMPOSTI ORGANO-INORGANIĊI, KOMPOSTI ETEROĊIKLIĊI, AĊTI NUKLEJKI U L-MELĦ TAGĦHOM, U SULFONAMIDI

2930

Komposti organo-sulfuriċi

Komposti organiċi tal-kubrit kif definiti fin-Nota 6 ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu klassifikati f’din l-intestatura, kemm jekk fihom sustanzi mhux metalli oħrajn jew metalli direttament magħqudin ma’ atomi tal-karbonju, u kemm jekk le.

2932

Komposti eteroċikliċi b’etero-atomu(i) ta’ ossiġnu biss

2932 20 10 sa 2932 20 90

Lattoni

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2932 20 .

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2932 , l-ewwel paragrafu, (B).

2933

Komposti eteroċikliċi b’etero-atomu(i) ta’ nitroġenu biss

2933 11 10 u 2933 11 90

Fenażon (antipirin) u d-derivattivi tiegħu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2933 11 , 2933 21 u 2933 54 .

2933 21 00

Idantojn u d-derivattivi tiegħu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2933 11 , 2933 21 u 2933 54 .

2933 49 10

Derivattivi aloġeniċi ta' kinolina; derivattivi ta' aċtu karboksiliku ta' kinolina

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2933 , l-ewwel paragrafu, (D).

Għall-finijiet ta’ din l-intestatura, it-terminu “derivattivi aloġenati tal-kinolina” ikopri biss id-derivattivi tal-kinolina li fihom, atomu wieħed jew iżjed tal-idroġenu tas-sistema taċ-ċirku aromatiku ġie sostitwit bin-numru korrispondenti ta’ atomi tal-aloġenu.

It-teminu “derivattivi tal-aċidu kinolinkarbossiliku” jinkludi d-derivattivi tal-aċidu kinolinkarbossiliku li fihom, atomu wieħed jew iżjed tal-idroġenu tas-sistema taċ-ċirku aromatiku u/jew il-funzjoni tal-aċidu ġew sostituti.

2933 52 00

Malonilureja (aċtu barbituriku) u l-melħ tiegħu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2933 11 , 2933 21 u 2933 54 .

2933 54 00

Derivattivi oħrajn ta’ malonilureja (aċtu barbituriku); melħ tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 2933 11 , 2933 21 u 2933 54 .

2933 79 00

Lattami oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2933 79 .

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2933 , l-ewwel paragrafu, (G), (2) sa (7).

XI. PROVITAMINI, VITAMINI U ORMONI

2936

Provitamini u vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inklużi konċentrati naturali), derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u taħlit flimkien ta’ dawn li ssemmew fuq, f’xi solvent jew le

Il-prodotti ta’ din l-intestatura jistgħu jkunu:

— stabilizzati f’forma żejtnija;

— stabilizzati permezz ta’ kisi, eż., ġelatina, xemgħa, xaħmijiet, lastiku ta’ diversi tipi jew derivattivi taċ-ċelluloża fil-forma ta’ mikrokapsuli;

— assorbiti fuq id-dijossidu tas-siliċju.

Il-klassifikazzjoni f’din l-intestatura mhijiex affettwata biż-żieda ta’ aġenti plastifikanti jew antiagglomeranti.

L-adsorbenti skambjaturi tal-joni huma madankollu esklużi minn din l-intestatura u huma klassifikati skont il-kompożizzjoni u l-użu tagħhom.

2936 90 00

Oħrajn, inklużi konċentrati naturali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2936 90 .

2937

Ormoni, prostaglandini, tromboksani u lewkotrieni, naturali jew riprodotti b’sintesi; derivattivi u analogi strutturali tagħhom, inklużi polipeptidi b’katina modifikata, użati primarjament bħala ormoni

Ara Nota 8 ta’ dan il-Kapitolu għad-definizzjoni tat-terminu “ormoni” u tal-espressjoni “użati primarjament bħala ormoni”.

Din l-intestatura tkopri biss il-prodotti li jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , l-ewwel paragrafu, (I) sa (VI), u t-tieni paragrafu.

2937 11 00

Somatropin, id-derivattivi u l-analogi strutturali tiegħu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (A), (1).

2937 12 00

Insulina u l-melħ tagħha

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (A), (2).

2937 19 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (A), (3) sa (20).

2937 21 00 sa 2937 29 00

Ormoni sterojdali, id-derivattivi u l-analogi strutturali tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (B).

Ara wkoll, in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-“Lista ta’ sterojdi użati primarjament għall-funzjoni ormonali tagħhom” rigward is-sustanzi mniżżlin bħala “kortikosterojdi”.

2937 21 00

Kortison, idrokortison, prednison (deidrokortison) u prednisolon (deidroidrokortison)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (B), (1), (a), (b), (ċ) u (d).

2937 22 00

Derivattivi aloġenati ta’ ormoni kortikosterojdali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (B), (2).

2937 23 00

Estroġeni u proġestoġeni

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (B), (3).

Ara wkoll, in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-“Lista ta’ sterojdi użati primarjament għall-funzjoni ormonali tagħhom” rigward is-sustanzi mniżżlin bħala “estroġen” jew “proġestoġen”.

2937 29 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (B), (1), (e) u (f), u (B), (4).

2937 50 00

Prostaglandini, tromboksani u lewkotrieni, id-derivattivi u analogi strutturali tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (C).

2937 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2937 , il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti tal-intestatura 2937 , (D).

XII. GLIKOSSIDI U ALKALOJDI, NATURALI JEW RIPRODOTTI B’SINTESI, U L-MELĦ, ETERI, ESTERI U DERIVATTIVI OĦRAJN TAGĦHOM

2938

Glikossidi, naturali jew riprodotti b’sintesi, u l-melħ, eteri, esteri u derivattivi oħrajn tagħhom

Il-glikosidi ta’ din l-intestatura huma magħmulin minn parti taz-zokkor u parti mhux taz-zokkor (aglikon). Dawn il-partijiet huma magħqudin flimkien permezz tal-atomu tal-karbonju anomeriku taz-zokkor. Għalhekk, il-prodotti bħall-vaċċinin u l-ħamamelitannin tal-intestatura 2940 ma jitqisux bħala glikossidi.

L-iżjed glikossidi li jseħħu fin-natura komuni huma l-O-glikossidi. Madanakollu, iseħħu wkoll fin-natura N-glikossidi, S-glikossidi u C-glikossidi, li fihom il-karbonju anomeriku taz-zokkor huwa magħqud mal-aglikon permezz ta’ atomu tan-nitroġenu, atomu tal-kubrit jew atomu tal-karbonju (eż., sinigrin, l-aloina, is-skoparina).

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi minn din l-intestatura:

(a)  in-nukleosidi u n-nukleotidi tal-intestatura 2934 (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2934 , it-tielet paragrafu, (D), (5));

(b)  l-alkalojdi tal-intestatura 2939 (eż. it-tomatina);

(ċ)  l-antibijotiċi tal-intestatura 2941 (eż. it-tojokamiċina).

2938 90 10

Glikossidi digitalis

Apparti l-komposti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2938 , it-tielet paragrafu, (2), din is-subintestatura tinkludi:

— l-aċetildigitossina, l-aċetildigossina, l-aċetilġitossina;

— id-desaċetillanatosid A, B, C u D;

— id-diġifoleina, id-diġinatina, id-diġinina, id-diġipurpurina, id-Digitalinum verum u l-germanicum;

— il-ġitalina, il-ġitalossina, il-ġitonina, il-ġitossina, il-glukoverodossina;

— l-lanafoleina, il-lanatosid A, B, C u D;

— it-trigonin, il-verodossina.

2938 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-komposti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2938 , it-tielet paragrafu, (4) sa (9), u l-aħħar żewġ paragrafi.

2939

Alkalojdi, naturali jew riprodotti b’sintesi, u l-melħ, eteri, esteri u derivattivi oħrajn tagħhom

2939 69 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-alkalojdi li ġejjin tal-ergotina tas-segala: l-ergosina u l-ergosinina; l-ergokristina u l-ergokristinina; l-ergokriptina u l-ergokriptinina; l-ergokornina u l-ergokorninina; l-ergobasina u l-ergobasinina, u d-derivattivi tagħhom. eż. id-diidroergotammina, diidroergotossina, il-metilergobasina.

2939 71 00

Kokaina, ekgonina, levometamfetamina, metamfetamina (INN), raċemat tal-metamfetamina; imluħa, esteri u derivattivi oħrajn tagħhom

Din is-subintestatura tinkludi alkalojdi riprodotti b’sintesi.

2939 79

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għas-subintestatura 2939 71 00 .

XIII. KOMPOSTI ORGANIĊI OĦRAJN

2941

Antibijotiċi

2941 10 00

Peniċillini u d-derivattivi tagħhom bi struttura ta’ aċtu peniċillaniku; melħ tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2941 10 .

Uħud mill-eżempji ta’ peniċillini huma: is-sodju tal-benżilpeniċillina (is-sodju tal-fenaċetilpenina), is-sodju tal-amilpeniċillina (is-sodju tal-n-karbossieżenilpenina), il-peniċillini biosintetiċi u l-peniċillini b’rilaxx sostnut bħall-peniċillina prokaina u l-benżatina dipeniċillina.

2941 20 30 u 2941 20 80

Streptomiċini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2941 20 .

Apparti s-streptomiċina, dawn is-subintestaturi jinkludu l-mannosidosterptomiċina u l-imlieħ ta’ dawn il-prodotti kollha, pereżempju s-sulfati u l-pantotenati tagħhom.

2941 30 00

Tetraċiklini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2941 30 .

Din is-subintestatura tinkludi l-kloridat tal-ossitetraċiklina u tat-tetraċiklina.

2941 40 00

Kloramfenikol u d-derivattivi tiegħu; melħ tiegħu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2941 40 .

2941 50 00

Eritromiċina u d-derivattivi tagħha; melħ tagħha

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 2941 50 .

L-imlieħ tal-eritromiċina jinkludu l-kloridat, is-sulfat, iċ-ċitrat, il-palmitat, is-sterat u l-glukoeptonat; bil-kloruri tal-aċidi dan jagħti l-esteri korrispondenti, u bl-anidridi tal-aċidi dan jifforma monoesteri bħall-glutarat, il-maleat u l-ftalat.

KAPITOLU 30

PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI

Ġenerali

Id-deskrizzjoni ta’ prodott bħala mediċina fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea (għajr dik relatata speċifikament mal-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda) jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Pajjiżi Membri, jew fi kwalunkwe farmakopea oħra, mhijiex il-fattur deċiżiv inkwantu tal-klassifikazzjoni tal-prodott f'dan il-Kapitolu.



Nota addizzjonali 1

1.  Il-preparazzjoni mediċinali erbali huma preparazzjonijiet ibbażati fuq sustanza attiva waħda jew aktar, prodotti billi l-pjanta jew partijiet minnha jkunu soġġetti għal proċess bħal tnixxif, tgħaffiġ, estrazzjoni jew purifikazzjoni.

Sustanza attiva tfisser sustanza definita kimikament, grupp ta’ sustanzi definiti kimikament (pereżempju, l-alkalojdi, il-polifenoli, l-antoċijanini) jew estratt tal-pjanti. Dawn is-sustanzi attivi għandu jkollhom proprjetajiet mediċinali għall-prevenzjoni jew għat-trattament ta’ mard serju u minuri speċifiku, jew is-sintomi tagħhom.

2.  Il-preparazzjonijiet mediċinali omeopatiċi huma ppreparati minn prodotti, sustanzi jew kompożizzjonijiet imsejħin stokkijiet omeopatiċi (tinturi omm). Il-grad ta’ dilwizzjoni għandu jkun indikat (pereżempju D6).

3.  Il-preparazzjonijiet ta’ vitamini jew minerali huma preparazzjonijiet ibbażati fuq il-vitamini tal-intestatura 2936 , fuq il-minerali inklużi l-mikroelementi u t-taħlitiet magħmula minnhom. Dawn jintużaw biex jittrattaw jew jipprevjenu mard serju u minuri speċifiku, jew is-sintomi tiegħu. Preparazzjonijiet bħal dawn fihom ammont ħafna ogħla ta’ vitamini jew minerali, ġeneralment għall-inqas tliet darbiet aktar mid-doża rakkomandata ta’ kuljum (RDA).

Fir-rigward tad-doża rakkomandata ta’ kuljum (RDA) għal ċerti vitamini u minerali ara, pereżempju, it-tabella fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 58), riprodotta hawn taħt:



Vitamini u Minerali

RDA

Vitamina A

800 μg

Vitamina D

5 μg

Vitamina E

12 mg

Vitamina K

75 μg

Vitamina C

80 mg

Tijamina

1,1 mg

Riboflavina

1,4 mg

Niaċina

16 mg

Vitamina B6

1,4 mg

Aċidu foliku

200 μg

Vitamina B12

2,5 μg

Bijotina

50 μg

Aċidu pantoteniku

6 mg

Potassju

2 000 mg

Klorur

800 mg

Kalċju

800 mg

Fosforu

700 mg

Manjeżju

375 mg

Ħadid

14 mg

Żingu

10 mg

Ram

1 mg

Manganiż

2 mg

Fluorur

3,5 mg

Selenju

55 μg

Kromju

40 μg

Molibdenu

50 μg

Jodju

150 μg

4.  Id-doża rakkomandata ta’ kuljum (RDA) għall-adulti b’piż ta’ 70 kg, tal-amminoaċidi essenzjali, skont il-Konsultazzjoni esperta tal-2007 tad-WHO/FAO/UNU:



Amminoaċidu Essenzjali

RDA (mg)

Istidina

700

Isolewċina

1 400

Lewċina

2 730

Liżina

2 100

Metijonina + Ċisteina

1 050

Ċisteina

287

Metijonina

728

Fenilalanina + Tirożina

1 750

Treonina

1 050

Triptofan

280

Valina

1 820

Id-doża rakkomandata ta’ kuljum (RDA) għall-adulti b’piż ta’ 70 kg, tal-aċidi xaħmin essenzjali, skont il-Konsultazzjoni esperta tal-2007 tad-WHO/FAO/UNU:

 

  



Tipi ta’ aċidi xaħmin essenzjali

Isem tal-aċidu xaħmin essenzjali

RDA (g)

n-3 aċidi xaħmin poliinsaturati

aċidu linoleniku (ALA)

2

n-3 aċidi xaħmin poliinsaturati ta’ katina twila

EPA + DHA

0,25

n-6 aċidi xaħmin poliinsaturati

aċidu linolejku

10

 

Titlu 3004 ma jkoprix, inter alia, supplimenti ta’ l-ikel jew preparazzjonijiet tad-dieta (ara ukoll Nota 1 (a) għal dan il-kapitlu).



3001

Glandoli u organi oħrajn għal użi organo-terapewtiċi, imnixxfin, magħmulin trab jew le; estratti ta’ glandoli jew organi oħrajn jew tat-tnixxijiet tagħhom għal użi organo-terapewtiċi; ħeparina u l-melħ tagħha; sustanzi oħrajn umani jew annimali ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

3001 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi il-fattur intrinsiku (estratti purifikati mnixxfin tal-membrana mukuża pilorika tal-ħnieżer).

3001 90 20 sa 3001 90 98

Oħrajn

Apparti l-glandoli u l-organi msemmijin fin-Nota ta’ Spejgazzjoni tas-SA tal-intestatura 3001 , (A), dawn is- subintestaturi jinkludu l-ipofisi, il-kapsuli surrenali u l-glandola tat-tirojde.

3001 90 91

Ħeparina u l-melħ tagħha

Ara n-Nota ta’ Spejgazzjoni tas-SA tal-intestatura 3001 , (Ċ).

3002

Demm uman; demm ta' annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħrajn tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksubin permezz ta' proċessi bijoteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kolturi ta' mikroorganiżmi (ħlief ħmira) u prodotti simili

3002 12 00

Antiseri u frazzjonijiet tad-demm oħra

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni SA tal-intestatura 3002 , (C), (1), it-tieni u tielet paragrafi.

Din is-subintestatura tinkludi s-seri “normali”, il-plażma, il-fibrinoġen, il-fibrina u, sakemm tkun ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, l-albumina tad-demm (pereżempju, miksuba mill-frazzjonament tal-plażma ta’ demm uman).

L-albumina tad-demm mhux ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi hija għalhekk eskluża (in-Nota 1(h) ta’ dan il-kapitolu) (l-intestatura 3502 ).

Ma tinkludix is-seri użati bħala reaġenti biex jiddeterminaw il-gruppi tad-demm jew il-fatturi tad-demm (l-intestatura 3006 ).

3002 13 00 sa 3002 19 00

Prodotti immunoloġiċi u Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodott deskritt fin-Nota ta’ Spejgazzjoni tas-SA tal-intestatura 3002 , (C), (2).

3002 20 00

Vaċċini għal mediċina umana

Għall-interpretazzjoni tat-terminu “vaċċini”, ara n-Nota ta’ Spejgazzjoni tas-SA tal-intestatura 3002 , (D), (1).

3002 30 00

Vaċċini għal mediċina veterinarja

Ara n-nota ta’ spejgazzjoni tas-subintestatura 3002 20 00 .

3002 90 50

Kolturi ta’ mikroorganiżmi

Ara n-Nota ta’ Spejgazzjoni tas-SA tal-intestatura 3002 , (D), (3).

3002 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi t-tossini u, sakemm dawn huma “prodotti simili”, il-parassiti simbjotiċi użati għat-trattament ta’ ċertu mard, bħall-Plasmodium (il-parassita tal-malarja) u t-Trypanosomacruzi.

3003

Medikamenti (ħlief oġġetti tal-intestatura 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu f’żewġ kostitwenti jew aktar li tħalltu flimkien għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, mhux ippreżentati f’dożi meqjusin jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut

3003 10 00

Li fihom peniċillini jew derivattivi tagħhom, bi struttura ta’ aċtu peniċillaniku, jew streptomiċini jew derivattivi tagħhom

Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-kombinamenti tal-peniċillina u s-streptomiċina.

3004

Medikamenti (ħlief oġġetti tal-intestatura 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, ippreżentati f’dożi meqjusin (inklużi dawk f’forma ta’ sistemi li jingħataw mill-ġilda (transdermali)) jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut

Ara n-Nota Addizzjonali 1 ta’ dan il-Kapitolu.

Bil-kontra tal-intestatura ta’ qabel, din l-intestatura tkopri l-“prodotti mhux imħalltin”. Għall-interpretazzjoni tat-terminu “prodotti mhux imħalltin”, ara n-Nota 3 (a) ta’ dan il-Kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3004 , ir-raba’ u l-ħames paragrafu.

It-termini “f’dożi mkejlin (inklużi dawk fil-forma ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni transdermali)” u “forom jew pakketti għall-bejgħ bl-imnut għal użi terapewtiċi jew profilattiċi” huma definiti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3004 , l-ewwel u t-tieni paragrafu.

Il-mediċini ppreżentati f’pakketti għal amministrazzjoni fit-tul jew għal sptarijiet jew stabbilimenti simili huma inklużi hawn. F’dan il-każ, huma miġburin numru ikbar ta’ unitajiet tal-prodott u l-użu maħsub għal amministrazzjoni fit-tul jew għal sptarijiet huwa ġeneralment indikat fuq il-pakkett.

Il-fatt li l-mediċini li fihom, pereżempju, antibijotiċi, ormoni jew prodotti lijofilizzati, u ppreżentati f’ampolli jew fliexken xorta għandu jkollhom miżjud magħhom ilma ħieles mill-piroġeni jew dilwent ieħor qabel ma jiġu amministrati, ma jeskludihomx minn din l-intestatura.

►M8  Din l-intestatura tinkludi, fost l-oħrajn, preparazzjonijiet ta’ ormoni, koenzimi u kofatturi. Dawn il-preparazzjonijiet huma bbażati fuq ormoni tal-intestatura 2937 , fuq kofatturi tal-enzimi u taħlitiet tagħhom. Dawn il-preparazzjonijiet jinkludu kwantità suffiċjenti ta’ sustanzi attivi biex jipprovdu effett terapewtiku jew profilattiku kontra xi marda speċifika serja jew minuri. Id-doża ta’ kuljum hija rrakkomandata fuq it-tikketta, fuq il-pakkett jew fl-istruzzjonijiet għal min jużahom li jkunu magħhom.

L-indiċi ta’ klassifikazzjoni Kimika, Terapewtika u Anatomika (l-indiċi ATC-DDD tal-WHO) (https://www.whocc.no/atc_ddd_index/), żviluppat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) jindika d-Doża Definita ta’ Kuljum (DDD) li tipprovdi effett terapewtiku jew profilattiku meta tiġi applikata fi kwantitajiet ugwali għall-ammonti elenkati f’dak l-indiċi, jew li jaqbżuhom.

It-tabella li ġejja turi d-DDD għall-aċidu α-lipojku u l-melatonin:



Isem is-sustanza attiva

Doża Definita ta’ Kuljum

Unità

Rotta ta’ amministrazzjoni

aċidu α-lipojku jew aċidu tijottiku

0,6

g

orali

0,6

g

parenterali

melatonin

2

mg

orali

 ◄

3005

Tajjar, garża, faxex u oġġetti simili (per eżempju, infaxxar, stikk li jeħel, ġbajjar), mimlijin jew miksijin b’sustanzi farmaċewtiċi jew ippreżentati f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut għal għanijiet mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji

3005 10 00

Infaxxar li jeħel u oġġetti oħrajn li għandhom saff li jeħel

Din is-subintestatura ma tkoprix id-dressings likwidi (is-subintestatura 3005 90 99 ).

3006

Oġġetti farmaċewtiċi speċifikati fin-nota 4 ta’ dan il-kapitolu

3006 10 10 sa 3006 10 90

Ketgut kirurġika sterili, materjali simili sterili (inklużi ħjut kirurġiċi jew dentali sterili li jistgħu jkunu assorbabbli) u tessut sterili li jeħel għall-għeluq ta’ feriti kirurġiċi; laminarja sterili u tampuni sterili ta’ laminarja; emostatiċi sterili kirurġiċi jew dentali assorbabbli; protezzjonijiet sterili kirurġiċi jew dentali kemm jekk assorbabbli jew le

It-termini ta’ dawn is-subintestaturi għandhom ikunu interpretati b’mod strett. Dawn, għalhekk, ma jkoprux il-klipep għas-sutura sterili (l-intestatura 9018 ).

KAPITOLU 31

FERTILIZZANTI



3103

Fertilizzanti minerali jew kimiċi, fosfatiċi

3103 11 00 u 3103 19 00

Superfosfati

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3103 , (A), (1).

3105

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti, nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħrajn; oġġetti ta’ dan il-kapitolu f’għamla ta’ bċejjeċ jew forom simili jew f’pakki ta’ piż gross mhux aktar minn 10 kg

Ara n-Nota 6 ta’ dan il-Kapitolu għad-definizzjoni ta’ “fertilizzanti oħrajn” użata f’din l-intestatura.

3105 10 00

Oġġetti ta’ dan il-kapitolu f’għamla ta’ bċejjeċ jew forom simili jew f’pakki ta’ piż gross mhux aktar minn 10 kg

It-terminu “forom simili” japplika għall-oġġetti magħmulin fi kwantitajiet imkejlin. Konsegwentement, il-fertilizzanti ppreżentati fil-forom industrijali tas-soltu (pereżempju, granijiet) ma għandhomx jitqiesu bħala “forom simili”.

3105 20 10 u 3105 20 90

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju

L-espressjoni “li fihom it-tliet elementi fertilizzanti, nitroġenu, fosfru u potassju” tfisser li l-elementi indikati huma fi kwantita’ biżżejjed biex tkun eżerċitata azzjoni fertilizzanti reali u mhumiex sempliċiment impuritajiet.

In-nitroġenu jista’ jkun preżenti fil-forom ta’ nitrati, imlieħ tal-ammonja, urea, ċjanammid tal-kalċju jew komposti organiċi oħrajn.

Il-fosfru huwa ġeneralment preżenti fil-forom ta’ fosfati li huma ftit jew wisq solubbli jew, f’ċertu okkażjonijiet, f’forma organika.

Il-potassju huwa preżenti fil-forma ta’ mlieħ (karbonat, klorur, sulfat, nitrat, eċċ.).

Fil-kummerċ, il-kontenut ta’ nitroġenu, fosforu u potassju huwa espress, rispettivament, bħala N, P2O5 u K2O.

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-fertilizzanti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura3105 , (B) u (Ċ), sakemm dawn ikun fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosforu u potassju. Dawn ġieli jissejħu “fertilizzanti NPK”.

Il-fosfati doppji ta’ ammonju u potassju, li huma komposti definiti kimikament, huma esklużi minn dawn is- subintestaturi (is-subintestatura 2842 90 80 ).

3105 51 00 u 3105 59 00

Fertilizzanti minerali jew kimiċi oħrajn li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti nitroġenu u fosfru

Rigward l-interpretazzjoni tat-terminu “li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti nitroġenu u fosfru in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestaturi 3105 20 10 u 3105 20 90 japplikaw, mutatis mutandis.

3105 51 00

Li fihom nitrati u fosfati

Din is-subintestatura tinkludi l-fertilizzanti li fihom kemm in-nitrati kif ukoll il-fosfati ta’ kwalunkwe katjoni, inkluż l-ammonju iżda eskluż il-potassju.

Il-prodott deskritt fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3105 , (B), (2), iżda miksub mingħajr iż-żieda tal-imlieħ tal-potassju, huwa eżempju ta’ fertilizzant li jaqa’ f’din is-subintestatura.

3105 59 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  it-taħlitiet ta’ mlieħ minerali li fihom fosfati ta’ kwalunkwe katjoni (ħlief il-potassju) u ta’ mlieħ tal-ammonju għajr in-nitrati;

2.  il-fertilizzanti fosfo-nitroġenużi li fihom, in-nitroġenu huwa preżenti f’forma għajr dik nitrika jew ammonijaka, jiġifieri, fil-forma ta’ ċjanammid tal-kalċju, urea jew komposti organiċi oħrajn;

3.  il-fertilizzanti fosfo-nitroġenużi tat-tipi deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3105 , (Ċ), (1) u (3).

3105 60 00

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju

Rigward l-interpretazzjoni tat-terminu “li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosforu u potassju”, in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3105 20 10 u 3105 20 90 japplikaw, mutatis mutandis.

Din is-subintestatura tinkludi l-fertilizzanti magħmulin mit-taħlitiet li ġejjin:

— il-fosfati naturali ikkalċinati u l-klorur tal-potassju;

— is-superfosfati u s-sulfat tal-potassju.

Din is-subintestatura ma tkoprix il-fosfati tal-potassju definiti kimikament tas-subintestatura 2835 24 00 , anki jekk dawn jistgħu jintużaw bħala fertilizzanti.

3105 90 20 u 3105 90 80

Oħrajn

Dawn is- subintestaturi jinkludu:

1.  il-fertilizzanti kollha li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti nitroġenu u potassju. Madankollu, dawn is-subintestaturi ma jkoprux in-nitrat tal-potassju definit kimikament anki jekk dan huwa maħsub li jintuża bħala fertilizzant (is-subintestatura 2834 21 00 );

2.  il-fertilizzanti b’element fertilizzanti wieħed, għajr dawk li jaqgħu fl-intestaturi 3102 sa 3104 .

KAPITOLU 32

ESTRATTI GĦALL-IKKUNZAR JEW GĦAŻ-ŻBIGĦ; TANNINI U DERIVATTIVI TAGĦHOM; ŻEBGĦA, PIGMENTI U MATERJAL IEĦOR TAŻ-ŻBIGĦ; ŻEBGĦA U VERNIĊI; STOKK U GOMOM OĦRAJN; LINEK



Nota 4

It-terminu “soluzzjonijiet” użat kemm f’din in-nota u fin-nota 6(a) tal-Kapitolu 39 ma japplikax għas-soluzzjonijiet kollojdali.



3201

Estratti ta’ oriġni veġetali għall-ikkunzar; tannini u l-melħ tagħhom, eteri, esteri u derivattivi oħrajn

3201 20 00

Estratt ta’ akaċja Awstraljana ( wattle )

L-estratt tal-akaċja Awstraljana għall-ikkonzar huwa miksub mill-qoxra ta’ speċijiet differenti tal-akaċja (partikolarment Acaciadecurrens, Acaciapycnantha, Acaciamollissima).

Il-kaċċ iswed, estratt mill-Acaciacatechu, huwa klassifikat fis-subintestatura 3203 00 10 .

3201 90 20

Estratt tax-xumakk, estratt tal-ġandar ( vallonia ), estratt tal-ballut jew estratt tal-qastan

Il-ġandar huma l-cupules (tazzi tal-ġandar) ta’ ċertu speċijiet ta’ ballut (pereżempju, tal-Quercusvalonea).

3201 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi, bħala estratti għall-ikkonzar ta’ oriġni veġetali:

1.  estratti mill-qoxra tal-arżnu, tal-mangrovja, tal-ewkaliptu, taż-żafżafa u tal-betula;

2.  estratti mill-injam tat-tizerah u tal-urunday (Astronium balansae Engl.);

3.  estratt tal-frott tal-myrobolans u tad-divi-divi; u

4.  estratt mill-weraq tal-gambier.

3202

Sustanzi organiċi sintetiċi għall-ikkunzar; sustanzi inorganiċi għall-ikkunzar; preparazzjonijiet għall-ikkunzar, fihom jew le sustanzi naturali għall-ikkunzar; preparazzjonijiet enżimatiċi għal qabel l-ikkunzar

3202 10 00

Sustanzi organiċi għall-ikkunzar

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3202 , (I), (A).

3202 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkudi l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3202 , (I), (B) u (II).

3203 00

Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew ta’ annimali (inklużi estratti taż-żbigħ iżda eskluż iswed ta’ annimali), definiti kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikat fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu bbażati fuq materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew ta’ annimali

3203 00 10

Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu

L-estratti ta’ ċertu varjetajiet ta’ frott artab Persjan mhumiex prinċipalment użati bħala materjal taż-żbigħ u, konsegwentement, mhumiex inklużi f’din is-subintestatura. Dan japplika partikolarment għall-estratti tal-frott artab tar-Rhamnuscathartica li jintużaw għal finijiet mediċi u għal din ir-raġuni huma klassifikati fis-subintestatura 1302 19 70 .

Din is-subintestatura tinkludi l-kaċċ iswed (Acaciacatechu). Il-kaċċ iswed huwa estratt għaż-żbigħ miksub mill-catechu, varjeta’ tal-akaċja.

3204

Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku, definit kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikati fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu bbażati fuq materjal taż-żbigħ organiku sintetiku; prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawwlu fluworexxenti jew bħala luminofori, definiti kimikament jew le

3204 11 00 sa 3204 19 00

Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku u preparazzjonijiet ibbażati fuqu kif speċifikati fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu

Dawn is-subintestaturi jkopru:

1.  materjali taż-żbigħ organiċi sintetiċi, kemm jekk imħalltin flimkien u kemm jekk dilwiti ma’ sustanzi minerali li ma għandhomx proprjetajiet taż-żbigħ jew le, iżda li fihom biss kwantitajiet żgħar ta’ prodotti tensjoattivi jew addittivi oħrajn biex jinkoraġġixxu l-penetrazzjoni u l-iffissar taż-żebgħa (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA għal intestatura 3204 , il-parti (I), it-tieni paragrafu, (A) u (B); u

2.  il-preparazzjonijiet speċifikati fin-nota 3 ta’ dan il-Kapitolu, prinċipalment il-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3204 , il-parti (I), it-tieni paragrafu, (C) sa (E).

Rigward il-materjali taż-żbigħ tas-subintestaturi 3204 11 00 sa 3204 19 00 li, fid-dawl tal-użu tagħhom, jistgħu jagħmlu parti minn żewġ kategoriji jew iżjed li jaqgħu f’subintestaturi differenti, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 , il-ħdax-il paragrafu, biex tiġi determinata l-klassifikazzjoni tagħhom.

3204 11 00

Żebgħat li jinxterdu u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 , it-tieni paragrafu

3204 12 00

Żebgħat aċidużi, premetallizzati jew le, u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom; żebgħat korrużivi ( mordant ) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 it-tielet u r-raba’ paragrafu.

3204 13 00

Żebgħat bażiċi u preparazjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 , il-ħames paragrafu.

3204 14 00

Żebgħat diretti u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 , is-sitt paragrafu.

3204 15 00

Żebgħat tal-bittija (inklużi dawk li jintużaw f’dak l-istat bħala pigmenti) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 , is-seba’ paragrafu.

3204 16 00

Żebgħat reattivi u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 , it-tmien paragrafu.

3204 17 00

Pigmenti u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 , is-disa’ paragrafu.

3204 19 00

Oħrajn, inklużi taħlitiet ta’ materjal taż-żbigħ minn tnejn jew aktar mis-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3204 11 sa 3204 19 , mill-għaxar sat-tnax-il paragrafu.

3204 20 00

Prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawwlu fluworexxenti

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3204 , (II), (1).

3204 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala luminofori, li huma deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3204 , (II), (2), u t-tliet paragrafi li ġejjin.

3206

Materjal ieħor taż-żbigħ; preparazzjonijiet kif speċifikati fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu, ħlief dawk tal-intestatura 3203 , 3204 jew 3205 ; prodotti inorganiċi ta’ tip użati bħala luminofori, definiti kimikament jew le

Ara Nota 5 ta’ dan il-Kapitolu.

Il-pigmenti nukleati, jiġifieri, pigmenti li jikkonsistu fi ħbub jew materjali inerti (ġeneralment ta’ silika) li kull wieħed minnhom, permezz ta’ proċessi tekniċi speċjali, kien miksi b’saff individwali ta’ materjal taż-żbigħ inorganiku, huma kklassifikati fl-intestatura xierqa għall-materjal taż-żbigħ li jikkostitwixxi l-kisja.

Għalhekk, pereżempju, il-pigmenti tat-tip imsemmi hawn fuq li l-kisja tagħhom tikkonsisti f’siliko-kromat taċ-ċomb bażiku huma kklassifikati fis-subintestatura 3206 20 00 ; dawk li l-kisja tagħhom tikkonsisti f’borat tar-ram jew plumbat tal-kalċju huma kklassifikati fis-subintestatura 3206 49 70 .

3206 11 00 u 3206 19 00

Pigmenti u preparazzjonijet ibbażati fuq dijossidu tat-titanju

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3206 , (A), (1), u sa fejn dawn jikkonċernaw il-preparazzjonijiet ta’ dawn is-subintestaturi, l-erba’ paragrafi ta’ wara (13).

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 3206 19 .

3206 20 00

Pigmenti u preparazzjonijet ibbażati fuq komposti tal-kromju

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3206 , (A), (2), u sa fejn dawn jikkonċernaw il-preparazzjonijiet ta’ dawn is-subintestaturi, l-erba’ paragrafi ta’ wara (13).

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  l-aħmar tal-molibdenu, li jikkonsisti fi kristalli mħalltin tal-molibdat taċ-ċomb, il-kromat taċ-ċomb u, is-soltu, is-sulfat taċ-ċomb;

2.  il-kristalli mħalltin tas-sulfat taċ-ċomb, il-kromat taċ-ċomb, il-kromat tal-barju, il-kromat taż-żingu u l-kromat tal-istronzju;

3.  il-pigmenti bbażati fuq il-kromat ferruż (l-isfar “Siderin”), id-dikromat tal-potassju u d-dikromat tal-kalċju jew l-ossidu tal-kromju.

3206 41 00

Ultramarin u preparazzjonijiet ibbażati fuqu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3206 , (A), (3), u sa fejn dawn jikkonċernaw il-preparazzjonijiet ta’ dawn is-subintestaturi, l-erba’ paragrafi ta’ wara (13).

3206 42 00

Litofonu u pigmenti oħrajn u preparazzjonijiet ibbażati fuq sulfur taż-żingu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3206 , (A), (4), u sa fejn dawn jikkonċernaw il-preparazzjonijiet ta’ dawn is-subintestaturi, l-erba’ paragrafi ta’ wara (13).

3206 49 10

Manjetit

Din is-subintestatura tkopri biss il-manjetit mitħun fin.

Il-manjetit li minnu 95 % jew iżjed skont il-piż jgħaddi minn għarbiel b’malja ta’ 0,045 mm jitqies bħala mitħun fin.

3206 49 70

Oħrajn

Apparti l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3206 , (A), (5) sa (13), u sa fejn dawn jikkonċernaw il-preparazzjonijiet ta’ dawn is-subintestaturi, l-erba’ paragrafi ta’ wara l-punt (13), din is-subintestatura tinkludi:

1.  il-blu tal-manganiż li huwa pigment b’bażi ta’ manganat tal-barju u sulfat tal-barju;

2.  l-okra artifiċjali li huwa pigment miksub mill-ossidi tal-ħadid artifiċjali; u

3.  il-pigment isfar b’bażi ta’ titanat tan-nikil.

Fil-każi ta’ pigmenti li jikkonsistu f’minerali mhux maħduma mitħunin fini, l-espressjoni “mitħunin fini”, għandha tkun interpretata bl-istess mod bħall-manjetit tas-subintestatura 3206 49 10 .

3206 50 00

Prodotti inorganiċi ta’ tip użati bħala luminofores

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3206 , (B).

3207

Pigmenti ppreparati, materjali li jtappnu ppreparati u kuluri ppreparati, enamel u glejż li jsiru ħġieġ, engobes ( slips ), lostri likwidi u preparazzjonijiet simili, ta’ tip użati fl-industrija taċ-ċeramika, tal-enamel jew tal-ħġieġ; fritt tal-ħġieġ u ħġieġ ieħor, f’għamla ta’ trab, qmuħ jew qxur

3207 10 00

Pigmenti ppreparati, materjali li jtappnu ppreparati, kuluri ppreparati u preparazzjonijiet simili

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3207 , l-ewwel paragrafu, (1).

Dawn is- subintestaturi jinkludu:

1.  il-pigment magħruf bħala aluminat tal-kobali li jikkonsisti f’taħlita mhux stojkjometrika tal-ossidu tal-aluminju u l-ossidu tal-kobalt;

2.  il-pigment magħruf bħala silikat tal-kobalt, li jikkonsisti f’taħlita mhux stojkjometrika tas-silika u l-ossidu tal-kobalt;

3.  taħlitiet tal-ossidu tal-kromju u l-ossidu tal-kobalt;

4.  taħlitiet tal-ossidu tal-ħadid, l-ossidu tal-kromju u l-ossidu taż-żingu;

5.  taħlitiet ta’ antimonati taċ-ċomb u l-ħadid;

6.  l-isfar tal-vanadju li jikkonsisti fl-ossidu taż-żirkonju u kwantitajiet żgħar ta’ pentossidu tal-vanadju;

7.  il-blu tal-vanadju li jikkonsisti fis-silikat taż-żirkonju u kwantitajiet żgħar ta’ triossidu tal-vanadju;

8.  l-isfar tal-praseodimju, li jikkonsisti fis-silikat taż-żirkonju u l-ossidu tal-praseodinju;

9.  l-aħmar tal-ħadid, li jikkonsisti fis-silikat taż-żirkonju u l-ossidu ferriku;

10.  aġenti li jtappnu ppreparati fuq bażi ta’ ossidu tal-landa, ossidu taż-żirkonju, silikat taż-żirkonju, eċċ.

3207 20 10

Engobes ( slips )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3207 , l-ewwel paragrafu, (3).

3207 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura bażikament tkopri il-kompożizzjonijiet li jistgħu jsiru ħġieġ. Dawn huma prodotti li huma ġeneralment fil-forma ta’ trab, granijiet jew fjokki li meta jiġu msaħnin isiru ħġieġ biex jipproduċu superfiċje lixxa omoġenja fuq oġġetti taċ-ċeramika jew tal-metall. Din is-superfiċje tista’ tkun tleqq jew matta, ikkulurita jew bajda, trasparenti jew opaka.

Dawn il-prodotti jistgħu jkunu magħmulin kif ġej:

1.  minn taħlitiet, imnaqqsin għal trab, tal-fritt tal-ħġieġ tas-subintestatura 3207 40 85 ma’ materjali oħrajn bħas-silika, il-feldspar, il-kaolina, il-pigmenti, eċċ.;

2.  minn taħlitiet, imnaqqsin għal trab, tas-silika, tal-feldspar, tal-kaolina, tal-karbonat tal-kalċju, tal-karbonat tal-manjeżju, eċċ. (jiġifieri, il-komponenti tal-fritt tal-ħġieġ li ma jdubux fl-ilma) u, possibilment, ta’ pigmenti.

Dawn iż-żewġ tipi ta’ komposizzjonijiet li jistgħu jsiru qishom ħġieġ jipproduċu kisi trasparenti, ikkulurit jew mhux ikkulurit;

3.  mill-prodotti msemmijin f’1 u 2 hawn fuq, biż-żieda tal-aġenti li jtappnu. F’dan il-każ il-kisi opak miksub huwa abjad jew ikkulurit.

4.  minn fritt fil-forma ta’ trab, granijiet jew fjokki – li huma kostitwiti u miksubin kif indikat fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3207 40 40 u 3207 40 85 – iżda li fihom, bħala żieda, pigmenti kkuluriti jew aġenti li jtappnu u ġieli ossidi, biex jiffaċilitaw it-twaħħil tal-kisja mas-superfiċji metalliċi.

Il-pigmenti kkuluriti użati għall-manifattura tal-prodotti ta’ din is-subintestatura jinkludu l-ossidi u l-imlieħ tal-kobalt, tan-nikil, tar-ram, tal-ħadid, tal-manganiż, tal-uranju u tal-kromju.

L-ossidu tal-landa, l-ossidu taż-żirkonju u s-silikat taż-żirkonju, l-ossidu tat-titanju u l-anidride tal-arseniku jistgħu jkunu miżjudin bħala aġenti li jtappnu.

L-ossidi tan-nikil u tal-kobalt jistgħu jkunu miżjudin biex jiffaċilitaw it-twaħħil tal-kisja mas-superfiċji metalliċi.

3207 30 00

Lostri likwidi u preparazzjonijiet simili

Apparti l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3207 , l-ewwel paragrafu, (4), din is-subintestatura tkopri l-preparazzjonijiet bil-bażi tal-fidda, dispersa fil-kollodju jew fit-terpineol, li huma applikati mal-majka jew mal-ħġieġ fl-industriji tal-elettriku jew taċ-ċeramika.

3207 40 40 u 3207 40 85

Fritt tal-ħġieġ u ħġieġ ieħor, f’għamla ta’ trab, qmuħ jew qxur

Dawn is- subintestaturi jkopru:

1.  il-fritt tal-ħġieġ, jiġifieri, il-prodott miksub bit-tkessiħ f’daqqa waħda f’ilma l-massa likwida jew paste li jirriżultaw mill-fużjoni tal-komponenti oriġinali tal-ħġieġ. Dawn il-komponenti jinkludu, pereżempju, is-silika, il-karbonat tas-sodju, il-karbonat tal-manjeżju, il-karbonat tal-barju, il-karbonat tal-potassju, il-karbonat tal-kalċju, is-sulfat tas-sodju, is-sulfat tal-potassju, in-nitrat tas-sodju, in-nitrat tal-potassju, l-ossidi taċ-ċomb (litarġirju u ċomb aħmar), il-kaolina, il-feldspar, il-burax u l-aċidu boriku.

Il-fritt tal-ħġieġ ta’ dawn is-subintestaturi jintuża prinċipalment għall-preparazzjoni ta’ kompożizzjonijiet li jistgħu jsiru ħġieġ. Dan jista’ jintgħaraf mill-fritt tas-subintestaturi 3207 20 10 u 3207 20 90 mill-fatt li ma fihx pigmenti, aġenti li jtappnu jew ossidi li jiffaċilitaw it-twaħħil ta’ kisja mas-superfiċji metalliċi, u li jipproduċi, wara l-vitrifikazzjoni permezz tas-sħana, superfiċje ftit jew wisq trasparenti iżda mhux opaka jew ikkulurita b’mod uniformi;

2.  it-trab u l-granijiet tal- ħġieġ miksub permezz tat-tfarrik u t-tħin ta’ affarijiet tal-ħġieġ imkissrin jew skart. Dawn il-prodotti, kif ukoll ċertu tipi ta’ fritt tal-paragrafu 1 hawn fuq, jintużaw fil-preparazzjoni ta’ karti u ċraret li joborxu, jiġu sinterizzati biex jiffurmaw diski, platti, tubi, eċċ. u jintużaw għal diversi finijiet fil-laboratorji.

3.  il-“ħġieġ tal-enemel” fil-forma ta’ trab, granijiet, eċċ. li huwa ħġieġ speċjali użat għall-ornamentazzjoni tal-oġġetti tal-ħġieġ. Normalment dan idub f’temperatura bejn 540 u 600 °Ċ f’massa trasparenti, ġeneralment ikkulurita. Meta jkun f’massa, dan jaqa’ fl-intestatura 7001 00 , meta jkun fi żbarri, vireg jew tubi, dan jaqa’ fis-subintestatura 7002 20 90 jew 7002 39 00 ;

4.  il-ħġieġ fil-forma ta’ fjokki, kemm jekk ikkulurit jew magħmul kulur il-fidda, użat bħala dekorazzjoni u miksub permezz tat-tifrik ta’ bżieżaq sferiċi żgħar ta’ ħġieġ minfuħ;

5.  il-vitrit, magħruf ukoll bħala ħġieġ ragħwa, fi trab jew granijiet miksub minn massa sponżija bajda, griża jew sewda, skont l-impuritajiet li fih, u użata prinċipalment għall-manifattura ta’ iżolaturi elettriċi (pereżempju, il-bażijiet tal-bozoz elettriċi).

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux il-mikrosferi tal-ħġieġ għall-kisi tal-iskrins taċ-ċinema, pannelli tal-wiri elettroniċi, eċċ. (is-subintestatura 7018 20 00 ).

3212

Pigmenti (inkluzi trab u qxur metalliku) mxerrdin f’mezz mhuwiex ta’ ilma, f’forma likwida jew ta’ pasta, ta’ tip użati fil-manifattura ta’ żebgħa (inklużi enamel); fojls tal-istampar; żebgħa u materjal ieħor taż-żbigħ ippreżentat f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut

3212 10 00

Fojls tal-istampar

Ara n-nota 6 ta’ dan il-Kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3212 , (B).

3212 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3212 , (A) u (C).

It-trab u l-fjokki metalliċi deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3212 , (A), jinkludu:

1.  it-trab taż-żingu, li huwa inkompatibbli mal-leganti tal-aċidi iżda li huwa pigment li jippreveni s-sadid b’mod eċċellenti.

2.  l-azzar inossidabbli lamellari u t-trab tan-nikil, użat f’ċertu żebgħa kontra l-korrożjoni u li tiflaħ l-aċidu;

3.  it-trab taċ-ċomb, pigment b’reazzjoni bażika, użat bħala sustanza li tippreveni s-sadid (possibilment imħallat maċ-ċomb aħmar jew mas-sulfat taċ-ċomb bażiku) fiż-żebgħat taż-żejt jew fil-verniċi taż-żejt bħala l-ewwel passata fuq sezzjonijiet tal-azzar kbar (strutturi ta’ ħangars, pontijiet, vijadotti, eċċ.);

4.  it-trab tar-ram u tal-bronż li l-partikuli lamellari tiegħu jiffurmaw “pellikoli” fil-verniċi ibbażati fuq alkoħol jew rażi naturali jew artifiċjali biex jifforma kisi dekorattiv.

KAPITOLU 33

ŻJUT ESSENZJALI U REŻINOJDI; PREPARAZZJONIJIET TA’ FWEJJAĦ, KOSMETIĊI JEW TAT-TWALETTA



3301

Żjut essenzjali (bla terpeni jew le), inklużi konkreti u assoluti; reżinojdi; oleorażi estratti; konċentrati ta’ żjut essenzjali fix-xaħam, fi żjut fissi, fix-xemgħa jew hekk, magħmulin permezz ta’ enfleurage jew maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali; distillati ta’ ilma u soluzzjonijiet ta’ ilma ta’ żjut essenzjali

Uħud mill-kostitwenti taż-żjut essenzjali, min-natura tagħhom, iħassru l-fragranza u preferibilment jitneħħew, bħall-idrokarburi terpeniċi (pereżempju, il-pinen, il-kamfen, il-limonen).

Iż-żjut essenzjali jistgħu jkunu deterpenati permezz ta’ diversi metodi skont il-kompożizzjoni tagħhom, partikolarment permezz tad-distillazzjoni f’vakwu, il-kristallizzazzjoni frazzjonali permezz tat-tkessiħ għal temperatura baxxa, is-separazzjoni permezz ta’ solventi, eċċ.

Iż-żjut essenzjali li xorta jżommu l-kostitwenti terpeniċi tagħhom u ż-żjut essenzjali li, min-natura tagħhom, ma fihomx kostitwenti terpeniċi (pereżempju, iż-żejt tal-Wintergreen u ż-żejt tal-mustarda) huma msemmijin bħala “mhux deterpenati”.

3301 12 10 sa 3301 19 80

Żjut essenzjali ta' frott taċ-ċitru

Dawn iż-żjut jinkisbu, kważi kompletament, mill-qoxra tal-frott. Għandhom riħa pjaċevoli li hija simili għal dik tal-frott użat fil-preparazzjoni tagħhom. Iż-żjut taż-żahar tal-larinġ jew iż-żejt tan-neroli mhumiex meqjusa bħala żjut essenzjali tal-frott taċ-ċitru u huma kklassifikati fis-subintestatura 3301 29 41 jew 3301 29 91 .

Żejt essenzjali mhux deterpinat huwa żejt essenzjali fejn il-kontenut tal-idrokarburi monoterpeniċi jkun tneħħa parzjalment jew kompletament.

3301 90 10

Prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali

Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura3301 , (Ċ).

3301 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  il-konċentrati taż-żjut essenzjali fix-xaħmijiet, fiż-żjut fissi, jew fix-xemgħat jew f’affarijiet simili (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3301 , (B));

2.  id-distillati milwiema u s-soluzzjonijiet milwiema taż-żjut essenzjali (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3301 , (D), ), mill-ewwel sar-raba’ paragrafu).

3304

Preparazzjonijiet tas-sbuħija jew tal-mejkapp u preparazzjonijiet għall-kura talġilda (ħlief medikamenti), inklużi preparazzjonijiet għall-ilqugħ jew għas-smurija tal-ġilda mix-xemx; preparazzjonijiet għat-trattament tal-idejn u għat-trattament tas-saqajn

3304 30 00

Preparazzjonijiet għat-trattament tal-idejn u għat-trattament tas-saqajn

Din is-subintestatura tkopri l-preparazzjoniiet użati għall-kura tad-dwiefer tal-idejn u tas-saqajn, il-kura u trattament tal-cuticle, kif ukoll tal-kallijiet. Madankollu, il-preparazzjonijiet użati għall-kura tal-ġilda, pereżempju, il-kremi tal-idejn, huma esklużi (ġeneralment, is-subintestatura 3304 99 00 ).

3304 99 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti maħsuba għall-kura tal-ġilda (għajr mediċini) ippreżentati wattiet, pannu u drappijiet mhux minsuġin, bħal moisturisers, toners u cleansers. Madankollu, jekk il-wattiet, il-pannu u d-drappijiet mhux minsuġin jkunu mgħaddsa, miksija jew koperti bi prodotti li jipprovdu l-karattru essenzjali ta’ fwieħa, kożmetiċi, sapun jew deterġent, ikunu esklużi minn din l-intestatura (l-intestaturi 3307 u 3401 rispettivament).

3305

Preparazzjonijiet għal użu fuq ix-xagħar

3305 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-lozjoni tax-xagħar li huwa prodott applikat max-xagħar fil-forma likwida biex jipproduċi effett jew fuq ix-xaft tax-xagħar jew fuq il-ġilda tar-ras. Dan ġeneralment ikun soluzzjoni milwiema jew alkoħolika.

KAPITOLU 34

SAPUN, AĠENTI ORGANIĊI LI JAĠIXXU FUQ IL-PROPRJETAJIET LI JXARRBU (SURFACE-ACTIVE), PREPARAZZJONIJIET GĦAL ĦASIL, PREPARAZZJONIJIET GĦAL LUBRIKAR, XEMGĦAT ARTIFIĊJALI, XEMGĦAT IPPREPARATI, PREPARAZZJONIJIET GĦAL LOSTRAR JEW GĦAL GĦORIK, XEMGĦAT U OĠĠETTI SIMILI, PASTA GĦAL MUDELLAR, XEMGĦAT DENTALI (DENTAL WAXES) U PREPARAZZJONIJIET DENTALI B’BAŻI TA’ĠIBS



3401

Sapun; prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu ( surface-active ) u preparazzjonijiet għal użu bħal sapun, f’forma ta’ biċċiet, f’forma ta’ sapuna, biċċiet jew għamliet iffurmati, li jkun fihom is-sapun jew le; prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu ( surface-active ) u preparazzjonijiet għal ħasil tal-ġilda, f’forma ta’ likwidu jew krema u ppreżentati għal bejgħ bl-imnut, li jkun fihom is-sapun jew le; karti, tajjar, felt u ħjut mhux minsuġin, mimlijin, miksijin jew mgħottijin b’sapun jew deterġent

3401 11 00

Għal użu tat-twaletta (inklużi prodotti medikati)

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3401 , (I), is-seba’ paragrafu, (1), u dawk il-prodotti msemmijin fil-partijiet (II) u (IV) li huma għall użu tat-twaletta.

3401 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi s-sapun fil-forma likwida jew f'paste.

3401 30 00

Prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu ( surface-active ) u preparazzjonijiet għal ħasil tal-ġilda, f’forma ta’ likwidu jew krema u ppreżentati għal bejgħ bl-imnut, li jkun fihom is-sapun jew le

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3401 , (III).

3403

Preparazzjonijiet għal lubrikar (inklużi preparazzjonijiet ta’ żejt għal qtugħ, preparazzjonijiet biex jerħu boltijiet u skorfini, preparazzjonijiet kontra s-sadid jew kontra l-korrużjoni u preparazzjonijiet li jerħu l-moffa, ibbażati fuq lubrikanti) u preparazzjonijiet ta’ tip użati għat-trattament biż-żejt jew bil-grass ta’ materjali tessili, ġlud, ferijiet jew materjali oħrajn, iżda esklużi preparazzjonijiet li fihom, bħala kostitwenti bażiċi, 70 % jew aktar skont il-piż ta’ żjut minerali ( petroleum ) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi

3403 19 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi preparazzjonijiet għal-lubrikar tal-magni, tal-apparati u tal-vetturi.

Din is-subintestatura tkopri l-preparazzjonijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3403 , l-ewwel paragrafu, (A), li jkun fihom inqas minn 70 % skont il-piż ta’ żjut minerali jew ta’ żjut miksubin minn materjali bituminużi.

Din is-subintestatura ma tinkludix preparazzjonijiet li fihom 70 % jew aktar skont il-piż ta’ żjut minerali jew żjut miksubin minn minerali bituminużi. Meta żjut bħal dawn jkunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjoni, jaqgħu taħt is-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 u f’każijiet oħrajn is-subintestatura 3403 19 10 .

Fost l-oħrajn, din is-subintestatura tinkludi preparazzjonijiet ibbażati fuq il-lubrikanti sintetiċi. B’mod partikolari, din tirreferi għal-preparazzjonijiet ibbażati fuq wieħed jew aktar minn dawn il-kostitwenti:

— poli(alfaolefini) jew poli(isobutilini) li anqas minn 60 % tal-volum tagħhom jiddistilla fi 300 °C, wara konverżjoni għal 1 013 mbar meta jintuża metodu ta’ distillazzjoni bi pressjoni mnaqqsa;

— alkilaromatiċi b’katina twila,

— esteri;

— poliglikoli;

— silikoni.

3403 91 00 u 3403 99 00

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru preparazzjonijiet tat-tip imsemmi fl-intestura 3403 li ma fihomx żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi. L-espressjoni “żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi”; tfisser il-prodotti msemmijin f’Nota 2 tal-Kapitolu 27.

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  preparazzjonijiet għal-lubrikar li jikkonsistu fid-disulfid tal-molibdenu u l-polipropilenglikol u preparazzjonijiet lubrikanti oħrajn b’bażi tad-disulfid tal-molibdenu, kemm jekk ikkonċentrati u kif ukoll fil-forom ta’ lapsijiet, vireg, pjastri żgħar, folji u affarijiet simili;

2.  preparazzjonijiet għall-qligħ mill-forom li jikkonsistu f’dispersjoni milwiema ta’ xema’ tal-polietilene u ta’ sapun tal-amminoalkoħol;

3.  preparazzjonijiet lubrikanti b’bażi ta’ sapun tas-sodju jew sapun tal-kalċju u l-burax, intiżi li jipproteġu u jillubrikaw il-wajers tal-azzar waqt operazzjonijiet ta’ ffurmar ta’ wajers;

4.  preparazzjonijiet għal-lubrikar ta’ magni, apparati u vetturi.

3405

Lostri u kremi, għaż-żraben, għamara, art, qafas ta’ vetturi, ħġieġ jew metall, pasti u trabijiet għal għorik u preparazzjonijiet simili (kemm jekk f’forma ta’ karti, tajjar, felt, ħjut mhux minsuġin, plastik ċellulari jew gomom ċellulari, mimlijin, miksijin jew mgħottijin b’dawn il-preparazzjonijiet), ħlief xemgħat tal-intestatura 3404

3405 10 00

Lostri, kremi u preparazzjonijiet simili, għaż-żraben jew ġilda

Il-materjali primarji użati fil-manifattura ta’ prodotti għax-xedd is-saqajn ġeneralment jikkonsistu fi xmugħ (annimali, veġetali, minerali jew artifiċjali), solventi volatili (trementina, spirtu abjad, eċċ.), materjali li jikkuluraw u diversi sustanzi oħrajn (alkoħol, il-burax tas-sodju, żjut artifiċjali, emulsjonanti, eċċ.).

Il-koloranti għall-ġilda, partikolarment dawk għax-xedd is-saqajn tas-suede, m’humiex prodotti tat-tip ta’ lostri u kremi u jaqgħu taħt is-subintestatura 3212 90 00 (jekk ikunu, kif ġeneralment ikun il-każ, magħmulin f’forom jew f’pakki ta’ tip mibjugħ fil-ħwienet). Esklużi wkoll minn din is-subintestatura huma sustanzi li jbajdu għż-żraben, li jaqgħu fis-subintestatura 3210 00 90 . Żjut għax-xedd is-saqajn jaqgħu ġeneralment fis-subintestura 3403 11 00 jew 3403 91 00 .

3405 20 00

Lostri, kremi u preparazzjonijiet simili, għal manutenzjoni ta’ għamara u artijiet tal-għuda, jew xogħol tal-għuda ieħor

Il-prodotti intiżi għall-manutenzjoni tal-injam (art, għamara, xogħol tal-injam) għandhom proprjetajiet li jnaddfu u jħallu fuq is-superfiċji li fuqhom ikunu applikati qoxra protettiva rqiqa, li wara li tinxef u f’xi każi tkun illostrata, issebbaħ il-kulur tagħhom jew tagħtihom dehra tleqq. Prodotti ta’ dan it-tip ikunu ġeneralment fil-laned, fil-fliexken, f'pads, jew aerosols. Matul il-manifattura, apparti xmugħ, solventi, koloranti u addittivi speċjali oħrajn fil-kompożizzjoni tal-lostri u l-kremi għax-xedd is-saqajn, uħud mill-prodotti li ġejjin jintużaw ta’ spiss: aċidi xaħmin, żjut veġetali (eż. iż-żejt tal-palm, iż-żejt tal-kittien) jew żjut minerali, sapun jew aġenti tensjoattivi, rażi (kopal, kolofonija jew kolofonja, eċċ.), siliċji, fwejjaħ (eż. essenza tal-arżnu, tal-klin), insettiċidi, eċċ., iżda mhux abrażivi.

3405 30 00

Lostri u preparazzjonijiet simili għal qofsa ta’ vetturi, ħlief lostri għal metall

Il-prodotti intiżi għall-manutenzjoni tal-karrozzerija ġeneralment jikkonsistu f’emulsjoni tax-xema’ jew soluzzjoni li jkun fiha s-siliċji, iż-żjut, emulsjonanti u, possibilment, abrażiv ħafif.

3405 40 00

Pasta u trabijiet għal għorik u preparazzjonijiet oħrajn għal għorik

It-trabijiet għall-għorik tal-banjijiet, tas-sinkijiet, tal-madum, eċċ. jikkonsistu f’taħlitiet abrażivi maqsumin b’mod fin ħafna (eż. ħaffiefa, blat ramli) u sustanzi li jnaddfu magħmulin trab (eż. aġenti tensjoattivi bl-anjoni attivi, trab tas-sapun, fosfat tas-sodju, karbonat tas-sodju anidru). Ikunu ġeneralment fil-laned jew fil-pakketti. Il-pastes għall-għorik huma prodotti għall-għorik magħmulin billi t-trabijiet jitħalltu ma’, pereżempju, soluzzjoni tax-xema’.

3405 90 10

Lostri għal metall

Il-lostri għal metall huma intiżi li jirrestawraw, permezz tat-trattament tal-wiċċ, l-apparenza oriġinali ta’ metalli msaddin, imtebbgħin jew mikulin. Dan ir-riżultat jinkiseb permezz tat-tibrix (azzjoni ta’ illostrar mekkaniku permezz ta’ abrażiv) u permezz tal-azzjoni kimika jew li tnaddaf tal-aċidi jew l-alkali fuq l-ossidi, is-sulfidi u diversi tbajja’.

Il-materjali primarji użati fil-manifattura tal-lostri għall-metall huma abrażivi maqsumin b’mod fin ħafna (eż. ħaffiefa, ġibs, kieselguhr, tripolit, bentonit, siliċju), aċidi, (eż. l-aċidu ossaliku, l-aċidu olejku, l-aċidu fosforiku, l-aċidu sulfuriku), solventi volatili (eż. spirtu abjad, trikloretilen, alkoħol denaturat), alkali (eż. l-ammonijaka, is-soder), prodotti tensjoattivi bħall-alkoħols sulfoniċi xaħmin, ix-xaħmijiet, is-sapun u f’xi każijiet koloranti u fwejjaħ sintetiċi).

Il-lostri għall-metall huma ppreżentati fil-forma ta’ trab, pastes, diversi kompożizzjonijiet (kremi jew emulsjonijiet) u likwidi. Skont it-tip, jiġu ppreżentati fi flixken, bottijiet, tubi tal-metall, laned, pakketti jew f’ċapep żgħar, koni, stikek, eċċ.

3405 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi partikolarment:

1.  lostri għall-ħġieġ, li ġeneralment ikunu magħmula minn ilma, alkoħol, u kwantita’ żgħira ta’ ammonijaka jew aċidu (eż. aċidu ossaliku jew aċidu tartariku) u abrażiv ħafif;

2.  prodotti għall-illostrar, għall-finitura għat-tħin fin ta’ materjali oħrajn.

KAPITOLU 35

SUSTANZI ALBUMINOJDALI; LAMTI MODIFIKATI; KOLOL; ENŻIMI



3501

Kaseina, kaseinati u derivattivi oħrajn ta’ kaseina; kolol ta’ kaseina

3501 10 10 sa 3501 10 90

Kaseina

Dawn is-subintestaturi jkopru l-kaseini msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3501 , (A), (1). Dawn il-kaseini – irrispettivament mill-metodu tal-preċipitazzjoni użat biex jinkisbu – huma kklassifikati f’dawn is-subintestaturi meta jkun fihom inqas minn 15 % jew inqas tal-piż ta’ ilma; inkella jiġu kklassifikati fl-intestatura 0406 .

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux il-prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestaturi 0406 10 30 sa 0406 10 80 , it-tielet paragrafu

3501 10 90

Oħrajn

Il-kaseini ta’ din is-subintestatura jintużaw, partikolarment, fil-manifattura tal-prodotti djetetiċi (eż. gallettini, ħobż); jistgħu jintużaw ukoll fil-preparazzjonijet tal-prodotti tal-ikel tal-annimali.

3501 90 10

Kolol ta’ kaseina

Il-kolol tal-kaseina, magħrufin ukoll bħala kolol kesħin, huma preparazzjonijiet b’bażi ta’ kaseini u ġibs li magħhom ikun hemm miżjudin kwantitajiet żgħar ta’ prodotti oħrajn bħall-burax u l-klorur tal-ammonju naturali. Jista’ jkun fihom ukoll materjali tal-mili, pereżempju, il-feldspar.

Għalkemm jista’ jintuża bħala kolla, il-kaseinat tal-kalċju mingħajr materjali oħrajn miżjudin jaqa’ fis-subintestatura 3501 90 90 .

3501 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-kaseinati u derivattivi oħrajn tal-kaseina msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3501 , (A), (2) u (A), (3) rispettivament.

Il-kaseinati jiġu ppreżentati fil-forma ta’ trab abjad jew isfar ċar, u huma kważi bla riħa.

3504 00

Peptuni u derivattivi tagħhom; sustanzi oħrajn ta’ proteini u derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għal ġilda ( hide powder ), kromat jew le

3504 00 10

Proteini ta’ ħalib konċentrat speċifikati fin-nota addizzjonali 1 ta’ dan il-kapitolu

Il-proteini tal-ħalib ikkonċentrati ġeneralment jinkisbu billi titneħħa l-parti tal-lattożju u l-imlieħ minerali mill-ħalib xkumat permezz ta’, pereżempju, l-ultrafiltrazzjoni. Dawn huma magħmulin essenzjalment minn kaseini u proteini tax-xorrox (il-laktoglubulini, il-laktalbumini, eċċ.) fil-proporzjon ta’ bejn wieħed u ieħor 4:1. Il-kontenut ta’ proteini tagħhom jiġi kkalkulat billi jiġi mmultiplikat il-kontenut tan-nitroġenu b’fattur ta’ konverżjoni ta’ 6,38.

Meta l-kontenut ta’ proteini tal-proteini tal-ħalib ikkonċentrati jammonta għal 85 % jew inqas tal-materja niexfa, il-prodott ikun kopert mis-subintestatura 0404 90 .

Din is-subintestatura ma tkoprix il-prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas- subintestaturi 0406 10 30 sa 0406 10 80 , it-tielet paragrafu.

3504 00 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi prodotti b’bażi ta’ pjanti b’kontenut għoli ta’ proteina ta’ aktar minn 85 % tal-piż, ikkalkulat fuq il-materja niexfa. Il-prodotti li huma esklużi ġeneralment jiġu kklassifikati taħt l-intestaturi 2106 jew 2309 .

3506

Kolol ippreparati u sustanzi ppreparati oħrajn li jwaħħlu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; prodotti tajbin għal użu bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, mhux itqal minn piż nett ta’ 1 kg

3506 10 00

Prodotti tajbin għal użu bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, li ma jaqbżux il-piż nett ta’ 1 kg

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3506 , l-ewwel paragrafu, (A), dwar il-preżentazzjoni ta’ dawn il-prodotti.

Din is-subintestatura tinkludi l-kolla tal-metilċellulosa f'għamla ta' fjokki jew biċċiet li jistgħu jinħallu fl-ilma biex jipproduċu sustanza li twaħħal partikolarment tajba għall-karti għall-kisi tal-ħitan.

3506 99 00

Oħrajn

Minbarra l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3506 , l-ewwel paragrafu, (B), (1) sa (3), din is-subintestatura tinkludi kolol bbażati fuq il-ħażiż, il-paste tad-dqiq u kolol ibbażati fuq l-agar-agar.

3507

Enżimi; enżimi preparati li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

3507 90 90

Oħrajn

Minbarra l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3507 (ħlief l-ilma tat-tames u l-konċentrati magħmula minnu, il-lipażi tal-lipoproteina u l-proteażi alkalina tal-Aspergillus), din is-subintestatura tinkludi l-peniċillinażi, l-asparaġinażi u l-kallidinoġenażi (INN) (kallikreina).

KAPITOLU 36

SPLUSSIVI; PRODOTTI PIROTEKNIĊI; SULFARINI; LIGI PIROFORIĊI; ĊERTI PREPARAZZJONIJIET KOMBUSTIBBLI



3603 00

Fjusijiet tas-sigurta’; fjusijiet detonaturi; kaps tad-daqqa ( percussion ) jew detonaturi; apparati li jqabbdu ( igniters ); detonaturi tal-elettriku

3603 00 20

Fjusijiet tas-sigurta’

Din is-subintestatura tkopri biss il-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestaturi 3603 , it-tieni paragrafu, (A).

3603 00 30

Fjusijiet detonaturi

Din is-subintestatura tkopri biss il-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3603 , it-tieni paragrafu, (A).

3604

Ġiġġifogu, murtali tas-sinjali, rokits għax-xita, sinjali għaċ-ċpar u oġġetti oħrajn pirotekniċi

3604 10 00

Ġiġġifogu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3604 , l-ewwel paragrafu, (1), (a).

3604 90 00

Oħrajn

Apparti l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3604 l-ewwel paragrafu, (1), (b), u (2), u t-tieni paragrafu, din is-subintestatura tinkludi l-amorces li jintużaw fil-lampi tas-sikurezza, magħrufa bħala lampi tas-sikurezza tal-fjamma, intiżi li jiżvelaw il-preżenza tal-gass tal-minjieri. Dawn l-amorces jitqiegħdu fuq strippi rqaq tad-drapp wiesa’ madwar 4 mm u twal madwar 35 cm. Kull strippa ġeneralment ikollha madwar 30 amorce u mormalment tkun imrembla.

KAPITOLU 37

OĠĠETTI FOTOGRAFIĊI JEW ĊINEMATOGRAFIĊI



3702

Film fotografiku f’rombli, sensitizzat, mhux meħud, ta’ kwalunkwe materjal ħlief karta, kartonċin jew tessuti; film f’rombli għal stampar fil-pront, sensitizzat, mhux meħud

3702 32 10

Mikrofilm; film għall-arti grafika

Mikrofilm ta’ din is-subintestatura normalment ma jkunx differenti mill-film ċinematografiku iżda jintuża għar-riproduzzjoni tad-dokumenti frejm wara frejm. Jintuża ukoll għar-riproduzzjoni ta’ listings ta’ programmi tal-kompjuter, u f'dan il-każ ikun identifikat bl-ittri COM. Il-mikrofilm normalment ikun magħmul f’wisgħat ta’ 8 mm, 16 mm u 35 mm u f’tulijiet ta’ madwar 30 m, 61 m, 122 m u 305 m.

Il-film għall-arti grafika jintuża fl-industrija tal-istampar għar-riproduzzjoni fotomekkanika ta’ illustrazzjonijiet u testi (eż. il-fotolitografija, l-eljogravur, il-fotokromotipografija, ir-riproduzzjoni fotostatika).

3702 96 10

Mikrofilm; film għall-arti grafika

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 3702 32 10 .

3702 97 10

Mikrofilm; film għall-arti grafika

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 3702 32 10 .

3705

Pjanċi u film fotografiċi, meħudin u żviluppati, ħlief film ċinematografiku

3705 00 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-mikrofilms u r-riproduzzjonijiet, f’forom ridotti, ta’ dokumenti (eż. karti tan-negozju, dokumenti tal-arkivji, tpinġijiet industrijali); miksubin permezz ta’ proċess fotografiku.

Il-mikrofilm huwa film ċatt (microfiches) jew f’rombli li jikkonsisti f’serje ta’ stampi żgħar. Il-microfiches jibqgħu kklassifikati f’din is-subintestatura anki jekk iffremjati.

Din is-subintestatura ma tkoprix il-mikrokopji fuq il-karta fotografika, esposta u żviluppata (fil-forom ta’ mikrokarti, kotba, eċċ.) li jaqgħu fis-subintestatura 4911 91 00 .

3706

Film ċinematografiku, meħud u żviluppat, b’kolonna sonora inkorporata jew mingħajrha jew magħmulin biss minn kolonna sonora

F’din l-intestatura, it-terminu "films bil-ħoss" tfisser dawk biss li fihom kemm stampi viżivi kif ukoll kolonna sonora fuq l-istess band. Fil-każ ta’ films bil-ħoss f’żewġ bands, kemm jekk ippreżentati flimkien u kemm jekk le, kull band tiġi kklassifikata fis-subintestatura xierqa tagħha, jiġifieri, stokk ta’ film li jikkonsisti biss f’kolonna sonora jiġi kklassifikat fis-subintestatura 3706 10 20 jew fis-subintestatura 3706 90 52 skont il-wisa’ tiegħu, filwaqt li stokk ta’ film li fih l-istampi viżivi jaqa’ f’wieħed jew iżjed mis-subintestaturi msemmija jew fis-subintestatura 3706 90 91 jew 3706 90 99 (applikazzjoni tan-Nota Addizzjonali 1 ta’ dan il-kapitolu).

3706 10 20

Magħmulin biss minn kolonna sonora; negattivi; pożittivi intermedji
Din is-subintestatura tinkludi:
1.  negattivi oriġinali ta’ films;
2.  films pożittivi intermedji pprintjati min-negattivi oriġinali: fil-proċess abjad u iswed huma magħrufin bħala “pożittivi dduplikanti”, “pożittivi kannella fl-aħmar”, “pożittivi vjola”, “pożittivi master”, “masterprints”, “masterprints fini”, “masterprints lavender”, jew “pożittivi dduplikanti”, filwaqt li fil-proċess tal-kulur huma magħrufin bħala “pożittivi dduplikanti”, “interpożittivi” jew “pożittivi intermedji”; dawn huma magħmulin fuq bażi li hija daqsxejn sfumata fil-vjola jew fil-kannella, jew fuq bażi mhux sfumata; dawn il-films normalment ma jintużawx għall-projezzjoni iżda huma intiżi biex isiru d-dupplikati tan-negattivi oriġinali. Madankollu, dawn jistgħu jintużaw f’eċċezzjonijiet għall-wiri, għal xogħol ta’ editjar jew għall-post-sinkronizzazzjoni ta’ film.
Ukoll ikklassifikati bħala pożittivi intermedji huma t-tliet separazzjonijiet suwed u bojod pożittivi magħmulin permezz tal-filtri (blu, ħodor u ħomor) min-negattivi tal-kulur oriġinali u użati biex jinkisbu, permezz ta’ filtri simili, internegattiva kkulurita intiża għall-istampar ta’ kopji pożittivi.
3.  id-dupplikati ta’ negattivi stampati minn films pożittivi intermedji u intiżi għall-istampar ta’ kopji pożittivi; huma magħrufin bħala “negattivi dupplikanti” fi proċess iswed u abjad u “internegattivi” fi proċess tal-kulur (1);
4.  internegattivi riversibbli li, fi proċessar bil-kulur huma miksubin direttament permezz tal-inverżjoni tan-negattiva oriġinali u li minnha jiġu stampati kopji intiżi għall-wiri;
5.  “films matriċi” (ħomor, ħodor, blu) li, fi proċess bil-kulur, huma miksubin min-negattivi u li minnhom se jiġu stampati l-kopji.
Fejn huma ta’ wisa’ ta’ 35 mm jew aktar, dawn il-films kollha – bl-eċċezzjoni ta’ “films matriċi” – normalment ikollhom toqob tipiċi tan-negattivi (forma ċilindrika).
Dan jagħmilha possibli li ssir distinzjoni bejn films pożittivi intermedji r-rifda mhux sfumata minn films pożittivi intiżi għall-projezzjoni li jkollhom toqob tipiċi tal-pożittivi. image
Madankollu, għandu jkun innutat li films minn ċertu pajjiżi (dik li kienet l-USSR, partikolarment) juru tip uniku ta’ toqob (Dubray-Howell) li huwa simili ħafna għal toqob pożittivi normali u li jinsab ukoll fil-films negattivi oriġinali, fil-pożittivi u negattivi intermedji kif ukoll f’kopji pożittivi intiżi għall-wiri jew għall-projezzjoni.
“Films matriċi” għandhom toqob tipiċi tal-pożittivi iżda jistgħu jintgħarfu mill-ħxuna tagħhom (kważi d-doppju ta’ dik tal-pożittivi), mill-kulur kannella fl-aħmar dominanti tagħhom u ir-riljiev ħafif tal-istampi.

3706 10 99

Pożittivi oħrajn

Din is-subintestatura tkopri films intiżi għall-projezzjoni.

Films pożittivi b’żewġ bands ta’ stampi jew aktar għandhom ikunu kklassifikati u vvalutati għal ħtieġa skont il-wisa’ u t-tul tal-film wara l-qsim, jiġifieri, il-wisa’ u t-tul tal-film kif dan ser ikun projettat.

Pereżempju, film b’wisa’ ta’ 35 mm (erba’ bands ta’ tirqim ta’ 8 mm) u tul ta’ 100 m għandu jitqies bħala film 8 mm ta’ 400 m tul.

 

image

3706 90 52

Magħmulin biss minn kolonna sonora; negattivi; pożittivi intermedji; films tal- aħbarijiet ( newsreels )

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 3706 10 20 .

Għad-definizzjoni tat-terminu “films t’aħbarijiet (newsreels)”, ara Nota Addizzjonali 2 ta’ dan il-kapitolu.

3706 90 91 u 3706 90 99

Oħrajn, ta’ wisa’

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 3706 10 99 .

(1)   Termini korrispondenti: – Negattivi dupe: contretype négatif (Franċiż) – Dup Negativ (Ġermaniż) – controtipi negativi (Taljan) – duplicaat – negatief (Olandiż). – Negattivi intermedji, internegattivi: internégatif (Franċiż) – Zwischennegativ ({ermani) – internegativi (Taljan) – internegatief (Olandiż).

KAPITOLU 38

DIVERSI PRODOTTI KIMIĊI



3801

Grafita artifiċjali; grafita kollojdali jew semi-kollojdali; preparazzjonijiet ibbażati fuq grafita jew karbonju ieħor f’forma ta’ pasti, blokki, pjanċi jew semi-manifatturi oħrajn

3801 10 00

Grafita artifiċjali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3801 , (1).

3801 20 10 u 3801 20 90

Grafita kollojdali jew semi-kollojdali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3801 , (2).

3801 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-grafit kollojdali f’sospensjoni milwiema jew f’sospensjonijiet oħrajn mhux biż-żejt.

3801 30 00

Pasti karbonaċej għall-elettrodi u pasti simili għall-kisi tal-fran

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3801 , (3), (b).

3802

Karbonju attivat; prodotti minerali naturali attivati; iswed ta’ annimali, inkluż iswed maħruq ta’ annimali

3802 10 00

Karbonju attivat

Il-karbonju attivat ta’ din is-subintestatura għandu numru ta’ jodju ta’ 300 jew aktar (milligrammi ta’ jodju assorbiti għal kull gramma ta’ karbonju), kif stipulat mill-metodu ASTM D 4607-86.

3802 90 00

Oħrajn

Ġeneralment, it-trab tad-diatomi attivat ta’ din is-subintestatura, ikkalċinat b’aġenti sinterizzanti bħall-klorur tas-sodju jew il-karbonat tas-sodju (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3802 , il-parti (A), it-tielet paragrafu, (b), (1), għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

— huwa abjad u jibqa’ abjad wara iktar kalċinazzjoni;

— il-pH tiegħu bħala 10 % sospensjoni fl-ilma huwa madwar 7,5 u 10,5;

— it-telf mal-qbid f’ 900 °Ċ huwa inqas minn 0,5 %;

— il-kontenut ta’ sodju espress bħala Na2O huwa ogħla minn 1,5 %.

Din is-subintestatura tkopri l-bentoniti attivati li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni ta’ art attivata (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3802 , il-parti (A), it-tielet paragrafu, (b) (3). Il-bentoniti attivati li jaqgħu f’din is-subintestatura huma differenti mill-bentoniti li jseħħu fin-natura li jaqgħu fis-subintestatura 2508 10 00 b’pH ta’ ġeneralment inqas minn 6 (bentoniti aċidużi), jew ogħla minn 9,5 (għal sospensjoni milwiema u wara li tkun qagħdet għal siegħa) b’kontenut ta’ karbonat tas-sodju li jaqbeż it-2 % jew kontenut aggregat ta’ sodju u kalċju skambjabbli li jaqbeż it-80 meq/100 g (bentoniti tas-sodju attivati).

Il-bentoniti organofiliċi miksubin biż-żieda ta’, pereżempju, l-istearilammina, huma ġeneralment koperti mis-subintestatura 3824 99 96 .

Il-bentoniti naturali sempliċiment imħalltin ma’ kwantitajiet żgħar tal-karbonat tas-sodju huma koperti mis-subintestatura 3824 99 96 .

3803 00

Tall Oil , raffinat jew le

3803 00 10

Mhux raffinat

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3803 , l-ewwel żewġ paragrafi.

3804 00 00

Lissiji residwali mill-manifattura ta’ polpa tal-għuda, konċentrati jew le, biz-zokkor imneħħi jew trattati kimikament, inklużi sulfonati tal-linjin, iżda eskluż tall oil tal-intestatura 3803

Dan l-intestatura jinkludi l-linjosulfit ikkonċentrat.

Il-linjosulfit ikkonċentrat jinkiseb permezz tal-konċentrazzjoni qawwija tal-lissiji li jifdal mill-manifattura tal-polpa tal-injam permezz tal-proċess tas-sulfit, ġieli wara trattament kimiku xieraq biex ikun modifikat il-grad tal-aċidita’ jew tal-alkalinita’, il-kontenut ta’ rmied, il-kulur u l-propretajiet kollojdali tiegħu.

3805

Terpentina tal-gomma, għuda jew sulfat u żjut oħrajn terpeniċi magħmulin mid-distillar jew trattament ieħor ta’ għuda konifera; dipentina mhux raffinata; terpentina tas-sulfit u para-ċimin oħrajn mhux raffinati; żejt tal-arżnu li fih alfa-terpineol bħala l-kostitwent prinċipali

3805 10 10

Terpentina tal-gomma

Din is-subintestatura tkopri biss il-prodott miksub esklussivament u direttament mid-distillazzjoni (permezz tal-estrazzjoni bl-istim) tal-oleoreżini miksubin minn koniferi ħajjin.

3805 10 30

Terpentina tal-għuda

Din is-subintestatura tkopri l-prodott imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3805 , it-tieni paragrafu, (2), (a).

3805 10 90

Terpentina tas-sulfat

Din is-subintestatura tkopri l-prodott imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3805 , it-tieni paragrafu, (2), (b).

3805 90 10

Żejt tal-arżnu

Din is-subintestatura tkopri l-prodott imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3805 , it-tieni paragrafu, (5).

3805 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi t-trementina li minnha l-betapinen kien kważi mneħħi kollu permezz tad-distillazzjoni frazzjonali segwita b’taħlit ma’ frazzjonijiet oħrajn. Dan il-prodott jiġi kkumerċjalizzat bid-deskrizzjoni “spirti rikostitwiti tat-trementina”.

3806

Aċti tar-rożin u tar-raża, u derivattivi tagħhom; spirtu tar-rożin u żjut tar-rożin; run gums

3806 10 00

Aċti tar-rożin u tar-raża

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3806 , il-parti (A).

3806 20 00

Melħ tar-rożin, ta’ aċti tar-raża jew ta’ derivattivi tar-rożin jew aċti tar-raża, ħlief melħ ta’ addutti ( adducts ) ta’ rożin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3806 , il-parti (B).

3806 30 00

Gomom esteri

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3806 , il-parti (Ċ).

3806 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  Id-derivattivi tal-kolofonija u tal-aċidi tar-raża msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3806 , il-parti (D), (I), kif ukoll il-kolofonija diżproporzjonata (diżmutata) fejn parti mill-aċidu tar-raża tkun deidroġenata u parti tkun idroġenata, l-ammini tar-raża tekniċi (eż. deidroabjetilammina) u n-nitrili tar-raża tekniċi;

2.  l-ispirtu tal-kolofonija u ż-żjut tal-kolofonija imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3806 , il-parti (D), (II);

3.  Il-gomom imdewba msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3806 , il-parti (D), (III).

3807 00

Qatran veġetali ( wood tar ); żjut ta’ qatran veġetali; krejożot veġetali; nafta veġetali; żift veġetali; żift tal-birriera u preparazzjonijiet simili bbażati fuq rożin, aċti tar-raża jew fuq żift veġetali

3807 00 10

Qatran veġetali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3807 , it-tieni paragrafu, (A), (1).

3807 00 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3807 , it-tieni paragrafu, (A), (2) u (3), u (B), (C) u (D).

3808

Insettiċidi, rodentiċidi, fuġiċidi, erbiċidi, prodotti kontra n-nebbieta u regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti, disinfettanti u prodotti simili, ippreżentati f’forom jew pakki għal bejgħ bl-imnut jew bħala preparazzjonijiet jew oġġetti (per eżempju, strixxi, ftejjel u xemgħat ittrattati bil-kubrit, u karti tad-dubbien)

3808 91 10 sa 3808 91 90

Insettiċidi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3808 , (I), wara t-tliet asterisks.

3808 92 10 sa 3808 92 90

Funġiċidi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3808 , (II), wara t-tliet asterisks.

3808 92 10

Preparazzjonijiet ibbażati fuq komposti tar-ram

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  it-taħlita Bordeaux, magħmula mis-sulfat tar-ram u l-idrossidu tal-kalċju, użata fl-agrikoltura bħala funġiċida;

2.  il-preparazzjonijiet magħmulin mill-klorur tar-ram bażiku u s-sulfat tar-ram bażiku, l-ossiklorur tar-ram, is-silikat tar-ram, l-aċetoarsenit tar-ram, l-ossidu(i) tar-ram, l-idrossidu tar-ram jew il-karbonat tar-ram, użati għall-istess skop;

3.  il-preparazzjonijiet ibbażati fuq in-naftenat tar-ram jew il-fosfat tar-ram użati biex jipproteġu d-drappijiet u l-injam mill-moffa;

4.  kelati tal-imlieħ tar-ram organiċi ma’ spapen metalliċi.

Il-preparazzjonijiet ta’ din is-subintestatura jistgħu ikunu fil-forma ta’ trabijiet, soluzzjonijiet jew pilloli, bl-ingrossa jew offrut għall-bejgħ bl-imnut, u apparti komposti tar-ram, jista’ jkun fihom sustanzi attivi oħra bħall-komposti taż-żingu jew tal-merkurju.

3808 93 90

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti

Din is-subintestatura tkopri sustanzi li, meta jiġu applikati lill-pjanti, ibiddlu l-proċessi fiżjoloġiċi tagħhom f’direzzjoni mixtieqa. Jiġu applikati lill-pjanta kollha, lil partijiet tal-pjanta jew lill-ħamrija.

L-azzjoni tagħhom tista’ tinfluwenza, pereżempju:

(a)  it-tkabbir ġenerali;

(b)  it-tul tal-pjanta (iz-zokk jitawwal jew jitqassar);

(ċ)  id-daqs u l-forma tat-tuberi;

(d)  it-tul internodali (iz-zokk jissaħħaħ biex inqas ikun hemm ċans li jorqod);

(e)  il-kwantità u d-daqs tal-frott;

(f)  il-livell tar-riżervi tal-pjanta (karboidrati, proteini, xaħmijiet);

(g)  iż-żmien li fih joħorġu l-fjuri jew li fih isir il-frott;

(h)  l-isterilità tal-pjanta;

(ij)  In-numru ta’ fjuri femminili.

Ir-regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti jaqgħu f’erba’ kategoriji prinċipali:

1.  l-awksini li jaġixxu fuq il-formazzjoni tal-għeruq, it-tkabbir taz-zokk u l-iżvilupp tal-frott. L-iktar importanti huwa l-aċidu indol-3-ilaċetiku;

2.  il-ġibberellini li jippromwovu, partikolarment, it-tkabbir tal-blanzuni u tal-fjuri. Huma kollha derivati mill-aċidu ġibberelliku;

3.  iċ-ċitokinini li jipppromwovu, partikolarment, il-qsim taċ-ċelloli u jittardjaw it-tixjieħ tal-pjanta. L-aktar magħrufin huma l-kinetina (6-furfurilamminopurina) u ż-żeatina;

4.  ir-ritardaturi tat-tkabbir;

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  il-fertilizzanti;

(b)  is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija (conditioners);

(ċ)  l-erbiċidi, kemm jekk selettivi u kemm jekk le (is-subintestaturi 3808 93 11 sa 3808 93 27 );

(d)  il-prodotti kontra t-tinbit (is-subintestatura 3808 93 30 ).

3808 94 10 sa 3808 94 90

Disinfettanti

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3808 , (IV), wara t-tliet asterisks, l-ewwel tliet paragrafi.

3809

Aġenti għall-irfinar, katalisti ( carriers ) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra

3809 10 10 sa 3809 10 90

B’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi

Apparti l-prodotti bbażati fuq il-lamtu u preparazzjonijiet deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3809 , it-tielet paragrafu, (A), (1) u (11), u (B), (1) u (2), dawn is-subintestaturi jkopru taħlitiet ta’ lamtu mal-burax jew mal-karbossimetilċelluloża (użati għat-twebbis tal-għażel) u taħlitiet ta’ lamtu solubbli u kaolina (użati fil-manifattura tal-karta).

3809 91 00 sa 3809 93 00

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti u l-preparazzjonijiet deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3809 , it-tielet paragrafu, (A), (B) u (C), biss jekk is-sustanzi amilaċeużi ma jiffurmawx il-bażi ta’ dawn il-prodotti u l-preparazzjonijiet, b’mod partikulari:

1.  sustanzi għat-twebbis diversi użati fl-industrija tat-drappijiet biex id-drappijiet isiru jifilħu t-tikmix u ma jinxtorbux. Dawn jinkludu l-ureaformaldeide, il-melamina-formaldeide u l-glijossaldiurea, prekondensati, dejjem jekk m’għandhomx il-karatteristiċi tal-prodotti ta’ polikondensazzjoni skont it-tifsira tal-Kapitolu 39 jew ta’ komposti definiti kimikament (il-Kapitlu 29). Barra minn hekk, dawn is-subintestaturi jkopru l-komposti milwiema (eż. id-dimetilalurea, it-trimetilolmelamina) li magħhom tkun miżjuda l-fwieħa biex tgħatti r-riħa tal-formaldeide kkawżata mid-dekompożizzjoni parzjali tal-prodott;

2.  sustanzi għat-twebbis li, minbarra li jipproteġu d-drappijiet mill-ilma, jagħtuhom resistenza konsiderevoli għaż-żejt u l-ħmieġ filwaqt li jħallu l-arja tgħaddi minnhom;

3.  sustanzi għat-twebbis kontra l-istatika, jiġifieri, preparazzjonijiet li jipprevenu l-akkumulazzjoni tal-elettriċita’ statika fil-fibri tessili jew fid-drapp . Dawn ġeneralment ikunu preparazzjonijiet iffurmati mill-polielettroliti solubbli fl-ilma prekondensati li, wara trattament qasir f’temperatura moderata, huma kapaċi jiffurmaw fuq il-polikondensati retikulati tal-fibri li mhumiex solubbli biżżejjed biex jifilħu ħasil jew ħasil fix-xott repetut. Din il-kategorija tinkludi prodotti ffurmati permezz ta’ poliammide lineari bażika, solubbli fl-ilma, ippreparata minn aċidu dikarbossiliku (eż. adipiku, suċċiniku jew tereftaliku) b’poliammini li fihom grupp sekondarju ta’ ammini wieħed jew iktar (eż. id-dietilen-triammina, it-trietilentetrammina) u alkilant (li kapaċi jagħmel ir-retikolazzjoni tal-poliammid u b’hekk jagħmluh mhux solubbli permezz ta’ trattament xieraq bis-sħana) li jikkonsisti, pereżempju, f’dialidi partikolari (id-dijoduri tal-polietilen glikol ta’ piż molekolari relattivament baxx, l-epikloroidrin, eċċ.);

4.  sustanzi għat-twebbis li jifilħu għan-nar u li jnaqqsu l-flammabilita’ tad-drappijiet u tal-ġilda b’mod partikolari. Dawn ġeneralment ikunu preparazzjonijiet ibbażati fuq l-imlieħ tal-ammonju, l-aċidu boriku, il-paraffini klorurati, l-ossidu tal-antimonju, l-ossidu taż-żingu, ossidi metalliċi oħrajn u ċerti komposti organiċi tan-nitroġenu u/jew tal-fosfru.

3811

Preparazzjonijiet kontra l-iskossi ( anti-knock ), materjali għat-trażżin tas-sadid, materjali għat-trażżin tal-gomma, materjali li jgħinu l-viskożita’, preparazzjonijiet kontra s-sadid u addittivi ppreparati oħrajn, għal żjut minerali (inkluż gażolina) jew għal likwidi oħrajn użati għall-istess għanijiet bħal żjut minerali

3811 11 10

Ibbażati fuq komposti taċ-ċomb

Din is-subintestatura tkopri l-preparazzjonijiet li fihom iċ-ċomb tetraetil huwa l-uniku kostitwent antidetonanti.

3811 11 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi preparazzjonijiet li fihom iċ-ċomb tetrametil jew iċ-ċombetilmetil jew taħlita taċ-ċomb tetraetil u taċ-ċomb tetrametil hu l-kostitwent uniku jew prinċipali antidetonanti.

3815

Inizjaturi ta’ reazzjoni, aċċeleraturi ta’ reazzjoni u preparazzjonijiet katalitiċi, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

3815 11 00 sa 3815 19 90

Katalisti mirfudin

Dawn huma katalisti ta’ tip użat ħafna li jiġu ddepożitati fuq appoġġ, ġeneralment permezz tal-imprenjazzjoni, tal-kopreċipitazzjoni jew tat-taħlit. Dawn normalment jikkonsistu jew minn sustanza attiva waħda jew aktar iddepożitati fuq appoġġ jew minn taħlitiet b’bażi ta’ sustanzi attivi. Is-sustanzi attivi normalment ikun metalli, ossidi tal-metalli jew komposti oħrajn tal-metalli diviżi b’mod fin ħafna. Il-metalli li jintużaw l-iżjed huma dawk tal-grupp VIII tat-tabella perjodika (speċjalment il-kobalt, in-nikil, il-palladju u l-platinu) u l-molibdenu, il-kromu, ir-ram u ż-żingu. L-appoġġ ġeneralment ikun jikkonsisti minn alumina, ġel tas-siliċe, frakass fossilu, kemm jekk attivat u kemm jekk le, materjali taċ-ċeramika, eċċ.

Dawn jintużaw fi proċessi industrijali għall-produzzjoni ta’ komposti organiċi jew inorganiċi u fl-irfinar tal-petroleum (eż. fis-sinteżi tal-ammonijaka, l-idroġenizzazzjoni taz-xaħmijiet, l-idroġenizzazzjoni tal-olefini).

Din il-kategorija ta’ katalisti tinkludi wkoll il-prodotti li ġejjin:

1.  ċertu preparazzjonijiet, ibbażati fuq komposti tal-metalli ta’ tranżizzjoni, li l-funzjoni tagħhom hija li tiffaċilita l-ossidazzjoni, u konsegwentement l-eliminazzjoni fil-forma ta’ diossidu tal-karbonju matul il-kombustjoni, ta’ residwi tal-karbonju (bħal boilers jew berners);

2.  katalisti ta’ “postkombustjoni” intiżi li jkunu introdotti fis-sistema tal-egżost ta’ vetturi bil-mutur sabiex inaqqsu l-effett ta’ tniġġis tal-gassijiet tal-egżost billi jikkonvertu l-monossidu tal-karbonju f’diossidu tal-karbonju u billi jbiddlu prodotti tossiċi oħrajn (eż. komposti eteroċikliċi) li jirriżultaw mill-kombustjoni tal-petrol.

3815 90 10 u 3815 90 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru taħlitiet ibbażati fuq il-komposti li n-natura u l-proporzjonijiet tagħhom ivarjaw skont ir-reazzjoni kimika li għandha tkun katalizzata. Dawn jintużaw ta’ spiss fil-manifattura ta’ plastiks, spiss bl-isem ta’ inizjaturi, reaġenti ta’ trasferiment, terminaturi jew telomeri, u aġenti ta’ retikolazzjoni.

Dawn jinkludu dawn li ġejjin:

1.  katalisti “radikali”

Dawn huma preparazzjonijiet, ibbażati fuq is-sustanzi organiċi, li jiddekomponu bil-mod f’kundizzjonijiet ta’ reazzjoni u jipproduċu frammenti li, billi jaħbtu mal-monomeri inizjali, jiffavorixxu l-istabbiliment ta’ rabta u l-formazzjoni ta’ radikali ħielsa ġodda li huma kapaċi jirrepetu l-proċess u jippropagaw il-katina.

Fost dawn hemm:

(a)  preparazzjonijiet ibbażati fuq il-perossidi organiċi tat-tipi R-O-O-R′ (soluzzjonijiet organiċi tal-perossidi bħall-perossidi tal-aċetil u tad-dibenżojl). Matul ir-reazzjoni, jiġu ffurmati r-radikali RO. u R′O. li jaġixxu bħala attivaturi.

(b)  preparazzjonijet, ibbażati fuq ażokomposti (bħal ażobisisobutironitril), li jiddekomponu matul ir-reazzjonijiet, u jirrilaxxaw in-nitroġenu u jiffurmaw ir-radikali ħielsa;

(ċ)  preparazzjonijiet redox (eż. taħlita ta’ perossidu tal-potassju u dodeċilmerkaptan) fejn il-formazzjoni tar-radikali attivaturi hija minħabba l-azzjoni redox.

2.  katalisti joniċi

Dawn ġeneralment ikunu soluzzjonijiet organiċi ta’ komposti li jiġġeneraw il-jonji li huma kapaċi jwaħħlu lilhom infushom mar-rabta doppja u jirriproduċu siti attivi fil-prodott li jirriżulta;

Huma jinkludu:

(a)  katalisti tat-tip Ziegler għall-produzzjoni tal-poliolefini (eż. taħlita ta’ titanju u trietilaluminju);

(b)  katalisti tat-tip Ziegler-natta (sterjokatalisti, katalisti orjentanti), bħal taħlita ta’ triklorur tat-titanju u trialkilaluminju, għall-preparazzjoni tal-polipropilen isotattiku u l-kopolimeri fi blokok etilen-olefin;

(ċ)  katalisti għall-preparazzjoni tal-poliuretani (eż. taħlita ta’ trietilenediammina u komposti tal-landa);

(d)  katalisti għall-preparazzjoni tal-amminoplastiks (eż. aċidu fosforiku f’solvent organiku);

3.  katalisti għar-reazzjonijiet tal-polikondensazzjoni

Dawn huma preparazzjonijiet ibbażati fuq komposti varji (eż. taħlita ta’ aċetat tal-kalċju, triossidu tal-antimonju, alkoħolati tat-titanju, eċċ.).

3821 00 00

Mezzi mħejjija għall- kultura għall-iżvilupp jew il-manutenzjoni ta’ mikro-organiżmi (inklużi virus u dawk simili) jew taċ-ċelluli tal-pjanti, tal-bnedmin jew tal-annimali

Din l-intestatura ma tkoprix il-bajd kemm jekk fertilizzat u kemm jekk le li, għalkemm minn gruppi ċċertifikati ħielsa mill-patoġeni, ma kinux ipreparati għall-kultura tal-mikroorganiżmi (l-intestatura 0407 jew 0408 ).

3823

Aċti xaħmin monokarboksiliċi industrijali; żjut aċidużi minn raffinar; alkoħoli xaħmin industrijali

3823 11 00

Aċtu steariku

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, aċidu steariku tfisser taħlitiet ta’ aċidi xaħmin li huma solidi f’temperatura normali u li għandhom kontenut ta’ aċidu steariku pur ta’ 30 % jew aktar iżda inqas minn 90 %, ikkalkulat fuq il-piż tal-prodott anidru.

Prodotti ta’ dan it-tip li għandhom kontenut ta’ aċidu steariku ta’ 90 % skont il-piż jew aktar jaqgħu fis-subintestatura 2915 70 50 .

3823 12 00

Aċtu olejku

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, aċidu olejku tfisser taħlitiet ta’ aċidi xaħmin li huma likwidi f’temperatura normali u li għandhom kontenut ta’ aċidu olejku pur ta’ 70 % jew aktar iżda inqas minn 85 %, ikkalkulat fuq il-piż tal-prodott anidru.

Prodotti li għandhom kontenut ta’ aċidu olejku ta’ 85 % skont il-piż jew aktar jaqgħu fis-subintestatura 2916 15 00 .

3823 13 00

Aċti xaħmin ta’ tall oil

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3823 , il-parti (A), it-tieni paragrafu, (3).

Prodotti ta’ dan it-tip li fihom inqas minn 90 % skont il-piż ta’ aċidi xaħmin jaqgħu fl-intestatura 3803 00 .

3823 70 00

Alkoħoli xaħmin industrijali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3823 , il-parti (B).

Din is-subintestatura tkopri biss alkoħols xaħmin industrijali (taħlitiet ta’ alkoħols aċikliċi) fejn fl-ebda wieħed minnhom il-komponenti tal-alkoħol ma jagħmlu 90 % jew aktar skont il-piż tal-prodott anidru.

Prodotti ta’ dan it-tip fejn wieħed mill-komponenti tal-alkoħols xaħmin jagħmel 90 % skont il-piż jew aktar ġeneralment jaqgħu fl-intestatura 2905 .

3824

Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija; prodotti u preparazzjonijiet kimiċi tal-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom (inklużi dawk li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra

3824 10 00

Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3824 , il-parti (A).

3824 30 00

Karburi ta’ metall mhux magħqudin imħalltin flimkien jew ma’ sustanzi metalliċi li jgħaqqdu

Din is-subintestatura tkopri trabijiet lesti biex ikunu kkonvertiti f'“metalli iebsin” bis-sinterizzazzjoni. Huma magħmulin minn taħlitiet ta’ karburi tal-metalli differenti (karburi tat-tungstenu, tat-titanju, tat-tantalju u tan-nijobju), ma’ legant metalliku jew mingħajru (trab tal-kobalt jew tan-nikil), u spiss ikun fihom kwantitajiet żgħar ta’ xama’ bajda (madwar 0,5 % skont il-piż). Anki taħlita sempliċi ta’ wieħed mill-karburi msemmijin hawn fuq ma’ legant metalliku taqa’ f’din is-subintestatura, filwaqt li kull wieħed minn dawn il-karburi, meħud separatament, jaqa’ fl-intestatura 2849 .

3824 40 00

Addittivi ppreparati għal simenti, taħlit ta’ ġir jew siment, ramel u ilma jew konkos

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3824 , il-parti (B), is-seba’ paragrafu, (3).

3824 50 10

Konkos lest biex jitferra’

Din is-subintestatura tinkludi konkos li miegħu kien diġà miżjud l-ilma. Dan normalment jiġi ttrasportat fi trakkijiet tal-konkos.

3824 50 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  konkos li għadu mhux imħallat mal-ilma;

2.  tajn tal-bini.

3824 60 11 sa 3824 60 99

Sorbitol ħlief dak tas-intestatura 2905 44

Dawn is-subintesturi jinkludu l-varjetajiet “mhux kristallizzabbli” tas-sorbitol (D-gluċitol), li huma ġeneralment miksubin mill-ġulepp tal-glukożju li fih proporzjon ta’ oligosakkaridi oħrajn permezz tal-idroġenizzazzjoni fi pressjoni għolja. Il-kontenut tas-sorbitol tagħhom (D-gluċitol) ivarja minn 60 % sa 80 % tal-materja niexfa, il-bqija tal-kostitwenti huma essenzjalment polialkoħols u oligosakkaridi parzjalment idroġenati. Għal din ir-raġuni, it-tendenza tas-sorbitol (D-gluċitol) li jikkristallizza hija mnaqqsa ħafna (għalhekk, l-isem użat: sorbitol mhux kristallizzabbli (D-gluċitol)).

Sorbitol li jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nota 1 tal-Kapitolu 29 huwa kklassifikat fis-subintestaturi 2905 44 11 sa 2905 44 99 .

3824 71 00 sa 3824 79 00

Taħlitiet li fihom derivattivi aloġenati tal-metanu, etanu jew propanu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3824 71 sa 3824 79 .

3824 99 10

Sulfonati ta’ żejt minerali ( petroleum ), ħlief sulfonati ta’ żejt minerali ( petroleum ) ta’ metalli alkali, ta’ ammonju jew ta’ etanolamini; aċti sulfoniċi tiofenati ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi, u l-melħ tagħhom

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  sulfonati tal-petroleum tal-kalċju jew tal-barju, li ġeneralment ikollhom kontenut ta’ żejt minerali ta’ bejn 55 u 70 % skont il-piż. Dawn jintużaw ħafna fil-manifattura tal-addittivi għaż-żjut minerali;

2.  aċidi sulfoniċi tjofenati ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi, ippreparati permezz tad-distillazzjoni xotta ta’ ċertu shales bituminużi segwita minn trattament bl-aċidu sulfuriku, intiżi għall-użu fil-farmaċija u li jkollhom kontenut ta’ kubrit totali ġeneralment ikbar minn 9 % skont il-piż, kif ukoll l-mlieħ tagħhom, partikolarment dawk tal-kalċju.

3824 99 15

Sustanzi għal bdil ta’ joni

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3824 , il-parti (B), is-seba’ paragrafu, (14).

Din is-subintestatura tinkludi skambjaturi tal-joni bbażati fuq il-karbonju sulfonat, kif ukoll ċertu tipi ta’ tafal sakemm dawn ikunu sarulhom trattamenti partikolari li jagħmluhom tajbin għall-użu bħala skambjaturi tal-joni (prinċipalment katjoniċi); fost dawn hemm il-glawkonit, li jieħu l-forma ta’ ġell ta’ aluminosilikati miksuba minn ħamrija ramlija li tiġi mill-baħar. Din tintuża prinċipalment għat-trattib tal-ilma. Prodotti oħrajn użati għall-istess finijiet huma bbażati fuq il-montmorillonit u l-kaolinit.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll skambjaturi tal-joni sintetiċi, bħaż-żeoliti artifiċjali u dawk ibbażati fuq l-ossidu tal-aluminju jew il-ġel tas-siliċe.

Din is-subintestatura ma tkoprix:

(a)  il-ġel tas-siliċe pur (is-subintestatura 2811 22 00 );

(b)  l-alumina pura, kemm jekk attivata u kemm jekk le (is-subintestatura 2818 20 00 jew 2818 30 00 );

(ċ)  iż-żeoliti artifiċjali, mingħajr leganti (is-subintestatura 2842 10 00 ), f’konformità mal-parti (B), is-seba’ paragrafu (14) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3824 ;

(d)  tafal attivat (subtitlu 3802 90 00 ).

3824 99 20

Sustanzi għat-tbattil ta’ tubi vakwi

Din is-subintestatura tkopri oġġetti magħrufin bħala “getters”. Dawn huma maqsumin fi “flashgetters” u “bulkgetters”.

L-ewwel kategorija jiġu volatilizzati fit-tubu matul il-manifattura tiegħu; dawn jinkludu: prodotti magħmulin kemm mill-barju u kif ukoll mill-aluminju, mill-manjeżju, mit-tantalju, mit-torju, eċċ., fil-forma ta’ wajer jew pellets; kompożizzjonijiet li jikkonsistu f’taħlita ta’ karbonati tal-barju u tas-stronzju fuq wajer tat-tantalju.

It-tieni kategorija jiġu sempliċiment imsaħħna iżda mhux volatilizzati u għandhom biss azzjoni ta’ assorbiment mal-kuntatt. Huma ġeneralment magħmulin minn metalli puri (tantalju, tungstenu, żirkonju, nijobju, torju) fil-forma ta’ wajers, wejfers, eċċ., u ma jistgħux għalhekk ikunu kklassifikati f’din is-subintestatura.

3824 99 30

Aċti nafteniċi, il-melħ tagħhom ma jdubx fl-ilma u l-esteri tagħhom

L-aċidi nafteniċi huma taħlitiet ta’ aċidi aliċikliċi monokarbossiliċi rkuprati matul l-irfinar taż-żejt grezz ta’ ċerti oriġnijiet (prinċipalment minn dik li kienet il-USSR).

Din is-subintestatura tinkludi wkoll l-imlieħ li mhumiex solubbli fl-ilma tal-aċidi nafteniċi (eż. l-imlieħ tal-aluminju, tal-barju, taċ-ċomb, tal-kromju, tal-kalċju, tal-manganiż, tal-kobalt, taż-żingu) u l-esteri ta’ dawk l-aċidi.

3824 99 45

Komposti kontra l-ġebla u oħrajn simili

Din is-subintestatura tkopri prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3824 , (B), is-seba’ paragrafu, (15), u preparazzjonijiet li jdewbu d-depożiti kalkarji.

3824 99 50

Preparazzjonijiet għal kisi ta’ metall b’elettrolisi

Din is-subintestatura tkopri, pereżempju, preparazzjonijiet speċjali għall-banjijiet tal-metalizzazzjoni, banjijiet għall-illostrar u prodotti għall-elettrografija.

3824 99 55

Taħlit ta’ mono-, di- u tri-, esteri ta’ aċti xaħmin ta’ gliċerol (emulsjonanti għal xaħmijiet)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3824 , (B), is-seba’ paragrafu, (11).

3824 99 65

Prodotti awżiljari għal funderiji (ħlief dawk tas-subintestatura 3824 10 00 )

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3824 , (B), is-sitt paragrafu, (6) u (43), din is-subintestatura tinkludi wkoll:

1.  preparazzjonijiet għall-kisi tal-kaxex tal-qlub tal-fonderija u pjanċi tad-disinn, ibbażati fuq il-karbonat tal-kalċju, xmugħ u sustanza li tagħti l-kulur;

2.  preparazzjonijiet ibbażati fuq id-destrina u l-karbonat tas-sodju, intiżi għall-użu, wara l-emulsifikazzjoni, bħala kisjiet għall-forom tal-fabbriki tal-azzar;

3.  ramel miksi b’saff irqiq ta’ raża sintetika, intiż għall-manifattura tal-qlub tal-fonderija;

4.  prodotti għat-tneħħija tal-gass mill-azzar;

5.  sustanzi li jifirdu għall-iffurmar (għajr dawk li jaqgħu taħt l-intestatura 3403 ).

3824 99 70

Preparazzjonijiet li jirreżistu n-nar, li jirreżistu l-ilma u preparazzjonijiet protettivi simili użati fl-industrija tal-bini

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  prodotti għall-protezzjoni min-nar (pereżempju, ibbażati fuq il-komposti tal-ammonju li, taħt l-influwenza tas-sħana, jintefħu u għalhekk jiffurmaw saff iżolanti għas-sezzjonijiet tal-bini);

2.  prodotti (ġeneralment ibbażati fuq is-silikati) għall-imprenjar tal-faċċati tal-bini bħala protezzjoni kontra l-ilma;

3.  prodotti miżjudin mal-konkos kontra l-infiltrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art.

3824 99 92 u 3824 99 93

Prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi, magħmula primarjament minn komposti organiċi, li mhumiex imsemmija jew inklużi band’oħra

Għall-klassifikazzjoni ta’ prodotti kimiċi jew ta’ preparazzjonijiet ta’ dawn is-subintestaturi l-ammont ta’ ilma ma għandux jiġi kkunsidrat.

It-terminu “komposti organiċi” japplika għall-prodotti organiċi kollha, irrispettivament minn fejn huma kklassifikati.

Dawn is-subintestaturi jinkludu ż-żjut okso u l-frazzjonijiet tagħhom parzjalment jew kompletament soġġetti għall-esterifikazzjoni, għall-alkossilazzjoni, għall-kondensazzjoni jew għall-idroliżi. Dawn huma prodotti sekondarji tal-Frazzjoni Okso Tqila (HOF) tal-proċessi okso (inkluża s-sinteżi okso) li jinkludu prodotti sekondarji tal-idroformilazzjoni (ir-reazzjoni Fischer Tropsch mill-alkeni għall-aldeidi) u r-residwi ta’ distillazzjoni mill-preparazzjoni tal-alkoħoli okso. Dawn jinkludu prinċipalment aldeidi, eteri, etere-alkoħoli, alkoħoli, esteri u aċidi karbossiliċi b’xi ammonti minimi possibbli ta’ sustanzi oħra (bħall-olefini u l-paraffini).

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux il-prodotti sekondarji tal-Frazzjoni Okso Ħafifa (LOF) tal-proċessi okso li huma magħmulin prinċipalment minn olefini u paraffini (l-intesatatura 2710 ).

TAQSIMA VII

PLASTIKS U OĠĠETTI TAGĦHOM; GOMMA U OĠĠETTI TAGĦHA

KAPITOLU 39

PLASTIKS U OĠĠETTI TAGĦHOM



Nota 6

It-terminu “soluzzjonijiet” użat kemm f’din in-nota u fin-nota 4 tal-Kapitolu 32 ma japplikax għal soluzzjonijiet kollojdali.



I. FOROM PRIMARJI

 

Għad-definizzjoni tat-terminu “forom primarji” ara n-nota 6 ta’ dan il-Kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, “Forom Primarji”.

3901

Polimeri ta’ etilene, f’forom primarji

3901 10 10 u 3901 10 90

Polietilene bi gravita’ speċifika inqas minn 0,94

Dawn is-subintestaturi jkopru biss l-omopolimeri ta’ etilen, jiġifieri, polimeri li fihom l-etilen jagħmel 95 % jew aktar skont il-piż mill-kontenut ta’ polimeri totali.

Il-gravità speċifika tal-polietilen għandha tiġi determinata bl-użu ta’ polimeru ħieles minn addittivi.

Il-polietilen likwidu huwa kopert biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fin-nota 3(a) ta’ dan il-Kapitolu. Inkella, dan jaqa’ fis-subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 .

Ix-xema’ tal-polietilen huma kklassifikati fl-intestatura 3404 .

3901 20 10 u 3901 20 90

Polietilene bi gravita’ speċifika 0,94 jew aktar

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 .

3901 90 30 u 3901 90 80

Oħrajn

Skont in-nota 4 u n-nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-Kapitolu, dawn is-subintestaturi jkopru:

1.  il-kopolimeri tal-etilen u u l-monomeri għajr għall-aċetat tal-vinil (pereżempju, il-kopolimeri tal-etilen u tal-propilen) kif ukoll amalgami ta’ polimeri ta’ komposizzjoni simili li fihom l-etilen ikun il-komonomeru predominanti;

2.  il-polietilen modifikat kimikament kif stipulat fin-nota 5 ta’ dan il-Kapitolu (pereżempju., il-polietilen klorurat u polietilen klorosulfonat).

3902

Polimeri ta’ propilene jew olefini oħrajn, f’forom primarji

3902 10 00

Polipropilene

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 , l-ewwel paragrafu, tapplika, mutatis mutandis.

Din is-subintestatura ma tkoprix polipropilen likwidu li ma jikkonformax man-nota 3(a) ta’ dan il-Kapitolu (pereżempju, tripropilen jew tetrapropilen) (subintestaturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 ).

3902 20 00

Poliisobutilin

Din is-subintestatura tkopri l-prodott imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3902 , it-tielet u r-raba’ paragrafi.

Din is-subintestatura ma tkoprix il-poliisobutilen likwidu li ma jikkonformax man-nota 3 (a) ta’ dan il-Kapitolu (pereżempju, triisobutilen) (subintesturi 2710 12 11 sa 2710 19 99 ).

3902 30 00

Kopolimeri ta’ propilene

Din is-subintestatura tinkludi kopolimeru jew amalgami ta’ polimeri li tikkonsisti f’45 % etilen, 35 % propilen u 20 % isobutilen, skont il-piż, minħabba li l-propilen u l-isobutilen, li l-polimeri tagħhom jaqgħu fl-intestatura 3902 , jagħmlu 55 % tal-kopolimeru u, jekk jittieħdu bħala ħaġa waħda, huma jippredominaw fuq l-etilen. Barra minn dan, huwa l-propilen, li l-kopolimeri tiegħu huma msemmijin espressament f’dan il-każ, li huwa l-monomeru predominanti fuq l-isobutilen (applikazzjoni tan-nota 4 u n-nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-Kapitolu).

Jekk fl-eżempju mogħti l-perċentwali tal-propilen u l-isobutilen jinqalbu, il-kopolimeru kkonċernat jaqa’ fis-subintestaturi 3902 90 10 sa 3902 90 90 .

3902 90 10 sa 3902 90 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu prodotti magħrufin kummerċjalment bħala poli(alfaolefini), li ġeneralment jinkisbu permezz ta’ polimerizzazzjoni ħafifa tad-deċ-1-en, segwita b’idroġenizzazzjoni tal-prodott iffurmat u separazzjoni permezz ta’ distillazzjoni tal-frazzjonijiet li fihom ħafna idrokarburi C20, C30, C40, u C50. Dawn il-frazzjonijiet huma mħalltin biex jiffurmaw it-tipi differenti ta’ poli(alfaolefini) kummerċjali.

Dawn huma likwidi li mhux neċessarjament jissodisfaw il-kriterju li jinsab fin-nota 3 (c) ta’ dan il-Kapitolu iżda li jaqblu mad-dispożizzjonijiet tan-nota 3 (a) tal-istess Kapitolu u li jintużaw bħala sostituti għal żjut minerali fil-preparazzjoni ta’ żjut lubrikanti sintetiċi u semisintetiċi li jagħtu lil prodotti bħal dawn indiċi tal-viskożità ogħla, punt ta’ tferriegħ aktar baxx, stabbiltà termali aqwa, punt ta’ fjammabbiltà ogħla u inqas volatilità.

3903

Polimeri ta’ stirin, f’forom primarji

Din l-intestatura ma tkoprix poliesteri stirenati (intestatura 3907 ).

3903 11 00 u 3903 19 00

Polistirin

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 , l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis.

3904

Polimeri ta’ klorur tal-vinil jew ta’ olefini aloġenati oħrajn, f’forom primarji
Polimeru tal-vinil huwa polimeru li l-monomeru tiegħu juri l-formula: image
fejn ir-rabta C-X la hija karbonju-karbonju u lanqas rabta karbonju-idroġenu.

3904 10 00

Poli(klorur tal-vinil), mhux imħallat ma’ xi sustanzi oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 , l-ewwel paragrafu, tapplika mutatis mutandis.

3904 21 00 u 3904 22 00

Poli(klorur tal-vinil) oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 , l-ewwel paragrafu, tapplika mutatis mutandis.

3904 30 00

Kopolimeri ta’ aċetat ta’ vinil–klorur ta’ vinil

Din is-subintestatura tkopri biss:

1.  il-kopolimeri tal-klorur tal-vinil li fihom il-klorur tal-vinil ikun il-monomeru predominanti;

2.  amalgami ta’ poli(klorur ral-vinil) u poli(aċetat tal-vinil) li fihom il-klorur tal-vinil ikun il-monomeru predominanti.

3904 40 00

Kopolimeri oħrajn ta’ klorur tal-vinil

Din is-subintestatura jinkludi l-kopolimeri ta’ klorur tal-vinil u etilen fejn il-klorur tal-vinil huwa l-komonomeru predominanti.

3904 61 00

Politerafluworoetilin

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 , l-ewwel paragrafu, tapplika mutatis mutandis.

3904 69 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi poli(klorotrifluworoetilen) u poli(fluworur tal-viniliden).

3906

Polimeri akriliċi f’forom primarji

3906 10 00

Poli(metakrilat tal-metil)

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 , l-ewwel paragrafu, tapplika mutatis mutandis.

3906 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-poli(akrilonitril).

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  polimeri akriliċi li jiffurmaw skambjaturi tal-joni (intestatura 3914 00 00 );

(b)  kopolimeri ta’ akrilonitril li jikkonformaw man-nota 4 tal-Kapitolu 40 (Kapitolu 40).

3907

Poliaċetali, rażi oħrajn ta’ polieteri u epossidi, f’forom primarji; polikarbonati, rażi alkidi, esteri polialliliċi u poliesteri oħrajn, f’forom primarji

Għad-definizzjoni tal-prefiss “poli”, fis-sens ta’ din l-intestatura, ara n-nota tas-subintestatura 1 (a)(1) ta’ dan il-Kapitolu.

3907 20 11 sa 3907 20 99

Polieteri oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll polieteri modifikati kimikament (għajr il-poliaċetali) (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3907 , (2)).

3907 40 00

Polikarbonati

Din is-subintestatura tinkludi kopolimeri li fihom komponent iffurmat minn polikarbonat u komponent iffurmat minn poli(etilen tereftalat) jekk il-polikarbonat jippredomina (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tas-subintestaturii ta’ dan il-Kapitolu, (B), (1), is-sitt paragrafu).

3907 61 00 u 3907 69 00

Poli(etilene tereftalat)

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 japplikaw, mutatis mutandis.

Dawn is-subintestaturi jinkludu kopolimeri li fihom komponent magħmul minn polikarbonat u komponent ffurmat minn poli(etilen tereftalat) jekk il-poli(etilen tereftalat) jippredomina (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tas-subintestaturi ta’ dan il-Kapitolu, (B), (1), sitt paragrafu).

3907 61 00

B’numru ta’ viskożita’ ta’ 78 ml/g jew aktar

Il-poli(etilen tereftalat) b’numru ta’ viskożita’ ta’ 78 ml/g jew aktar ġeneralment jintuża għall-produzzjoni ta’ fliexken.

In-numru ta’ viskożità huwa kkalkulat skont l-istandard tal-ISO 1628-5, billi jintuża l-aċidu dikloroaċetiku bħala solvent.

3908

Poliamidi f’forom primarji

3908 10 00

Poliamide-6, -11, -12, -6,6, -6,9, -6,10 jew –6,12

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 3901 10 10 u 3901 10 90 tapplika, mutatis mutandis.

3909

Amino-rażi, rażi fenoliċi u poliuretani, f’forom primarji

Għall-klassifikazzjoni ta’ kopolimeri magħmulin minn monomeri ta’ rażi msemmijin f’din l-intestatura u għall-klassifikazzjoni tal-amalgami tagħhom ara n-nota 4 ta’ dan il-Kapitolu.

3911

Rażi ta’ żejt minerali ( petroleum ), rażi coumarone-indene , politerpini, polisulfidi, polisulfoni u prodotti oħrajn speċifikati fin-nota 3 ta’ dan il-kapitolu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, f’forom primarji

3911 10 00

Rażi ta’ żejt minerali ( petroleum ), rażi coumarone, indene jew coumarone-indene u politerpini

Il-politerpeni ta’ din is-subintestatura huma ristretti għal polimeri u amalgami ta’ polimeri li fihom monomeru tat-terpen wieħed jew iktar jagħmlu 95 % jew aktar skont il-piż tal-kontenut ta’ polimeri totali.

3911 90 11 sa 3911 90 19

Prodotti polimerizzati ta’ kondensazzjoni jew riarranġament modifikati kimikament jew le

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3911 , l-ewwel paragrafu, (2) sa (5).

3912

Ċelluloża u d-derivattivi kimiċi tagħha, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra, f’forom primarji

3912 11 00 u 3912 12 00

Aċetati ta’ ċelluloża

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3912 , (B), it-tieni paragrafu, (1).

3912 20 11 sa 3912 20 90

Nitrati ta’ ċelluloża (inklużi kollodjoni)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3912 , (B), ), it-tieni paragrafu, (2).

3912 20 11

Kollodjoni u ċellojdin

Il-kollodju huwa soluzzjoni ta’ nitroċelluloża li fiha 12 %, skont il-piż, ta’ nitroġenu, f’taħlita ta’ etere u alkoħol. Malli tinxef, din is-soluzzjoni tħalli strat elastiku ta’ nitroċelluloża, li l-flessibilità tagħha tista’ tkun miżjuda permezz taż-żieda ta’ żejt ir-riġnu. Kollodju jista’ jinkiseb ukoll billi n-nitroċelluloża tiddewweb fl-aċeton. Il-kollodju huwa użat għall-preparazzjoni ta’ emulsjonijiet fotografiċi u fil-mediċina.

Iċ-ċellojdina tinkiseb minn kollodju permezz tal-evaporazzjoni parzjali tas-solventi. Iċ-ċellojdina hija solida.

3912 20 19

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri nitrati taċ-ċelluloża mhux plastiċizzati (nitroċelluloża) għajr għall-kollodji u ċ-ċellojdin anki jekk huma jixxarbu għal raġunijiet ta’ sigurtà – ġeneralment b’alkoħol etiliku jew butiliku – jew jiġu modifikati biex ma jagħmlux ħsara b’xi manjiera oħra.

3912 31 00 sa 3912 39 85

Eteri ta’ ċelluloża

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3912 , (B), tieni paragrafu, (4).

3912 31 00

Karboksimetilċelluloża u l-melħ tagħha

Il-karbossimetilċelluloża tinkiseb permezz tar-reazzjoni tal-aċidu monokloroaċetiku ma’ alkaliċelluloża. Din tintuża prinċipalment bħala sustanza li tħaxxen u bħala aġent protettiv kollojdali.

3912 39 85

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-metilċelluloża, l-etilċelluloża, il-benżilċelluloża u l-idrossietilċelluloża.

3912 90 10

Esteri ta’ ċelluloża

Din is-subintestatura tinkludi propjonat taċ-ċelluloża u butirrat taċ-ċelluloża.

3912 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ċelluloża, li mhumiex speċifikati jew inklużi banda oħra, f’forom primarji.

Minħabba l-forma kummerċjali tas-soltu tagħha, iċ-ċelluloża riġenerata mhijiex ġeneralment ikklassifikata hawn. Fil-forma ta’ film fin u trasparenti din taqa’ fl-intestaturi 3920 jew 3921 u, fil-forma ta’ fibri tat-tessut, fil-Kapitoli 54 jew 55.

Din is-subintestatura tinkludi taħlitiet ta’ esteri taċ-ċelluloża u eteri taċ-ċelluloża (ara n-nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-Kapitolu).

3913

Polimeri naturali (pereżempju, aċtu alġiniku) u polimeri naturali modifikati (pereżempju, proteini mwebbsin, derivattivi kimiċi ta’ gomma (lastiku) naturali), li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra, f’forom primarji

3913 10 00

Aċtu alġiniku, il-melħ u l-esteri tiegħu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3913 , l-ewwel paragrafu, (1).

3913 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3913 , l-ewwel paragrafu, (2) sa (4).

II. SKART, BĊEJJEĊ MAQTUGĦIN U FDAL; SEMI-MANIFATTURI; OĠĠETTI

3915

Skart, bċejjeċ maqtugħin u fdal, ta’ plastiks

It-terminu “plastik” huwa definit fin-nota 1 ta’ dan il-kapitolu.

Din l-intestatura tinkludi wkoll:

1.  skart, qtugħ u laqx ta’ materjal wieħed li jibbies bis-sħana (diġà mwebbes) mibdulin f’forma primarja;

2.  skart, qtugħ u laqx ta’ materjali tal-plastik imħalltin (termoplastiċi biss, li jibbiesu bis-sħana, diġà mwebbsin, biss jew kemm termoplastiċi u li jibbiesu bis-sħana, diġà mwebbsin) mibdulin f’forma primarja.

3916

Monofilament meta qies ta’ xi wiċċ mill-qtugħ ( cross - sectional ) jaqbeż il-1 mm, vireg, bsaten u suriet profili, kemm jekk bil-wiċċ maħdum jew le iżda mhux maħdumin mod ieħor, tal-plastiks

3916 90 10

Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ kondensazzjoni jew riarranġament, modifikati kimikament jew le

Din is-subintestatura tinkludi monofilamenti, vireg, stikek u galvi ta’ poliesteri, poliammidi jew poliuretani.

3916 90 50

Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda

Għad-definizzjoni tat-terminu “prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żieda” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, “Polimeri”, it-tieni paragrafu, (1).

Din is-subintestatura tinkludi monofilamenti, vireg, bsaten u galvi ta’ polimeri tal-propilen jew tal-istiren, jew ta’ polimeri akriliċi.

3917

Tubi, pajpijiet u manek, u tagħmir għalihom (pereżempju, ġogi, imniekeb, flanġi), tal-plastiks

Għad-definizzjoni tat-terminu tubi, pajpijiet u manek; ara n-nota 8 ta’ dan il-kapitolu.

3917 29 00

Ta’ plastiks oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi tubi, pajpijiet u manek magħmulin minn ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ kondensazzjoni jew ta’ riarranġament, kemm jekk immodifikati kimikament u kemm jekk le, bħal rażi fenoliċi, amminorażi, rażi alkidi u poliesteri oħrajn, poliammidi, poliuretani u silikoni.

Din is-subintestatura tinkludi prodotti magħmulin minn ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żieda, bħal politetraaloetileni, poliisobutilen, polimeri tal-istiren, klorur tal-viniliden, aċetat tal-vinil jew esteri tal-vinil oħrajn u polimeri akriliċi.

3918

Kisi tal-art tal-plastiks, li jeħel waħdu jew le, f’rombli jew f’forma ta’ madum; kisi tal-ħajt jew tas-saqaf tal-plastiks, kif definit fin-nota 9 ta’ dan il-kapitolu

Din l-intestatura tinkludi folji tal-plastik mhux perforati, f’rombli jew fil-forma ta’ madum, ta’ tip użat għall-kisi ta’, pereżempju, tenniscourts u terraces.

3919

Pjanċi, folji, film, fojl, tejp, strixxa u forom oħrajn ċatti li jeħlu waħedhom, tal-plastiks, f’rombli jew le

Għad-definizzjoni tat-terminu “awtoaderenti” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3919 , l-ewwel paragrafu. Dan l-intestatura ma tkoprix forom ċatti tal-plastik, li jeħlu biss ma’ superfiċji lixxi bħall-ħġieġ.

L-oġġetti ta’ din l-intestatura spiss ikollhom folja protettiva għar-rilaxx jew strixxa tal-karta jew tal-plastik. Din il-folja jew strixxa protettiva ma titqiesx fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni.

3919 10 12 sa 3919 10 80

F’rombli mhux aktar minn 20 ċm wisgħa

Dawn is-subintestaturi jinkludu strixxi adeżivi b’ilsien li jista’ jinġibed u mmuntati fuq distributur, li jservu prinċipalment bħala preżentazzjoni għall-bejgħ bl-imnut u li ġeneralment ma jistgħux jerġgħu jintużaw ladarba tispiċċa l-istrixxa.

3919 10 12 sa 3919 10 19

Strixxi, li l-kisi tagħhom magħmul minn lastiku naturali jew sintetiku mhux ivvulkanizzat

Dawn is-subintestaturi jkopru strixxi awtoaderenti biss, pereżempju, strixxi li jistgħu jintgħarfu li huma intiżi għal użu biss jew prinċipalment bħala mezz ta’ twaħħil. Strixxi bħal dawn huma ġeneralment użati għall-ippakkjar ta’ oġġetti u għal finijiet simili.

3920

Pjanċi, folji, film, fojl u strixxa oħrajn, ta’ plastiks, mhux ċellulari u mhux rinfurzati, laminati, mirfudin jew hekk magħqudin ma’ materjali oħrajn

Ara n-nota 10 ta’ dan il-Kapitolu.

Din l-intestatura ma tinkludix strixxi ta’ wisa’ apparenti li ma taqbiżx il-5 mm (Kapitolu 54).

Din l-intestatura tinkludi “karta tal-ġebel” li hija magħmula minn trab tal-blat (madwar 80 % karbonat tal-kalċju, skont il-piż) u minn plastik (madwar 20 % raża tal-plastik, skont il-piż) fejn il-plastik jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu, minħabba l-flessibbiltà tiegħu, peress li t-trab tal-blat jaġixxi biss bħala materjal tal-mili. Il-karta tal-ġebel hija materjal li jixbah il-karta u li jista’ jiġi pproċessat bħall-karta (jiġifieri, jista’ jiġi stampat, maqtugħ, mitni u mwaħħal) minħabba li għandu firxa tad-densità simili għal dik tal-karta magħmula miċ-ċelluloża. Jista’ jintuża, pereżempju, għall-kartolerija, boroż, imballaġġ, adeżivi, kartastrazza, karta tat-tgeżwir u kontenituri.

3920 20 80

Ta’ ħxuna aktar minn 0,10 mm

Din is-subintestatura tkopri strixxi dekorattivi, ta’ tip użat għal finijiet ta’ ppakkjar, kuluriti u b’dehra satinata u magħmulin permezz tal-estrużjoni ta’ polimeri tal-propilen.

L-orjentazzjoni molekolari tal-polimeri tal-propilen li tirriżulta twassal biex il-prodott jiffibrilla (jinqasam) meta l-istrixxa tinġibed matul it-tul tagħha bl-idejn, Dan jagħti l-impressjoni żbaljata li dan hu prodott b’bażi ta’ fibri.

Il-ħxuna ta’ din l-istrixxa tkun ta’ madwar 0,13 mm; tista’ tiġi pprintjata u tista’ tiġi nnukklata. Hija ġeneralment tiġi mrembla fuq irkiekel u tiġi kkummerċjalizzata taħt l-isem “bolducs tal-plastik”. Hija tintuża għall-istess finijiet bħall-bolducs ikklassifikati fl-intestatura 5806 . Din l-istrixxa dekorattiva normalment tiġi magħmula f’għoqda meta tintuża biex biex jintrabtu pakketti.

Din is-subintestatura tkopri strixxi oħrajn ta’ tip użat għal finijiet ta’ ppakkjar, li jew ikunu bla kulur jew ikkulurita bil-massa u prodotti bl-estrużjoni ta’ polimeri tal-propilen.

Dawn l-istrixxi dekorattivi, b’kuntrast ma’ dawk imsemmijin aktar ’il fuq, m’għadhomx dehra satinata; huma eħxen u iżjed riġidi u ma jistgħux jiġu nnuklati. Is-superfiċje tista’ tkun imbuzzata jew ikun fiha sinjali ta’ ċirkji żgħar u tista’ tkun ipprintjata.

Dawn l-istrixxi jitqiegħdu taħt tensjoni madwar l-oġġett li ppakkjat u t-truf jiġu mbagħad issiġillati bis-sħana jew jingħaqdu permezz ta’ klippa tal-metall jew tal-plastik.

Din is-subintestatura ma tinkludix strixxi ta’ polipropilen ta’ ħxuna apparenti li ma taqbiżx il-5 mm (subintestatura 5404 90 10 ).

3920 43 10 u 3920 43 90

Fihom skont il-piż mhux anqas minn 6 % ta’ plastiċizzaturi

Ara n-nota tas-subintestatura 2 ta’ dan il-Kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3920 43 u 3920 49 .

3920 49 10 u 3920 49 90

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 3920 43 u 3920 49 .

3920 73 10

Film f’rombli jew fi strixxi, għaċ-ċinematografija jew għall-fotografija

Din is-subintestatura tkopri folji tajbin għal użu fiċ-ċinematografija jew il-fotografija bħala support għal materjali sensittivi għad-dawl.

3921

Pjanċi, folji, film u strixxa oħrajn, tal-plastiks

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 3920 .

3921 90 41

Laminati għal pressjoni qawwija b’wiċċ dekorattiv fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat

Din is-subintestatura tinkludi folji laminati li jikkonsistu fi strati ta’ folji ta’ materjali fibrużi (pereżempju, karta) mgħaddsa f’rażi li jibbiesu bis-sħana u magħqudin flimkien permezz tas-sħana u pressjoni ta’ mhux inqas minn 5 MPa; l-istrat jew l-istrati ta’ barra jkollhom kuluri dekorattivi jew disinji (pereżempju, imitazzjoni tal-injam).

Folji bi strati dekorattivi fuq iż-żewġ naħat jintużaw vertikalment, pereżempju, bħala partizzjonijiet f’wirjiet jew fil-vetrini tal-ħwienet; folji bi strat dekorattiv wieħed jintużaw prinċipalment bħala kisi għaċ-ċippbord.

3923

Oġġetti għall-ġarr jew ippakkjar ta’ oġġetti, ta’ plastiks; tappijiet, għotien, kuperċi u għeluq ieħor, ta’ plastiks

3923 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi netting iffurmat f’għamla tubulari u intiż għall-ippakkjar, li jinbiegħ f’tulijiet mhux determinati u li, wara li jinqata’ għat-tul mixtieq, huwa komunement użat għall-manifattura ta’ xkejjer u basktijiet għall-ippakkjar ta’ ċertu frott u ħaxix, bħat-tuffieħ, il-larinġ, il-patata u l-basal.

3924

Oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina, oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tal-iġjene jew tat-twaletta, tal-plastiks

3924 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tjnkludi sponoż taċ-ċelluloża riġenerata maqtugħin f’f’kull tip ta’ forma għajr dik rettangolari jew kwadra kif ukoll sponoż maqtugħin f’rettangoli jew kwadri bi truf mitħunin jew maħdumin mod ieħor.

Din is-subintestatura ma tkoprix:

(a)  sponoż naturali (subintestaturi 0511 99 31 u 0511 99 39 ;

(b)  sponoż maqtugħin sempliċiment f’rettangoli jew kwadri (intestatura 3921 ).

3925

Oġġetti tal-plastiks tal-bennejja, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra

Ara n-nota 11 ta’ dan il-kapitolu.

3925 20 00

Bibien, twieqi u ċ-ċaċċiż u l-gwarniċ tagħhom u s-soll għal bibien

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 3925 20 .

3925 90 10

Tagħmir u armar maħsubin għal stallazzjoni permanenti ġo jew fuq bibien, twieqi, turġien, ħitan jew partijiet oħrajn tal-bini

Ara n-nota 11 (ij) ta’ dan il-kapitolu.

3926 40 00

Statwetti u oġġetti ornamentali oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi oġġetti ornamentali tad-dar u tal-ġnien li huma magħmula minn trab tal-blat (madwar 59 % karbonat tal-kalċju, skont il-piż), minn plastik (madwar 39 % poliester mhux saturat, skont il-piż) u minn ammont żgħir ta’ addittivi oħrajn fejn il-plastik jagħti lil dawn l-oġġetti l-karattru essenzjali tagħhom. It-trab tal-blat f’dan il-każ huwa materjal tal-mili.

KAPITOLU 40

GOMMA (LASTIKU) U OĠĠETTI TAGĦHA

Ġenerali

Għall-finijiet tan-nota 4 (a) ta' dan il-kapitolu it-terminu “sustanzi mhux termoplastiċi” tfisser sustanzi li ma jistgħux jiġu mrattbin b’mod ripetut permezz ta’ trattament bis-sħana sabiex ikunu jistgħu jiġu ffurmati permezz ta’ mmudellar jew estrużjoni.



4001

Gomma naturali, balata, guttaperka, gwajul ( guayule ), ħalib tas-sapodilja u gomom naturali simili, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa

4001 21 00

Folji mdaħħnin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4001 , parti (B), (1), l-ewwel paragrafu.

4001 29 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4001 , parti (B), (1), it-tieni u r-raba’ paragrafu.

Din is-subintestatura tinkludi kreppi ċari, kreppi kannella, folji ta' lastiku mqabbeż u folji mnixxfin bl-arja (air-dried sheets), granijiet tal-lastiku riagglomerati u trabijiet li jimxu liberament (free-flowing powders) ta’ lastiku naturali.

4002

Gomma sintetika u fattis (factice) derivat miż-żjut, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa; taħlit ta’ xi prodott tal-intestatura 4001 ma’ xi prodott ta’ din l-intestatura, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa

4002 99 10

Prodotti modifikati bl-inkorporazzjoni ta’ plastiks

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti li hemm riferenza għalihom fin-Nota 4 (c) ta' dan il-kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-lastiku naturali depolimerizzat (subintestatura 4002 99 90 )

4002 99 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi lastiku akrilonitril-butadien karbossilat (XNBR), lastiku akrilonitril-isopren (NIR) u factice minn żjut.

4005

Gomma komposta, mhux ivvulkanizzata, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa

4005 20 00

Soluzzjonijiet; tixrid ħlief dawk tas-subintestatura 4005 10

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4005 , ir-raba’ paragrafu, (B) u l-ħames paragrafu, (2).

4005 91 00

Pjanċi, folji u strixxa

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4005 , ir-raba’ paragrafu, (B) u l-ħames paragrafu, (3) u (4).

Din is-subintestatura tkopri wkoll pjanċi, folji u strixxi ta’ lastiku mhux vulkanizzat, mhux maqtugħin jew sempliċiment maqtugħin f’forom rettangolari jew kwadri, koperti minn naħa waħda bi strat ta’ sustanza adeżiva. L-applikazzjoni tal-adeżiv titqies bħala sempliċiment ħidma fuq il-wiċċ skont it-tifsira tan-nota 9 ta' dan il-kapitolu. Meta dawn l-oġġetti jkunu jinkludu strat li jista' jiġi jinqala' ta’ karta, materjal tessili, eċċ., li jipproteġi l-adeżiv, huma xorta jaqgħu taħt din l-intestatura.

4005 99 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4005 , ir-raba’ paragrafu, (B) u l-ħames paragrafu, (5).

4009

Tubi, pajpijiet u manki, ta’ gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, bit- tagħmir tagħhom magħhom jew mingħajru (pereżempju, ġonot, imniekeb, flanġijiet)

4009 12 00

Bit-tagħmir

It-tubi u l-pajpijiet ta’ din is-subintestatura jista’ jkollhom fittings ta’ kwalunkwe tip ta’ materjal.

4009 22 00

Bit-tagħmir

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4009 12 00 .

4009 32 00

Bit-tagħmir

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4009 12 00 .

4009 42 00

Bit-tagħmir

Ara n-nota ta’spjegazzjoni tas-subintestatura 4009 12 00 .

4011

Tajers pnewmatiċi ġodda, ta’ gomma

4011 20 10

B’indiċi ta’ tagħbija (load index) li ma jaqbiżx 121

L-indiċi ta’ tagħbija (load index) huwa dejjem indikat fuq it-tajer. Huwa ddefinit fid-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 8).

4011 20 90

B’indiċi ta’ tagħbija (load index) li jaqbeż 121

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4011 20 10 .

4011 80 00

Ta’ tip użat fil-kostruzzjoni, fil-minjieri jew f'vetturi għall-immaniġġjar industrijali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4011 80 .

4015

Oġġetti tal-lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ (inklużi ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss ( mittens ) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss ( mitts )), għal għanijiet kollha, ta’ gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa

4015 11 00

Kirurġiċi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4015 11 .

Din is-subintestatura mhijiex limitata għal ingwanti kirurġiċi f’pakki sterili. Hija tinkludi wkoll ingwanti li jikkonformaw mal-EN 455-1 u l-EN 455-2 jew ekwivalenti.

4015 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  nofs gwanti u ingwanti bil-manka għal użu industrijali;

2.  ingwanti, għar-radjologi, magħmulin opaki għar-raġġi-X permezz ta’ taħlita bbażata fuq il-karbonat taċ-ċomb.

4015 90 00

Oħrajn

Apparti mill-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4015 (bl-eċċezzjoni tal-ingwanti, nofs gwanti u moffoli), din is-subintestatura tinkludi wkoll ilbies użat bħala protezzjoni kontra r-radjazzjoni jew il-pressjoni atmosferika, pereżempju, ilbies intiera għal taħt pressjoni għall-avjaturi), sakemm dawn ma jkunux ikkombinati ma’ apparat għan-nifs. Jekk dan ikun il-każ, dawn jaqgħu taħt l-intestatura 9020 00 00 .

4016

Oġġetti oħrajn ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa

4016 91 00

Kisi għall-art u twapet

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal intestatura 4016 , tieni paragrafu, (2).

4016 99 52 sa 4016 99 97

Oħrajn

Apparti mill-prodotti msemmija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4016 , it-tieni paragrafu, (7) sa (14), dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll blokok li jintużaw bħala ħaffifiet li, wara li jitgħattew b’karta żmerill (li tista’ tinbidel), jintużaw biex jillostraw bl-idejn ċertu oġġetti.

TAQSIMA VIII

ĠLUD MHUX MAĦDUMIN, ĠILDA, FERIJIET U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNHOM; OĠĠETTI TAS-SARRAĠ U XEDD; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, BOROŻ TAL-IDEJN U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI TAL-KORDA TAL-MUSRANA (ĦLIEF MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)

KAPITOLU 41

ĠLUD MHUX MAĦDUMIN (ĦLIEF FERIJIET) U ĠILDA



4101

Ġlud mhux maħdumin ta’ bhejjem tal-ifrat (inkluż buflu) jew annimali ekwini (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, mħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le

4101 20 10 sa 4101 20 80

Ġlud sħaħ, mhux maqsumin, ta’ piż kull ġilda mhux aktar minn 8 kg meta imnixxfin biss, 10 kg meta immellħin fix-xott, jew 16 kg meta friski, immellħin fin-niedi jew ippreservati mod ieħor

Il-ġlud ta’ dawn is-subintestaturi huma kkunsidrati li huma sħaħ saħansitra jekk ikunu mingħajr ir-ras u s-saqajn; madankollu dawn ma għandhomx ikunu mxerrħa, jiġifieri l-ħxuna oriġinali tal-ġild ma għandhiex tkun maqsuma f’żewġ strati jew aktar.

4101 20 10

Friski

Din is-subintestatura tkopri l-ġlud li sempliċiment ikunu ġew isseparati minn mal-annimal. Il-ġlud imkessħin huma inklużi f’din is-subintestatura wkoll.

4101 20 30

Immellħin fin-niedi

Din is-subintestatura tkopri l-ġlud li jkunu ġew ippreservati mit-therrija sempliċiment permezz taż-żieda tal-melħ.

4101 20 50

Imnixxfin jew immellħin fix-xott

Din is-subintestatura tkopri l-ġlud imnixxfin (ippreservati sempliċiment permezz tat-tnixxif, biż-żieda ta’ antisettiċi jew le) u l-ġlud immellħin fix-xott.

4101 20 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-ġlud ittrattati bil-ġir (mgħaddsin f’ilma bil-ġir jew miksijin b'paste li fih il-ġir), il-ġlud piklati (mgħaddsin f’soluzzjonijiet dgħajfin ta’ aċidu idrokloriku jew sulfuriku jew kimiċi oħrajn li magħhom ikun żdied il-melħ) u l-ġlud ikkonservati b’mezzi oħrajn.

4101 50 10 sa 4101 50 90

Ġlud sħaħ, ta’ piż aktar minn 16 kg

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4101 20 10 sa 4101 20 80 .

4101 50 10

Friski

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4101 20 10 .

4101 50 30

Immellħin fin-niedi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4101 20 30 .

4101 50 50

Imnixxfin jew immellħin fix-xott

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4101 20 50 .

4101 50 90

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4101 20 80 .

4101 90 00

Oħrajn, inklużi warranijiet, nofshom ( bends ) u żquq

Il-partijiet posterjuri jinkludu l-ġild li jgħatti d-dahar u r-robbu ta’ wara; din il-parti tal-ġild hija l-eħxen waħda, l-iżjed waħda b’saħħitha, u għaldaqstant l-iktar waħda prezzjuża.

In-nofsijiet tal-partijiet posterjuri huma miksuba billi l-partijiet posterjuri jinqasmu fi tnejn tul il-linja tas-sinsla.

4102

Ġlud mhux maħdumin ta’ nagħaġ jew ħrief (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bis-suf imneħħi jew maqsumin jew le, ħlief dawk imħollijin barra bin-nota 1 (c) ta' dan il-kapitolu

4102 10 10

Tal-ħrief

Din is-subintestatura tkopri l-ġlud li għandhom erja tas-superfiċje massima ta’ 0,75 m2.

4102 10 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-ġlud li għandhom erja tas-superfiċje ta’ aktar minn 0,75 m2.

4102 21 00

Imnaddfin ( pickled )

Għall-ġlud piklati ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4101 20 80 .

4103

Ġlud mhux maħdumin oħrajn (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le, ħlief dawk imħollijin barra bin-nota 1 (b) jew 1 (c) ta' dan il-kapitolu

4103 20 00

Tar-rettili

Din is-subintestatura tinkludi l-ġlud tal-pitoni, tal-boas, tal-alligaturi, tal-kajmani, tal-igwani, tal-gavjali u tal-gremxul.

4104

Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ bhejjem tal-ifrat (inkluż buflu) jew annimali ekwini, mingħajr xagħar, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar

Ara n-noti 2 (A) u 2 (B) ta' dan il-kapitolu.

4104 11 10 sa 4104 19 90

Fi stat imxarrab (inklużi ikħal-niedi))

Il-ġlud sempliċiment ikkunzati jintgħarfu speċjalment min-naħa tal-laħam tagħhom fejn, partikolarment mat-truf, huma viżibbli ċertu numru ta’ fibri subkutanji oriġinali. Għalhekk, in-naħa tal-laħam għandha wiċċ fibruż u raff. Il-ġlud parzjalment ikkunzati (ikkunzati minn qabel) huma kklassifikati mal-ġlud mhux ippreparati mod ieħor għajr għall-kunzatura.

Il-proċessi intiżi għall-ikkompletar tal-ikkunzar proprju fejn il-prodotti użati għall-ikkunzar u l-ilma kollu li jkun għad fadal jitneħħew mill-ġlud (pereżempju l-ħasil, it-tagħsir, l-ippressar, it-tnixxif u l-ġbid) ma jbiddlux il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-ġlud. Dan japplika wkoll għas-sempliċi tixriħ tal-ġlud mhux ippreparati mod ieħor għajr għall-kunzatura.

4104 11 10 sa 4104 11 90

Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin; ġlud bix-xagħar imneħħi u maqsumin

Dawn is-subintestaturi jkopru l-ġlud li għandhom il-wiċċ oriġinali tal-pil meta jinkixef permezz tat-tneħħija tal-epidermis, fejn ma titneħħa l-ebda parti mis-superfiċje permezz ta' eż. ibbaffjar jew xkatlar.

Dawn is-subintestaturi jkopru biss il-ġlud b’superfiċje ta’ barra (naħa tax-xagħar) tal-ġild.

4104 41 11 sa 4104 49 90

Fl-istat xott (qoxra)

Ara n-nota 2 (B) ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tal-kapitolu 41, (II), it-tielet paragrafu.

4104 41 11 sa 4104 41 90

Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin; ġlud bix-xagħar imneħħi u maqsumin

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4104 11 10 sa 4104 11 90 .

4104 41 11

Ġilda ta’ annimal żgħir (kip) tal-Indja tal-Lvant, sħiħa, bl-irjus u s-saqajn jew imneħħijin, kull waħda b’piż nett mhux aktar minn 4,5 kg, mhux preparata aktar minn ikkunzar veġetali, mgħoddija minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajba għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda

Din is-subintestatura tkopri l-ġlud tal-kipp sempliċiment ikkunzati b'sustanzi veġetali li jistgħu jkunu għaddew minn trattamenti oħra li jiffaċilitaw it-trasport tagħhom tul distanzi twal, pereżempju b’żejt veġetali.

Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura soda u kumpatta u għandhom lewn il-gallettini ċar minħabba l-ikkunzar b'sustanzi veġetali. In-naħa piluża tal-ġild hija lixxa u gglejżjata kullimkien l-istess u n-naħa tal-laħam ġeneralment titnaddaf sew billi tinbarax. Qabel ma jkunu jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda, dawn it-tipi ta' ġlud għandhom jinħadmu kompletament mill-ġdid (minn qabel l-ikkunzar biex ngħidu hekk) u b'hekk jistgħu jitqiesu li huma ikkunzati minn qabel.

Dawn il-ġlud (magħrufin bħala ġlud Madras jew ġlud tal-Indja tal-Lvant) huma prinċipalment impurtati mill-Indja jew mill-Pakistan. Normalment dawn ikunu ppakkjati sitta sitta, f’balal ippressati, imdawrin b’kisja qamħ u bl-ixkejjer tal-ġuta.

4104 49 11

Ġilda ta’ annimal żgħir (kip) tal-Indja tal-Lvant, sħiħa, bl-irjus u s-saqajn jew imneħħijin, kull waħda b’piż nett mhux aktar minn 4,5 kg, mhux preparata aktar minn ikkunzar veġetali, mgħoddija minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajba għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4104 41 11 .

4105

Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ nagħaġ jew ħrief, mingħajr suf, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar

Ara n-noti 2 (A) u 2 (B) ta’ dan il-kapitolu.

4105 10 00

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4104 11 10 sa 4104 19 90 .

4105 30 10 u 4105 30 90

Fl-istat xott (qoxra)

Ara n-nota 2 (B) ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tal-kapitolu 41, (II), it-tielet paragrafu.

4105 30 10

Hair sheep Indjani kkunzati minn qabel b’mod veġetali, kemm jekk mgħoddija minn ċertu trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajbin għall-użu immedjat għall- manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda

Din is-subintestatura tkopri ġlud bi kkonzar veġetali minn qabel u li jeħtieġu kkunzar ulterjuri qabel ma jiġu rfinuti.

Ġlud sempliċement ikkunzati b’użu ta’ sustanzi veġetali jistgħu jkunu għaddew minn trattamenti oħra li jiffaċilitaw it-trasport tagħhom tul distanzi twal, pereżempju b’żejt veġetali.

Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura soda u kumpatta u għandhom lewn il-gallettini ċar (light biscuit) minħabba l-ikkunzar b'sustanzi veġetali.

Dawn il-ġlud (magħrufin bħala l-ġlud Madras jew il-ġlud tal-Indja tal-Lvant) huma prinċipalment impurtati mill-Indja jew mill-Pakistan. Normalment dawn ikunu ppakkjati sitta sitta, f’balal ippressati, imdawrin b’kisja qamħ u bl-ixkejjer tal-ġuta.

4105 30 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ġlud (tan-nagħaġ u tal-ħrief) li ġew ikkunzati bl-użu ta’ taħlita ta’ melħ, alum, isfar tal-bajd u dqiq (ġilda kkunzata bl-alum). Dawn il-ġlud jintużaw prinċipalment fil-manifattura tal-ingwanti jew fil-manifattura ta' xedd is-saqajn ta’ kwalità għolja.

4106

Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ annimali oħrajn, mingħajr suf jew xagħar, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar

Ara n-noti 2 (A) u 2 (B) ta’ dan il-kapitolu.

4106 21 00

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4104 11 10 sa 4104 19 90 .

4106 22 10 u 4106 22 90

Fl-istat xott (qoxra)

Ara n-nota 2 (B) ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tal-Kapitolu 41, (II), it-tielet paragrafu.

4106 22 10

Mogħża jew gidi Indjani kkunzati minn qabel b’mod veġetali, mgħoddija minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajbin għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4105 30 10 tapplika, mutatis mutandis.

4106 31 00

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4104 11 10 sa 4104 19 90 .

4106 32 00

Fl-istat xott (qoxra)

Ara n-nota 2 (B) ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tal-Kapitolu 41, (II), it-tielet paragrafu.

4106 40 10

Ikkunzati minn qabel b’mod veġetali

Din is-subintestatura tkopri ġlud bi kkonzar veġetali minn qabel u li jeħtieġu kkunzar ulterjuri qabel ma jiġu rfinuti.

Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura soda u kumpatta u għandhom lewn il-gallettini ċar (light biscuit) minħabba l-ikkunzar b'sustanzi veġetali.

4106 91 00

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4104 11 10 sa 4104 19 90 .

4106 92 00

Fl-istat xott (qoxra)

Ara n-nota 2 (B) ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali SA għall-Kapitolu 41, (II), it-tielet paragrafu.

4107

Ġilda ippreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ bhejjem tal-ifrat (inkluż buflu) jew ta’ annimali ekwini, mingħajr xagħar, maqsuma jew le, ħlief ġilda tal- intestatura 4114

Il-ġlud koperti minn dan it-titolu jistgħu jkunu mħejjija b'modi oħra (sottoposti għal proċess ta' preparazzjoni tal-ġilda msejjaħ "currying", miżbugħa, żgraxxati jew stampati, trattatati biex jingħataw finitura tas-suede, ipprintjati, igglejżjata, finitura bis-satin, eċċ.) jew ipparċminati (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, (III)).

4107 11 11 sa 4107 11 90

Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin

Dawn is-subintestaturi jkopru ġlud li ma jkunux ġew imxerrħa (jiġifieri, il-ħxuna oriġinali ma tkunx ġiet isseparata f’diversi strati), kemm jekk ġew ridotti għal ħxuna ndaqs kullimkien permezz tat-tqaxxir u tat-tneħħija ta’ kwalunkwe parti raffa jew tal-eskrexxenzi fuq in-naħa tal-laħam u kemm jekk le.

4107 11 11

Boxcalf

Boxcalf hija ġilda tal-għoġol ikkunzata bil-kromju jew xi minn daqqiet bi proċess ikkumbinat, imbagħad ikkulurita u llostrata u użata fl-uċuħ taż-żraben jew għal ċertu oġġetti tal-ġilda (pereżempju handbags, valiġetti); dan il-ġild huwa artab ħafna.

4107 12 11

Boxcalf

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4107 11 11 .

4107 91 10  u 4107 91 90

Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4107 11 11 sa 4107 11 90 .

4107 91 10

Ġilda għall-qigħan

Minħabba l-użu tagħha, li jirrikjedi saħħa u durabbiltà, il-ġilda magħrufa bħala ġilda għall-pettijiet taż-żraben ma tgħaddix mill-proċess tas-simna. Il-metodu ta’ "currying" użat għal din il-ġilda huwa magħruf bħala l-"currying" bl-ilma għall-kuntrarju tal-"currying" bix-xaħam li jintuża għal ġlud imsemmnin. It-trattamenti prinċipali mogħtija lil din il-ġilda jikkonsistu fit-tindif tan-naħa tal-ġilda, esponiment għall-arja, daqqiet ripetuti bil-martell u ċilindratura bil-pressjoni.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tat-titolu 4107 , it-tielet paragrafu.

4112 00 00

Ġilda ippreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ nagħag jew ta’ ħrief, mingħajr suf, maqsuma jew le, ħlief ġilda tal-intestatura 4114

In-nota ta’ spjegazzjoni tat-titolu 4107 tapplika, mutatis mutandis.

4113

Ġilda ippreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ annimali oħrajn, mingħajr suf jew xagħar, maqsuma jew le, ħlief ġilda tal-intestatura 4114

In-nota ta’ spjegazzjoni tat-titolu 4107 tapplika, mutatis mutandis.

4115

Ġilda artifiċjali b’bażi ta’ ġilda jew fibra tal-ġilda, f’ċangaturi, folji jew strixxa, f’rombli jew le; biċċiet maqtugħin jew skart ieħor ta’ ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali, mhux tajbin għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda; trab, terra u dqiq tal-ġilda

Il-ġilda rikostitwita hija magħmula minn bażi tal-ġilda jew fibra tal-ġilda. Sabiex il-ġilda rikostitwita tingħata karatteristiċi speċjali xi minn daqqiet tiġi mħallta mal-pannu u ma' xi fibri taċ-ċelluloża, sintetiċi jew tal-qoton. Madankollu l-proporzjon ta’ dawn il-fibri għandu jkun sew taħt il-50 % sabiex l-oġġetti jkunu jistgħu jiġu kklassifikati fit-titolu 4115 (“ċangaturi, folji jew strippi, kemm jekk f'rombli kemm jekk le”). Il-fibri tal-ġilda jikkonsistu f'laqx b’kontenut tal-kromju, sustanzi veġetali li jbajdu, bċejjeċ maqtugħin jew skart ieħor. Il-legant li jintuża l-aktar huwa l-latex naturali.

Il-ġilda rikostitwita tintuża l-aktar fl-industrija taż-żraben għall-manifattura ta' mezzi, sotti ta’ takkun, suletti, pettijiet tan-nofs u pettijiet ta’ barra għall-papoċċi. Tintuża wkoll fl-industrija tal-oġġetti tal-ġilda (eż. għall-kisi tal-bagalji, tal-basktijiet tal-iskola, id-diviżuri fil-valiġġetti u fil-kartieri) u fis-settur tekniku (il-pulzieri, il-materjali li jissiġillaw, eċċ.).

KAPITOLU 42

OĠĠETTI TAL-ĠILDA; OĠĠETTI TAS-SARRAĠ U XEDD; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, BOROŻ TAL-IDEJN U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI TAL-MUSRANA TA’ ANNIMALI (ĦLIEF MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)



4202

Bagolli, valiġġi, vanity-cases , executive-cases , brief-cases , basktijiet tal-iskola, kaxex għan-nuċċalijiet, kaxex għat-trombi, kaxex tal-kamera, kaxex ta’ strumenti tal-mużika, kaxex ta’ xkubetti, stoċċijiet tal-pistola u kontenituri simili; bagalji għas-safar, boroż iżolati għal ikel jew xorb, boroż tat-twaletta, barżakki, boroż tal-idejn, boroż tax-xiri, kartieri, portmonijiet, kaxex għall-mapep, kaxex għas-sigarretti, boroż tat-tabakk, boroż tal-għodda, boroż tal-isports, kaxex tal-fliexken, kaxex għall-ġojjelli, kaxex tat-terra, kaxex tal-pożati u kontenituri bħalhom, tal-ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali, ta’ folji tal-plastiks, ta’ materjali tessili, ta’ fibra vulkanizzata jew tal-kartun, jew kollha jew prinċipalment miksijin b’dawn il-materjali jew bil-karta

Għad-definizzjoni tat-terminu “superfiċje ta’ barra”, ara n-nota addizzjonali 1 għal dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4202 11 , 4202 21 , 4202 31 u 4202 91 .

Dan it-titolu jinkludi għata għar-rakketti li jiksi r-rakketta kollha, kemm jekk bil-manku jew biċ-ċinġa għall-ispallejn kemm jekk le.

Madankollu, dan it-titolu ma jinkludix l-għata għar-rakketti tat-tennis, għar-rakketti tal-badminton, għall-mazez tal-golf, eċċ. meta dawn ikunu magħmulin minn drapp tat-tessut (normalment b'kisja tal-plastik), kemm jekk dawn ikunu ffittjati b'but fejn jitqiegħdu l-blalen u kemm jekk le (l-intestatura 6307 ).

4202 11 10 u 4202 11 90

Bil-wiċċ ta' barra tal-ġilda jew ta' ġilda artifiċjali

Għad-definizzjoni tat-terminu “ġilda rikostitwita” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4115 , (I).

4202 12 11 u 4202 12 19

Tal-plastiki għall-folji

Jekk kontenitur ikollu l-materjal ta’ barra taħlita ta’ materjali fejn jidher b'mod ċar li l-istrat ta’ barra huwa kisja tal-plastik (pereżempju drapp minsuġ minn fibri tat-tessut flimkien ma’ kisja tal-plastik), huwa rrelevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni jekk il-kisja kinitx immanifatturata separatament qabel ma nħoloq il-materjal imħallat jew inkella jekk l-istrat tal-plastik huwiex ir-riżultat tal-għoti ta' kisja jew għata tal-plastik lill-materjal (pereżempju drapp minsuġ minn fibri tat-tessut), sakemm ikun jidher b'mod ċar li l-istrat ta’ barra li jirriżulta għandu l-istess dehra ta’ folja applikata tal-plastik immanifatturat.

4202 22 10

Tal-plastiki għall-folji

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4202 12 11 u 4202 12 19 .

4202 31 00 sa 4202 39 00

Oġġetti ta’ tip li normalment jinġarru fil-but jew fil-borża tal-idejn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4202 31 , 4202 32 u 4202 39 .

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll cases tat-mobiles li, min-natura u d-disinn tagħhom, normalment jinġarru fil-but jew fil-handbag.

Il-cases tal-mobiles ta’ dawn is-subintestaturi huma koperti fl-ewwel parti tat-test tal-intestatura u konsegwentement, jistgħu jkunu magħmula minn kwalunkwe materjal.

Dawn jistgħu jkunu mfassla biex jiffittjaw mobile speċifiku jew mudelli differenti ta’ mobiles li għandhom l-istess qisien.

Jistgħu jkunu jingħalqu jew le. Dawn jiksu l-mobile billi jgħattu n-naħa ta’ wara, il-ġnub u n-naħa ta’ quddiem tal-mobile sabiex jipproteġuh. Madankollu, il-cases sempliċi li jgħattu biss in-naħa ta’ wara u l-ġnub tal-mobile huma esklużi, billi ma għandhomx il-karatteristiċi tal-kaxex li hemm fl-intestatura 4202 u jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti.

Madankollu, dawn is-subintestaturi ma jinkludux il-cases, kemm jekk bl-istand u kemm jekk le, tat-tablets, tal-mini-tablets jew tal-kotba elettroniċi, peress li d-daqs tagħhom ma jippermettix li jiġu kkunsidrati bħala oġġetti li normalment jinġarru fil-but jew fil-handbag (klassifikazzjoni taħt is-subintestaturi 4202 91 80 sa 4202 99 00 , skont il-materjal kostitwenti). Dawn il-cases huma koperti fl-ewwel parti tat-test tal-intestatura u jistgħu jkunu magħmula minn kwalunkwe materjal.

4202 32 10

Tal-plastiki għall-folji

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4202 12 11 u 4202 12 19 .

▼M1

4202 91 sa 4202 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-hekk imsejħa “cases għall-kitba” (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 4202, il-paragrafu 4, li tinkludi “il-cases għall-kitba” bħala eżempju ta’ “kontenituri simili” koperti mit-tieni parti tal-intestatura 4202).

Il-cases għall-kitba huma tipikament rinfurzati u ddisinjati għal użu fit-tul. Normalment ikollhom but wieħed jew aktar u anelli fejn ikunu jistgħu jiddaħħlu notepad, karti, materjal u provvisti oħra tal-kitba eċċ.

Il-cases għall-kitba jistgħu jingħalqu b’żipp mad-dawra kollha jew inkella permezz ta’ faxxa tal-lastiku, bokkla jew kopertura b’qafla awtomatika. Madankollu l-preżenza u t-tip ta’ qafla mhijiex kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tal-cases għall-kitba taħt l-intestatura 4202. Il-cases għall-kitba mingħajr qafla jridu wkoll jiġu kklassifikati taħt din l-intestatura.

Eżempji ta’ cases għall-kitba tas-subintestaturi 4202 91 sa 4202 99 qed jintwerew hawn taħt:



Stampa 1

Stampa 2

Stampa 3

image

image

image

▼B

4202 92 11 sa 4202 92 19

Ta’ folji tal-plastik

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4202 12 11 u 4202 12 19 .

4203

Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, tal-ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali

4203 10 00

Oġġetti ta’ lbies

Din is-subintestatura tkopri oġġetti tal-ilbies, inklużi ħwejjeġ tax-xogħol, magħmulin minn ġilda jew minn ġilda rikostitwita, bħal kowtijiet, palitojiet, ġkieket, qliezet u fradal. Din tkopri wkoll ġlud u assemblaġġi ta’ ġlud li jikkostitwixxu oġġetti mhux kompluti jew mhux irfinuti iżda li jintgħarfu xorta waħda bħala oġġetti tal-ilbies.

4203 21 00 sa 4203 29 90

Ingwanti, mittens u mitts

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-ingwanti, in-nofs gwanti u l-moffoli sempliċiment maqtugħin skont il-forma.

Partijiet tal-ġilda maqtugħin skont forma partikolari u intiżi għall-manifattura tal-ingwanti iżda fejn is-saba’ l-kbir u s-swaba’ l-oħra jkunu għadhom ma nqatgħux skont il-forma huma kklassifikati fis-subintestatura 4205 00 90 .

4203 21 00

Iddisinjati apposta għal użu fl-isports

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4203 21 .

Din is-subintestatura tinkludi wkoll l-ingwanti tal-iżgirma, l-ingwanti tal-cricket, l-ingwanti tal-baseball u l-ingwanti bid-dahar maqtugħ għaċ-ċiklisti li jikkompetu.

4203 29 10

Protettivi għas-snajja kollha

L-ingwanti protettivi, in-nofs gwanti u l-moffoli li jaqgħu taħt din is-subintestatura huma ġeneralment intiżi għall-protezzjoni tal-idejn waqt ix-xogħol. Għalhekk, għall-kuntrarju tal-ingwanti tal-moda, ħafna drabi jiġu magħmulin minn ġilda iebsa li normalment ma tkun ġiet itrattata bl-ebda mod ieħor wara l-ikkunzar. L-ingwanti protettivi ta' spiss ikollhom superfiċje ħarxa; jista’ jkollhom pulzieri għall-protezzjoni tal-polz u tad-driegħ.

L-ingwanti protettivi li jkollhom biss il-palma u l-partijiet ta’ quddiem tas-swaba’ magħmulin mill-ġilda huma kklassifikati f’din is-subintestatura.

4203 29 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri wkoll l-ingwanti, in-nofs gwanti u l-moffoli li minkejja li jintużaw għall-isport ma jikkorrispondux mal-karatteristiċi tad-disinn funzjonali tipiċi tal-ingwanti speċjalment iddisinjati għall-prattika tal-isport u li huma msemmija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4203 21 .

L-ingwanti li jkollhom biss il-palma, il-partijiet ta’ quddiem tas-swaba’ u l-partijiet ta' bejn is-swaba’ magħmulin mill-ġilda u d-dahar ikun magħmul minn materjal ieħor ukoll jaqgħu taħt din is-subintestatura.

4203 30 00

Ċinturini u bandolieri

Din is-subintestatura tinkludi ċ-ċinturini għall-flus u ċinturini simili tal-ġilda b’but wieħed jew aktar b’qafla.

4203 40 00

Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ

Din is-subintestatura tinkludi ċ-ċingi tal-qliezet tal-irġiel, il-bands tal-polz, il-kravatti u ċ-ċingi għall-qliezat karatteristiċi tat-Tirol.

Din is-subintestatura ma tinkludix il-lazzijiet taż-żraben li mhumiex meqjusa bħala aċċessorji tal-ilbies u li huma kklassifikati fis-subintestatura 4205 00 90 . Il-bands tal-polz li jikkostitwixxu ġojjellerija "imitazzjoni" jew artifiċjali (l-intestatura 7117 ) u ċ-ċineg tal-arloġġi tal-idejn (l-intestatura 9113 ) huma wkoll esklużi minn din is-subintestatura.

4205 00

Oġġetti oħrajn tal-ġilda, jew ta’ ġilda artifiċjali

4205 00 11

Ċineg jew tagħmir ċineg ta’ trasportatur ( conveyor ) jew ta’ trasmissjoni

Din is-subintestatura tkopri l-prodotti deskritti fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4205 , it-tieni paragrafu (1), għajr il-conveyor buckets.

4205 00 19

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-bramel konvejer u l-prodotti deskritti fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4205 , it-tieni paragrafu, (2).

4205 00 90

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4205 , it-tielet paragrafu.

KAPITOLU 43

FERIJIET U FER ARTIFIĊJALI; MANIFATTURI TAGĦHOM



4301

Ferijiet mhux maħdumin (bl-irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, tajbin għal użu ta’ min jaħdem il-fer), ħlief ġlud mhux maħdumin tal-intestaturi 4101 , 4102 jew 4103

Għad-definizzjoni tat-terminu “ġlud tal-pelliċċerija grezzi”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4301 , il-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar.

4301 80 00

Ferijiet oħrajn, sħaħ, bir-ras, denb jew saqajn jew mingħajrhom

Din is-subintestatura tinkludi l-ġlud tal-foki (pereżempju tal-ġriewi bil-pil abjad tal-foki tal-arpa jew tal-ġriewi tal-foki tal-barnuża (ta’ daharhom ikħal)), tal-lontri tal-baħar jew tan-nutria (coypu).

Il-ġlud tal-ġriewi bil-pil abjad tal-foki tal-arpa huma kompletament bojod.

Il-ġlud tal-ġriewi tal-foki tal-barnuża (ta' daharhom ikħal) huma bojod bi strixxa dorsali wiesgħa kaħlija fil-griż li testendi mir-ras sad-denb.

Il-ġlud (bil-pil) tal-foki tal-fer ta' spiss huma kklassifikati b’mod inkorrett bħala "lontra tal-baħar". Il-foki tal-fer għandhom ġilda b'pil fin qisu ħarir, dens, ta' lewn iswed ileqq, liema ġilda tkopri x-xagħar dehbi ta' taħt li jkanġi fl-aħmar kannella jew fl-oranġjo fuq l-għonq u fuq iż-żaqq.

Il-fer tal-lontra tal-baħar huwa kannella jkanġi fl-iswed bi ftit xagħar abjad 'l hemm u 'l hawn, filwaqt li x-xagħar ta' taħt huwa fin ħafna iżda b’saħħtu ħafna wkoll.

Minħabba li l-beżżul qegħdin fuq id-dahar, kważi l-unika parti tal-ġilda (bil-pil) tan-nutria li tintuża hija l-fer taż-żaqq u, għal din ir-raġuni, meta jkunu qed jiġu ppreparati l-ġlud (bil-pil) u jinstelħu l-annimali, l-inċiżjoni ssir tul id-dahar. Il-ġilda bil-pil, li hija kannella fl-iswed fuq iż-żaqq u aktar ċara fuq id-dahar u l-ġnub, tikkonsisti minn xagħar aħrax u ppuntat li hu abbundanti, u minn xagħar ta' taħt li jkun fin, oħxon u sufi.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-ġlud tal-pelliċċerija taċ-cheetah, tal-jaguar, tal-linċi, tal-pantera (jew tal-leopard) u tal-puma.

4301 90 00

Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, tajbin għal użu ta’ min jaħdem il-fer

Din is-subintestatura tkopri mhux biss il-biċċiet mormijin (l-irjus, id-dnub u saqajn l-annimali) iżda wkoll il-qatgħat u t-tirqim. Dawn il-partijiet jintużaw għall-manifattura ta' twapet żgħar li mbagħad jintużaw għall-fer ta’ kwalità inferjuri.

4302

Ferijiet ikkunzati jew imnaddfin (inklużi rjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn), mhux magħqudin, jew magħqudin (mingħajr żjieda ta’ materjali oħrajn) ħlief dawk tal-intestatura 4303

4302 11 00 sa 4302 19 99

Ġlud sħaħ, bir-ras, denb jew saqajn jew mingħajrhom, mhux magħqudin

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-ġlud (pereżempju tan-nagħaġ) li minnhom xejn ma jkun tneħħa għajr ir-ras, saqajn l-annimali u d-denb, kemm jekk iddrittati fit-truf u kemm jekk le, kemm jekk mhumiex maqtugħin jew inkella maħdumin mod ieħor biex jieħdu forma; dawn jistgħu jingħataw il-kulur u jkunu tajbin biex jintużaw bħala rugs.

4302 19 41

Tal-ġriewi bil-pil abjad tal-bumerini tal-arpa jew tal-ġriewi tal-bumerini bil-kappun (daharhom ikħal)

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4301 80 00 .

4302 20 00

Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, mhux magħqudin

Il-“partijiet jew il-qatgħat” ta’ din is-subintestatura huma l-iskart li jirriżulta mill-preparazzjoni tal-fer jew mill-assemblaġġ tal-ġlud tal-pelliċċerija jew ta' biċċiet magħmula minnhom f’kaxex, rettangoli, trapezji jew slaleb.

4302 30 10

Ferijiet “imwaqqgħin” ( dropped )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4302 , l-ewwel paragrafu, (2), it-tieni subparagrafu.

Il-ġlud tal-pelliċċerija “mtawla”, ġieli magħrufa wkoll bħala ġlud tal-pelliċċerija “mfettla” jistgħu jinkisbu wkoll billi:

— il-ġlud jinqatgħu b’mod djagonali fi strixxi rqaq u l-assemblaġġ mill-ġdid tagħhom isir skont l-ordni oriġinali tagħhom.

— il-ġlud jinqatgħu f'forma ta' taraġ u jiġu assemblati mill-ġdid.

biex jipproduċu ġild itwal iżda irqaq.

4302 30 25 sa 4302 30 99

Oħrajn

Suġġett għall-kondizzjoni li ma jkun żdied ebda materjal ieħor , dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  il-partijiet jew il-qatgħat tas-subintestatura 4302 20 00 jew il-ġlud sħaħ, assemblati f’boroż, platti, slaleb jew prodotti semi-manifatturi simili.

2.  affarijiet intiżi għall-manifattura ta’ ġkieket jew kowtijiet tal-fer, u li ġeneralment jikkonsistu fi tliet assemblaġġi distinti tal-ġlud tal-pelliċċerija, waħda fil-forma ta’ trapezju iżoxxile b’linja bażi twila b'kurbatura li minnha tinqata' l-parti ta’ wara, u l-oħrajn f’forma rettangolari li minnhom jinqatgħu l-parti ta’ quddiem u l-kmiem.

4302 30 51

Tal-ġriewi bil-pil abjad tal-bumerini tal-arpa jew tal-ġriewi tal-bumerini bil-kappun (daharhom ikħal)

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4301 80 00 .

4303

Oġġetti ta' ħwejjeġ, aċċessorji ta’ lbies u oġġetti oħrajn tal-fer

4303 10 10 u 4303 10 90

Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeg

Ara n-nota 4 ta' dan il-kapitolu.

4303 10 10

Tal-ferrjiet tal-ġriewi bil-pil abjad tal-bumerini tal-arpa jew tal-ġriewi tal-bumerini bil-kappun (daharhom ikħal)

Din is-subintestatura tkopri oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ magħmulin mill-ġlud tas-subintestatura 4302 19 41 jew 4302 30 51 .

4303 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4303 , it-tielet u r-raba’ paragrafu.

TAQSIMA IX

INJAM U OĠĠETTI TAL-INJAM; FAĦAM TAL-INJAM; SUFRA U OĠĠETTI TAS-SUFRA; MANIFATTURI TA’ TIBEN, TA’ SPARTU JEW TA’ MATERJALI OĦRAJN TAT-TRIZZA; XOGĦOL TAL-QFIEF U XOGĦOL TAL-QASAB

KAPITOLU 44

INJAM U OĠĠETTI TAL-INJAM; FAĦAM TAL-INJAM



4401

Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta’ injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes , gerbub jew forom simili jew le

4401 11 00 u 4401 12 00

Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili

M’hemm l-ebda limitu stabbilit għad-daqs taz-zkuk u z-zkuk ħoxnin li għandhom jitqiesu bħala qabs. Hija l-kundizzjoni tal-injam u l-mod tal-preżentazzjoni li jiddistingwih mill-injam kopert mill-intestatura 4403 (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4401 , bl-esklużjoni ta' (b)).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux it-trab tal-issegar, l-iskart jew il-laqx tal-injam, anki jekk ikun jidher ċar li dawn qed jintużaw bħala qabs (is-subintestaturi 4401 31 00 , 4401 39 00 , 4401 40 10 jew 4401 40 90 ).

4401 21 00 u 4401 22 00

Injam f’laqx jew frak

Ara n-noti 1 (a) u 1 (c) ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4401 , l-ewwel paragrafu, (B).

4401 31 00 u 4401 39 00

Serratura u skart u fdal tal-injam, magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili

Ara n-noti 1 (a) u 1 (c) ta’ dan il-kapitolu.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux id-dqiq tal-injam kif definit fin-nota addizzjonali 1 ta' dan il-kapitolu (titlu 4405 00 00 ).

4401 40 10 u 4401 40 90

Serratura u skart u fdal tal-injam, mhux magħqudin

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4401 31 00 u 4401 39 00 .

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff

4403 11 00 u 4403 12 00

Trattat b’żebgħa, likwidu għat-tlewwin, krijożott jew preservattivi oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4403 11 u 4403 12 .

L-injezzjoni u l-imprenjazzjoni tal-injam huma trattamenti biex l-injam ikun ippreservat aħjar (għad-durabbiltà) jew biex jingħata ċertu proprjetajiet speċjali (pereżempju reżistenza kontra n-nar jew inkella biex ma jogħlobx). It-trattamenti ta’ injezzjoni jew ta’ imprenjazzjoni jservu biex jiżguraw il-preservazzjoni għal żmien twil pereżempju tal-arbli tal-injam koniferu.

Dan it-trattament jinvolvi jew tgħaddis għal perjodi twal fi btieti miftuħa mimlijin b’likwidu jaħraq, fejn l-arbli jitħallew fil-likwidu sakemm jiksaħ, jew inkella trattament f’awtoklava permezz tal-azzjoni ta’ vakwu jew ta’ pressjoni.

Fost il-prodotti użati hemm il-prodotti organiċi bħall-kreosot, id-dinitrofenoli u d-dinitrokresoli.

L-arbli tal-injam miżbugħin jew dawk mogħtija l-verniċ jaqgħu wkoll taħt din is-subintestatura.

4403 21 10

Zkuk tas-serrar

Il-virguni huma kkaratterizzati minn proprjetajiet fiżiċi bħal:

— forma ċilindrika u vina dritta mingħajr tagħwiġ maġġuri,

— dijametru ta’ mhux inqas minn 15-il cm.

Ġeneralment dawn ikunu sserrati (jew imxellfin) għat-tul għall-manifattura ta’ injam isserrat jew injam għat-traversi tal-linji tal-ferrovija jew biex jintużaw għall-kisi b’fuljetti (prinċipalment permezz tat-tqaxxir jew tat-tqattigħ).

4403 23 10

Zkuk tas-serrar

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4403 21 10 .

4403 25 10

Zkuk tas-serrar

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4403 21 10 .

4403 41 00 sa 4403 49 85

Oħrajn, tal-injam tropikali

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali SA għal dan il-kapitolu għall-ismijiet ta’ ċertu tipi ta’ injam tropikali. Ara wkoll l-Anness għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-kapitolu.

4403 49 35

Okoumé u sipo

L-okoumé jinkiseb kważi esklussivament mill-foresti tal-Gabon. Huwa injam artab b’kulur roża-salamun b’sensazzjoni fibruża u vina irregolari, li jixbah daqsxejn lill-injam tal-kewba iżda b’kulur ħafna aktar ċar. Is-siġra tipproduċi zkuk ċilindriċi ffurmati tajjeb u li huma adattati ferm għat-tqattigħ u għat-tqaxxir u li jintużaw prinċipalment fil-manifattura tal-fuljetti.

4403 95 10

Zkuk tas-serrar

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4403 21 10

4403 97 00

Tal-luq ( Populus spp.)

Din is-subintestatura tkopri l-ispeċijiet kollha tal-ġeneru Populus.

L-injam tal-luq għandu kulur pallidu u huwa ħafif u artab ħafna. Jintuża mill-mastrudaxxa fix-xogħol tal-injam (interjuri tal-għamara, kaxex għall-ippakkjar) u għall-manifattura tal-plywood. Wara l-koniferi, huwa s-sors prinċipali taċ-ċelluloża għal polpa tal-karta.

4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom; injam magħmul minn laqx tal-injam ( chipwood ) u bħalu

Il-laqx tal-injam u affarijiet simili prinċipalment ivarjaw mill-fuljetta tal-intestatura 4408 minħabba d-daqs iżgħar tiegħu u minħabba t-tip ta’ injam użat (normalment injam komuni li huwa inqas riġidu).

4404 20 00

Mhux koniferu

Din is-subintestatura tinkludi ċ-ċana li tixbah il-laqx tal-injam innukklat (is-soltu tal-fagu jew tal-ġellewża) użat fil-manifattura ta’ ħall jew għat-tisfija ta’ likwidi oħrajn.

4405 00 00

Ċana rqiqa tal-fraxxnu ( woodwool ) u dqiq tal-injam

Għad-definizzjoni tat-terminu “dqiq tal-injam” ara nota addizzjonali 1 ta’ dan il-kapitolu.

4406

Travi tal-injam mimdudin ( sleepers , cross-ties ) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm

4406 11 00 u 4406 12 00

Mhux imsappin ( not impregnated )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4406 11 sa 4406 92 .

4406 91 00 u 4406 92 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4406 11 sa 4406 92 .

4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta’ ħxuna iktar minn 6 mm

Għad-definizzjoni tat-termini “imqatta’” u “imqaxxar” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4408 , it-tieni u t-tielet paragrafu.

4407 11 20 u 4407 12 20

Inċanat

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux:

(a)  l-injam isserrat, jiġifieri l-injam li jkun ġie inċanat għall-eliminazzjoni tal-eskrexxenzi u ta’ xi wħud mit-traċċi tas-serrieq (is-subintestaturi 4407 11 90 , 4407 12 90 u 4407 19 90 );

(b)  l-injam isserrat għat-tul, li minkejja l-partikolaritajiet tal-injam inkwistjoni u l-istat ta’ żvilupp tat-tekniki tal-ipproċessar għal dak it-tip ta’ injam, ma jkunx jidher li ġie isserrat, sakemm in-nuqqas ta’ marki tas-serrieq ma jkunux ir-riżultat ta’ proċess purament aċċidentali għall-inserrar li huwa meħtieġ għal raġunijiet tekniċi u li mhuwiex maħsub biex jiffaċilita l-użu sussegwenti tal-injam permezz tat-tneħħija ta’ dawk it-traċċi (is-subintestaturi 4407 11 90 , 4407 12 90 u 4407 19 90 ).

4407 19 20

Inċanat

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4407 11 20 u 4407 12 20 .

4407 11 90 u 4407 12 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux settijiet kompluti ta’ twavel tal-injam isserrat, imqatta’ jew imqaxxar ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm intiż għall-manifattura tal-kaxxi jew tal-krejts użati għall-imballaġġ. Settijiet tat-twavel ta’ dan it-tip jaqgħu taħt l-intestatura 4415 , kemm jekk ċertu aċċessorji bħal rinforzi tat-truf jew tal-qiegħ huma inklużi u kemm jekk le. Ara wkoll in-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 4415 .

4407 19 90

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4407 11 90 u 4407 12 90 .

4407 21 10 sa 4407 29 98

Tal-injam tropikali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tas-Subintestatura ta’ dan il-kapitolu għall-ismijiet ta’ ċertu injam tropikali. Ara wkoll l-Anness għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-kapitolu.

4408

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm

4408 31 11 sa 4408 39 95

Tal-injam tropikali

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-kapitolu għall-ismijiet ta’ ċertu injam tropikali. Ara wkoll l-Anness tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-kapitolu.

4409

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le

4409 10 11

Xogħol bil-forma bħal gwarniċi għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4409 , il-ħames paragrafu, (4).

Din is-subintestatura teskludi injam immuntat permezz tas-sovrapożizzjoni ta’ gwarniċ fuq biċċa oħra ta’ injam iffurmat jew mhux iffurmat (l-intestatura 4418 jew 4421 ).

4409 10 18

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  l-injam minqux u l-injam ittundjat għall-manifattura tal-kavilji, deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4409 , il-ħames paragrafu, (5);

2.  l-istrixxi u l-freġji għall-pavimenti tal-parquet, iffurmati b’mod kontinwu.

L-istrixxi u l-freġji sempliċiment inċanati, xkatlati u bit-truf ġonġuti (pereżempju, ġonot li jidħlu f’xulxin bħas-swaba’), jaqgħu fl-intestatura 4407 jew 4408 . Il-plywood jew l-istrixxi tal-kisi u l-freġji jaqgħu fl-intestatura 4412 .

4409 29 10

Xogħol bil-forma bħal gwarniċi għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4409 10 11 .

4409 29 91 u 4409 29 99

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4409 10 18 .

4410

Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard ) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le

4410 11 50

Bil-wiċċ miksi bi plastik laminat dekorattiv

Din is-subintestatura tinkludi l-particle board miksi b’laminati manifatturati bi pressjoni għolja tas-subintestatura 3921 90 41 .

4410 11 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-particle board miksi bil-plastik, biż-żebgħa, bil-karta, bil-materjal tessili jew bil-metall għajr dak li hemm referenza għalih fis-subintestaturi 4410 11 30 u 4410 11 50

4410 90 00

Oħrajn

Eżempji ta’ materjali għudin għajr l-injam kopert minn din is-subintestatura huma l-bagasse, il-bambù, it-tiben taċ-ċereali u l-kittien jew is-soddieda tal-qanneb.

4411

Bord tal-fibri ta’ injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew b’sustanzi organiċi oħrajn jew le

4411 12 10 sa 4411 14 90

Bord tal-fibri densita’ medja (MDF)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4411 , it-tieni paragrafu, (A), l-ewwel subparagrafu.

4411 12 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni f’din is-subintestatura, l-ixkatlar ma għandux jitqies bħala xogħol mekkaniku.

4411 13 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4411 12 10

4411 14 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4411 12 10

4411 92 10 u 4411 92 90

Ta’ densita’ li taqbeż 0,8 g/cm 3

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4411 , it-tieni paragrafu, (B), (1).

4411 92 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4411 12 10 .

4411 93 10 u 4411 93 90

Ta’ densita’ li taqbeż 0,5 g/cm 3 iżda ma taqbiżx 0,8 g/cm 3

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4411 , it-tieni paragrafu, (B), (2).

4411 93 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4411 12 10 .

4411 94 10 u 4411 94 90

Ta’ densità li ma taqbiżx 0,5 g/cm 3

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4411 , it-tieni paragrafu, (B), (2) u (3).

4411 94 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4411 12 10 .

4412

Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom
Il-plywood tal-ispeċi koniferi ta’ spiss ikollu d-difetti (pereżempju, kavitajiet) fuq il-ply ta’ barra li, matul il-proċess ta’ manifattura, jissewwew b’materjali bħal intarsji tal-injam, fillers tal-plastik komposti, eċċ.
Materjali bħal dawn mhumiex ikkunsidrati bħala sustanzi addizzjonali u ma jagħtux lill-plywood il-karatteristika ta’ oġġetti li jinsabu f’intestaturi oħrajn.
Il-plywood ta’ din l-intestatura jista’ jkun mhux xkatlat jew inkella mogħti xkatlatura supplimentari. It-terminu “mhux xkatlat” jinkludi “xkatlatura ħafifa”; meta l-ply ta’ barra jingħata xkatlatura ħafifa dan isir sempliċiment bl-iskop li jiġu trattati l-irregolaritajiet minħabba traqqigħ u mili ta’ toqob.
Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4412 10 , 4412 31 , 4412 33 , 4412 34 u 4412 39 .
Il-plywood, il-panewijiet b’fuljetta u injam laminat simili, li jintużaw bħala panewijiet għall-kisi tal-pavimenti (ara b’mod partikolari r-raba’ paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ din l-intestatura), ikopru biss dawk il-panewijiet li għandhom strat ta’ fuq tal-injam bi ħxuna ta’ inqas minn 2,5 mm (fuljetta rqiqa).
Eżempju ta’ prodott tipiku bi tliet strati: image
Jekk dawn ikollhom strat ta’ fuq tal-injam bi ħxuna ta’ 2,5 mm jew aktar, ikunu esklużi minn din l-intestatura (is-subintestatura 4418 73 10 , 4418 73 90 , 4418 74 00 jew 4418 75 00 ).

4412 94 10 u 4412 94 90

Blokkbord, laminbord u battenboard

Għall-interpretazzjoni tat-termini “blockboard, laminboard u battenboard”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4412 , l-ewwel paragrafu, (3), l-ewwel subparagrafu.

4413 00 00

Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil

L-ispeċijiet tal-injam li l-aktar jintużaw għall-proċess ta’ densifikazzjoni huma dawk tas-siġar tal-fagu, tal-karpin, tar-robinja u tal-luq.

4415

Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; tnabar tal-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-palits tal-injam

4415 10 10

Kontenituri, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili

Din is-subintestatura tinkludi settijiet kompluti ta’ twavel — mhux assemblati — tal-injam, issegati, imqattgħin jew imqaxxrin, intiżi għall-immuntar ta’ kontenituri għall-ippakkjar, ċestuni, eċċ., ippreżentati f’kunsinna waħda, kemm jekk il-qigħan, il-ġnub, l-għotjien jew il-qfil, sew jekk huma gruppati f’serje u sew jekk le.

Is-settijiet mhux kompluti huma kklassifikati kif ġej:

1.  partijiet ta’ imballaġġi, bħalma huma l-qigħan, l-għotjien, eċċ., imsammrin flimkien jew assemblati fi kwalunkwe manjiera oħra, magħmulin minn twavel tal-injam, issegati, imqattgħin jew imqaxxrin, jaqgħu taħt is-subintestatura 4421 99 99 ;

2.  twavel mhux assemblati huma klassifikati skont il-karatteristiċi tagħhom (intestatura 4407 jew 4408 ).

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4415 , (I).

4415 10 90

Tnabar għal kejbil

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4415 , (II).

4415 20 20 u 4415 20 90

Palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija; għenuq tal-palits

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4415 , (III) u (IV).

4416 00 00

Btieti ( casks , barrels , vats ), tnelli u prodotti oħrajn ta’ buttar u partijiet tagħhom, ta’ injam, inklużi l-injam imqawwes ( staves )

Il-kartelli u l-btieti għandhom forma mżaqqa fiċ-ċentru u għandhom iż-żewġt itruf magħluqin. Il-btieti l-kbar u l-banjijiet normalment ikollhom tarf wieħed biss magħluq u jista’ jkollhom għatu li jitneħħa.

L-ispeċijiet li jintużaw l-aktar huma l-qastan u l-ballut.

Il-partijiet jinkludu l-injam imqawwes u l-irjus tal-btieti, u prodotti oħrajn tal-buttar.

L-injam imqawwes jikkonsisti f’fallakki inċanati, xi ftit jew wisq mgħawġin, maqtugħin jew iċċanfrinati għall-inqas f’tarf wieħed, b’gandott magħruf bħala “inċina”, għall-assemblaġġ.

L-irjus huma maqtugħin f’forma ċirkolari bid-daqs taċ-ċirkumferenza meħtieġa u immolati fuq iż-żewġ naħat biex dawn ikunu jistgħu jiddaħħlu fl-inċina.

4417 00 00

Għodod, il-partijiet prinċipali ta’ għodod, mankijiet ta’ għodod, xkupi jew xkupilji proprja u l-mankijiet tagħhom, ta’ injam; forom ta’ bwiez jew żraben, tal-injam

Ara n-nota 5 għal dan il-kapitolu.

Din l-intestatura tinkludu l-mankijiet tal-pniezel taż-żebgħa u tal-pniezel tal-leħja.

4418

Xogħol tal-injam għal bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes

4418 20 10 sa 4418 20 80

Bibien u ċ-ċaċċiż u s-sollijiet tagħhom

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-panewijiet tal-injam mastizz laminat bil-qalba ħoxna, sakemm dawn ikomplu jiġu pproċessati sal-punt li jistgħu jiġu identifikati esklussivament bħala bibien (pereżempju li jkun fihom it-toqob għall-mankijiet, għall-lukketti jew għaċ-ċappetti).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux panewijiet mhux maħdumin, ġieli magħrufin bħala “panewijiet bil-qalba tal-injam mastizz", anki jekk it-truf tagħhom ikunu miksijin bil-fuljetta (intestatura 4412 ).

4418 40 00

Armar għal xogħol ta’ kostruzzjoni tal-konkos

Taħt din is-subintestatura jidħol l-armar bħala assemblaġġ użat għat-tipi kollha ta’ xogħol tal-bini bil-konkos (pereżempju għall-pedamenti, għall-ħitan, għall-pavimenti, għall-kolonni, għall-pilastri, għar-riffieda, għas-sezzjonijiet tal-mini, eċċ.).

Ġeneralment, l-armar ikun manifatturat minn injam reżinuż (fallakki, travi, eċċ.). Madankollu, il-panewijiet tal-plywood użati bħala armar (biex jinkisbu superfiċji lixxi) huma esklużi minn din is-subintestatura anki jekk ikunu miksijin fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat u ma jkun hemm l-ebda dubju li qed jintużaw bħala armar għax-xogħol tal-bini bil-konkos (l-intestatura 4412 ).

4418 50 00

Shingles u shakes

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4418 , is-seba’ u t-tmien paragrafi.

4418 73 10 sa 4418 79 00

Pannelli mmuntati għall-paviment

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4418 , is-sitt paragrafu.

4418 73 10 u 4418 74 00

Għal paviment tal-mużajk

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-panewijiet tal-pavimenti li jikkonsistu fis-saff magħruf bħala s-saff tal-użu magħmul minn blokok, strixxi, freġji, eċċ., assemblati fuq rinforz addattat tal-injam, tal-particle board, tal-karta, tal-plastik, tas-sufra, eċċ.

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 4412 .

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4418 74 .

4418 75 00

Oħrajn, b’ħafna saffi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 4418 73 10 u 4418 74 00 .

4418 99 10

Injam laminat bil-kolla

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4418 , ir-raba’ paragrafu.

4418 99 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-panewijiet tal-injam ċellulari deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4418 , il-ħames paragrafu..

4420

Intarsjar fl-injam u injam intarsjat; kaxxetti u kaxxi għal ġojjelli u pożati, u oġġetti bħalhom, tal-injam; statwetti u ornamenti oħrajn, tal-injam; oġġetti tal-injam ta’ għamara li ma jaqgħux fil-Kapitolu 94

4420 90 10

Intarsjar fl-injam u injam intarsjat

Din is-subintestatura tkopri panewijiet ta’ intarsjar fl-injam u ta’ injam intarsjat.

L-intarsjar normalment jikkonsisti f’partijiet irqaq tal-injam jew materjali oħrajn (metall komuni, qoxra, avorju, eċċ.) inkullati ma’ bord ta’ rinforz tal-injam għal finijiet dekorattivi.

4421

Oġġetti oħrajn tal-injam

4421 99 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  assemblaġġi ta’ fallakki li jikkonsistu f’partijiet minn kaxex tal-injam għall-imballaġġ (għotjien, eċċ.);

2.  xtillieri tal-injam (xkafef), kemm jekk assemblati u kemm jekk le, sakemm dawn ma jkollhomx il-karatteristiċi tal-għamara;

3.  stekkat tal-ġnien, eċċ., magħmul minn kannizzata msammra b’mod inkroċjat u mbagħad imġebbda ’l barra (sistema ta’ akkordjin);

4.  diversi tipi ta’ sfiefed u stikek ippuntati, użati fil-preżentazzjoni ta’ ċertu ikel (rolmops (aringi mremblin), eċċ.).

KAPITOLU 45

SUFRA U OĠĠETTI TAS-SUFRA



4501

Sufra naturali, mhux maħduma jew sempliċi ppreparata; fdal ta’ sufra; sufra misħuqa, imrammla jew mitħuna

4501 10 00

Sufra naturali, mhux maħduma jew sempliċi ppreparata

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4501 , (1).

4501 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4501 , (2) u (3).

4502 00 00

Sufra naturali, maqlugħa mis-siġra jew maqtugħa bejn wieħed u ieħor kwadra, jew fi blokki rettangulari (inklużi kwadri), pjanċi, folji jew strixxa (inklużi mhux maħdumin bix-xfar jaqtgħu għas-sufri jew għat-tappijiet)

Din is-subintestatura tinkludi kisi tal-ħajt, f’rombli, li jikkonsisti f’sufra naturali rqiqa msaħħa b'karta.

4503

Oġġetti ta' sufra naturali

4503 10 10 u 4503 10 90

Sufri u tappijiet

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4503 10 .

4504

Sufra magħquda (b’sustanza li tgħaqqad jew le) u oġġetti ta’ sufra magħquda

4504 10 11

Għal inbid ifexfex, inklużi dawk b’diski ta’ sufra naturali
Din is-subintestatura tinkludi tappijiet tas-sufra u tappijiet ċilindriċi għall-flixken tal-inbid frizzanti. Id-dijametru ta’ dawn it-tappijiet tas-sufra u t-tappijiet huwa pjuttost ikbar mill-għonq tal-flixkun, biex b’hekk ikunu kompressati sew meta jiddaħħlu fil-flixkun. Ladarba użati (i.e. meta t-tapp jitneħħa mill-flixkun), dawn jieħdu l-forma li qed tintwera fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 2204 21 06 sa 2204 21 09 .
Il-parti ta’ fuq ta’ dawn it-tappjiet tas-sufra u t-tappijiet ta' spiss hija magħmula minn sufra agglomerata u l-parti ta’ taħt (jiġifieri l-parti li tidħol f’kuntatt mal-inbid frizzanti) hija magħmula minn sufra naturali: image

4504 10 19

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi t-tappijiet tas-sufra u t-tappijiet ċilindriċi tas-sufra agglomerata għal flixken għajr dawk li huma intiżi għall-inbid frizzanti.

Din is-subintestatura ma tinkludix id-diski tas-sufra rqaq użati bħala siġilli fit-tappijiet tal-fliexken ta' xorb ieħor frizzanti (is-subintestaturi 4504 10 91 u 4504 10 99 ).

4504 10 91 u 4504 10 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi wkoll id-diski tas-sufra agglomerata għat-tappijiet tal-fliexken ta' xorb ieħor frizzanti.

4504 90 20

Sufri u tappijiet

Din is-subintestatura tinkludi t-tappijiet tas-sufra agglomerata u t-tappijiet li mhumiex ċilindriċi. Tappijiet tas-sufra u tappijiet bħal dawn ikunu pereżempju koniċi, u jista’ jkun li jkollhom toqba fin-nofs:

 

image

KAPITOLU 46

MANIFATTURI TAT-TIBNA, TAL-ISPARTU JEW MATERJALI OĦRAJN TAT-TRIZZA; XOGĦOL TAL-QFIEF U XOGĦOL TAL-QASAB



4601

Trizza u prodotti simili ta’ materjali tat-trizza, immuntati fi strixxi jew le; materjali tat-trizza, trizza u prodotti simili ta’ materjali tat-trizza, marbutin flimkien fi swiegli paralleli jew minsuġin, f’forma ta’ folji, kemm jekk huma oġġetti maħdumin lesti jew le (pereżempju, twapet, materjal tal-ħsajjar jew twapet, paraventi)

4601 21 10 sa 4601 29 90

Twapet, materjal tal-ħsajjar jew tat-twapet u paraventi ta’ materjali veġetali

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  it-twapet raffi tat-tiben minsuġ jew marbut flimkien fi strixxi paralleli, jew minsuġ f’forma ċatta, bħal twapet użati bħala protezzjoni fl-ortikultura;

2.  it-twapet Ċiniżi u twapet magħmulin bl-istess mod u li jintużaw għall-istess finijiet.

It-twapet u l-ħsajjar Ċiniżi jitqiesu li huma t-twapet u l-ħsajjar magħmulin direttament mill-friegħi u l-istrixxi tal-pjanti tal-familja Cyperacae (Lepironia mucronata); huma ppreżentati fl-istat naturali tagħhom jew ikkuluriti (normalment ħomor). Dawn it-twapet u l-ħsajjar huma minsuġa; il-katina (jew il-medd) li tgħaqqad flimkien il-friegħi jew l-istrixxi tal-materjal veġetali tikkonsisti fi spag jew f'ħajt b'intervalli wesgħin. It-twapet is-soltu jkunu magħmulin b’mod individwali u jista' jkollhom orlatura magħmula minn materjal tad-drapp ta' spiss jiġu kkunsinnati mill-pajjiż fejn jiġu prodotti f’rombli magħmulin minn numru ta’ twapet meħjutin tarf ma' tarf;

3.  il-ħsajjar magħmulin minn materjal aħrax simili għal dak użat għall-protezzjoni fl-ortikultura;

4.  il-paraventi (pereżempju tat-tiben jew tal-qasab) użati għall-istess finijiet bħall-ħsajjar magħmulin minn materjal aħrax imsemmijin hawn fuq iżda li huma tajbin ukoll biex jintużaw fil-kostruzzjoni taċ-ċnut u tal-mogħdijiet.

4602

Xogħol tal-qfief, xogħol tal-qasab u oġġetti oħrajn, magħmulin direttament għall-forma minn materjali tat-trizza jew magħmulin minn oġġetti tal- intestatura 4601 ; oġġetti ta’ lufa

4602 11 00

Tal-bambù

Din is-subintestatura tinkludi oġġetti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4602 , l-ewwel paragrafu, (i) u (ii), eż. twapet b'materjal veġetali magħmulin minn twapet żgħar bil-materjal tat-twapet jew tal-ħsajjar tas-subintestatura 4601 21 , marbutin flimkien.

4602 19 10

Envelops tat-tibna għall-fliexken

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4602 ,it- tieni paragrafu, (8).

4602 19 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  l-oġġetti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4602 , l-ewwel paragrafu, (ii), pereżempju t-twapet b'materjal veġetali magħmulin minn twapet żgħar bil-materjal tat-twapet jew tal-ħsajjar tas-subintestatura 4601 29 , marbutin flimkien.

2.  l-oġġetti tal-lufa. Il-lufa, magħrufa wkoll bħala sponża veġetali, hija kklassifikata fis-subintestatura 1404 90 00 u hija magħmula minn tessut ċellulari ta’ varjetà tal-qargħa (Luffa cylindrica).

TAQSIMA X

POLPA TAL-INJAM JEW TA’ MATERJAL IEĦOR ĊELLULOŻIKU FIBRUŻ; (SKART U FDAL TA’) KARTA JEW KARTUN IRKUPRAT; KARTA U KARTUN U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNHOM

KAPITOLU 47

POLPA TAL-INJAM JEW TA’ MATERJAL IEĦOR ĊELLULOŻIKU FIBRUŻ; (SKART U FDAL TA’) KARTA JEW KARTUN IRKUPRAT

Ġenerali

Għad-definizzjoni tat-termini “parzjalment ibbliċjat” u “ibbliċjat”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, ir-raba’ paragrafu.

Polpa titqies bħala parzjalment ibbliċjata jew ibbliċjata jekk, wara l-manifattura, din kienet soġġetta għal trattament ta’ intensità li tvarja intiża li żżid il-bjuda tagħha (dija) permezz ta’ xi tip ta’ proċess, partikolarment permezz tat-tneħħija jew modifikazzjoni għal livelli li jvarjaw tal-materjali li jagħti l-kulur fil-polpa jew sempliċiment permezz tal-inkorporazzjoni ta’ aġenti li jagħmluha tixgħel.



4701 00

Polpa ta’ injam mekkanika

4701 00 10

Polpa ta’ injam termo-mekkanika

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4701 , ir-raba’ paragrafu, l-aħħar subparagrafu.

4701 00 90

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4701 , ir-raba’ paragrafu, l-aħħar tliet subparagrafi.

4703

Polpa ta’ injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu

Ara n-Nota 1 għal dan il-kapitolu.

4703 11 00

Konifera

Din is-subintestatura tkopri partikolarment polpi magħmulin minn arżnu, żnuber jew prinjola salvaġġa.

4703 19 00

Mhux konifera

Il-polpi ta’ din is-subintestatura s-soltu jkunu magħmulin mil-luq kif ukoll minn injam aktar iebes bħall-fagu, il-qastan, l-ewkaliptu u numru ta’ injam tropikali. Il-fibri jkunu ġeneralment iqsar minn f’polpi koniferi.

4703 21 00

Konifera

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4703 11 00 .

4703 29 00

Mhux konifera

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 4703 19 00 .

4704

Polpa ta’ injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 4703 u tas-subintestaturi tagħha japplikaw, mutatis mutandis, għal din l-intestatura.

4706

Polpi ta’ fibri ġejjin minn (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat ta’ materjal ċellulożiku fibruż ieħor

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, it-tielet paragrafu.

4706 10 00

Polpa ta’ ħjut qosra ( linters ) tal-qoton

Polpa tat-tajjar, li ġeneralment ikollha kontenut għoli ta’ ċelluloża alfa (98 sa 99 % skont il-piż) u kontenut baxx ħafna ta’ rmied (bejn wieħed u ieħor 0,05 % skont il-piż), tista’ tintgħaraf minn tajjar sempliċiment ikkumpressati fil-forma ta’ folji jew ċangaturi li jaqgħu fis-subintestatura 1404 20 00 mill-fatt li l-fibri tagħha, kienu msajrin taħt pressjoni għal diversi sigħat f’soluzzjoni ta’ soda kawstika, ftit jew wisq iddiġerita, filwaqt li l-fibri tat-tajjar tas-subintestatura 1404 20 00 , li ma jkunux għaddew mill-istess proċess, is-soltu jżommu l-istruttura u t-tul oriġinali tagħhom.

4707

(Skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat

Din l-intestatura ma tinkludix rombli ta’ karta, fejn l-istrati ta’ barra kienu parzjalment mgħaddsin fl-ilma jew imħassrin b’xi mod ieħor (il-Kapitolu 48).

4707 10 00

Karta b’saħħitha kannella ( kraft paper ) jew kartun jew karta jew kartun immewġin mhux ibbliċjati

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4707 10 , 4707 20 u 4707 30 .

4707 20 00

Karta jew kartun ieħor magħmulin prinċipalment minn polpa kimika ibbliċjata, fil-biċċa l-kbira mhux miżbugħin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4707 10 , 4707 20 u 4707 30 .

Din is-subintestatura tinkludi skart (eż. qatgħat u tirqim) mill-manifattura jew proċessar ta’ karta jew mix-xogħol ta’ stampar u karti u tejp tal-ippanċjar użati. Din il-klassi ta’ karta għal riċiklaġġ tkun is-soltu magħmula kważi kompletament minn karti mingħajr stampar.

4707 30 10 u 4707 30 90

Karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju, gazzetti, ġurnali u materjal ieħor stampat)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4707 10 , 4707 20 u 4707 30 .

KAPITOLU 48

KARTA U KARTUN; OĠĠETTI TA’ POLPA TAL-KARTA, TAL-KARTA JEW TAL-KARTUN

Ġenerali

Rombli ta’ karta, fejn l-istrati ta’ barra kienu parzjalment mgħaddsin f’ilma jew imħassrin b’xi mod ieħor, jibqgħu kklassifikati fis-subintestatura xierqa tal-intestaturi 4801 sa 4811 .



4801 00 00

Karta tal-gazzetti, f’rombli jew folji

Ara n-Nota 4 għal dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4801 .

4802

Karta u kartun mhux miksijin, ta’ tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief karta tas-subintestatura 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn

Ara n-nota 5 ta' dan il-kapitolu.

4802 10 00

Karta jew kartun magħmulin bl-idejn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta' dan il-kapitolu, (B), u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4802 , it-tieni u t-tielet paragrafu.

4802 40 10 u 4802 40 90

Bażi ta’ karta tal-ħajt

Bażi ta’ karta tal-ħajt tista’ tkun ta’ karta bajda jew ikkulurita, mdaqqsa, irfinata permezz ta’ magni, bi struttura ħoxna iżda flessibbli u b’superfiċje raffa. Din il-karta hija tajba għal kisi u/jew għal stampar fuq naħa waħda, in-naħa l-oħra hija għall-paste jew adeżiv ieħor. Din il-karta bażi trid tkun tajba għall-proċessi ta’ manifattura ta’ karta tal-ħajt u dendil ta’ karta.

4803 00

Materjal lest biex minnu jsir tixju tat-tojlit jew tal-wiċċ, materjal lest għax- xugamani jew srievet u karta simili ta’ tip użata għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, imġegħdin ( creped ) jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil- wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji

4803 00 10

Materjal artab ta’ ċelluloża

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4803 , l-ewwel paragrafu, (2), it-tieni paragrafu.

Il-formazzjoni miftuħa tan-nisġa turi toqob żgħar meta d-dawl jgħaddi minn ġo fiha.

4803 00 31 u 4803 00 39

Karta mġiegħda u nsiġ ta’ fibri ċellulożi (tixju), jiżnu, kull saff

Għad-definizzjoni tat-terminu “karta mġiegħda”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4808 , l-ewwel paragrafu, (2).

Il-formazzjoni magħluqa tan-nisġa tfisser struttura aktar kumpatta u omoġenja minn dik ta’ wattiet ta’ ċelluloża.

4804

Karta jew kartun kraft mhux miksi, f’rombli jew folji, ħlief dawk tas- subintestatura 4802 jew 4803

Għad-definizzjoni tat-terminu “karta jew kartun kraft”, ara n-nota 6 ta' dan il-kapitolu.

Karta kraft u kartun kraft għandhom saħħa mekkanika kbira. Huma s-soltu ma jkun fihom l-ebda materjal li jimlew u huma mdaqqsin għal grad pjuttost għoli, huma kważi dejjem opaki, f’ħafna każi glejżjati b’magna (jiġifieri, illixjati fuq superfiċje waħda biss) u ġeneralment ikollhom marki tal-wajer li jidhru.

Karta kraft u kartun kraft huma materjal għall-ippakkjar u għall-kisi eċċellenti. Huma jintużaw ukoll bħala kisi għall-kejbils tal-elettriku, bħala folja ċatta tas-superfiċje għal kartun immewweġ, biex isir raden tal-karti u għall-produzzjoni ta’ karta jew kartun bil-qatran jew asfaltati.

4804 11 11 sa 4804 19 90

Kraftliner

Ara n-nota tas-subintestatura 1 ta' dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-Subintestatura.

4804 21 10 sa 4804 29 90

Karta kraft għall-ixkejjer

Ara nota tas-subintestatura 2 ta' dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-Subintestatura korrispondenti.

4804 31 51

Karta kraft elettro-teknika li sservi għall-iżolament

Din is-subintestatura tinkludi karta għall-capacitors u karta għall-kejbils.

Karta għall-capacitors hija karta rqiqa użata fid-dielettriku ta’ capacitors elettriċi. Il-fibri użati biex issir din il-karta jgħaddu minn irfinar konsiderevoli biex titnaqqas il-porosità tal-folja għal minimu, u l-korpi estranji kollha (speċjalment metall) jitneħħew b’attenzjoni.

Karta għall-kejbils intiża għall-iżolament ta’ kejbils elettriċi u f’kolji ta’ transformers jew bħala iżolament għal użi oħrajn tal-inġinerija elettrika. Din teħtieġ li jkollha proprjetajiet iżolanti tajbin ħafna u għalhekk għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe partikuli metalliku jew aċidiku jew impuritajiet oħrajn li jittrażmettu l-elettriku.

4804 41 91

Kraft għas-saturazzjoni

Karta u kartun ta’ dan it-tip jikkonsisti prinċipalment f’fibri tal-injam, li jiżen aktar minn 185 g iżda inqas minn 225 g għal kull m2 u huma ġeneralment mibjugħin f’rombli ta’ wisgħat ta’ aktar minn 125 cm iżda inqas minn 165 cm. Dawn għandhom indiċi ta’ porosità, mkejjel b’apparat li jkejjel il-porosità Gurley skont l-istandard stipulat mill-Assoċjazzjoni Teknika tal-Industrija tal-Polpa u tal-Karta (TAPPI), ta’ inqas minn 13-il sekonda għal 100 cm3 ta' arja u 40 sekonda għal 300 cm3 ta' arja.

Kraft għas-saturazzjoni jġib ruħu bħal karta xuga. Huwa possibbli li tmexxi saba’ fuq linja ġdida mpenġija fuq il-karta mingħajr ma tiżżelleġ il-linka.

Kraft għas-saturazzjoni hija ddisinjata b'mod speċjali biex tkun mgħaddsa f'rażi sintetiċi għall-manifattura bi pressjoni għolja ta’ folji laminati.

4805

Karta jew kartun oħrajn mhux miksi, f’rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat fin-nota 3 ta' dan il-kapitolu:

4805 11 00

Karta semi-kimika għal skanalatura ( fluting )

Ara n-nota tas-subintestatura 3 ta' dan il-kapitolu.

4805 12 00

Karta tat-tiben għal skanalatura ( fluting )

Ara n-nota tas-subintestatura 4 ta' dan il-kapitolu.

4805 19 10

Wellenstoff

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4805 19 .

4805 24 00 u 4805 25 00

Testliner (kartun biex jinforra riċiklat)

Ara nota tas-subintestatura5 ta' dan il-kapitolu.

4805 30 00

Karta ta’ tqartis tas-sulfit

Ara n-nota tas-subintestatura 6 ta' dan il-kapitolu.

4805 40 00

Karta u kartun għal filtru

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4805 40 .

4805 50 00

Karta u kartun għal feltru

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 4805 50 .

4806

Parċmina veġetali, karti oljati, karti għat-traċċar u karti jleqqu (glassine) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi, f’rombli jew folji

4806 10 00

Parċmina veġetali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4806 , l-ewwel erba’ paragrafi.

4806 20 00

Karti oljati

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4806 , mill-ħames sat-tmien paragrafu.

4806 30 00

Karti għat-traċċar

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4806 , id-disa’ paragrafu.

4806 40 10 u 4806 40 90

Karti jleqqu ( glassine ) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4806 , l-għaxar u l-ħdax-il paragrafu.

4808

Karta u kartun, immewwġin (b’folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f’rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt fis-subintestatura 4803

4808 10 00

Karta u kartun immewweġ, imtaqqab jew le

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4808 , (1).

4808 40 00

Karta kraft għal-ixkejjer, imġiegħda jew imkemmxa, imqabbża jew imtaqqba jew le

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4808 , (2), (3) u (4).

4808 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4808 , (2), (3) u (4).

4809

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (inkluża karta miksija jew mimlija kimika ( impregnated ) għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi tal-offset), stampati jew le, f’rombli jew folji

4809 20 00

Karta li tikkopja minnha innfisha

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4816 , (A), (2). Madankollu, il-prodotti ta’ din is-subintestatura għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-qisien fin-nota 8 ta' dan il-kapitolu.

4809 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri prodotti tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4816 , (A), (1), u karti ta’ kkupjar jew ta’ trasferiment oħrajn, bħal karti li jittrasferixxu bis-sħana u karti miksijin jew mgħaddsa għal stensils duplikari jew pjanċi tal-offset. Madankollu, il-prodotti ta’ din is-subintestatura għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-qisien fin-Nota 8 ta' dan il-kapitolu.

4810

Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b’kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b’materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisja oħra, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri) jew le, ta’ kull qies

4810 13 00 sa 4810 19 00

Karta u kartun ta’ tip użati għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, mingħajr fibri magħmulin minn proċess mekkaniku jew kemi-mekkaniku jew li minnhom mhux aktar minn 10 % skont il-piż tal-kontenut totali ta’ fibra huwa minn dawn il-fibri

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4810 13 , 4810 14 , 4810 19 , 4810 22 u 4810 29 .

4810 22 00 sa 4810 29 80

Karta u kartun ta’ tip użati għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, li minnhom mhux aktar minn 10 % skont il-piż tal-kontenut totali ta’ fibra huwa minn fibri magħmulin minn proċess mekkaniku jew kemi-mekkaniku

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 4810 13 , 4810 14 , 4810 19 , 4810 22 u 4810 29 .

4810 22 00

Karta miksija ħafifa

Ara n-nota tas-subintestatura 7 ta' dan il-kapitolu.

4810 92 10 sa 4810 92 90

B’ħafna saffi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4805 , it-tieni paragrafu, (2).

4811

Karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, miksijin, mimlijin kimika ( impregnated ), mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt fis-subintestaturi 4803 , 4809 jew 4810

Din l-intestatura tinkludi ċertu kisi tal-art, li mhuwiex tajjeb bħala kisi tal-ħitan, fuq bażi ta' karti jew kartun

Din l-intestatura teskludi prodotti tajbin kemm bħala kisi tal-art kif ukoll tal-ħitan (l-intestatura 4823 ).

4811 10 00

Karta u kartun biż-żift, bil-qatran jew asfaltati

Din is-subintestatura tinkludi folji kontra l-umdità li jikkonsistu f’żewġ folji ta’ karta għat-tiżjin mgħaddsa fl-asfalt b’folja rqiqa ta’ aluminju mqiegħda bejniethom.

Din is-subintestatura teskludi tavli għal tisqif li jikkonsistu f’substrat ta’ kartun kompletament imdaħħal f'saff ta’ asfalt jew materjal simili, jew miksi fuq iż-żewġ naħat bih (l-intestatura 6807 ).

4811 51 00 u 4811 59 00

Karta u kartun, miksijin, mimlijin kimika ( impregnated ) jew miksijin bi plastiks (ħlief dawk li jeħlu)

Karta u kartun miksijin jew mgħottijin bi plastik jaqgħu f’dawn is-subintestaturi biss jekk il-ħxuna tal-plastik tkun aktar minn nofs il-ħxuna totali (ara n-nota 2 (g) ta' dan il-kapitolu).

4811 60 00

Karta u kartun, miksijin, mimlijin kimika ( impregnated ) jew miksijin b’xema’, xama’ bajda, stearina, żejt jew gliċerol

Din is-subintestatura tinkludi karta u kartun paraffinati li huma intiżi għall-manifattura ta’ kontenituri tal-ħalib jew għal meraq tal-frott jew għal sleeves tad-diski, eċċ., u li għandhom fuq naħa waħda stampa jew illustrazzjonijiet relatati mal-oġġetti li għandhom jitqiegħdu fihom.

4811 90 00

Karta, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi formoli kontinwi. Dawn il-formoli jikkonsistu f’folji, ġeneralment mitnijin, jew f’rombli, perforati b’mod trasversali f’intervalli regolari, li jagħtihom suċċessjoni ta’ forom li jistgħu jkunu separati mit-toqob. Huma fihom materjal stampat li jeħtieġ tlestija. Dawn l-oġġetti jista’ jkollhom ukoll toqob laterali gwida li jippermettu li jintużaw partikolarment fi stampaturi li jgħaġġlu jew f’magni tal-kontabbiltà.

Din is-subintestatura ma tinkludix formoli kontinwi tan-negozju għal kopji multipli (is-subintestatura 4820 40 00 ).

4816

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (ħlief dawk tas-subintestatura 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi tal-offset, ta’ karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le

4816 20 00

Karta li tikkopja minnha nnfisha

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestaura 4816 , (A), (2). Prodotti ta’ din is-subintestatura ma jistgħux ikunu tal-qisien stipulati fin-nota 8 ta' dan il-kapitolu (l-intestatura 4809 ).

4816 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4816 , (A), (1) u (3) u (B), (1). Prodotti ta’ din is-subintestatura ma jistgħux ikunu tal-qisien stipulati fin-nota 8 ta' dan il-kapitolu (l-intestatura 4809 ).

Din is-subintestatura tinkludi wkoll pjanċi offset (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4816 , (B), (2), it-tieni sentenza). Dawn il-prodotti ma huma soġġetti għal ebda kundizzjoni ta’ qisien.

4818

Karta tat-tojlit u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi, ta’ tip użati għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, f’rombli mhux usa’ minn 36 cm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; imkatar, tixjus għat- tindif, xugamani, tvalji, srievet, lożor u oġġetti simili tad-dar, sanitarji jew tal-isptar, oġġetti ta’ ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta’ polpa tal-karta, ta’ karta, ta’ materjal artab ta’ ċelluloża jew ta’ nsiġ ta’ fibri ċellulożi

4818 90 10 u 4818 90 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-għata tas-sodda għall-persuni invalidi.

4819

Kartun, kaxxi, kontenituri, boroż u kontenituri oħrajn għal ippakkjar, ta’ karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi; fajls kaxxa, trejs tal-ittri, u oġġetti simili, ta’ karta jew kartun, ta’ tip użati f’uffiċċji, ħwienet jew bħalhom

4819 20 00

Kartun, kaxxi u kontenituri, ta’ karta jew kartun mhux immewġin, li jintnew

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4819 , (A), it-tieni paragrafu.

4819 60 00

Fajls kaxxa, trejs tal-ittri, kaxxi għal ħażna u oġġetti simili, ta’ tip użati f’uffiċċji, ħwienet jew bħalhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4819 , (B).

4820

Reġistri, kotba tal-kontijiet, kotba għan-noti, kotba għall-ordnijiet, kotba tal-irċevuti, mazzi folji tal-ittri, mazzi tal-memorandum, djarji u oġġetti simili, pitazzi, mazzi tal-karta xuga, fajls (għal folji sfużi jew oħrajn), fowlders, qxur tal-fajls, formoli tal-kummerċ ta’ tipi differenti, settijiet bil- karti sħaħar bejn il-folji u oġġetti oħrajn ta’ kartolerija, ta’ karta jew kartun; albums għal kampjuni jew għal kollezzjonijiet u qxur tal-kotba, tal- karta jew kartun

4820 40 00

Formoli tal-kummerċ ta’ tipi differenti u settijiet bil-karti sħaħar bejn il-folji

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4820 , l-ewwel paragrafu, (4) u (5).

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura 4811 90 00 .

4823

Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u insiġ ta’ fibri ċellulożi, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta’ polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri cellulożi

4823 20 00

Karta u kartun għal filtru

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni SA tal-intestatura 4823 , it-tieni paragrafu, (1).

4823 90 85

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4823 , it-tieni paragrafu, (3) u (6) sa (17).

Din is-subintestatura tinkludi prodotti tajbin kemm bħala kisi tal-art kif ukoll tal-ħitan.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll karta tal-kondensaturi li hija karta iżolanti tal-elettriku użata f’kondensaturi bħala dielettriku. Hija estremament irqiqa (ġeneralment 0,006 sa 0,02 mm), ta’ ħxuna regolari ħafna u kompletament mingħajr pori. Hija ġeneralment magħmula minn polpa tas-soda jew tas-sulfat, u ġieli minn polpa taċ-ċraret. Il-karta tal-kondensaturi hija kimikament newtra, hija ħielsa anki mill-iċken partikuli tal-ħadid u għandha saħħa mekkanika u djelettrika għolja (l-ebda telf dielettriku).

KAPITOLU 49

KOTBA STAMPATI, GAZZETTI, STAMPI U PRODOTTI OĦRAJN TAL-INDUSTRIJA TAL-ISTAMPAR; MANUSKRITTI, TESTI TTAJPJATI U PJANTI



4901

Kotba stampati, brochures , fuljetti u materjal stampat simili, f’folji waħdiet sfużi jew le

4901 99 00

Oħrajn

Ara n-nota 3 ta' dan il-kapitolu.

4905

Mapep, inklużi dawk idrografiċi jew simili ta’ kull tip, fosthom atlasijiet, mapep għall-ħajt, pjanti topografiċi u globi, stampati

4905 10 00

Globi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4905 , l-aħħar paragrafu qabel l-esklużjonijiet, u l-esklużjoni (f).

4905 91 00 u 4905 99 00

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu mapep topografikament preċiżi ppublikati għal finijiet ta’ reklamar, kemm jekk dawn fihom materjal għal reklamar kif ukoll jekk le (pereżempju, mapep ta’ toroq ippublikati minn kumpaniji li jimmanifatturaw tajers jew karozzi, kumpaniji tal-petroleum, eċċ.).

4907 00

Bolol postali, tat-taxxa jew oħrajn simili mhux użati ta’ ħruġ kurrenti jew ġdid fil-pajjiż li fih huma għandhom, jew ser ikollhom, il-valur stampat rikonoxxut; karta bbollata; karti ta’ flus; formoli taċ-ċekkijiet; ċertifikati ta’ stokks, ishma jew bonds u dokumenti simili ta’ jedd

4907 00 10

Bolol postali, ta’ taxxa u oħrajn simili

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4907 , (A).

4908

Trasferimenti ta’ disinji (dekalkomaniji)

4908 10 00

Trasferimenti ta’ disinji (dekalkomaniji), vitrifikabbli

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4908 , it-tielet paragrafu.

4911

Materjal ieħor stampat, inklużi stampi u ritratti stampati

4911 10 10 u 4911 10 90

Materjal ta’ reklamar kummerċjali, katalgi kummerċjali u bħalhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 4911 , il-ħames paragrafu, (1).

4911 10 10

Katalgi kummerċjali

Din is-subintestatura tkopri pubblikazzjonijiet li jiddeskrivu jew juru prodotti u jindikaw il-prezz u n-numru tal-ordni.

4911 91 00

Stampi, disinji u ritratti

Din is-subintestatura tinkludi prodotti tal-intestatura 3703 li kienu esposti u żviluppati.

Din is-subintestaturatinkludi wkoll imaġnijiet miksuba permezz tal-proċess tas-serigrafija artistika (serigrafija tal-arti), anki jekk iffirmati u nnumerati mill-artist.

4911 99 00

Oħrajn

Din is-subintestatura ma tinkludix materjal stampat, bħal biljetti tal-ivvjaġġar u biljetti tal-imbarkazzjoni, li jinkorporaw strixxa manjetika waħda jew aktar (is-subintestatura 8523 21 00 ).

TAQSIMA XI

TESSUTI U OĠĠETTI TA’ TESSUTI

Ġenerali

1. Kif stipulat fin-Noti ta’ Spjega SA (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima, l-aħħar paragrafu ta’ l-introduzzjoni), taqsima XI hija maqsuma f’żewġ partijiet:

(a) fl-ewwel parti (kapitli 50 sa 55) prodotti tat-tessut huma miġburin skond il-materjal tat-tessut li minnhom huma magħmulin, il-klassifikazzjoni tal-prodotti tikkonsisti f’taħlita ta’ materjali tat-tessut li jaqgħu f’Nota 2 għal din it-taqsima;

(b) fit-tieni parti (kapitli 56 sa 63), bl-eċċezzjoni ta’ titli 5809 00 00 u 5902 , l-ebda distinzjoni ma ssir la fil-livell tal-kapitlu lanqas tat-titlu bejn il-materjali tat-tessut li minnhom l-oġġetti huma magħmulin. Madanakollu, ħafna titli ta’ kapitli 56 sa 63 tan-Nomenklatura Magħquda kienu subdiviżi fuq il-bażi ta’ materjali tat-tessut eżistenti. F’każi ta’ dan it-tip, klassifikazzjoni f’dawn is-subtitli għandha tkun skond il-provvedimenti ta’ nota 2 tan-noti għas-subtitlu għal din it-taqsima.

2. Nota 2 tan-noti għas-subtitlu għal din it-taqsima fiha r-regoli għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ prodotti tat-tessut li fihom żewġ materjali tat-tessut jew aktar fit-titli ta’ kapitli 56 sa 63. Dawn l-oġġetti għandhom ikunu klassifikati fis-subtitlu xieraq għall-oġġetti ta’ dak il-materjal ta’ tessut wieħed li jippredomina f’piż, meta jitqiesu, fejn hu xieraq, il-provvedimenti ta’ nota 2 (B) għal din it-taqsima.

Fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, madanakollu, provvedimenti (a) sa (ċ) għal nota 2 (B) tan-noti għas-subtitlu għal din it-taqsima għandhom jitqiesu.

3. Gwidi għall-interpretazzjoni ta’ nota 2 għal din it-taqsima jistgħu jinsabu fin-Noti ta’ Spjega SA (ara, pereżempju, parti (I) (A) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima).

Fl-applikazzjoni ta’ nota 2, l-ebda każ m’għandu jingħata għal dawn li ġejjin:

(a) ħjut li huma miżmumin fi ċmis, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jagħmlux parti essenzjali tal-prodott irfinat, bħal, pereżempju, ċmis ta’ ċertu drapp li jintuża għal umbrellel jew xalli;

(b) ħjut li jisseparaw inkorporati fi drapp biex jindikaw fejn dan għandu jinqata’;

(ċ) ħjut (ħjut “tal-verita’”) miżmumin fit-truf ta’ drappijiet jekk dawn il-ħjut huma ta’ materjal tat-tessut differenti minn dak li minnu huwa magħmul id-drapp innifsu.

4. Ara noti 1 (a) sa (h) tan-noti għas-subtitlu għal din it-taqsima għat-tifsira tat-termini “mhux bliċjat”, “bliċjat” u “ikkulurit” meta applikati għal ħjut u għat-termini “mhux bliċjat”, “bliċjat”, “ikkuluriti”, “ta’ ħjut ta’ kuluri differenti” u “stampati” meta applikati għal drapp meħjut.

5. Għal deskrizzjoni ta’ diversi nisġiet, ara n-Noti ta’ Spjega ta’ Subtitlu f’parti (I) (Ċ) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal din it-taqsima.

KAPITOLU 50

ĦARIR



5004 00

Ħjut tal-ħarir (ħlief ħjut mibrumin minn skart tal-ħarir) mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

5004 00 10

Mhux ibbliċjati, megħrukin jew ibbliċjati

Ir-raden tal-ħarir mhux ibbliċjat jikkonsisti minn għadd ta’ ħjut jew ħajta waħda magħżula fl-istat grezz; dawn ikunu għadhom ma tnaddfux mill-gomma (imaddfa mill-gomma). Ir-raden tal-ħarir mhux ibbliċjat jista’ jkun fih sa 30 % seriċina (gomma naturali), u fil-biċċa l-kbira jkun għad għandu l-kulur naturali, daqsxejn safrani, tiegħu Ir-raden tal-ħarir mhux ibbliċjat normalment ikompli jiġi pproċessat, iżda jista' wkoll jintniseġ fl-istat naturali tiegħu.

L-iżgommar tar-raden tal-ħarir mhux ibbliċjat inaddfu mill-gomma billi kull ħajta titnaddaf mill-kisja naturali tas-seriċina. Dan ġeneralment isir bl-ilma jaħraq bis-sapun jew b’soluzzjoni ta’ idrossidu tal-potassa dilwita.

Il-kulur naturali li jifdal jitħassar bl-ibbliċjar.

5005 00

Ħjut mibrumin minn skart tal-ħarir, mhux ippreżentati għal bejgħ bl- imnut

5005 00 10

Mhux ibbliċjati, megħrukin jew ibbliċjati

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5004 00 10 tapplika, mutatis mutandis.

5007

Drappijiet minsuġin ta’ ħarir jew ta’ skart ta’ ħarir

5007 20 11 sa 5007 20 71

Drappijiet oħrajn, li fihom 85 % jew aktar skont il-piż ta’ ħarir jew ta’ skart ta’ ħarir ħlief ħarir li jibqa’ fil-moxt ( noil )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 5007 20 .

5007 20 11 u 5007 20 19

Kripp

Dawn is-subintestaturi jkopru d-drappijiet li normalment ikunu ħfief u li fl-istat irfinut jidhru bil-vina jew imkemmxin minħabba li biex isiru jintuża raden tal-kripp, jiġifieri, raden imrembel issikkat (normalment b’2 000 sa 3 600 dawra l-metru), li għandu tendenza naturali li jinnokkla.

Dan ir-raden jista’ jintuża fil-medd jew fit-tgħama jew fiż-żewġ direzzjonijiet, inkella waħdu jew flimkien ma’ raden li ma jitrembilx wisq. Ħafna drabi jintuża raden bi trembil oppost b’mod alternanti, jiġifieri, filli jintuża r-raden b’tidwira “S” imbagħad ir-raden b’tidwira “Z” biex jitrembel fid-direzzjoni opposta għal dik li jitrembel ir-raden li jkun ikompli miegħu, u b’hekk l-ikkrimpjar jiġi bbilanċjat.

Dawn is-subintestaturi jkopru l-kripp veru, jiġifieri, dawk li fihom mill-inqas il-medd jew it-tgħama li jkunu magħmulin fil-biċċa l-kbira mir-raden tal-kripp. L-iktar magħrufin huma l-kripp de Chine (kripp magħmul minn ħarir fin), il-marocain, il-ġorġett, il-kripp tas-satin, il-kripp charmeuse u l-kripp xifon.

Id-drappijiet li huma minsuġa bil-kripp fuq naħa waħda biss jew fuq parti mill-wiċċ tagħhom biss (strixxi jew disinji) ukoll ġew ikklassifikati f’dawn is-subintestaturi.

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux id-drappijiet b’effett tal-kripp li jinkiseb b’mod li ma jużax ir-raden tal-kripp, pereżempju, id-drappijiet li jkollhom l-effett tal-kripp minħabbali jintużaw flimkien nisġiet speċjali (eż. “żibellin”) u raden ta’ qisien u trembil differenti.

5007 20 21 sa 5007 20 39

Pongee, habutai, honan, shantung, corah u drappijiet simili mil-lvant imbiegħed, kompletament mill-ħarir (mhux imħallat ma’ skart ta’ ħarir li jibqa’ fil-moxt ( noil ) jew skart ieħor tal-ħarir jew ma’ materjali tessili oħrajn)

Id-drappijiet ta’ dawn is-subintestaturi għandhom diversi karatteristiċi individwali fin-natura, fin-nisġa u fid-dehra tagħhom.

Dawn ta’ spiss ikunu minsuġin lokalment fuq newl tal-idejn b’nisġiet sempliċi (tax-xoqqa, tal-fustan, tas-satin) b’filamenti tal-ħarir grezzi (mhux miftul) assemblati mingħajr barma. Il-ħaxja tagħhom normalment tkun difettuża. Id-drappijiet jintwew bħal kartiera: jintwew għat-tul, iż-żewġt itruf tat-tul jitqiegħdu ma’ xulxin f’nofs il-wisa’, imbagħad iż-żewġt iġnub jintwew fuqhom. Ġieli jintuża metodu differenti ta’ tiwi ta’ ċerti tipi, partikolarment dawk taċ-Ċina; jitqiegħdu flimkien tarf taħt u tarf fuq, imbagħad it-tul jintewa lura fuqu nnifsu b’erba’ tiwjiet għal kull jarda (0,91 m).

Madankollu, dawn jistgħu jkunu ppreżentati b’mod differenti, eż. imremblin.

Dawn id-drappijiet jinkludu:

1.  Il-Habutai li hu drapp Ġappuniż b’insiġ tax-xoqqa jew tal-fustan, minsuġ minn raden wieħed mingħajr barma. It-terminu “habutai” normalment ifisser nisġa tax-xoqqa u “habutai fustan” ifisser nisġa tal-fustan.

Fl-istat mhux ibbliċjat dawn id-drappijiet jinħassu raffi, u ta’ lewn abjad jagħti fil-griż jew abjad maħmuġ. Meta dawn ikunu żgommati (pereżempju, permezz tal-ibbliċjar), dawn id-drappijiet ikunu bojod jew bojod maħmuġin u jistgħu jintużaw biex isiru oġġetti mingħajr aktar ipproċessar.

L-ibbliċjar ta’ dawn id-drappijiet normalment jitkompla billi jingħata apprestatura jew jitħaxxen u dan it-trattament jagħtihom konsistenza aktar mimlija, apparenza iktar tleqq u aktar piż;

2.  Il-Pongee huma drappijiet Ċiniżi msejħin shantung, honan, assan, antung, ninghai, skont il-provinċja minn fejn joriġinaw. Dawn id-drappijiet huma relattivament eħxen u itqal mid-drappijiet Ġappuniżi msemmijin hawn fuq; fl-istat mhux ibbliċjat ikollhom sfumatura safranija jew ħamranija u fl-istat żgommat ikunu ta’ lewn il-kittien jew il-batista mhux ibbliċjat jew li jkun maħsul biss. Dawn jistgħu jkollhom konsistenza kkustiljata (strixxi mqabbża) jew lixxa, l-effett ikkustilljat jinkiseb permezz ta’ nisġa kkurdunata bil-ħarir (nisġa tax-xoqqa) billi jintużaw raden ta’ ħxuniet differenti;

3.  It-Tussah (jew tussore) huwa drapp li joriġina f’reġjun fil-Grigal tal-Indja, minsuġ bil-ħarir ta’ dudu tal-ħarir salvaġġ. It-terminu twessa’ u sar jinkludi xi drappijiet Ċiniżi u issa sar jinkludi drappijiet ta’ tipijiet simili mmanifatturati f’diversi pajjiżi tal-Lvant Imbiegħed bil-ħarir prodott minn dudu tal-ħarir salvaġġ li jiekol il-weraq tal-ballut.

4.  Il-Corah li hu drapp, prodott fiż-żona ta’ Calcutta li jixbaħ ħafna lil habutai Ġappuniż iżda li huwa inqas regolari minnu u magħmul minn raden eħxen. Karatteristika waħda tiegħu hija li jkollu orlatura għaddej minn ġol-ħaxja.

5007 20 41

Drappijiet djafani (nisġa miftuħa)

Id-drappijiet djafani (b’nisġa miftuħa) huma dawk li fihom l-ispazji, kemm bejn kull ħajta tal-medd kif ukoll bejn kull ħajta tat-tagħma, ikunu millinqas daqs id-dijametru tar-raden li jintuża.

5007 20 61

Usa’ minn 57 cm iżda mhux usa’ minn 75 cm

Din is-subintestatura tkopri, b’mod partikolari, drappijiet ta’ wisgħa li tintuża fil-produzzjoni tal-ingravajjet.

KAPITOLU 51

SUF, XAGĦAR FIN JEW AĦRAX TA’ ANNIMALI; ĦJUT U DRAPP MINSUĠ MINN KRIN



5102

Xagħar fin jew aħrax ta’ annimali, mhux mimxut jew imqardex

5102 11 00

Ta’ mogħoż Kaxmer (Każimiri)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 5102 11 .

5103

Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax ta’ annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda eskluż materjal “ garnetted

5103 10 10

Mhux ikkarbonizzati

Għall-interpretazzjoni tat-terminu “mhux ikkarbonizzati” ara t-tielet paragrafu, (B), tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5101 ,.

5103 10 90

Ikkarbonizzati

Għall-interpretazzjoni tat-terminu “ikkarbonizzati” ara t-tielet paragrafu, (C), tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5101 .

5105

Suf u xagħar fin jew aħrax ta’ annimali; mimxut jew imqardex (inkluż suf mimxut f’biċċiet)

5105 21 00

Suf mimxut f’biċċiet

Għad-definizzjoni tat-terminu “suf mimxut fi frammenti”, ara s-seba’ paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5105 .

5105 31 00

Ta’ mogħoż Kaxmer (Każimiri)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 5102 11 .

5106

Ħjut ta’ suf mimxut, mhux ippreżentat għal bejgħ bl-imnut

5106 10 10

Mhux ibbliċjat

Ir-raden mhux ibbliċjat magħmul bis-suf huwa raden magħmul minn suf imnaddaf tajjeb permezz ta’ diversi proċessi. Dan ma jkunx ibbliċjat, ikkulurit jew stampat, u għalhekk ikun għadu bil-kulur naturali tas-suf.

Ara wkoll in-Nota tas-Subintestatura 1 (b) ta’ din it-taqsima.

5106 20 10

Fih 85 % jew aktar skont il-piż suf u xagħar fin ta’ annimali

Din is-subintestatura tkopri biss ir-raden b' kontenut, skont il-piż, ta' 85 % jew aktar magħmul minn taħlita ta’ suf u xagħar fin tal-annimali, meta jkun fih aktar piż ta’ suf minn ta’ xagħar fin tal-annimali; fil-każ kuntrarju, ir-raden ikun ikklassifikat fl-intestatura 5108 .

5106 20 91

Mhux ibbliċjat

Tapplika n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5106 10 10 mutatis mutandis.

5107

Ħjut ta’ suf imqardex, mhux ippreżentat għal bejgħ bl-imnut

5107 10 10

Mhux ibbliċjat

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5106 10 10 .

5107 20 10 u 5107 20 30

Fih 85 % jew aktar skont il-piż suf u xagħar fin ta’ annimali

Din is-subintestatura tkopri biss ir-raden b'kontenut, skont il-piż, ta' 85 % jew aktar magħmul minn taħlita ta’ suf u xagħar fin tal-annimali, meta jkun fih aktar piż ta’ suf minn ta’ xagħar fin tal-annimali; fil-każ kuntrarju, ir-raden ikun ikklassifikat fl-intestatura 5108 .

5107 20 10

Mhux ibbliċjat

Tapplika n-nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura 5106 10 10 mutatis mutandis.

5107 20 51

Mhux ibbliċjat

Tapplika n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5106 10 10 mutatis mutandis.

5107 20 91

Mhux ibbliċjat

Tapplika n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5106 10 10 mutatis mutandis.

5108

Ħjut ta’ xagħar fin (mimxut jew imqardex) ta’ annimali, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

5108 10 10

Mhux ibbliċjat

Tapplika n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5106 10 10 mutatis mutandis.

5108 20 10

Mhux ibbliċjat

Tapplika n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5106 10 10 mutatis mutandis.

KAPITOLU 52

QOTON (TAJJAR)



5201 00

Qoton, mhux mimxut jew imqardex

5201 00 10

Magħmul assorbenti jew ibbliċjat

Il-qoton ittrattat biex ikun assorbenti jista’ jassorbi volum relattivament kbir ta’ ndewwa.

Il-qoton ibbliċjat huwa qoton li minnu s-sustanzi barranin ikkuluriti li ma jkunux jistgħu jitneħħew b’ebda mod ieħor, jitneħħew permezz tal-ossidazzjoni jew permezz tar-riduzzjoni bl-użu ta’ diversi kimiċi.

5208

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom 85 % jew aktar skont il-piż qoton, jiżnu mhux aktar minn 200 g/m 2

5208 11 10

Drappijiet għal manifattura ta’ faxex, materjali għal feriti u garżi mediċi

Dawn huma drappijiet fini, qishom garżi b’nisġa tax-xoqqa, u ġeneralment ikollhom tendenza li jiżolqu. Dawn ikunu magħmulin b’raden singoli u fihom inqas minn 28 ħajta f’kull cm2.

5208 21 10

Drappijiet għal manifattura ta’ faxex, materjali għal feriti u garżi mediċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5208 11 10 .

5209

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom 85 % jew aktar skont il-piż qoton, jiżnu aktar minn 200 g/m 2

5209 42 00

Denim

Ara nota 1 tas-subintestatura ta’ dan il-kapitolu, n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ din it-taqsima, fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestaturi tal-parti (I), (C).

5211

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom anqas minn 85 % skont il-piż qoton, imħalltin prinċipalment jew biss ma’ fibri magħmulin mill-bniedem, jiżnu aktar minn 200 g/m 2

5211 42 00

Denim

Ara n-nota 1 tas-subintestatura ta’ dan il-kapitolu u n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ din it-taqsima, fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Subintestaturi tal-parti (I), (C).

5211 49 10

Drappijiet “ Jacquard

Id-drappijiet “Jacquard” huma drappijiet li għandhom disinn fit-tessut magħmul billi jitgħollew il-ħjut tal-medd individwali. B’dan il-mod, jinkisbu disinji kbar diversi ħafna. Id-drappijiet “Jacquard” jintużaw prinċipalment bħala drappijiet għat-tappizzeriji, għall-kisi ta’ saqqijiet u bħala materjal għall-purtieri.

KAPITOLU 53

FIBRI OĦRAJN TA’ TESSUTI VEĠETALI; ĦJUT TAL-KARTA U DRAPPIJIET MINSUĠIN MINN ĦJUT TAL-KARTA



5308

Ħjut ta’ fibri tessili veġetali oħrajn; ħjut tal-karta

5308 10 00

Ħjut ta’ kajjar

F’din is-subintestatura hawn ikklassifikati biss ir-raden tal-kajjar magħmulin minn raden wieħed waħdu jew minn żewġ raden mibrumin kontra xulxin. Ir-raden tal-kajjar ta’ tliet raden jew aktar jidħlu taħt l-intestatura 5607 , skont in-nota 3 (A) (d) ta’ din it-taqsima.

KAPITOLU 54

FILAMENTI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM; STRIXXI U OĠĠETTI SIMILI TA’ MATERJALI TESSILI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM

Ġenerali

Għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut ta’ tenaċita’ għolja” ara Nota 6 għal din it-taqsima.

Ħajt elastomeriku huwa definit fin-Nota 13 għal din it-taqsima.



5401

Ħjut tal-ħjata ta’ filamenti magħmulin mill-bniedem, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut jew le

5401 10 12 u 5401 10 14

Ħjut tal-qalba

Ir-raden bil-qalba ta’ dawn is-subintestaturi huwa raden tal-ħjata magħmul minn ħafna ħjut mibrumin flimkien; kull ħajta tikkonsisti minn filament sintetiku miksi b’fibri tat-tessut mhux kontinwi, li jistgħu jkunu naturali, sintetiċi jew artifiċjali.

Minħabba l-użi ta’ dan ir-raden, dan ikun raden b'qalba magħżula “soda”, jiġifieri, huwa raden b’qalba mhux elastika.

Billi dan ir-raden huwa raden imħallat, jiġi kklassifikat hawnhekk biss meta l-“filament” ikun l-itqal komponent tiegħu (ara n-Nota 2 ta’ din it-taqsima). Normalment, ir-raden bil-qalba hekk ikun.

Min-naħa l-oħra dawn is-subintestaturi ma jkoprux ir-raden bil-qalba ratba li l-qalba tiegħu tkun magħmula minn raden elastomeriku, li l-piż tagħha fil-kontenut tar-raden normalment ma jaqbiżx l-20 % (klassifikazzjoni skont in-Nota 2 ta’ din it-taqsima).

Minbarra dan, dawn is-subintestaturi ma jkoprux il-prodotti li jikkonsistu minn qalba tar-raden li tkun elastomerika li madwarha jitkebbeb spiral ta’ raden lest (is-subintestatura 5606 00 91 ).

5401 10 16

Ħjut b’nisġa

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 5402 31 u 5402 39 .

5402

Ħjut ta’ filament sintetiku (ħlief ħjut tal-ħjata), mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut, inkluż monofilament sintetiku inqas minn 67 deċiteks.

5402 31 00 sa 5402 39 00

Ħjut b’nisġa

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 5402 31 sa 5402 39 .

5402 46 00

Oħrajn, ta’ poliesteri, orjentati parzjalment

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 5402 46 .

5404

Monofilament sintetiku ta’ 67 deċiteks jew aktar li tiegħu ebda qies ta’ wiċċ mill-qtugħ ma huwa ikbar minn 1 mm; strixxa u bħalha (per eżempju, tiben artifiċjali) ta’ materjali tessili sintetiċi ta’ wisgħa li tidher mhux aktar minn 5 mm

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 5404 għad-deskrizzjoni tal-monofilament u prodotti oħrajn taħt din l-intestatura.

5404 11 00 sa 5404 19 00

Monofilament

Monofilament sintetiku maqtugħ f’tulijiet konvenjenti bit-truf maqsumin (“fleurees”) intiż għal użu fil-produzzjoni ta’ pniezel jibqa’ klassifikat f’dawn is-subtitli.

“Ħjut” (yarn) multiplu jew ikkejbiljat iffurmat bl-immuntar u t-tidwir flimkien ta’ monofilamenti sintetiċi ta’ dan is-subtitlu m’huwiex klassifikat f’dan is-subtitlu u jaqa’ f’titlu 5401 , 5402 , 5406 jew 5607 kif xieraq. Madanakollu, jkun xi jkun il-qies tal-wiċċ ta’ qatgħa tiegħu, il-monofilamenti waħdiet ta’ dan is-subtitlu qatt ma jitqiesu bħala “ħajt, ċwiemi, ħbula u kejbils” ta’ titlu 5607 .

Elenku li jiġbor fil-qosor il-klassifikazzjoni ta’ monofilament sintetiku, strixxi u affarijiet simili skond il-qies tal-wiċċ ta’ qatgħa (jew wisgħa) huwa mgħoti hawn taħt:



Monofilament sintetiku li l-ikbar qies ta' wiċċ mill-qtugh tieghu huwa

— mhux iktar minn 1 mm u ta' qies

— inqas minn 67 deċiteks

titlu 5402

 

 

— mhux inqas minn 67 deċiteks

subtitlu 5404 11 00 , 5404 12 00 jew 5404 19 00

 

— iktar minn 1 mm ħlief għall-prodotti ċatti msemmijin hawn taħt

 

titlu 3916

Strixxa sintetika u bħalha (inkluż strixxa mitwija tnejn u tubi ċċattjati) li l-wisgha li tidher tagħhom (kemm fl-istat mitwi kif f'dak iċċattjat) hija

 

— mhux iktar minn 5 mm

subtitlu 5404 90 10 jew 5404 90 90

 

 

— iktar minn 5 mm

ġeneralment titlu 3920

Strixxa sintetika ta' wisgha iktar minn 5 mm, iżda kemm kemm mibruma u mbaghad ikkompressata biex ikollha wisgha li tidher mhux iktar minn 5 mm

 

 

subtitlu 5404 90 10 jew 5404 90 90

5404 90 10

Ta’ polipropilene

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3920 20 80 japplikaw, mutatis mutandis, iżda l-istrixxa dekorattiva ta’ dan is-subtitlu għandha wisgħa apparenti li ma taqbiżx 5 mm.

5405 00 00

Monofilament artifiċjali ta’ 67 deċiteks jew aktar li tiegħu ebda qies ta’ wiċċ mill-qtugħ ma huwa ikbar minn 1 mm; strixxa u bħalha (per eżempju, tiben artifiċjali) ta’ materjali tessili artifiċjali ta’ wisgħa li tidher mhux aktar minn 5 mm

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 5404 japplikaw, mutatis mutandis.

5408

Drappijiet minsuġin ta’ ħjut ta’ filament artifiċjali, inklużi drappijiet minsuġin magħmulin minn materjali tal-intestatura 5405

5408 22 10

Usa’ minn 135 ċm iżda mhux usa’ minn 155 ċm, nisġa lixxa, nisġa djagunali, nisġa djagunali salib jew nisġa satin

Għad-deskrizzjoni tat-termini “nisġa lixxa”, “nisġa djagunali” u “nisġa djagunali salib” ara n-Noti ta’ Spjega għas- Subtitlu f’parti (I) (Ċ) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal din it-taqsima.

Bin-nisġa satin (atlas), il-punti li jissallbu huma mferrxin b’tali mod li ma jmissux lil xulxin. Ir-riżultat għalhekk huwa wiċċ lixx, illustrat. Satin għandu jkun djagunali b’għallinqas ħames ħjut.

Dan id-disinn tan-nisġa huwa muri f’dijagramma hawn taħt:

 

image

KAPITOLU 55

FIBRI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM TA’ QISIEN TA’ QOSOR PREDETERMINAT (STAPLE)



5516

Drappijiet minsuġin oħrajn ta’ fibri artifiċjali ta’ qisien ta’ qosor predeterminat ( staple )

5516 23 10

Drappijiet b’rakkmu kumplikat ( Jacquard ) ta’ 140 cm wisgħa jew aktar (materjal użat biex jgħatti l-imtieraħ)

Tapplika n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5211 49 10 , mutatis mutandis.

KAPITOLU 56

MATERJAL TESSILI ARTAB, FELTRU U MATERJALI MHUX MINSUĠIN; ĦJUT SPEĊJALI; SPAG, ĊWIEMI, ĦBULA U KEJBILS U OĠĠETTI MINNHOM

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn materjali ta’ tessut wieħed jew tnejn, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.



5601

Materjal tessili artab u oġġetti minnu; fibri tessili, mhux itwal minn 5 mm (trofof), trab tessili u biċċiet tal-fibri mill-mitħna ( mill neps )

5601 21 10 sa 5601 29 00

Materjal tessili artab u oġġetti minnu

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-“cotton buds”, li huma stikek tal-injam, tal-plastik jew tal-karta mrembla li f’tarf wieħed jew fiż-żewġt itruf tagħhom ikollhom “bud” jew żibġa żgħira tal-watta li tintuża għat-tindif tal-widnejn, tal-imnieħer, tad-dwiefer, eċċ., biex jiġu applikati antisettiċi jew kremiet tal-ġilda, u għall-kura estetika.

5601 21 10

Assorbenti

Tapplika mutatis mutandis in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 5201 00 10 .

5601 30 00

Truf u trab tat-tessut u biċċiet tal-fibri mill-mitħna ( mill reps )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5601 , (B) u (C).

5602

Feltru, kemm jekk mimli b’sustanza oħra, miksi, mgħotti jew laminat inkella le

5602 10 11 u 5602 10 19

Feltru tan-newl tal-labar

Ara r-raba’ paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5602 .

5602 10 31 u 5602 10 38

Drappijiet ta’ fibra marbutin bil-ponti

Ara s-seba’ paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5602 .

5606 00

Ħjut b’wajer ġo fihom u strixxa u bħalha tal-intestatura 5404 jew 5405 , b’wajer ġo fihom (ħlief dawk tal-intestatura 5605 u ħjut ta’ krin b’wajer ġo fih); ħjut ta’ xinilja (inklużi trofof ta’ ħjut ta’ xinilja); loop wale-yarn

5606 00 91

Ħjut b’wajer ġo fihom

Il-qalba tar-raden midfur tista’ tikkonsisti wkoll minn raden elastomeriku (ara n-Nota 13 ta’ din it-taqsima).

KAPITOLU 57

TWAPET U KISI TAL-ART IEĦOR TA’ TESSUTI

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni, fl-intestaturi, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tessili jew aktar, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta’ din it-taqsima.



5701

Twapet u kisi tal-art ieħor ta’ tessuti, bl-għoqiedi, manifatturati jew le

L-istadju preliminarju u finali fil-manifattura ta’ twapet, materjal tat-twapet u twapet żgħar bl-għoqiedi, kif deskritt fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5701 huwa l-insiġ sempliċi ta’ ftit ħjut tat-tagħma mal-ħjut tal-medd biex it-truf jew “l-irjus” tat-tapit jinżammu f’posthom. Dawn it-truf minsuġin ġieli jinkisbu milli tinżied bordura.

Meta jintlaħaq l-istadju finali tal-manifattura tat-tapit jinqata’ l-ħajt tal-medd xi ftit ’il bogħod mill-“irjus” u b’hekk tinkiseb il-frenża. Din tkun tikkonsisti mit-truf ħielsa tal-medd. Fi twapet ta’ kwalità tajba il-frenża ġieli tinġabar fi gruppi ta’ ħjut li jintgħaqdu f’għoqiedi li jitressqu kemm jista’ jkun qrib il-parti l-minsuġa biex il-ħjut tat-tagħma ma joħorġux mill-frenża. It-twapet jista’ jkollhom ukoll frenża miżjuda minflok ma tinħareġ mill-medd stess tat-tapit.

Fil-maġġoranza tat-twapet, id-disinn tal-isfond jintgħaraf mill-bordura. U fil-fatt il-bordura tipprovdi struttura għall-isfond u tgħaqdu mal-ħaxjiet u mat-truf tat-tapit.

It-twapet rettangolari magħqudin bl-idejn rari jkollhom ħaxjiet li jkunu preċiżament paralleli. Għaldaqstant, biex tiġi applikata r-rata mħallta tad-dazju, il-qisien tat-tapit iridu jitkejlu tul il-linji medjani, li huma linji dritti li jgħaddu miċ-ċentru tan-naħat opposti.

Fil-kalkolu tal-erja ta’ kull tapit, ma għandhomx jitqiesu l-frazzjonijiet ta’ deċimetru kwadru.

5702

Twapet u kisi tal-art ieħor ta’ tessuti, minsuġin, mingħajr bżiebeż jew trofof, manifatturati jew le, inklużi “ Kelem ”, “ Schumacks ”, “ Karamanie ” u twapet simili minsuġin bl-idejn

5702 10 00

Kelem ”, “ Schumacks ”, “ Karamanie ” u twapet simili minsuġin bl-idejn

Din is-subintestatura tinkludi drappijiet tqal minsuġin bl-idejn. Dawn is-soltu jkollhom ħafna kuluri, ikollhom wiċċ ċatt mingħajr nokkli jew pil tal-wiċċ. Xi wħud ikun fihom xi fetħiet mat-tul tagħhom bejn il-ħjut tal-medd, li jiffurmaw qasma bejn il-ħjut tat-tagħma ta’ kuluri differenti.

Dawn huma tajbin biex jintużaw għall-kisi tal-art jew ta’ divani, għall-arazzi tal-ħajt jew għall-purtieri.

Huma drappijiet eżotiċi, li joriġinaw prinċipalment fil-Lvant Nofsani u jistgħu jkunu biċċiet individwali, jew aktar komuni ta’ daqsijiet li jkunu lesti għall-użu, ikunu mkeffin, ikollhom il-freneż jew il-borduri meħjutin, jew irfinuti b’xi mod ieħor.

KAPITOLU 58

DRAPPIJIET MINSUĠIN SPEĊJALI; DRAPPIJIET TA’ TESSUTI BIL-BŻIEBEŻ; BIZZILLA; TAPIZZERIJI; AĊĊESSORJI; RAKKMU

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni fl-intestaturi ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tessili jew aktar, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta’ din it-taqsima.



5801

Drappijiet bil-pil minsuġin u drappijiet ta’ xinilja, ħlief drappijiet tal-intestatura 5802 jew 5806

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati f’din it-taqsima li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tessili jew aktar, għandu jkun innutat li fil-każ tad-drappijiet tax-xinilja, iridu jitqiesu biss il-materjali tessili li jiffurmaw il-pil tar-raden tax-xinilja.

L-imitazzjonijiet tal-bellus jew il-filpi maħdumin bil-magni tan-niting jidħlu taħt l-intestatura 5907 00 00 jew fil-Kapitolu 60, skont il-każ.

5801 21 00 sa 5801 27 00

Tal-qoton

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 5801 22 u 5801 32 .

5804

Tullijiet u drappijiet oħrajn ta’ xibka, mhux inklużi drappijiet minsuġin, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; bizzilla bil-biċċa, fi strixxi jew f’motifi, ħlief drappijiet ta’ titli 6002 sa 6006

5804 10 10 u 5804 10 90

Tullijiet u drappijiet oħrajn ta’ xibka

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5804 , (I).

Tullijiet artifiċjali magħmulin bil-magni tan-niting (il-magna Raschel, pereżempju) jidħlu fil-Kapitolu 60.

5804 10 10

Lixxi

Għall-għan ta’ din is-subintestatura, it-tullijiet lixxi u drappijiet tax-xibka oħrajn huma dawk li għandhom sensiela waħda ta’ malji regolari tal-istess forma u daqs mal-wiċċ kollu tagħhom, mingħajr ebda disinn jew malji mimlija. Fl-applikazzjoni ta’ dan ma jridux jitqiesu l-ispazji ż-żgħar miftuħin li jseħħu fil-formazzjoni tal-malji.

5804 21 00 u 5804 29 00

Bizzilla maħduma b’mezzi mekkaniċi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5804 , (II).

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 5804 21 , 5804 29 u 5804 30 għad-distinzjoni bejn il-bizzilla maħduma bl-idejn u l-bizzilla maħduma bil-magni.

Għandha tingħata attenzjoni biex tiżgura li d-drapp innittjat li jixbah ħafna lill-bizzilla, u li fil-kummerċ fil-fatt jinbiegħ bħala bizzilla, ma jiġix ikklassifikat taħt l-intestatura 5804 . Dan it-tip ta’ drapp huwa mmanifatturat fuq magni Raschel u jista’ jintgħaraf mill-fatt li x-xogħol miftuħ huwa ffurmat bit-tislib tal-malji li jixbah in-niting tal-meddiet, u mhux bil-ħjut tal-medd (id-dritti) u l-ħjut tat-tagħma (immejlin).

Biex jimtlew l-ispazji opaki tad-disinn, il-ħajta tiddaħħal fil-malji li jiffurmaw il-ġnub tal-eżagoni ż-żgħar tad-disinn miftuħ fejn din tinżamm f’postha permezz ta’ tip ta’ punt katina. Għaldaqstant, il-ħajt li jifforma d-disinn miftuħ ma jiqafx fejn jibda d-disinn; anzi jifforma s-support tiegħu (li mhux dejjem ikun il-każ bil-bizilla tal-magna).

L-indikazzjonijiet li ngħataw fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 5804 21 , 5804 29 u 5804 30 li jippermettu li tintgħaraf il-bizzilla tal-magna jgħoddu wkoll għall-malji tal-“bizzilla” Raschel: wara li d-drapp jinqata’ fi strixxi, jibqgħu il-malji jew partijiet mill-malji, u jibqgħu l-ħjut ta’ barra u l-ħjut tad-disinn, u r-regolarità mekkanika jekk ikun hemm xi difetti, eċċ.

Madanakollu, għall-finijiet tan-Nomenklatura Magħquda, il-bizzilla li tinħadem b’magna Raschel titqies bħala niting u għaldaqstant trid tiġi kklassifikata fil-Kapitolu 60.

Id-drapp li jimita l-bizzilla tal-punt (il-gipur) li jiġi prodott bl-istess mod bħar-rakkmu tal-kimika mhuwiex ikklassifikat bħala bizzilla tal-magna u jidħol taħt l-intestatura 5810 .

5806

Drappijiet minsuġin dojoq, ħlief oġġetti ta’ titlu 5807 ; drappijiet dojoq magħmulin minn medd mingħajr tgħama immuntati permezz ta’ kolla ( bolducs )

5806 20 00

Drappijiet minsuġin oħrajn, li fihom skont il-piż 5 % jew aktar ta’ ħjut elastomeriċi jew ħjut ta’ lastiku

Ara n-nota 13 ta’ din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “raden elastomeriku”.

5806 32 10

B’ħâxjiet ta’ veru

Id-drappijiet minsuġin dojoq bil-ħaxjiet awtentiċi huma dawk magħmulin minn medd u tagħma, li ż-żewġt itruf lonġitudinali tagħhom ikunu ffurmati billi jintewa l-ħjut tat-tagħma. Billi r-raden ikompli sejjer minn naħa għall-oħra mingħajr ma jinqata’, l-insiġ ma jinħallx.

5806 40 00

Drappijiet magħmulin minn medd mingħajr tgħama mmuntati permezz ta’ kolla ( bolducs )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5806 , (B)

5810

Rakkmu bil-biċċa, fi strixxi jew f’motifi

5810 10 10 u 5810 10 90

Rakkmu mingħajr bażi tidher

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 5810 10 .

KAPITOLU 59

DRAPPIJIET TA’ TESSUTI MIMLIJIN B’SUSTANZA OĦRA (IMPREGNATED), MIKSIJIN, MGĦOTTIJIN JEW LAMINATI; OĠĠETTI TA’ TESSUTI TA’ TIP TAJJEB GĦAL UŻU INDUSTRIJALI

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni f’dawn l-intestaturi, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tessili jew aktar, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta’ din it-taqsima.

Id-drappijiet tat-tessut li jkollhom tikek tal-plastik applikati fuqhom b’disinn regolari biex ma jkunux jiżolqu mhumiex meqjusin bħala “drappijiet bid-disinji” skont it-tifsira tan-Nota 2(a)(4) tal-Kapitolu 59. Id-drapp jitqies biss bħala miksi jew mgħotti, dejjem jekk il-karatteristiċi oġġettivi tal-prodott ma jindikawx li ġie ttrattat b’xi mod differenti u mhux inkesa jew tgħatta (eż. ġie stampat).

image



5911

Prodotti u oġġetti ta’ tessuti, għal użi tekniċi, speċifikati fin-nota 7 ta’ dan il-kapitolu

Din l-intestatura tittratta l-prodotti tat-tessut, kif iddefiniti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5911 , kemm jekk ikunu tal-biċċiet kif ukoll dawk maqtugħin, kif imniżżel speċifikament fin-nota 7(a) ta’ dan il-kapitolu, kif ukoll l-oġġetti tat-tessut (għajr dawk tal-intestaturi 5908 00 00 sa 5910 00 00 ) li jkunu maqtugħin fuq mudell, għajr dawk ta’ forma rettangolari, li jkunu assemblati jew magħmulin b’mod differenti, għal użi tekniċi, li jinkisbu minn prodotti tal-biċċiet imsemmijin hawn fuq jew minn prodotti tat-tessut oħrajn.

Għall-iskop tat-terminu “drapp ta’ tessuti” ara Nota 1 għal dan il-kapitlu.

5911 10 00

Drappijiet ta’ tessuti, feltru u drappijiet minsuġin inforrati bil-feltru, miksijin, mgħottijin jew laminati bil-gomma, ġilda jew materjal ieħor, ta’ tip użat għal drapp tal-magni tat-tqardix, u drappijiet simili ta’ tip użat għal għanijiet tekniċi oħrajn, inklużi drappijiet dojoq magħmulin minn bellus mimli bil-gomma, biex jinkesa magħżel tal-insiġ (qasab tan-newl)

Il-prodotti ta’ din is-subintestatura jridu jkunu tal-biċċiet, jew sempliċiment maqtugħin għal tul jew f’forma rettangolari; jekk ikunu ta’ xi forma oħra, jidħlu taħt is-subintestaturi 5911 90 10 sa 5911 90 99 .

L-espressjoni “drapp simili ta’ tip użat għal finijiet tekniċi oħrajn” tfisser biss drappijiet tat-tessut, feltru u drappijiet minsuġin infurrati bil-feltru, ikkumbinati ma’ materjali oħrajn (eż. lastiku, ġilda) kif indikat fit-titlu tas-subintestatura. Dawn id-drappijiet jinkludu l-kutri tal-istampar, li jkollhom il-lastiku magħhom, u jintużaw biex jgħattu ċ-ċilindri li jduru u li jkollhom piż ta’ 1 500  g/m2 jew inqas (irrispettivament mill-proporzjonijiet rispettivi tal-materjal tessili u tal-lastiku) jew ta’ piż ikbar minn 1 500  g/m2 jekk għandhom kontenut, skont il-piż ta' aktar minn 50 % ta' materjal tessili. Kutri li għandhom piż ta' aktar minn 1 500  g/m2 u b'kontenut, skont il-piż ta' għall-inqas 50 % ta’ lastiku jidħlu taħt l-intestatura 4008 .

Din is-subintestatura tkopri wkoll il-conveyor belting jew il-belting tat-trażmissjoni li huma magħmulin minn strixxa waħda jew aktar ta’ drapp tad-dafar minsuġ fiċ-ċatt li jitqiegħed bejn żewġ strixex ta’ drapp tal-poliammid, l-istrixxi tad-drapp tad-dafar huma sempliċiment biex jagħtu s-saħħa, billi l-istrixex kollha jkunu magħqudin bis-sħana permezz ta’ adeżiv, u jkollhom ħxuna ta’ inqas minn 3 mm, b’tul mhux determinat, inkella jkunu maqtugħin għal tul speċifiku. Iċ-ċineg ta’ dan it-tip, li jistgħu jkunu ta’ ħxuna ta’ 3 mm jew aktar, jew ikunu ta’ tul mhux determinat, jew ikunu mgħammrin bil-molol jidħlu taħt l-intestatura 5910 00 00 .

Din is-subintestatura ma tkoprix id-drappijiet tat-tessut tal-medd u tat-tagħma singoli miksijin bil-plastik (l-intestatura 5903 ) jew bil-lastiku (l-intestaturi 4008 jew 5906 ).

5911 20 00

Drapp tal-pezza, manifatturat jew le

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5911 , (A), (2).

Dan id-drapp jista’ jkun tal-biċċiet jew ippreparat skont l-użu intiż għalih (pereżempju, maqtugħ f’forma partikolari, mrqum b’xi żigarelli jew b’xi anelli tal-metall).

Meta jkun ippreżentat bħala biċċiet, id-drapp tal-għarbil, mhux ippreparat, irid ikun immarkat b’mod li ma jitħassarx, li bla dubju jidentifika li l-oġġetti jkunu intiżi għat-tgħarbil jew għal finijiet industrijali simili:

— Marka li tikkonsisti minn rettangolu bid-djagonali mmarkati, u d-djagonali tar-rettangolu jenħtieġ li jkunu ripetuti b’intervalli regolari, ma’ tul iż-żewġ naħat tad-drapp — mingħajr ma jirkbu fuq il-ħaxjiet — b’tali mod li d-distanza bejn il-linji ta’ barra ta’ żewġ marki konsekuttivi ma tkunx itwal minn metru, u punt ċentrali tal-marki ta’ naħa waħda jkunu preċiżament nofs triq bejn il-marki tan-naħa l-oħra (iċ-ċentru ta’ kull marka jrid ikun eżatt fiċ-ċentru tad-distanza bejn żewġ marki konsekuttivi tan-naħa l-oħra).

— Il-ħxuna tal-linji li jiffurmaw ir-rettangolu tkun ta’ 5 mm, u dik tal-linji djagonali tkun ta’ 7 mm. Ir-rettangolu mkejjel mat-tarf ta’ barra tal-linji jkun mill-inqas 8 cm fit-tul u 5 cm fil-wisgħa.

— Il-marki jridu jkunu stampati b’kulur wieħed b’kuntrast mal-kulur tad-drapp u m’għandhomx ikunu jitħassru.

Kull marka trid titpoġġa b'mod li n-naħat it-twal tar-rettangolu jkunu paralleli mal-medd tad-drapp (ara d-dijagramma ta’ hawn taħt):

image

L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jaċċettaw marki oħrajn meta dawk il-marki jidentifikaw mingħajr dubju li l-oġġetti jkunu intiżi għal finijiet industrijali, bħat-tgħarbil, l-iffiltrar eċċ. u mhux għall-ilbies jew finijiet simili.

Din is-subintestatura ma tinkludix il-kwadri għas-serigrafija, magħmulin minn biċċa drapp immuntata fuq support (is-subintestatura 5911 90 99 ), il-passaturi tal-idejn u l-għeriebel tal-idejn (l-intestatura 9604 00 00 ).

5911 90 10 sa 5911 90 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru l-prodotti tat-tessut imniżżlin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5911 , (A), bl-eċċezzjoni tad-drappijiet tat-tessut speċifikati fis-subintestaturi 5911 10 00 , 5911 20 00 u 5911 40 00 , flimkien mal-oġġetti mniżżlin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 5911 , (B), bl-eċċezzjoni tad-drapp tal-għarbil ippreparat li jidħol taħt is-subintestatura 5911 20 00 u l-oġġetti li jidħlu taħt is-subintestaturi 5911 31 11 sa 5911 32 90 .

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 5911 90 għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn spirali ta’ monofilamenti magħqudin, li għandhom użi simili għal dawk tad-drappijiet tat-tessut u l-feltri tat-tip li jintuża fil-magni tal-manifattura tal-karta jew f’magni simili.

KAPITOLU 60

DRAPPIJIET INNITTJATI JEW MAĦDUMIN BIL-GANĊ

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tessili jew aktar f’dawn il-kapitoli, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta’ din it-taqsima.



6002

Drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ mhux usa’ minn 30 cm, li fihom skont il-piż 5 % jew aktar ħjut elastometriċi jew ħjut tal-lastiku, ħlief dawk tal-intestatura 6001

Ara n-nota 13 ta’ din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “raden elastomeriku”.

6003

Drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ mhux usa’ minn 30 cm, ħlief dawk tal-intestatura 6001 jew 6002

6003 30 10

Bizzilla Raschel

Il-bizzilla Raschel hija drapp innittjat b’disinn li jixbaħ il-bizzilla magħmula b’magna tal-jacquard raschel. Id-disinji u l-isfond jistgħu jkunu fuq drappijiet ta’ densitajiet diversi. Il-varjazzjonijiet fid-densità tad-drapp jippermettu li jinħolqu effetti ta’ sfumatura u fid-disinn tista’ tinħoloq struttura ffurmata.

6004

Drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ usa’ minn 30 cm, li fihom skont il-piż 5 % jew aktar ħjut elastometriċi jew ħjut tal-lastiku , ħlief dawk tal-intestatura 6001

Ara n-nota 13 ta’ din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “raden elastomeriku”.

6005

Drappijiet maħdumin malja mal-medd (inklużi dawk magħmulin fuq magni tas-suf tal-gallun), ħlief dawk tal-intestatura 6001 sa 6004

Id-drappijiet innittjati fil-medd huma drappijiet magħmulin b’magni tan-niting tal-medd, bil-magni raschel jew bil-magni tal-ganċ li jaħdmu l-orlaturi. Dawn ma jinħadmux bħad-drappijiet innittjati maħdumin fit-tagħma, id-drapp jiġi prodott billi r-raden tal-medd jintisġu ġo xulxin permezz ta’ ħoloq. Id-drappijiet innittjati fil-medd huma magħmulin minn sistema jew sistemi ta’ ħjut li jimxu tul id-drapp. Il-ħjut ta’ maġenb xulxin jintisġu ġo xulxin u fl-istess ħin jiffurmaw il-ħoloq (it-teknika ta’ ħafna ħjut) (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-kapitolu, A, (II)).

Il-magna tal-ganċ li taħdem l-orlaturi tagħmel parti mill-grupp ta’ magni li jinnittjaw fil-medd. Din taħdem b’sistema li taħdem fil-medd u bir-raden orizzontali tat-tagħma. Il-magni tal-ganċ li jaħdmu l-orlaturi ħafna drabi jintużaw għall-produzzjoni ta’ strixex innittjati għall-manifattura tal-ilbies (strixex li jiffurmaw bordura elastika għall-qadd u għall-għekiesi, iż-żigarelli għall-immarkar tal-isem, iċ-ċineg tal-ispalel, l-orlaturi għall-borduri, il-bands tar-ras, iż-żigarelli taż-żippijiet) u għall-manifattura ta’ żigarelli li jabbellixxu l-purtieri u l-kuxxini.

KAPITOLU 61

OĠĠETTI TA’ LBIES U AĊĊESSORJI TAL-ĦWEJJEĠ, INNITTJATI JEW MAĦDUMIN BIL-GANĊ

Ġenerali

1. Għall-klassifikazzjoni fl-intestaturi ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tessili jew aktar, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta’ din it-taqsima.

2. Għall-klassifikazzjoni ta’ ħwejjeġ offruti għall-bejgħ bl-imnut bħala settijiet, ara n-nota 14 ta’ din it-taqsima.

3. Meta parti minn libsa intiera jew parti minn tibdila kkoordinata (ensemble) tal-irġiel jew tan-nisa, tal-intestaturi 6103 jew 6104 jkollhom xi tirqim jew xi dekorazzjonijiet li ma jkunux fuq il-parti jew il-partijiet l-oħra, dawn il-ħwejjeġ kollha jibqgħu kklassifikati bħala lbiesi intieri jew tibdiliet ikkoordinati sakemm dan it-tirqim jew id-dekorazzjonijiet ma jkunux importanti wisq u jkunu jinsabu biss f’post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż. fuq l-għonq u fit-truf tal-kmiem jew fuq il-pavri u l-bwiet).

4. Ħwejjeġ għall-parti ta’ fuq tal-ġisem b’distinzjoni minn ħwejjeġ għan-naħa t’isfel tal-ġisem u ħwejjeġ għall-ġisem kollu (eż. palitojiet, ilbiesi) huma ħwejjeġ li:

 mill-karatteristiċi oġġettivi tagħhom (l-istil, it-tifsila eċċ.) jidher biċ-ċar li l-iskop tagħhom huwa li jintlibsu bħala anoraks, ġkieket (tal-ilbiesi intieri) u l-parti ta’ fuq ta’ tibdiliet ikkoordinati, qomos u blouses, il-parti ta’ fuq tal-paġami, pullovers, ġersijiet u sdieri, il-parti ta’ fuq tal-ħwejjeġ tal-iskì eċċ. (sakemm mhux speċifikat mod ieħor, dawn il-ħwejjeġ mhux bilfors ikunu jlibbsu kompletament il-parti ta’ fuq), u

 ma jestendux taħt nofs il-koxxa. Madankollu, l-aktar minħabba l-moda, xi partijiet minn dawn il-ħwejjeġ jistgħu jaslu sa taħt nofs il-koxxa (eż. xi freneż dekorattivi li jkunu moda, iżda wkoll id-denb tal-frakk) u ma jitqisux fejn jidħol it-tul tal-ħwejjeġ, għax ma jbiddlux il-funzjoni ta’ dawn il-ħwejjeġ, li hija li tlibbes in-naħa ta’ fuq tal-ġisem.



6101

Surtù, car coats , kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġgieget tal-iskijar), windcheaters , ġgieget għar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, innittjati jew maħdumin bil-ganċ, ħlief dawk tal-intestatura 6103

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6201 91 00 sa 6201 99 00 tapplika, mutatis mutandis.

6101 20 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Karatteristika ta’ dawn is-“palitojiet u oġġetti simili” hija li, meta jintlibsu dawn iridu jgħattu l-ġisem għall-inqas sa’ nofs il-koxxa.

Ġeneralment, fil-każ tad-daqsijiet standard (daqsijiet normali) tal-ħwejjeġ tal-irġiel (ħlief id-daqsijiet għas-subien) dan it-tul minimu jikkorrispondi mal-qisien f’ċentimetri fl-iskeda t’hawn taħt (ara d-dijagramma t’hawn taħt), meta l-ilbies jitqiegħed fuq wiċċ ċatt u jitkejjel mill-ħjata tar-raqba tal-għonq (is-seba’ vertebra) sat-tarf t’isfel.

image

Il-qisien li jidhru fl-iskeda jirrapreżentaw il-medji li ttieħdu minn firxa ta’ ħwejjeġ ta’ daqsijiet standard (daqsijiet normali) għall-irġiel (ħlief id-daqsijiet tas-subien) — S (żgħir, daqsijiet żgħar), M (medju, daqsijiet medji) u L (kbar, daqsijiet kbar).

It-tul f’ċentimetri mkejjel min-naħa ta’ wara tal-ilbies mill-ħjata tar-raqba tal-għonq sat-tarf t’isfel tal-ilbies — daqsijiet standard tal-irġiel (ħlief id-daqsijiet tas-subien)

image

Il-ħwejjeġ li ma jkunux twal biżżejjed biex jiġu kklassifikati bħala palitojiet jew simili, bl-eċċezzjoni tal-ġakkuni (ġakkuni u ħwejjeġ simili — ara d-definizzjoni hawn taħt) li jidħlu hawnhekk ukoll, iridu jiġu kklassifikati fis-subintestaturi 6101 20 90 , 6101 30 90 jew 6101 90 80 .

Ġakkuni

Il-ġakkuni huma ħwejjeġ ta’ barra mfasslin wisgħin, ikollhom il-kmiem twal,u jintlibsu fuq il-ħwejjeġ l-oħrajn kollha għall-protezzjoni kontra t-temp. Normalment ikunu magħmulin minn drappijiet tat-tessut mhux ħfief għajr dawk imsemmijin fl-intestaturi 5903 , 5906 jew 5907 00 00 . Il-ġakkuni jvarjaw fit-tul mit-tarf ta’ fuq tal-koxxa sa nofs il-koxxa. Jistgħu jkunu li jinqaflu inkruċjat jew li jinqaflu fin-nofs.

Il-ġakkuni ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— in-naħa ta’ quddiem tkun miftuħa minn fuq s’isfel u tinqafel bil-buttuni, jew kultant b’żipp jew bil-molol,

— inforra li tista’ tkun tinqala’ (li tista’ tkun ikkuttunata),

— fetħa ċentrali fuq wara jew żewġ fetħiet fil-ġnub.

Karatteristiċi mhux obbligatorji:

— bwiet,

— għonq.

Il-ġakkuni ma jkollhomx il-karatteristiċi li ġejjin:

— barnuża,

— kurdiċella jew xi mezz ieħor li jissikka mal-qadd u/jew jissikka t-tarf t’isfel tal-ħwejjeġ. Madanakollu, dan ma jeskludix ċinturin.

L-espressjoni “u simili”, safejn din tikkonċerna lill-ġakkuni, tinkludi ukoll il-ħwejjeġ li għandhom l-istess karatteristiċi tal-ġakkuni iżda li jkollhom ukoll barnuża.

6101 30 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6101 20 10 .

6101 90 20

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6101 20 10 .

6102

Surtù, car coats , kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġgieget tal-iskijar), windcheaters , ġgieget għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ, ħlief dawk tal-intestatura 6104

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6201 91 00 sa 6201 99 00 tapplika, mutatis mutandis.

6102 10 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6101 20 10 tapplika, mutatis mutandis, fejn il-qisien li jikkorrispondu għall-ħwejjeġ tan-nisa (ħlief id-daqsijiet tat-tfajliet) huma kif ġejjin:

Tul f’ċentimetri mkejjel fin-naħa ta’ wara, mill-ħjata tar-raqba tal-għonq sat-tarf t’isfel tal-ilbies — daqsijiet standard tan-nisa (ħlief id-daqsijiet tat-tfajliet)

 

image

6102 20 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6102 10 10 .

6102 30 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6102 10 10 .

6102 90 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6102 10 10 .

6104

Ilbiesi sħaħ, ensembles , ġgieget, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverols bil-vavalor u biċ-ċingi, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa ( breeches ) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6104 41 00 sa 6104 49 00

Ilbiesi

It-terminu “ilbiesi” tfisser ħwejjeġ li l-iskop tagħhom hu li jlibbsu l-ġisem. Dawn normalment jibdew mill-ispalel u jistgħu jaslu sal-għarqub jew aktar ’l isfel, u jista’ jkollhom il-kmiem jew le. Għandu jkun possibli li jintlibsu waħedhom, mingħajr ħwejjeġ oħrajn magħhom. Dan it-terminu jinkorpora wkoll l-ilbiesi trasparenti. L-ilbies ta’ ħwejjeġ ta’ taħt ma jeskludix il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-ħwejjeġ bħala lbiesi. Meta l-parti ta’ fuq ta’ dawn il-ħwejjeġ tkun tikkonsisti minn vavalor biċ-ċingi fuq quddiem jew fuq quddiem u wara, dawn jitqiesu bħala lbiesi biss jekk il-qisien, it-tifsila u l-pożizzjoni tal-vavalori msemmijin jippermettu li jintlibsu kif ingħad hawn fuq. Jekk dan ma jkunx il-każ, dawn il-ħwejjeġ iridu jiġu kklassifikati bħala dbielet fis-subintestaturi 6104 51 00 sa 6104 59 00 .

6104 51 00 sa 6104 59 00

Dbielet u dbielet mifrudin

It-terminu “dbielet” ifisser ħwejjeġ maħsubin biex ilibbsu l-parti t’isfel tal-ġisem, u normalment jibdew mill-qadd u jistgħu jaslu sal-għarqub jew aktar ’l isfel. Id-dbielet huma ħwejjeġ li jridu jintlibsu ma’ mill-inqas biċċa lbies oħra waħda, bħal flokk, qmis, bluża, qmis-bluża, ġerżi jew xi ħwejjeġ simili li jlibbsu n-naħa ta’ fuq tal-ġisem. Meta dan it-tip ta’ ħwejjeġ ikollhom iċ-ċingi, xorta waħda essenzjalment jibqgħu dbielet.

Meta dawn il-ħwejjeġ, apparti ċ-ċingi ikollhom il-vavalori wkoll fuq quddiem u/jew fuq id-dahar, jibqgħu kklassifikati bħala dbielet f’dawn is-subintestaturi jekk il-qisien, it-tifsila u l-pożizzjoni tal-vavalori msemmijin ma jkunux ilibbsu l-ġisem biżżejjed biex jippermettu li l-ħwejjeġ jintlibsu mingħajr ħwejjeġ tat-tipi msemmijin hawn fuq. Id-dbielet mifrudin huma ħwejjeġ bil-karatteristiċi t’hawn fuq iżda li jgħattu kull sieq separatament. Dawn ikunu ta’ tifsila u wisa’ li jiddistingwuhom minn xorz jew qalziet.

6106

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

Blawżijiet

Il-blouses tan-nisa u tat-tfajliet huma ħwejjeġ ħfief magħmulin biex ilibbsu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, b’tifsiliet interessanti li normalment ikunu pjuttost wesgħin, kultant ikunu bl-għonq, u kultant ma jkollhomx għonq, jista’ jkollhom il-kmiem, u jista’ ma jkollhomx, l-iskollatura tista’ tkun ta’ kwalunkwe tip, jew iridu mill-inqas ikollhom iċ-ċingi għal fuq l-ispalel, ikollhom il-buttuni jew xi mezz ta’ qfil ieħor. Meta ma jkollhomx buttuni jew tip ta’ qfil ieħor, iridu jkunu skullati ħafna, jista’ jkollhom jew ma jkollhomx tirqim dekorattiv bħal ingravajjet, ġabotti, bizzilla jew rakkmu.

Qomos u kamiċetti

Il-qomos u l-kamiċetti tan-nisa u tat-tfajliet huma ħwejjeġ magħmulin biex ilibbsu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, li jista’ jkollhom fetħa minn fuq s’isfel jew fetħa iqsar li tibda mill-ħjata tal-iskollatura, ikollhom il-kmiem, u ġeneralment ikollhom għonq, jista’ jkollhom jew ma jkollhomx bwiet, iżda qatt ma jkollhom bwiet taħt il-qadd. It-tifsila ta’ dawn il-ħwejjeġ hija bbażata fuq it-tifsila tal-qomos tal-irġiel u tas-subien, u għaldaqstant il-fetħa ġeneralment tinsab fuq quddiem. Iż-żewġ naħat tal-fetħa jingħalqu jew jintrikbu fuq xulxin mil-lemin għal fuq ix-xellug.

Bl-applikazzjoni tan-nota 9 ta’ dan il-kapitolu, jista’ jkun li ż-żewġ naħat tal-fetħa tal-qomos u l-kamiċetti ta’ din l-intestatura ma jirkbux fuq xulxin.

Il-ħwejjeġ ta’ din l-intestatura jaslu sa taħt il-qadd, u l-blouses ġeneralment ikunu iqsar mill-ħwejjeġ l-oħrajn imsemmijin hawn fuq.

Din l-intestatura ma tinkludix il-ħwejjeġ li, minħabba t-tul tagħhom, jintgħarfu bħala lbiesi.

6107

Qliezet ta’ taħt, briefs , qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6107 21 00 sa 6107 29 00

Qomos tas-sodda u piġami

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-piġami tal-irġiel u tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, li minħabba l-apparenza u n-natura ġenerali tad-drapp jintgħarfu li huma intiżi biex jintlibsu esklużivament jew prinċipalment għas-sodda.

Il-piġami jikkonsistu minn żewġ partijiet li huma:

— parti li tlibbes in-naħa ta’ fuq tal-ġisem; ġeneralment din il-parti tkun qisha tip ta’ ġakketta,

— parti li tkun qalziet jew xorz ta’ tifsila sempliċi, mingħajr fetħa jew b’fetħa fuq quddiem.

Il-komponenti ta’ dawn il-piġami jridu jkunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel u b’tifsila, drapp, kuluri, tirqim u rfinar li jaqblu, biex ikun ċar li huma maħsubin biex jintlibsu flimkien minn persuna waħda.

Il-piġami jridu jkunu jintgħarfu li huma komdi biex jintlibsu għas-sodda:

— mit-tip tad-drapp,

— mit-tifsila wiesgħa, u

— mill-fatt li ma jkollhomx karatteristiċi skomdi, bħal buttuni kbar jew goffi u tirqim eċċessiv.

Il-ħwejjeġ tas-sodda li jkunu biċċa waħda, tat-tip ta’ overalls li jlibbsu kemm il-parti ta’ fuq kif ukoll il-parti ta’ isfel tal-ġisem u li jlibbsu r-riġlejn separatament huma kklassifikati fis-subintestaturi 6107 91 00 jew 6107 99 00 .

6108

Ilbiesi ta’ taħt, dbielet ta’ taħt, briefs , qliezet ta’ taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés , ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6108 31 00 sa 6108 39 00

Ilbiesi tas-sodda u piġami

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-piġami tan-nisa u tat-tfajliet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, li mill-apparenza u n-natura ġenerali tad-drapp jintgħarfu li huma intiżi biex jintlibsu esklużivament jew prinċipalment bħala ħwejjeġ tas-sodda.

Il-piġami jikkonsistu minn żewġ partijiet li huma:

— parti li hija maħsuba biex tlibbes il-parti ta’ fuq tal-ġisem, ġeneralment din hija parti li tkun qisha tip ta’ ġakketta, jew pullover jew tip ta’ lbies simili,

— parti li tikkonsisti minn qalziet jew xorz ta’ tifsila sempliċi, li jista’ jkollhom jew ma jkollhomx fetħa.

-komponenti ta’ dawn il-piġami jridu jkunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel, u b’tifsila, drapp, kuluri, tirqim u rfinar li jaqblu, biex ikun ċar li huma maħsubin biex jintlibsu flimkien minn persuna waħda.

Il-piġami jridu jkunu jintgħarfu li huma komdi biex jintlibsu għas-sodda:

— mit-tip tad-drapp,

— mit-tifsila wiesgħa, u

— mill-fatt li ma jkollhomx karatteristiċi skomdi, bħal buttuni kbar jew goffi u tirqim eċċessiv.

Huma meqjusin piġami wkoll is-settijiet ta’ ħwejjeġ magħrufin bħala “babydolls” li jikkonsistu minn libsa tas-sodda qasira ħafna u qalziet qasir li jaqbel magħha.

Il-ħwejjeġ tas-sodda f’biċċa waħda tat-tip ta’ overalls li jlibbsu kemm il-parti ta’ fuq kif ukoll il-parti ta’ isfel tal-ġisem u li jlibbsu kull sieq b’mod separat huma kklassifikati fis-subintestaturi 6108 91 00 sa 6108 99 00 .

6109

T-shirts , flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

Il-ħwejjeġ tat-tip imsemmi fin-nota addizzjonali 2 ta’ dan il-kapitolu, li jkollhom fetħa parzjali fuq quddiem mal-iskollatura, li tinqafel, kif ukoll jekk iż-żewġ naħat tagħha sempliċiment jitqabbżu waħda fuq l-oħra, ma jidħlux taħt din l-intestatura. Dawn ġeneralment jidħlu taħt l-intestatura 6105 jew 6106 , skont ir-rilevanza għalihom tad-dispożizzjonijiet tan-noti 4 u 9 ta’ dan il-kapitolu, jew fil-każ tal-ħwejjeġ tal-irġiel u tas-subien bla kmiem, taħt l-intestatura 6114 , bi qbil mad-dispożizzjonijiet fit-tieni sentenza tan-nota 4 ta’ dan il-kapitolu.

6110

Ġersijiet, pulowvers, kardigans, sdieri u oġġetti simili, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

Din l-intestatura tkopri ħwejjeġ maħsubin biex ilibbsu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ikollu jew ma jkollux kmiem, u b’kull tip ta’ skollatura, bl-għonq jew mingħajru, bil-bwiet jew mingħajrhom.

Dawn il-ħwejjeġ ġeneralment ikollhom ċinta jew bordura b’linji mqabbża (punt sewwa u punt maqlub) mat-tarf ta’ isfel, madwar il-fetħa, fil-pulzieri jew madwar l-imbukkaturi.

Jistgħu jkunu magħmulin minn kwalunkwe tip ta’ materjal maħdum bil-labar jew bil-ganċ, fosthom drappijiet ħfief jew innitjatti rqiq, ta’ kwalunkwe fibra tessili.

Jista’ jkollhom kwalunkwe tip ta’ tirqim, fosthom il-bizzilla jew ir-rakkmu.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ ħwejjeġ li jidħlu taħt din l-intestatura:

1.  il-ġersijiet u l-pullovers, fosthom is-sweatshirts (b’għonq b’forma ta’ V, b’għonq tal-baħrin, għonq tond jew barketta, għonq roll, polo jew turtle), li biex jintlibsu jridu jgħaddu minn fuq ir-ras, u ġeneralment la jkollhom fetħa fl-iskollatura u lanqas ma jkollhom sistema ta' qfil;

2.  ħwejjeġ simili għal dawk tas-subparagrafu ta’ qabel dan, jista’ jkollhom għonq u jista’ ma jkollhomx, iżda li jkollhom ftit ta’ fetħa li tibda mill-iskollatura, pereżempju, fuq quddiem jew fuq l-ispalla, li tinqafel permezz ta’ buttuni jew b’xi mezz ieħor ta' qfil;

3.  sdieri u kardigans li jkollhom fetħa minn fuq s’isfel fuq quddiem, jista’ jkollhom il-buttuni jew jinqaflu b’xi mezz ieħor, u jista’ ma jkollhomx qfil, jista’ jkollhom għonq jew ma jkollhomx;

4.  ħwejjeġ magħrufin bħala “twinsets” li jikkonsistu minn pullover bil-kmiem jew mingħajrhom u kardigan bil- kmiem twal jew qosra. Dawn il-ħwejjeġ iridu jkunu ta’ daqs korrispondenti u tal-istess materjal u kuluri. Meta jkollhom xi disinn jew tirqim, irid ikun l-istess fuq iż-żewġ partijiet tas-sett;

5.  il-ħwejjeġ deskritti fi kwalunkwe waħda mill-inċiżi preċedenti magħmulin minn materjal ħafif tat-tip li jintuża għat-T-shirts jew ħwejjeġ simili, li jkollhom lazz, jew bordura b’linji mqabbża jew xi mezz ieħor li jissikka t-tarf ta’ isfel.

Din l-intestatura ma tinkludix:

(a)  il-blouses tan-nisa u tat-tfajliet (l-intestatura 6106 );

(b)  l-anoraks, il-windcheaters u oġġetti simili (l-intestaturi 6101 jew 6102 skont ir-rilevanza);

(ċ)  It-T-shirts, il-flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn (l-intestatura 6109 ).

6110 12 10 u 6110 12 90

Ta’ mogħoż ta’ Kaxmer (Każimiri)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 5102 11 .

6110 20 10

Flokkijiet tas-suf ( jumpers ) u pulowvers ħfief innittjati fin bl-għonq jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna ( turtle)
Il-ħwejjeġ deskritti hawn taħt jitqiesu bħala jumpers u pullovers roll, polo jew turtlenecks ħfief, innittjati b'punti rqaq: ħwejjeġ inkaxxati, maħdumin bil-labar irqaq, li jlibbsu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, jistgħu jkunu ta’ kulur wieħed jew b’għadd ta’ kuluri, bil-kmiem jew mingħajr kmiem u jkollhom għonq bir-rivolta, jew polo mingħajr ftuħ.
Il-kliem “innittjati b’punti rqaq” ifisser xogħol maħdum bil-labar irqaq li meta jingħaddu l-punti, kemm b’mod orizzontali, kif ukoll b’mod vertikali, fuq naħa waħda ta’ kampjun ta’ 10cm b’10cm, dan irid ikun fih mill-inqas 12-il punt f’kull cm.
Il-jumpers u l-pullovers ħfief roll, polo jew turtleneck innittjati b'punti rqaq normalment jinħadmu bil-punt wieħed ġersi (stokinett), jew b’linji mqabbża (punt sew u punt maqlub) inkella bl-interlock.
Il-punt wieħed ġersi huwa l-iżjed forma sempliċi tal-innittjar fid-direzzjoni tat-tagħma (orizzontali mix-xellug għal-lemin, ara l-Illustrazzjoni 1), fuq il-wiċċ il-punti jidhru qishom ittri V żgħar jew ittri V maqlubin (ara l-Illustrazzjoni 2) u fuq in-naħa l-oħra jidhru bħal ħoloq imqabbdin ma’ xulxin (ara l-Illustrazzjoni 3). image image
Ix-xogħol irqiq b’linji mqabbża magħmul minn punt sewwa u punt maqlub (ara l-Illustrazzjoni 4), isir billi f’kull ringiela l-punti jiġu alternati, wieħed sewwa u wieħed maqlub (ara l-Illustrazzjoni 5); li jirriżulta f’rigi lonġitudinali mqabbżin fuq naħa waħda tad-drapp, u fuq in-naħa l-oħra jidhru l-kanali korrispondenti. Iż-żewġ uċuħ tad-drapp innittjat ikunu jidhru bħal xulxin (ara l-Illustrazzjonijiet 6 u 7). image image image
L-interlock huwa punt bil-linji mqabbża doppju, li jidher l-istess miż-żewġ naħat. Dan l-effett jinkiseb billi jingħaqdu l-punti minn żewġ punti b’linji mqabbża (ara l-Illustrazzjoni 8), b’hekk fuq kull naħa tad-drapp punt b’linji mqabbża fuq naħa waħda jalterna ma’ punt fin-naħa l-oħra tad-drapp li jikkorrispondi miegħu (ara l-Illustrazzjoni 9). Jiġifieri l-punti b’linji mqabbża f’naħa waħda tad-drapp, jikkorrispondu mal-punt b’linji mqabbża tan-naħa l-oħra (ara l-Illustrazzjonijiet 10 u 11).

 

image

 

image

 

image

6110 30 10

Flokkijiet tas-suf ( jumpers ) u pulowvers ħfief innittjati fin bl-għonq jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna ( turtle )

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6110 20 10 .

6111

Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ ta’ trabi, innittjati jew bil-ganċ
Ara n-nota 6(a) ta’ dan il-kapitolu.
Din l-intestatura tkopri firxa ta’ ħwejjeġ intiżi għat-tfal iż-żgħar b’tul li ma jaqbiżx 86 cm (ġeneralment tfal żgħar ta’ madwar 18-il xahar). Dawn jinkludu: l-kowtijiet, il-kappotti, ix-xalel ikkuttunati, il-pixie suits, id-dressing gowns, it-tibdiliet ikkoordinati magħmulin minn żewġ biċċiet, ir-rompers, il-qliezet twal, il-qliezet twal ta’ fuq, in-knickerbockers, il-play suits, is-sdieri, il-ġkieket għar-riħ, l-ilbiesi, id-dbielet, il-boleros, il-ġkieket, l-anoraks, l-imnatar, it-tuniċi, il-blouses, il-kamiċetti, ix-xorzijiet, eċċ.
Xi wħud minn dawn il-ħwejjeġ huma oġġetti tal-ġheżijiet tat-trabi. Fost dawn l-oġġetti tal-ġheżijiet tat-trabi hemm xi wħud li d-daqs tagħhom ma jistax jiġi ddefinit, iżda huma kklassifikati taħt din l-intestatura, jekk ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar bħala ħwejjeġ maħsubin għat-trabi.
Għalhekk, din l-intestatura tinkludi:
1.  l-ilbiesi tal-magħmudija;
2.  l-“imnatar bil-barnuża”, li huma lbiesi żgħar bla kmiem u bil-barnuża;
3.  il-pixie suits, li huma ħwejjeġ bil-barnuża u bil-kmiem, li jiffurmaw kemm kowt kif ukoll borża (magħluqa kompletament fit-tarf t’isfel);
4.  ir-romper bags għat-trabi, li jistgħu jkunu kkuttunati, bil-kmiem jew bl-imbukkaturi. Fir-ritratt ta’ hawn taħt jinsab eżempju ta’ dawn. image

6112

Track suits , ilbiesi ta’ skijar u malji tal-għawm, innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6112 11 00 sa 6112 19 00

Track suits

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6112 , (A)

6112 31 10 sa 6112 39 90

Malji tal-għawm tal-irġiel jew tas-subien

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6112 , (C), fejn jissemma li l-intestatura 6112 tinkludi fost oħrajn ix-xorzijiet u l-qliezet tal-għawm, li jistgħu jkunu elastiċi jew ma jkunux.

Ix-xorzijiet tal-għawm huma ħwejjeġ li, minħabba d-dehra ġenerali tagħhom, it-tifsila u t-tip tat-tessut tagħhom, huma maħsubin biex jintlibsu biss jew prinċipalment bħala malji tal-għawm u mhux bħala “xorzijiet” tal-intestatura 6103 jew 6104 . Ġeneralment dawn ikunu magħmulin kompletament jew prinċipalment minn fibri magħmulin mill-bniedem.

Ix-xorzijiet tal-għawm irid ikollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

— ikollhom qalziet ta’ taħt meħjut magħhom minn ġewwa jew għallinqas ikunu infurrati fuq quddiem jew ’il fuq mill-qliezi (crotch);

— ikunu ssikkati mal-qadd (eż. ikollhom qafla li torbot mal-qadd jew qadd elastiċizzat).

Ix-xorzijiet tal-għawm jista’ jkollhom il-bwiet, dejjem jekk

— il-bwiet ta’ barra jkollhom sistema ta’ qfil soda (eż. irid ikollhom żipp jew jinqaflu qafla tat-tip velkro biex il-but jingħalaq kompletament, jiġifieri, m’għandux ikun hemm l-ispazji bejn qafla u oħra);

— il-bwiet ta’ ġewwa jkollhom l-istess sistema ta' qfil bħall-bwiet ta’ barra msemmijin hawn fuq. Madanakollu, il-bwiet ta’ ġewwa, meta jkunu mal-qadd, jista’ sempliċiment ikollhom patta li tirkeb fuq il-fetħa tal-but, dejjem jekk din tagħlaq il-but kompletament.

Ix-xorzijiet tal-għawm ma jista’ jkollhom ebda waħda minn dawn il-karatteristiċi:

— fetħa fuq quddiem anki jekk magħluqa permezz ta’ sistema ta’ qfil;

— fetħa mal-qadd anki jekk din tkun tista’ tinqafel b’xi mod.

6112 41 10 sa 6112 49 90

Malji tal-għawm tan-nisa jew tal-bniet

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6112 31 10 sa 6112 39 90 tapplika, mutatis mutandis.

6115

Panty hose , tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inkluża maljerija b'kompressjoni ggradwata (pereżempju, kalzetti għal vini varikużi) u ilbies għar-riġlejn innittjati jew maħdumin bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin

6115 10 10 u 6115 10 90

Maljerija b’kompressjoni ggradwata (pereżempju, kalzetti għal vini varikużi)

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 6115 10 .

6117

Aċċessorji oħrajn ta’ lbies manifatturati, innittjati jew maħdumin bil-ganċ; biċċiet ta’ ħwejjeġ jew ta’ aċċessorji tal-ħwejjeġ innittjati jew maħdumin bil-ganċ

6117 80 10 u 6117 80 80

Aċċessorji oħrajn

Ara t-tieni paragrafu (12) tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6117 .

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-bands tar-ras u tal-polz innittjati tat-tip li jużaw l-isportivi rġiel u nisa biex jassorbu l-għaraq u l-earmuffs maħdumin bil-labar, kemm jekk magħqudin flimkien permezz ta’ żigarella kif ukoll jekk ma jkunux.

KAPITOLU 62

OĠĠETTI TA’ LBIES U AĊĊESSORJI TAL-ĦWEJJEĠ, MHUX INNITTJATI JEW MAĦDUMIN BIL-GANĊ

Ġenerali

1. Għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tessili jew aktar fl-intestaturi, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta' din it-taqsima.

2. Għall-klassifikazzjoni ta’ ħwejjeġ offruti għall-bejgħ bl-imnut bħala settijiet, ara n-nota 14 ta' din it-taqsima.

3. Meta parti minn libsa intiera jew tibdila kkoordinata tal-intestaturi 6203 jew 6204 ikollha tirqim jew dekorazzjonijiet applikati li ma jinsabux fuq il-parti jew il-partijiet l-oħrajn tas-sett, dawn il-ħwejjeġ kollha jibqgħu kklassifikati bħala lbies intieri jew tibdiliet ikkoordinati sakemm dan it-tirqim jew dekorazzjonijiet ma jkunux wisq importanti u jinsabu biss f'post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż. fuq l-għonq u mat-truf tal-kmiem jew fuq il-pavri u fuq il-bwiet).

Madankollu, meta dawn id-dekorazzjonijiet ikunu saru fl-insiġ tal-ħwejjeġ, dawn il-ħwejjeġ ma jistgħux jiġu kkassifikati bħala lbiesi intieri jew tibdiliet ikkoordinati ħlief meta d-dekorazzjoni tkun logo jew simbolu simili ieħor.

4. Dan il-kapitolu jinkludi l-oġġetti tal-ilbies industrijali u tax-xogħol li huma msemmijin fis-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda u li minħabba d-dehra ġenerali tagħhom (tifsila jew disinn sempliċi jew speċjali b'rabta mal-funzjoni tal-ilbies) u n-natura tad-drapp tagħhom, li ġeneralment tkun iebsa u ma tinxtorobx, juru b’mod ċar li huma maħsubin biex jintlibsu biss jew prinċipalment biex jagħtu protezzjoni (fiżika jew iġjenika) għal ħwejjeġ oħrajn u/jew għall-persuna waqt attivitajiet industrijali, professjonali jew domestiċi.

Ġeneralment, l-ilbies ta’ dan it-tip ma jkollux dekorazzjoni. Għal dan il-fini, id-deskrizzjonijiet u s-simboli li jirreferu għall-attività li ssir ma jitqisux bħala dekorazzjoni.

L-ilbies ta’ dan it-tip huwa magħmul mill-qoton, minn fibri sintetiċi jew artifiċjali, jew minn taħlita ta’ dawn il-materjali tessili.

Sabiex tiżdied is-saħħa ta' dawn il-ħwejjeġ, iż-żewġ tipi ta’ ħjatat li l-iktar jintużaw fil-manifattura tagħhom huma l-punt katina doppju u t-tixkik.

L-ilbies industrijali jew tax-xogħol normalment jinqafel biż-żippijiet, bil-molol, bil-“velkro” jew jintrabat bil-lazzijiet jew affarijiet simili msallbin jew maqfulin bl-għoqdiet.

L-ilbies ta’ dan it-tip jista’ jinkludi l-bwiet li ġeneralment ikunu mwaħħlin fuq il-wiċċ. Il-bwiet li jkunu mdaħħlin fil-ħjatat tal-ġnub jew f’fetħa għat-tul ġeneralment ikunu tal-istess drapp tal-ilbies u ma jkunux infurrati kif ikunu ta’ ħwejjeġ oħrajn.

Fost l-ilbies industrijali u tax-xogħol jista' jissemma' l-ilbies tal-mekkaniks, tal-ħaddiema tal-fabbriki, tal-bennejja, tal-bdiewa, eċċ., li ġeneralment ikunu ħwejjeġ magħmulin minn żewġ partijiet, overalls, overalls bil-vavalori u biċ-ċingi u qliezet. Għal attivitajiet oħrajn dawn jistgħu jkunu fradal, dust coats, eċċ. (għat-tobba, l-infermieri, is-sefturi, il-barbiera, il-furnara, il-biċċiera, eċċ.)

L-ilbies ta’ daqs kummerċjali ta’ 158 (tul ta’ ġisem = 158 cm) jew aktar biss għandhom jitqiesu bħala lbies industrijali jew tax-xogħol.

L-uniformijiet u l-ilbies uffiċjali simili ieħor (pereżempju l-ilbies tal-imħallfin jew l-ilbies ċerimonjali tal-qassisin) ma jitqisux bħala lbies industrijali jew tax-xogħol.

5. In-nota ta’ spjegazzjoni tal-Kapitolu 61, il-punt 4 tapplika, mutatis mutandis.



6201

Surtù, car coats , kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġgieget tal-iskijar), wind-cheaters , ġgieget għar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, ħlief dawk tal-intestatura 6203

6201 11 00 sa 6201 19 00

Surtù, kapotti għax-xita, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Karatteristika ta’ dawn il-“palitojiet u oġġetti simili” hija li meta jintlibsu jridu jaslu għall-inqas sa nofs il-koxxa.

Ġeneralment, fil-każ ta’ daqsijiet standard (daqsijiet normali) tal-ħwejjeġ tal-irġiel (ħlief tas-subien) dan it-tul minimu, meta jitkejjel, bl-ilbies imqiegħed fuq wiċċ ċatt, mill-iskollatura tal-għonq mar-raqba (is-seba’ vertebra) sat-tarf t'isfel, ikun jikkorrispondi mal-qisien f’ċentimetri fit-tabella t’hawn taħt (ara dijagramma ta’ hawn taħt).

image

Il-qisien mogħtija fit-tabella jirrappreżentaw il-medji li ttieħdu minn firxa ta’ lbies ta' daqsijiet standard (daqsijiet normali) tal-irġiel (ħlief tas-subien) — S (żgħir, daqsijiet żgħar), M (medju, daqsijiet medji) u L (kbir, daqsijiet kbar).

Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard ta’ l-irġiel (ħlief subien)

image

L-ilbies li mhuwiex twil biżżejjed biex jiġi kklassifikat bħala palitojiet jew ilbies simili, minbarra l-ġakkuni (ġakkuni u simili — ara d-definizzjoni hawn taħt) li jidħlu hawn ukoll, iridu jiġu kklassifikati fis-subintestaturi 6201 91 00 sa 6201 99 00 .

Car coats

Il-ġakkuni huma lbies ta’ barra b'tifsila wiesgħa, għandhom kmiem twal u li jintlibsu fuq il-ħwejjeġ l-oħrajn kollha għall-protezzjoni kontra t-temp. Huma aktar formali fl-apparenza mill-parkas u ġeneralment ikunu magħmulin minn drappijiet tat-tessut mhux ħfief (eż. it-twid, id-drapp loden) għajr dawk imsemmijin fl-intestaturi 5602 , 5603 , 5903 , 5906 jew 5907 00 00 . Il-ġakkuni jvarjaw fit-tul mit-tarf ta' fuq il-koxxa sa nofs il-koxxa u jistgħu jinqaflu inkroċjati fuq quddiem jew jinqaflu fin-nofs.

Il-ġakkuni ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— ikunu miftuħin minn fuq s'isfel fuq quddiem, u jingħalqu bil-buttuni u ġieli b’żipp jew bil-molol,

— inforra, li tista’ tinqala’ (li tista’ tkun mimlija u/jew ikkuttunata),

— qatgħa ċentrali fuq wara jew qatgħa waħda ma' kull ġenb.

Karatteristiċi mhux obbligatorji:

— bwiet,

— għonq.

Il-ġakkuni ma jkollhomx il-karatteristiċi li ġejjin:

— barnuża

— kurdiċella jew xi mezz ieħor li jissikka mal-qadd u/jew mat-tarf t'isfel tal-kowt. Madanakollu, dan ma jeskludix li jkun hemm ċinturin ukoll.

L-espressjoni “u oġġetti simili”, safejn din tikkonċerna l-ġakkuni, tinkludi wkoll l-ilbies li jkollu l-istess karatteristiċi tal-ġakkuni iżda li jkollu barnuża.

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-ilbies magħruf bħala “parkas” li huma lbies bi stil li jintgħaraf maħsub biex jipprovdi l-protezzjoni kontra l-kesħa, ir-riħ u x-xita. Dawn huma lbies ta’ barra, bi kmiem twal, u jkollhom tifsila wiesgħa. Il-parkas ta’ dawn is-subintestaturi huma magħmulin minn drappijiet b'nisġa rqiqa differenti minn dawk imsemmijin fl-intestaturi 5903 , 5906 jew 5907 00 00 . Il-parkas ivarjaw fit-tul minn nofs il-koxxa sal-irkoppa.

Il-parkas irid ikollhom ukoll il-karatteristiċi li ġejjin:

— barnuża;

— ikunu miftuħin minn fuq s'isfel fuq quddiem u jingħalqu b'żipp, bil-molol jew bil-velkro, il-fetħa ħafna drabi tkun mgħottija b'patta protettiva;

— inforra li normalment tkun ikkuttunata jew magħmula bid-drapp tal-fer artifiċjali;

— kurdiċella jew mezz ieħor li jissikka mal-qadd, minbarra ċinturin;

— bwiet fuq barra.

6201 91 00 sa 6201 99 00

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-anoraks, il-windcheaters, il-ġkieket għar-riħ u oġġetti simili kif deskritt hawn taħt:

1.  Anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar) u oġġetti simili

L-anoraks huma lbies maħsub biex jagħtu protezzjoni kontra r-riħ, il-kesħa u x-xita. Dawn jista’ jkollhom ħafna karatteristiċi komuni mal-parkas iżda t-tul tagħhom, fost affarijiet oħrajn, huwa differenti. It-tul jista' jasal bejn sew taħt il-qadd sa nofs il-koxxa, iżda ma jasalx aktar 'l isfel minn hekk.

L-anoraks ta’ dawn is-subintestaturi huma magħmulin minn drappijiet b'nisġa rqiqa (għajr dawk imsemmijin fl-intestatura 5903 , 5906 jew 5907 00 00 ).

L-anoraks għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— barnuża (li ġieli tkun tista' tiddaħħal u tinħeba ġol-għonq ta’ dan l-ilbies);

— ikunu miftuħin minn fuq s'isfel fuq quddiem, u jingħalqu b'żipp, bil-molol, jew bil-velkro, il-fetħa ħafna drabi tkun mgħottija b'patta protettiva;

— inforra (li tista’ tkun mimlija jew ikkuttunata);

— kmiem twal.

Apparti dan, l-anoraks normalment ikollhom mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

— kurdiċella jew xi mezz ieħor li jissikka mal-qadd u/jew mat-tarf t'isfel tal-anorak;

— it-truf tal-kmiem issikkatti mal-polz, elastiċizzati jew jissikkaw b'xi mezz ieħor;

— għonq;

— bwiet.

B'rabta mal-anoraks, it-terminu “u oġġetti simili” jinkludi:

(a)  il-ħwejjeġ li għandhom il-karatteristiċi tal-anoraks ħlief għal:

— barnuża, jew

— inforra.

Dan jinkludi wkoll il-ħwejjeġ iddefiniti hawn fuq bħala anoraks li għandhom biss sistema ta’ ftuħ u ta’ qfil fuq quddiem li ma tinżilx tul l-ilbies kollu. Dan ma jinkludix il-ħwejjeġ li la jkollhom barnuża u lanqas inforra.

(b)  il-ħwejjeġ li ma jkollhomx inforra, li jkollhom il-kmiem twal u li jistgħu jkunu jaslu sa taħt il-ġenbejn sew, iżda ma jwasslux aktar 'l isfer minn sa nofs il-koxxa. Dawn ikunu magħmulin minn drappijiet ta’ tessut b'nisġa rqiqa (għajr dawk imsemmijin fl-intestatura 5903 , 5906 jew 5907 00 00 ) u li jkunu trattati biex jagħtu protezzjoni tajba, b'mod partikolari kontra x-xita.

Dawn ikollhom barnuża iżda ġeneralment ma jinfetħux għat-tul kollu fuq quddiem. Fejn ikun hemm biss fetħa parzjali, jista' ma jkollhomx sistema ta' qfil, iżda f’dak il-każ, għandu jkun inkorporat fil-fetħa ġirun protettiv. Normalment mat-truf tal-kmiem u mat-tarf t'isfel tal-ilbies ikollhom il-lastiku mdaħħal fil-keffa jew xi mezz ta’ rbit ieħor.

Il-ħwejjeġ li normalment kienu jkunu koperti mit-terminu “anoraks (inklużi l-ġkieket ta’ l-iskijar) u oġġetti simili” li la jkollhom barnuża u lanqas inforra jistgħu madankollu jkunu koperti mit-terminu “u oġġetti simili” meta dan jintuża f’konnessjoni mal-windcheaters.

2.  Windcheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili

(a)  Il-windcheaters huma maħsubin biex joffru xi ftit protezzjoni kontra t-temp. Fit-tul jaslu sal-ġnub jew ftit iktar 'l isfel. Dawn huma magħmulin minn drappijiet b'nisġa rqiqa. Normalment jilqgħu għax-xita, iżda ma jkollhomx barnuża kif ikollhom l-anoraks.

Il-windcheaters ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— kmiem twal;

— fetħa tul il-quddiem kollu li tinqafel permezz ta’ żipp;

— inforra li ma tkunx ikkuttunata jew mimlija;

— għonq;

— mezz ta’ rbit tal-parti ta’ taħt tal-ilbies (normalment mat-tarf t'isfel).

Apparti dan, it-truf tal-kmiem jistgħu jkunu ssikkati mal-polz, elastiċizzati, jew jissikkaw b'xi mezz ieħor.

(b)  Il-ġkieket għar-riħ (normalment riferuti bħala "blousons") huma ħwejjeġ ta’ barra li jlibbsu l-parti ta’ fuq tal-ġisem. Normalment dawn ikunu wesgħin u joqgogħdu mlaħalħin mal-figura bħall-blouses, ikunu twal sal-qadd jew daqsxejn aktar. Il-kmiem ikunu itwal mill-ġakketta. Id-drappijiet tat-tessut li jkunu magħmulin minnhom m’għandhomx għalfejn ikunu jipproteġu mit-temp.

Il-ġkieket għar-riħ għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— skollatura żgħira, b’għonq jew mingħajru;

— fetħa minn fuq s'isfel jew parzjali fuq quddiem bi kwalunkwe mezz ta' qfil;

— truf tal-kmiem, li normalment li joqogħdu ssikkati mal-polz, elastiċizzati jew jissikkaw b'xi mezz ieħor;

— bil-lastiku mdaħħal fil-keffa jew jissikkaw b'xi mod ieħor fit-tarf t'isfel tal-ġakketta.

Apparti dan il-ġkieket għar-riħ jista’ jkollhom:

— bwiet fuq barra; u/jew

— inforra; u/jew

— barnuża.

B'rabta mal-ġkieket għar-riħ it-terminu “u oġġetti simili” jinkludi ħwejjeġ li għandhom il-karatteristiċi kollha deskritti f’(b) hawn fuq, ħlief waħda minn dawn li ġejjin:

— skollatura li ma tkunx eżatt mad-dawra tal-għonq; jew

— ma jinfeħtux minn quddiem, l-iskollatura tista’ tkun mad-dawra tal-għonq jew ftit ikbar; jew

— fetħa fuq quddiem mingħajr mezz ta' qfil.

Dawn is-subintestaturi jeskludu:

(a)  il-palitojiet, l-inċirati, il-ġakkuni, l-imnatar, il-mantelli u oġġetti simili li jidħu fis-subintestaturi 6201 11 00 sa 6201 19 00 ;

(b)  il-palitojiet, l-inċirati, il-ġakkuni, l-imnatar, il-mantelli u oġġetti simili li jidħu fis-subintestaturi 6202 11 00 sa 6202 19 00 ;

(ċ)  il-ġkieket u l-blejżers li jidħu fis-subintestaturi 6203 31 00 sa 6203 39 90 jew 6204 31 00 sa 6204 39 90 ;

(d)  l-anoraks, il-windcheaters, il-ġkieket li jaslu sal-qadd u oġġetti simili, magħmulin bid-drappijiet tat-tessut tal-intestatura 5903 , 5906 jew 5907 00 00 , jew li magħmulin bi drappijiet mhux minsuġin tal-intestatura 5603 , li jidħlu taħt l-intestatura 6210 .

6202

Surtù, car coats , kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġgieget tal-iskijar), wind-cheaters , ġgieget għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ħlief dawk tal-intestatura 6204

6202 11 00 sa 6202 19 00

Surtù, kapotti għax-xita, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

In-nota ta’ spjegazzjoni għas-subintestaturi 6201 11 00 sa 6201 19 00 tapplika, mutatis mutandis, fejn il-qisien li jikkorrispondu għall-ħwejjeġ tan-nisa (ħlief tal-bniet) huma kif ġejjin:

Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard tan-nisa (ħlief bniet)

 

image

6202 91 00 sa 6202 99 00

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6201 91 00 sa 6201 99 00 tapplika, mutatis mutandis.

6204

Ilbiesi sħaħ, ensembles , ġgieget, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverols bil-vavalor u biċ-ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa ( breeches ) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tan-nisa jew tal-bniet

6204 41 00 sa 6204 49 90

Ilbiesi

In-nota ta’ spjegazzjoni għas-subintestasturi 6104 41 00 sa 6104 49 00 tapplika, mutatis mutandis.

6204 51 00 sa 6204 59 90

Dbielet u dbielet mifrudin

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6104 51 00 sa 6104 59 00 tapplika, mutatis mutandis.

6206

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet

Blouses

Il-blouses tan-nisa jew tal-bniet huma ħwejjeġ ħfief intiżi biex ilibbsu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, b'disinji ornamentali u normalment b'tifsila wiesgħa, jista' jkollhom jew ma jkollhomx għonq u/jew kmiem, jista' jkollhom kull tip ta' skollatura, jew għallinqas ċingi fuq l-ispallejn, jistgħu jkunu jinfetħu jew le. Jista’ jkollhom ukoll tirqim bħal ingravati, ġabotti, imkatar, bizzilla jew rakkmu.

Qomos u kamiċetti

Id-dispożizzjonijiet tan-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 6106 dwar il-qomos u l-kamiċetti tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħdumin bil-ganċ japplikaw, mutatis mutandis, għall-qomos u għall-kamiċetti ta’ din l-intestatura.

Il-ħwejjeġ ta’ din l-intestatura jaslu sa taħt il-qadd, ġeneralment il-blouses ikunu iqsar mill-ħwejjeġ l-oħra msemmijin hawn fuq.

Din l-intestatura ma tinkludix l-ilbies li, minħabba t-tul tiegħu, jidher li hu maħsub biex jintlibes bħala libsa sħiħa.

6207

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, qliezet ta’ taħt, briefs , qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien

6207 21 00 sa 6207 29 00

Qomos tas-sodda u piġami

Dawn is-subintestaturi jinkludu piġami tal-irġiel u tas-subien, għajr dawk innittjati jew maħdumin bil-ganċ, li — mill-apparenza ġenerali tagħhom u min-natura tad-drapp tagħhom — jintgħarfu li huma intiżi biex jintlibsu biss jew prinċipalment bħala ħwejjeġ għas-sodda.

Il-piġami jikkonsistu minn żewġ partijiet, li huma:

— parti intiża biex tintlibes fin-naħa ta’ fuq tal-ġisem, ġeneralment din tkun tip ta’ ġakketta,

— parti li tikkonsisti minn qalziet jew xorz b'tifsila sempliċi, bi ftuħ jew mingħajr fuq quddiem.

Il-partijiet ta’ dawn il-piġami jridu jkunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ tifsila, drapp, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar li jaqblu biex juru b’mod ċar li huma maħsubin biex jintlibsu flimkien minn persuna waħda.

Il-piġami jridu jkunu jintgħarfu li huma komdi biex jintlibsu fis-sodda:

— min-natura tad-drapp,

— mit-tifsila tagħhom li ġeneralment toqgħod wiesgħa, u

— min-nuqqas ta’ karatteristiċi mhux komdi bħal buttuni kbar u goffi u dekorazzjonijiet esaġerati.

Il-ħwejjeġ tas-sodda f’biċċa waħda li tlibbes kemm il-parti ta’ fuq kif ukoll il-parti ta’ isfel tal-ġisem u li tlibbes kull sieq b’mod separat huma kklassifikati fis-subintestaturi 6207 91 00 sa 6207 99 90 .

6208

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, ilbiesi ta’ taħt, dbielet ta’ taħt, briefs , qliezet ta’ taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet

6208 21 00 sa 6208 29 00

Ilbiesi tas-sodda u piġami

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-piġami tan-nisa jew tal-bniet, għajr dawk innittjati jew maħdumin bil-ganċ, li — mill-apparenza ġenerali tagħhom u min-natura tad-drapp —jintgħarfu bħala intiżi biss jew prinċipalment biex jintlibsu fis-sodda.

Il-piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet, li huma:

— parti intiża biex tintlibes fin-naħa ta’ fuq tal-ġisem, ġeneralment tkun tip ta’ ġakketta, jew pullover jew xi ħaġa simili,

— parti li tikkonsisti minn qalziet twil jew xorz b'tifsila sempliċi, bi ftuħ jew mingħajr ftuħ.

Il-partijiet ta’ dawn il-piġami jridu jkunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ tifsila, drapp, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar li jaqblu biex juru b’mod ċar li huma maħsubin biex jintlibsu flimkien minn persuna waħda.

Il-piġami jridu jkunu jintgħarfu li huma komdi biex jintlibsu fis-sodda:

— min-natura tad-drapp,

— mit-tifsila tagħhom li ġeneralment tkun wiesgħa, u

— min-nuqqas ta’ karatteristiċi mhux komdi bħal buttuni kbar u goffi u dekorazzjonijiet esaġerati.

Is-settijiet ta’ ħwejjeġ magħrufin bħala “babydolls” li jikkonsistu minn libsa tas-sodda qasira ħafna u qalziet ta' taħt qasir li jaqblu ukoll jitqiesu bħala piġami.

Il-ħwejjeġ tas-sodda magħmulin f'biċċa waħda li tlibbes kemm il-parti ta’ fuq kif ukoll il-parti ta’ isfel tal-ġisem u li tlibbes kull sieq b’mod separat huma kklassifikati fis-subintestaturi 6208 91 00 sa 6208 99 00 .

6209

Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ tat-trabi

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 6111 tapplika, mutatis mutandis.

6210

Ħwejjeġ, magħmulin minn drappijiet tal-intestaturi 5602 , 5603 , 5903 , 5906 , jew 5907 00 00

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6201 11 00 sa 6201 19 00 u tas-subintestaturi 6202 11 00 sa 6202 19 00 japplikaw mutatis mutandis.

6210 10 92

Ilbiesi li jintużaw darba tat-tip użat minn pazjenti jew kirurgi waqt proċeduri ta' kirurġija
Il-ġagagi tal-pazjenti u dawk kirurġiċi huma prodotti li jintużaw darba biss li normalment jingħalqu fuq wara, u li jintużaw fl-istituzzjonijiet għall-kura tas-saħħa. Il-ġagagi jintużaw biex jiġi evitat it-trasferiment ta' aġenti li huma potenzjalment infettivi (fix-xott, fl-umdu jew li jkunu fl-ajra) permezz tal-kuntatt dirett mit-tim kirurġiku lill-pazjent u viċeversa. Il-ġagagi normalment ikunu magħmulin minn ħafna saffi ta' drappijiet mhux minsuġin u jistgħu jkunu parzjalment laminati b'rita tal-plastik biex tipprovdi aktar saħħa u protezzjoni fil-partijiet li x'aktarx ikunu esposti għall-fluwidi tal-ġisem (pereżempju n-naħa ta' isfel tad-dirgħajn u l-addome). Il-drapp tal-ġagagi kirurġiċi jistgħu jkun imxappap biex jimtela' bil-fluworokarburi jew bis-siliċju biex jtejbulhom l-impermeabbiltà. image

6211

Tracksuits , ilbiesi ta’ skijar u malji tal-għawm; ħwejjeġ oħrajn

6211 11 00 u 6211 12 00

Malji tal-għawm

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6211 , l-ewwel paragrafu.

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6112 31 10 sa 6112 39 90 tapplika, mutatis mutandis.

6211 32 31

B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku

Biex tintuża din is-subintestatura, il-komponenti differenti ta’ tracksuit waħda jridu jkunu magħmulin minn drapp tal-istess kostruzzjoni, stil, kulur u komposizzjoni; iridu jkunu wkoll ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel.

Meta jkun hemm tirqim jew dekorazzjonijiet fuq parti minn tracksuit li ma jinsabux fuq il-parti l-oħra, dawn il-ħwejjeġ xorta jibqgħu kklassifikati taħt din is-subintestatura sakemm it-tirqim jew id-dekorazzjonijiet ma jkunux wisq importanti u jkunu jinsabu biss post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż. fuq l-għonq u fuq it-truf tal-kmiem).

Madankollu, meta dan it-tirqim jew id-dekorazzjonijiet ikunu saru fl-insiġ tal-ħwejjeġ, il-ħwejjeġ ma jistgħux jiġu kklassifikati f'din is-subintestatura, ħlief meta d-dekorazzjoni tkun logo jew simbolu simili.

6211 32 41 u 6211 32 42

Oħrajn

Għall-finijiet ta’ dawn is-subintestaturi, il-partijiet komponenti ta’ fuq u ta’ isfel ta’ tracksuit iridu jinħarġu għall-bejgħ flimkien.

6211 33 31

B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6211 32 31 .

6211 33 41 u 6211 33 42

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6211 32 41 u 6211 32 42 .

6211 42 31

B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6211 32 31 .

6211 42 41 u 6211 42 42

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6211 32 41 u 6211 32 42 .

6211 43 31

B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6211 32 31 .

6211 43 41 u 6211 43 42

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6211 32 41 u 6211 32 42

6212

Riċipettijiet, ċinet, kurpetti, ċingi, suspenders , takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, innittjati jew maħdumin bil-ganċ jew le

6212 20 00

Ċinet u ċinet tal-qliezet ta’ taħt

Din is-subintestatura tkopri l-panċieri, ikunu jew ma jkunux innittjati jew maħdumin bil-ganċ, imfasslin fil-forma ta’ qliezet ta' taħt bil-qliezi jew mingħajrhom, inkella fil-forma ta' qliezet ta' taħt li jaslu sal-qadd bil-qliezi jew mingħajrhom.

Irid ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)  joqogħdu nkaxxati mal-qadd u mal-ġnub u fil-ġnub ikollhom il-verez għoljin 8 cm jew aktar (imkejlin mill-isbokkatura tar-riġel sal-qadd),

(b)  ikunu jiġġebbdu fit-tul, iżda ma jiġġebbdux daqstant fil-wisgħa. Huma aċċettabbli affarijiet li jiddaħħlu għar-rinforz, jew fursetta fuq iż-żaqq, anke jekk dawn ikollhom il-bizzilla, żigarelli, tirqim u affarjiiet simili sakemm l-elastiċità tibqa’ vertikali,

(ċ)  ikunu magħmulin mill-materjali tessili li ġejjin:

— amalgami ta’ qoton li jkun fihom mill-inqas 15 % raden elastomeriku, jew

— amalgami ta’ fibri sintetiċi jew artifiċjali li jkun fihom mill-inqas 10 % raden, jew

— amalgami ta’ qoton (mhux aktar minn 50 %) bi proporzjon kbir ta’ fibri sintetiċi jew artifiċjali li jkun fihom mill-inqas 10 % raden elastomeriku.

6217

Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ manifatturati; biċċiet ta’ lbies jew ta’ aċċessorji ta’ lbies, ħlief dawk tal-intestatura 6212

6217 10 00

Aċċessorji

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6117 80 10 u 6117 80 80 applika, mutatis mutandis.

KAPITOLU 63

OĠĠETTI OĦRAJN MANIFATTURATI TA’ TESSUTI; SETTIJIET; ĦWEJJEĠ LI JINTLIBSU U OĠĠETTI TA’ TESSUTI LI JINTLIBSU; ĊRARET

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni, fl-intestaturi, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tessili jew aktar, ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta’ din it-taqsima.



I. OĠĠETTI OĦRAJN MANIFATTURATI TA’ TESSUTI

6305

Xkejjer u boroż, ta’ tip użati għall-ippakkjar ta’ oġġetti

Xi xkejjer u boroż magħmulin minn materjal tessili, pereżempju, huma kklassifikati taħt l-intestaturi 4202 u 6307 . L-ixkejjer u l-boroż li jidħlu taħt l-intestatura 4819 meta jkunu magħmulin mill-karta jidħlu taħt din l-intestatura meta jkunu magħmulin mir-raden minsuġ tal-karta.

L-ixkejjer magħmulin minn materjal tessili miksi bil-karta ġeneralment jiġu kklassifikati taħt din l-intestatura, filwaqt li l-ixkejjer tal-karti miksijin bil-materjl tessili jidħlu taħt is-subintestatura 4819 40 00 .

6305 10 10

Użati

Din is-subintestatura tkopri biss l-oġġetti li jkunu ntużaw għallinqas darba għat-trasport ta’ oġġetti u li għandhom traċċi ċari ta’ dan l-użu, pereżempju, traċċi tal-prodott li kellhom fihom, ħmieġ, tbajja’, toqob, tqattigħ, marki ta’ tiswija, il-ħjatat imġebbdin, traċċi ta’ qfiel jew ta’ ħjata mal-fetħa.

6306

Tarpolini, tined għad-dgħajjes ( awnings ) u lqugħ mix-xemx; tined; qlugħ għal dgħajjes, sailboards jew inġenji tal-art; oġġetti għal ikkampjar

6306 90 00

Oħrajn
Din is-subintestatura tinkludi l-oġġetti għall-ikkampjar bħal siġġijiet tat-tessut li jintnefħu, pultruni tat-tessut li jintnefħu u oġġetti simili li huma ġeneralment iddisinjati biex jinġarru u jittieħdu f’postijiet differenti (pereżempju, postijiet għall-ikkampjar, fejn il-baħar, eċċ.) u maħsuba għal użu temporanju f’dawk il-postijiet. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tagħhom dawn il-prodotti li jintnefħu jiġu ttrasportati faċilment, għax huma ħfief u wkoll jintramaw u jiġu stivati faċilment u malajr.
Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-Kapitolu 94 tan-NM, Ġenerali.
Eżempji ta’ wħud minn dawn l-oġġetti li jintnefħu: image image image

6307

Oġġetti oħrajn manifatturati, inklużi mudelli ta’ ilbies

6307 90 92

Ilbiesi li jintużaw darba magħmulin minn drappijiet tal-intestatura 5603 , tat-tip użat waqt proċeduri ta' kirurġija

Din is-subintestatura tinkludi l-lożor kirurġiċi li jintużaw darba maħsubin b’mod speċifiku biex jintużaw waqt l-operazzjonijiet kirurġiċi, biex jiġi evitat it-trasferiment ta’ aġenti li jkunu potenzjalment infettivi (fix-xott, fl-umdu jew li jkunu fl-ajra) permezz tal-kuntatt dirett mit-tim kirurġiku lill-pazjent u viċeversa. Il-lożor kirurġiċi normalment jikkonsistu minn bosta saffi ta’ drappijiet mhux minsuġin, u l-preparazzjoni tagħhom hija t-tikfif.

Il-lożor kirurġiċi jintużaw biex jipprovdu żona ta’ ħidma madwar il-pazjent li tkun nadifa mikrobijoloġikament. Il-lożor kirurġiċi jistgħu jimtlew bil-fluworokarburi jew bis-siliċju li jtejbu l-impermeabbiltà. Jistgħu jkunu parzjalment laminati b’rita tal-plastik biex tipprovdi aktar saħħa u protezzjoni fil-partijiet li x’aktarx ikunu esposti għall-fluwidi tal-ġisem. Barra minn hekk, jistgħu jitgħattew b’saff ta’ tessut tal-karti għal aktar kumdità fil-kuntatt mal-ġilda tal-pazjent. Il-lożor li jintużaw fuq il-pazjenti jistgħu jkollhom fetħiet jew aperturi apposta biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-pazjent.

Din is-subintestatura ma tinkludix:

— il-lożor li jkunu mxappa f’sustanzi farmaċewtiċi jew miksija b’sustanzi farmaċewtiċi jew jiġu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut għal finijiet mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji (l-intestatura 3005 ), u

— il-prodotti li jkollhomhom il-karatteristiki ċari ta’ bjankerija tat-twaletta (pereżempju xugamani tal-idejn u tal-wiċċ, face cloths) jew bjankerija tal-kċina bħal srievet jew srievet tal-ħġieġ (l-intestatura 6302 ).

6307 90 98

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  l-għatagħall-parti ta’ fuq tar-rakketti tat-tenis, ir-rakketti tal-badminton, il-mazez tal-golf, eċċ., meta jkunu magħmulin minn drapp tat-tessut (normalment miksijin bil-plastik) kemm meta jkollhom il-bwiet fejn jinżammu l-blalen kif ukoll meta ma jkollomx. Iżda huma esklużi l-għata li jiksu l-pala kollha, ikollhom jew ma jkollhomx manku jew ċinga biex jiddendlu mal-ispalla, (l-intestatura 4202 );

2.  it-turbani li jikkonsistu minn tul ta’ drapp minsuġ bid-disinji (normalment dan ikun qoton jew taħlita ta’ qoton u ħarir) bejn 4 u 5 m twil u madwar 50 cm wiesa’. It-turbani jkollhom keffa fuq kull xifer, ġieli jkollhom frenża mat-truf, u normalment ikunu ppreżentati għall-bejgħ b’mod individwali mitwijin u ppakkjati.

TAQSIMA XII

ILBIES GĦAR-RIĠLEJN, ILBIES GĦAR-RAS, UMBRELEL, UMBRELEL TAX-XEMX, BSATEN GĦALL-MIXI, BSATEN-SIĠĠU, SWAT, FROSTI U PARTIJIET TAGĦHOM; RIX IPPREPARAT U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNU; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI TA’ XAGĦAR UMAN

KAPITOLU 64

XEDD IS-SAQAJN, GETTI U BĦALHOM; PARTIJIET TA’ DAWN L-OĠĠETTI

Ġenerali

1. Għad-definizzjoni tat-termini “pettijiet ta’ barra” u “uċuħ” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, -il-partijiet (C) u (D).

Barra minn hekk, għal “uċuħ” li jikkonsistu minn żewġ materjali jew aktar (in-nota 4 (a) u nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 64), dan li ġej japplika:

(a) Il-“wiċċ” huwa l-parti tax-xedd is-saqajn li tgħatti l-ġnub u l-parti ta’ fuq tas-sieq u tista’ wkoll jgħatti r-riġel. Hija testendi 'l isfel u tkun imwaħħla mal-pett. Tista’ wkoll tidħol fil-pett.

Il-materjali kostitwenti tal-wiċċ huma materjali li s-superfiċje tagħhom tkun parzjalment jew totalment esposta għas-superfiċje ta’ barra ta' xedd is-saqajn. Għalhekk, inforra mhijiex wiċċ. Il-materjali tal-wiċċ ikunu mwaħħlin ma’ xulxin.

Wara t-tneħħija tal-aċċessorji u r-rinforzi, fil-kalkolu tal-erja tas-superfiċje totali tal-materjali li jiffurmaw il-wiċċ, ma għandhomx jitqiesu l-partijiet li jkunu jinsabu taħt sezzjonijiet li jirkbu fuq xulxin fejn il-materjali jkunu twaħħlu ma’ xulxin.

image

Pereżempju, il-materjal tal-ġilda (A), il-materjal tessili (B), l-erja (C) hija parti mill-materjal tessili (B) li jinsab taħt il-materjal tal-ġilda (A) li jirkeb fuqu. M’għandhiex titqies l-erja tat-tessut (C) fil-kalkolu tal-erja tas-superfiċje totali tal-materjali li jiffurmaw il-wiċċ.

M’għandhom jitqiesu l-ebda sistemi ta’ qfil, eż. lazzijiet, strixxi bil-qafla tat-tip velkro eċċ. (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, (D), l-aħħar paragrafu).

(b) L-“inforra” tista’ tkun magħmula minn kwalunkwe materjal. Tista’ tikkonsisti f’materjal wieħed jew aktar. L-inforra tkun f’kuntatt mas-sieq u sservi ta' kuxxin, protezzjoni jew sempliċiment ta' dekorazzjoni. L-inforra ma tkunx esposta għas-superfiċje ta’ barra ta' xedd is-saqajn, bl-eċċezzjoni ta’ kkuttunar pereżempju madwar l-għonq.

(ċ) “Aċċessorji” u “rinforzi” huma ddefiniti fin-nota 4 (a) tal-kapitolu 64 u fin-nota addizzjonali 1 tal-kapitolu 64 u fin-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-Kapitolu, (D), l-aħħar paragrafu.

L-aċċessorji ġeneralment ikollhom funzjoni ornamentali u r-rinforzi jkollhom funzjoni ta' protezzjoni jew ta' tisħiħ. Peress li r-rinforzi huma żidiet mal-wiċċ li jkollhom l-għan li jagħtu saħħa addizzjonali, huma jitwaħħlu mas-superfiċje ta' barra tal-wiċċ u mhux sempliċiment mal-inforra. Madankollu, parti mill-inforra tista' tkun tidher taħt ir-rinforz, sakemm dan ma jnaqqasx mill-funzjoni ta' tisħiħ tar-rinforz. Apparti milli jkunu imwaħħlin mal-wiċċ, ir-rinforzi jew l-aċċessorji jistgħu wkoll ikunu mwaħħlin mal-pett jew ikunu jidħlu fih. Materjal ma jitqiesx bħala aċċessorju jew rinforz iżda bħala parti mill-wiċċ, sakemm il-metodu kif il-materjali jiġu assemblati minn taħt ma jkunx wieħed permanenti (eżempju ta’ metodu permanenti ta’ assemblaġġ hija ħjata li tgħaqqad il-materjali).

Skont it-tifsira tan-nota 4 (a) logos jew maskaretti jistgħu wkoll ikunu “żidiet simili”.

Sabiex jiġi ddeterminat il-materjal tal-“wiċċ”, l-ilsien li jkun parzjalment jew kompletament mgħotti (ilsien ta’ ġewwa) ma jitqiesx.

Ara d-dijagramma hawn taħt, bil-linja miksura li tindika l-ilsien ta’ ġewwa.

image

Id-dijagrammi u t-test hawn taħt jagħtu eżempju ta’ kif għandu jiġi ddeterminat il-materjal tal-“wiċċ”:

image

image

Iż-żarbun fid-dijagrammi t’hawn fuq huwa żarbun tal-ġilda u t-tessut. Sabiex jiġi stabbilit il-materjal tal-“wiċċ” skont it-tifsira tal-kapitolu 64 u sabiex ikunu eliminati l-“aċċessorji” u r-“rinforzi”, għandhom jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

1 u 2. It-tneħħija tal-maskaretta tal-ġilda (1) u tal-wiċċ ta' ġewwa (2) żvelat taħthom materjal tessili (li mhuwiex inforra jew materjal). Minħabba li s-sezzjonijiet tal-ġilda (1) u (2) għandhom funzjoni protettiva, huma jitqiesu bħala rinforzi. Minħabba li l-materjal tessili ta’ taħt is-sezzjonijiet tal-ġilda (1) u (2) huwa parzjalment espost fis-superfiċje, il-materjal tessili għandu jitqies bħala parti mill-wiċċ.

3. It-tneħħija tat-taqsima tal-ġilda (3) żvelat żona tat-tessut (immarkata A fid-dijagramma) u żona ta’ materjal li jinforra li jinsabu taħt it-taqsima 3. Peress li t-tessut ma jestendix taħt it-tul kollu tat-taqsima (3) u, peress li l-inforra ma titqiesx bħala wiċċ, u, peress li prinċipalment hemm materjal li jinforra taħt il-ġilda, il-parti tal-ġilda ma tirrifforza ebda materjal minn tal-wiċċ, u għalhekk, trid titqies bħala parti mill-wiċċ.

4. It-taqsima tal-ġilda (4) ġiet meħjuta fuq taqsima tat-tessut, u tirkeb ukoll it-taqsima tal-ġilda (3) (A). Minħabba li hemm materjal tessili parzjalment espost taħt it-taqsima (4) u taqsima tal-ġilda parzjalment esposta (3) taħt il-biċċa li tirkeb (A), u, peress li t-taqsima tal-ġilda (4) qiegħda tirrinforza l-ġenb tal-wiċċ, it-taqsima (4) titqies bħala rinforz. Għalhekk, it-taqsima tal-ġilda (3) u l-materjal tessili ta' taħt it-taqsima (4) bl-eċċezzjoni tal-erja tat-tessut taħt it-taqsima (3) għandhom jitqiesu bħala partijiet mill-wiċċ.

5. It-tneħħija ta’ din it-taqsima tal-ġilda (5) żvelat taħtha materjal tessili parzjalment espost. Peress li t-taqsima tal-ġilda (5) qiegħda tirrinforza il-parti ta’ fuq tat-takkuna, u, minħabba li hemm materjal tessili parzjalment espost taħtha, il-ġilda titqies bħala rinforz.

6. It-tneħħija tal-fursetta tat-takkuna tal-ġilda (6) żvelat erja ta’ materjal li jinforra u materjal tessili parzjalment espost. Peress li t-tessut ma jestendix taħt it-tul kollu tal-ġilda, il-fursetta tat-takkuna tal-ġilda (6) m’għandha l-ebda funzjoni li tirrinforza l-materjal tal-wiċċ u, għalhekk, il-fursetta titqies bħala parti mill-wiċċ (u mhux bħala rinforz).

7. It-tneħħija ta’ din it-taqsima tal-ġilda (7) żvelat taħtha materjal tessili parzjalment espost. Peress li t-taqsima tal-ġilda (7) qiegħda tkompli tirrinforza l-ġenb tal-wiċċ, il-ġilda titqies bħala rinforz.

8. It-tneħħija tal-lowgo tal-ġilda (8) żvelat taħtha materjal tessili parzjalment espost. Għaldaqstant u minħabba li lowgo huwa “żieda simili” skont it-tifsira tan-nota 4(a) tal-Kapitolu 64, dan mhuwiex parti mill-wiċċ.

Wara li jkunu kkalkolati l-perċentwali tas-sezzjonijiet tal-ġilda u l-perċentwali tal-erji tat-tessut li jkunu ġew identifikati bħala partijiet mill-wiċċ, it-tessut jippredomina (70 % materjal tessili). Iż-żarbun għalhekk għandu jiġi kklassifikat bħala xedd is-saqajn bil-wiċċ magħmul minn materjali tessili.

2. It-terminu “lastiku” huwa ddefinit fin-nota 1 tal-Kapitolu 40 għall-finijiet tan-Nomenklatura Magħquda; in-nota 3(a) ta' dan il-Kapitolu twessgħa l-portata tagħha għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

3. It-terminu “plastik” huwa ddefinit fin-nota 1 tal-Kapitolu 39 għall-finijiet tan-Nomenkatura Magħquda; in-nota 3(a) ta' dan il-Kapitolu twessgħa l-portata tagħha għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

4. It-terminu “ġilda” huwa ddefinit fin-nota 3(b) tal-Kapitolu 64 għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

5. It-terminu “materjali tessili” huwa ddefinit fin-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-Kapitolu, (E) u (F). Għaldaqstant il-fibri (bħal, pereżempju it-troffa tat-tessut), raden, tessuti, feltru, drappijiet mhux minsuġin, spag, ċwiemi, ħbula, kejbils, eċċ., kif iddefiniti fil-Kapitoli 50 sa 60, huma “materjali tessili” fis-sens tal-Kapitolu 64. Għal dak li għandu x'jaqsam mat-tessuti koperti mill-Kapitolu 59, japplikaw biss in-noti tal-Kapitolu 59 soġġetti għad-dispożizzjonijiet tan-nota 3 (a) tal-Kapitolu 64.



6402

Xedd is saqajn ieħor b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastik

6402 12 10 sa 6402 19 00

Xedd is-saqajn tal-isports

Ara nota 1 tas-subintestatura ta' dan il-kapitolu.

6402 12 10 u 6402 12 90

Stvali għall-iskijar, ixedd is-saqajn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ

Dawn is-subintestaturi jkopru stvali u xedd is-saqajn użati għal kull tip ta’ skijjar.

6402 19 00

Oħrajn

In-nota tas-subintestatura 1(a) ta' dan il-kapitolu tkopri biss xedd is-saqajn magħmul għal attività sportiva speċifika fejn iż-żidiet fissi jew li jistgħu jinqalgħu, kif elenkati fin-nota tas-subintestatura, jagħmluha diffiċli biex dawn iż-żraben jintużaw għal kwalunkwe skop ieħor, partikolarment għall-mixi fuq toroq bl-asfalt, minħabba l-għoli jew l-għebusija jew il-potenzjal ta' żliq eċċ. taż-żidiet.

6402 20 00

Xedd is-saqajn b’uċuħ ta’ ċineg jew strixxi mmuntati mal-qiegħ permezz ta’ tappijiet

Għall-applikazzjoni ta’ din is-subintestatura mhuwiex meħtieġ li t-tappijiet ikunu viżibbli fuq il-pett ta’ barra, li jkun f’kuntatt mal-art; dawn jistgħu jkunu mwaħħlin mal-pett ta’ ġewwa u/jew tan-nofs. Partijiet tal-ġnub li jitilgħu mill-pett ma jitqisux bħala parti mill-pett.

6402 99 31 u 6402 99 39

Xedd is-saqajn b'maskaretta magħmula miċ-ċineg jew li jkollu biċċa waħda jew diversi biċċiet maqtugħin barra

Il-wiċċ ta' ġewwa għandu jitqies bħala parti mill-wiċċ li jkopri l-parti ta’ quddiem tas-sieq.

6402 99 31

Bit-takkuna, bil-pett inkluż, li tkun ogħla minn 3 cm

Għall-finijiet ta' din is-subintestatura, huwa irrelevanti jekk it-takkuna tkunx tista' tingħaraf mill-pett jew jekk it-takkuna tkunx parti indistingwibbli mill-pett (eż. fil-każ ta' pett ta' żarbun tal-weġis, jew ta' żarbun fuq pjattaforma).

Id-dijagrammi hawn taħt jagħtu eżempju ta' kif għandu jsir il-kejl:

A huwa l-punt fejn jibda l-wiċċ

B > 3 cm

 

image

 

image

 

image

 

image

6403

Xedd is-saqajn b’qigħan ta’ barra tal-lastiku, plastik, ġilda jew imitazzjoni ta’ ġilda u b’uċuħ tal-ġilda

“Ġilda” titqies li tfisser biss ġlud tal-intestaturi 4107 u 4112 sa 4114 (ara n-nota 3 (b) ta' dan il-kapitolu). Għalhekk, ix-xedd is-saqajn bil-wiċċ tal-fer jew bil-wiċċ tal-ġilda rikostitwita, pereżempju, huwa eskluż minn din l-intestatura u kklassifikat fl-intestatura 6405 .

6403 12 00 u 6403 19 00

Xedd is-saqajn tal-isports

Ara n-nota 1 tas-subintestatura ta' dan il-kapitolu.

6403 12 00

Stvali tal-iskijjar, xedd is-saqajn tal-iskijjar cross-country u stvali tas-snowboarding

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6402 12 10 u 6402 12 90 .

6403 19 00

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6402 19 00 .

6403 59 11 sa 6403 59 39

Xedd is-saqajn b'maskaretta magħmula miċ-ċineg jew li jkollu biċċa waħda jew diversi biċċiet maqtugħin barra

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6402 99 31 u 6402 99 39 .

6403 59 11

Bit-takkuna, bil-pett inkluż, li tkun ogħla minn 3 cm

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6402 99 31 tapplika, mutatis mutandis.

6403 99 11 sa 6403 99 38

Xedd is-saqajn b'maskaretta magħmula miċ-ċineg jew li jkollu biċċa waħda jew diversi biċċiet maqtugħin barra

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6402 99 31 u 6402 99 39 .

6403 99 11

Bit-takkuna, bil-pett inkluż, li tkun ogħla minn 3 cm

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6402 99 31 tapplika, mutatis mutandis.

6404

Xedd is-saqajn b’qigħan ta’ barra tal-lastiku, plastik, ġilda jew imitazzjoni ta’ ġilda u b’uċuħ ta’ materjali ta’ tessuti

6404 11 00

Ilbies tal-isport għar-riġlejn; żraben tat-tennis, żraben tal-baskitbol, żraben talġinnasju, żraben tat-taħriġ u bħalhom

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, it-terminu “xedd is-saqajn tal-isports” għandu jitqies li jfisser ix-xedd is-saqajn kollu li jissodisfa l-kundizzjonijiet li jinsabu fin-nota 1 tas-subintestatura ta' dan il-kapitolu.

In-nota tas-subintestatura 1(a) ta' dan il-kapitolu tkopri biss xedd is-saqajn magħmul għal attività sportiva speċifika fejn iż-żidiet fissi jew li jistgħu jinqalgħu, kif elenkati fin-nota tas-subintestatura, jagħmluha diffiċli biex dawn iż-żraben jintużaw għal kwalunkwe skop ieħor, partikolarment għall-mixi fuq toroq bl-asfalt, minħabba l-għoli jew l-għebusija jew il-potenzjal ta' żliq eċċ. taż-żidiet.

It-terminu “żraben tat-tennis, żraben tal-basketball, żraben tal-ġinnastika, żraben tat-training u bħalhom” ta’ din is-subintestatura jkopri żraben li, mill-għamla, il-qatgħa u d-dehra tagħhom, jidher li huma maħsuba għal attività sportiva, bħal pereżempju għas-sailing, l-isquash, it-table tennis u l-volleyball. Madankollu, xedd is-saqajn li jintlibes prinċipalment jew esklussivament għal pereżempju, sailing b'kenura f'ilma baxx, mixi, trekking, hinking u l-alpiniżmu, huwa eskluż.

Dawn iż-żraben kollha jkollhom pett ta’ barra li ma jiżloqx u mezz ta’ qfil li jagħti stabbiltà lis-sieq fiż-żarbun (pereżempju, lazzijiet, sistemi ta' qfil li jeħlu waħidhom).

Kostitwenti minuri, pereżempju strixxi dekorattivi jew ħjata tikketti (anki jekk meħjutin fuqhom), rakkmu u lazzijiet ipprintjati jew ikkuluriti, ma jeskludux il-klassifikazzjoni ta’ dawn iż-żraben f'din is-subintestatura.

Din is-subintestatura tista' wkoll tkopri żraben li minħabba d-daqs tagħhom huma maħsuba biex jintlibsu minn tfal u nies ta' età żgħira.

6406

Partijiet ta’ lbies ieħor għar-riġlejn (inklużi uċuħ imwaħħlin jew le mal-qigħan ħlief qigħan ta’ barra); qigħan ta’ ġewwa li jistgħu jinqalgħu, kuxxini tal-għarqbejn u oġġetti simili; getti, għata tal-pexxun ( leggings ) u oġġetti bħalhom, u partijiet tagħhom

Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ta’ xedd is-saqajn inklużi f’din l-intestatura huma msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6406 . Din l-intestatura tinkludi pettijiet tal-injam għal sandlijiet (“health sandals” u oħrajn), mingħajr uċuħ u mingħajr strixxi, lazzijiet jew ċineg.

Ara n-nota 2 ta' dan il-kapitolu għal lista tal-oġġetti li ma għandhomx jitqiesu bħala partijiet ta’ xedd is-saqajn skont it-tifsira ta’ din l-intestatura.

Partijiet ta’ xedd is-saqajn jistgħu jkunu ta’ kwalunkwe materjal ħlief l-asbestos, u jistgħu jinkludu l-metall.

6406 90 30

Immuntaturi ta’ uċuħ imwaħħlin ma’ qigħan ta’ ġewwa jew ma’ komponenti ta’ qigħan ta’ barra, iżda mingħajr qigħan ta’ barra

Din is-subintestatura tkopri oġġetti li jkunu għadhom ma jikkostitwixxux xedd is-saqajn u tikkonsisti f’uċuħ ta’ xedd is-saqajn u f'komponent wieħed jew aktar tal-pett (speċjalment il-pett ta’ ġewwa), iżda li jkun għad m’għandhomx (tieni) pett ta’ barra.

KAPITOLU 65

ILBIES GĦAR-RAS U PARTIJIET TIEGĦU



6504 00 00

Kpiepel u ilbies ieħor tar-ras, tat-tibna jew magħmulin bl-immuntar ta’ strixxi ta’ xi materjal, inforrati jew mirqumin jew le

It-terminu “kpiepel u xedd ir-ras ieħor, inforrati u mirqumin” għandu jitqies li jkopri dawk il-kpiepel u dak ix-xedd ir-ras li jkunu kompletament jew parzjalment inforrati, kemm jekk dik l-inforra jew it-tirqim ikunu tal-istess materjal bħal xedd ir-ras u kemm jekk le.

Dawn li ġejjin, pereżempju, jitqiesu bħala tirqim: inforra, bands tar-ras (tal-ġilda jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor), strixxi tal-borduri, strixxi tal-kpiepel, orlaturi, bokkli, buttuni, cabochons, beġġijiet, rix, ħjata ornamentali, fjuri artifiċjali, bizzilla, ċfuf ta’ drapp minsuġ jew taż-żigarella, eċċ.

6505 00

Kpiepel u ilbies ieħor għar-ras, maħdumin bil-labar ( knitted ) jew bil-ganċ (crocheted), jew magħmulin minn bizzilla, feltru jew drapp ieħor ta’ tessuti, bil-biċċa (iżda mhux fi strixxi), inforrati jew mirqumin jew le; xbieki għax-xagħar ta’ kull materjal, inforrati jew mirqumin jew le

Għall-klassifikazzjoni tat-turbani ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6307 90 98 .

6505 00 10

Tal-feltru tal-fer jew tal-feltru tas-suf u fer, magħmul mill-qofsa tal-kpiepel, barnużi jew plateaux tas-subintestatura 6501 00 00

“Feltru tal-fer” tfisser feltru magħmul mill-fer tal-fenek, liebru, far tal-misk tal-ilma, kastur tal-għadajjar, kastur, lontra u ferijiet simili ta’ tul qasir.

“Feltru tas-suf u fer” jista’ jkun magħmul minn taħlita mill-qrib ta’ suf u fer, fi kwalunkwe proporzjon, jew minn kombinazzjoni mod'ieħor ta’ dawn iż-żewġ prodotti (pereżempju, feltru tas-suf miksi bi strat tal-fer).

Feltri tal-fer u feltri tas-suf u tal-fer jista’ jkun fihom ukoll fibri oħrajn (pereżempju, fibri tat-tessuti sintetiċi jew riġenerati).

6505 00 30 u 6505 00 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu oġġetti tal-feltru tas-suf, kemm jekk ikunu miżjuda fibri u kemm jekk le (pereżempju, fibri tat-tessuti sintetiċi jew riġenerati), iżda oġġetti magħmulin minn feltru tas-suf u tal-fer jaqgħu taħt is-subintestatura 6505 00 10 .

“Feltru tas-suf” tfisser feltru magħmul mis-suf jew minn fer li jkollu ċertu xebh mas-suf (pereżempju, xagħar tal-vajguna, il-ġemel, l-għoġol, il-baqra, eċċ.).

6506

Ilbies ieħor għar-ras, inforrat jew mirqum jew le

6506 99 10

Tal-feltru tal-fer jew tal-feltru tas-suf u fer, magħmul mill-qofsa tal-kpiepel, barnużi jew plateaux tas-subintestatura 6501 00 00

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6505 00 10 tapplika, mutatis mutandis.

6506 99 90

Oħrajn

Ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6505 00 30 u 6505 00 90 .

6507 00 00

Strixxi għar-ras ( headbands ), inforor, għata, bażijiet ta’ kpiepel, frejms ta’ kpiepel, pizzijiet u ċineġ tal-ilħit, għal ilbies għar-ras

Din l-intestatura ma tinkludix bands tar-ras innitjati tat-tip użat minn nies sportivi biex jassorbu l-għaraq (subintestaturi 6117 80 10 u 6117 80 80 ).

KAPITOLU 66

UMBRELEL, UMBRELEL TAX-XEMX, BSATEN GĦALL-MIXI, BSATEN-SIĠĠU, SWAT, FROSTI U PARTIJIET TAGĦHOM



Nota 1 (c)

Umbrelel u umbrelel tax-xemx intiżi bħala ġugarelli s-soltu jintgħarfu mill-umbrelel u l-umbrelel tax-xemx ta’ dan il-kapitolu mill-materjal li jkunu magħmulin minnu, mill-kwalità tagħhhom, li s-soltu tkun anqas raffinata, mid-daqs żgħir tagħhom u mill-fatt li ma jistgħux jintużaw b’mod effettiv bħala protezzjoni mix-xita jew mix-xemx (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9503 , (D), l-aħħar paragrafu). Mingħajr preġudizzju għal dawn il-kriterji, it-tul tal-lasti tal-umbrelel u tal-umbrelel tax-xemx intiżi bħala ġugarelli rari jaqbeż il-25 ċm.



6601

Umbrelel u umbrelel tax-xemx (inklużi bsaten umbrelel, umbrelel għal ġonna u umbrelel simili)

Safejn id-distinzjoni bejn l-oġġetti ta’ din is-subintestatura u dawk li huma intiżi bħala ġugarelli hija kkonċernata, ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nota 1(c) ta' dan il-kapitolu.

Din l-intestatura tinkludi wkoll:

1.  umbrelel u umbrelel tax-xemx ta’ daqs żgħir li huma attwalment intiżi biex jipproteġu t-tfal mix-xemx jew mix-xita;

2.  umbrelel tax-xemx ta’ żgħar iddisinjati biex ikunu mwaħħlin ma’ prammijiet għall-protezzjoni mix-xemx.

Umbrelel u umbrelel tax-xemx li, min-natura tal-materjali użati fil-manifattura tagħhhom, jistgħu jintużaw biss bħala oġġetti tal-karnival huma esklużi minn din l-intestatura u huma klassifikati fl-intestatura 9505 .

6601 10 00

Umbrelel għal ġonna jew umbrelel simili

Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 6601 10 .

6603

Partijiet, ornamenti u aċċessorji ta’ oġġetti tal-intestatura 6601 jew 6602

6603 20 00

Qofsa ta’ umbrelel, inklużi qofsa mmuntati fuq qasab (bsaten)

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  oqfsa mmuntati fuq lasti (jew bsaten), jiġifieri, l-iskeletru tal-umbrella, tal-umbrella tax-xemx, eċċ., kemm jekk ikollhom fittings jew tirqim (jew aċċessorji) u kemm jekk le;

2.  oqfsa assemblati, mingħajr lasti (jew bsaten), kemm jekk ikollhom fittings jew tirqim (jew aċċessorji) u kemm jekk le, jiġifieri, is-sistema kompluta ta’ ribs u mgħażel (spokes), li tiskorri tul il-lasti u tippermetti lill-umbrella, l-umbrella tax-xemx, eċċ., li tinfetaħ jew tingħalaq u fl-istess ħin tippermetti li tiġġebbed u sservi bħala support għall-kisja.

Madankollu, oqfsa sempliċi ta’ ribs u mgħażel li ma jagħmlux sistema kompleta ta’ ribs u mgħażel huma esklużi minn din is-subintestatura u huma klassifikati fis-subintestatura 6603 90 90

6603 90 10

Mankijiet u pumi

Din is-subintestatura tkopri mankijiet (inklużi forom tal-injam għall-mankijiet li jistgħu jintgħarfu bħala tali) u pumi li jeħlu mat-tarf li jinżamm fl-id, ta’ lasti tal-umbrelel jew tal-umbrelel tax-xemx, ta' bsaten għall-mixi, bsaten-siġġu, frosti, frostini u oġġetti simili.

6603 90 90

Oħrajn

Apparti l-oqfsa msemmijin fl-aħħar paragrafu tan-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6603 20 00 , din is-subintestatura tkopri ribs u mgħażel mhux assemblati kif ukoll l-oġġetti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6603 , it-tieni paragrafu, (3) sa (5).

KAPITOLU 67

RIX U L-EWWEL RIX (DOWN) IPPREPARATI U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINN RIX JEW MILL-EWWEL RIX; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI TAX-XAGĦAR UMAN



6702

Fjuri, weraq u frott artifiċjali u partijiet tagħhom; oġġetti magħmulin minn fjuri, weraq jew frott artifiċjali

Ara n-nota 3 ta' dan il-Kapitolu. L-assemblaġġ permezz tat-tisħin tal-materjal sabiex isiru awtoaderenti jew permezz ta' apparat skorrevoli li jeħel mal-fergħa bil-frizzjoni jitqies bħala “metodi bħal dawn” fis-sens tan-nota 3 ta' dan il-Kapitolu.

6703 00 00

Xagħar uman, imħejji, imnoqqi, ibbliċjat jew maħdum mod ieħor; suf jew xagħar ieħor ta’ annimali jew materjali oħrajn ta’ tessuti, ippreparati għal użu biex isiru parrokki jew bħalhom

It-trofof naturali ta’ xagħar uman mhux maħdum, kemm jekk maħsulin jew imnaddfa mill-impuritajiet jew le, li jkunu biss inqatgħu u li ma jkunux għaddew minn xi proċess ieħor huma esklużi minn din l-intestatura (intestatura 0501 00 00 ).

TAQSIMA XIII

OĠĠETTI TAL-ĠEBEL, ĠIBS, SIMENT, ASBESTOS, MIKA JEW MATERJALI SIMILI; PRODOTTI TA’ ĊERAMIKA; ĦĠIEĠ U OĠĠETTI TAL-ĦĠIEĠ

KAPITOLU 68

OĠĠETTI TAL-ĠEBEL, ĠIBS, SIMENT, ASBESTOS, MIKA JEW MATERJALI SIMILI

Ġenerali

Dan il-Kapitolu jkopri mhux biss oġġetti lesti għall-użu iżda wkoll, f’uħud mill-intestaturi, prodotti semimanifatturati li jistgħu jeħtieġu aktar ipproċessar qabel ikunu jistgħu jintużaw għall-għan maħsub tagħhom (pereżempju, taħlitiet b’bażi tal-asbestos jew b’bażi tal-asbestos u tal-karbonat tal-manjeżju tal-intestatura 6812 ).



6802

Ġebla monumentali jew għall-bini maħduma (ħlief lavanja) u oġġetti tagħha, ħlief oġġetti tal-intestatura 6801 ; kubi tal-mużajk u bħalhom, ta’ ġebla naturali (inkluża lavanja), fuq dahar ta’ rinforz jew le; ħbub, laqx u trab, ta’ ġebla naturali, b’kuluri artifiċjali (inkluża lavanja)

Għad-definizzjoni tat-terminu “ġebla monumentali jew għall-bini maħduma”, ara n-Nota 2 ta’ dan il-Kapitolu.

6802 10 00

Ċangaturi, kubi u oġġetti simili, rettangulari jew le (inkluż kwadri), li l-akbar erja tal-wiċċ tagħhom tista’ tkun magħluqa fi kwadru li l-ġenb tiegħu huwa inqas minn 7 cm; ħbub, laqx u trab b’kuluri artifiċjali

Għal dettalji dwar l-oġġetti koperti minn din is-subintestatura, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6802 , is-seba’ paragrafu.

6802 21 00 sa 6802 29 00

Ġebla oħra monumentali jew għall-bini u oġġetti tagħha, b’wiċċ ċatt jew lixx

Dawn is-subintestaturi jkopru ġebla u oġġetti tal-ġebla (inklużi oġġetti mhux irfinuti), sempliċiment maqtugħin jew issegati, b’superfiċje waħda jew aktar ċatta jew lixxa. Dawn tal-aħħar jistgħu jkunu mnaqqxin bi skarpell, baqqun jew bush hammer.

6802 93 10

Illustrat, imżejjen jew maħdum mod ieħor, iżda mhux imnaqqax, ta’ piż nett ta’ 10 kg jew aktar

Apparti l-oġġetti tal-ġebla li s-superfiċje kollha tagħhom jew parti minnha tkun ġiet illostrata, din is-subintestatura tinkludi:

1.  oġġetti tal-ġebla li s-superfiċje kollha tagħhom jew parti minnha tkun ġiet iċċattjata, xkatlata jew mitħuna;

2.  oġġetti tal-ġebla mżejna. Dawn huma oġġetti tal-ġebla miksijin b’motifi u dekorazzjoni li huma kkuluriti, miksijin bil-verniċ jew inkella maħdumin ċatti, eż., superfiċje illostrata b’disinni mnaqqxa fuqha permezz ta’ skarpell;

3.  oġġetti tal-ġebla miksija, li fihom mużajk, ornamenti tal-metall jew iskrizzjonijiet sempliċi mnaqqxin;

4.  oġġetti tal-ġebla b’xogħol bil-mol jew raddiet, eż., ornamentazzjoni lineari, bħal fletti, kwadri, ċanfrini, xogħol bil-mol u boċoċ;

5.  oġġetti tal-ġebla inturnjata bħal frontuni, balavostri u simili.

6802 93 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi oġġetti tal-granit imnaqqxin miksijin b’motifi ornamentali, jew imnaqqxin jew bħala riljiev, bħal weraq, girlandi u kimeri, magħmulin b’mod aktar elaborat mid-dekorazzjonijiet koperti mis-subintestaturi ta’ qabel.

Statwi, altoriljievi u bassoriljievi (għajr xogħlijiet oriġinali ta' skultura u statwarji) huma klassifikati f'din is-subintestatura wkoll.

6802 99 10

Illustrat, imżejjen jew maħdum mod ieħor, iżda mhux imnaqqax, ta’ piż nett ta’ 10 kg jew aktar

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6802 93 10 .

6802 99 90

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6802 93 90 tapplika, mutatis mutandis.

6803 00

Lavanja maħduma u oġġetti ta’ lavanja jew ta’ lavanja miġmuma

6803 00 10

Folji ta’ lavanja għall-bjut jew għall-ħitan

Il-prodotti ta' din is-subintestatura jistgħu jkunu rettangolari (anki kwadri), poligonali, tondi jew ta’ kwalunkwe forma oħra. Ikunu ta' ħxuna uniformi li s-soltu ma taqbiżx 6 mm.

6804

Ġebel tal-mitħna, ġebel tat-tħin, roti tat-tħin u bħalhom, mingħajr qofsa, għat-tħin, sann, illustrar, aġġustar jew qtugħ, ġebel ta’ sann jew illustrar bl-idejn, u partijiet tagħhom, ta’ ġebla naturali, ta’ barraxi naturali jew artifiċjali miġmumin, jew ta’ ċeramika, b’partijiet ta’ materjali oħrajn jew mingħajrhom

Skart u laqx ta’ ġebel għall-illostrar bl-idejn, msenni, msenen taż-żejt, ġebel tat-tisnin, moli, ħaġriet tal-moli, moli ċirkolari u simili magħmulin minn abrażivi agglomerati artifiċjali mhumiex koperti minn din l-intestatura (subintestatura 2530 90 00 ).

6804 10 00

Ġebel tal-mitħna u ġebel tat-tħin għat-tħin, tfarrik jew issir polpa

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 6804 10 .

6804 21 00 sa 6804 23 00

Ġebel tal-mitħna, ġebel tat-tħin, roti tat-tħin oħrajn u bħalhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6804 , l-ewwel paragrafu, (2) u (3).

6804 21 00

Ta’ djamant miġmum sintetiku jew naturali

Din is-subintestatura tkopri oġġetti magħmula minn djamant sintetiku jew naturali, agglomerat fi kwalunkwe mod. Il-proċess jista’ jinvolvi aġenti minerali agglomeranti li jibbiesu sew (eż. siment) jew leganti inqas riġidi (eż., lastiku jew plastik), jew ħami taċ-ċeramika.

6804 22 12 sa 6804 22 90

Ta’ barraxi oħrajn miġmumin jew ta’ ċeramika

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6804 21 00 tapplika, mutatis mutandis.

6804 22 12 sa 6804 22 50

Ta’ barraxi artifiċjali, b’materjal li jgħaqqad

Eżempji ta’ abrażivi artifiċjali jinkludu l-korundum, il-karbur tas-siliċju (karborundum) u l-karbur tal-boron.

6804 30 00

Ġebel għas-sann u illustrar bl-idejn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6804 , l-ewwel paragrafu, (4).

6806

Gagazza minerali ( slag-wool ), gagazza tal-blat u gagazzi minerali simili; vermikulat sfuljat, tafal espandut, gagazza bil-fowm u materjali minerali simili espanduti; taħlit u oġġetti ta’ materjali minerali li jiżolaw is-sħana, li jiżolaw il-ħoss jew li jassorbu l-ħoss, ħlief dawk tal-intestatura 6811 jew 6812 jew tal-kapitolu 69

6806 10 00

Gagazza minerali ( slag-wool ), gagazza tal-blat u gagazzi minerali simili (inklużi taħlitiet tagħhom bejniethom), bil-gozz, folji jew rombli

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6806 , l-ewwel tliet paragrafi.

“Gagazzi minerali simili” jinkludu dawk miksubin minn taħlitiet ta’ ġebla jew gagazza li jkunu għaddew mill-proċessi stipulati fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6806 , l-ewwel paragrafu.

6806 20 10

Tafal espandut

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6806 , is-sitt paragrafu.

6806 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  vermikulat sfoljat u prodotti minerali espanduti simili għajr tafal (klorit, perlit u ossidjan espanduti). Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6806 , ir-raba’ u l-ħames paragrafu.

Madanakollu, il-klorit u l-perlit espanduti jiġu inklużi hawn biss jekk il-proċess ta’ espansjoni jitwaqqaf meta jinkisbu granijiet vojta minn ġewwa, jiġifieri, qabel il-granijiet jinfaqgħu biex jifformaw lamellae konkavi. Dan il-prodott lamellari ġeneralment jintuża bħala aġent għall-iffiltrar u mhux bħala materjal li jiżola s-sħana jew il-ħoss; għalhekk dan jaqa’ fis-subintestatura 3802 90 00 (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 3802 );

2.  “ragħwa” tal-gagazza jew tal-ġebla li, meta tkun f'għamla ta’ blokok, ċangaturi u simili, tixbaħ lil ħġieġ multiċellulari li jaqa' fl-intestatura 7016 . F’każijiet bħal dawn, din tista' tintgħaraf minn ħġieġ multiċellulari permezz tal-kriterji għad-distinzjoni bejn suf tas-subintestatura 6806 10 00 u suf tal-intestatura 7019 ;

3.  gagazza tal-forn tal-blast fi granijiet li tkun ġiet espanduta b'mod konsiderevoli permezz ta’ proċess ta' espansjoni bir-ragħwa u li fl-istat xott ikollha densità apparenti ta’ mhux aktar minn 300 kg/m3.

6806 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6806 , it-test li jsegwi l-asterisks.

6807

Oġġetti tal-asfalt jew ta’ materjal simili (per eżempju, qatran minerali jew żift tal-qatran tal-faħam)

6807 10 00

F’rombli

Il-prodotti għal tisqif u lqugħ inklużi f’din is-subintestatura jikkonsistu mill-inqas minn tliet saffi; saff tan-nofs tal-karta jew kartun jew ta’ materjali oħrajn (eż., suf tal-ħġieġ, tessut tal-ġuta, fojl tal-aluminju, feltru, tessut mhux minsuġ) mgħaffeġ bejn żewġ saffi ta’ asfalt jew materjali simili. Dawn is-saffi ta' kisi jista' wkoll ikollhom jew ikunu miksijin b’materjali oħrajn (eż., ramel).

6809

Oġġetti ta’ ġibs jew ta’ kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-ġibs

6809 11 00 u 6809 19 00

Twavel, folji, pannelli, ċangaturi u oġġetti simili, mhux imżejnin

Dawn is-subintestaturi jkopru prodotti ċatti ta’ kull tip użati prinċipalment għal taqsimiet (partitions) u soqfa.

Oġġetti li huma sempliċiment perforati jew miksijin bi strat irqiq ta’ karta jew ta’ materjal ieħor fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat ma jitqisux bħala imżejnin. Dawn jista’ jkollhom ukoll kisja sempliċi ta’ żebgħa jew verniċ. Kwalunkwe tiżjin li jikkonsisti, pereżempju, f’motifi jew mgħafusin il-ġewwa jew bħala riljiev jew ta’ tiżjin tas-superfiċje jew tiżjin tal-massa, jinvolvi l-klassifikazzjoni ta’ boards, pannelli, eċċ. bħal dawn fis-subintestatura 6809 90 00 .

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll pannelli kwadri li jikkonsistu fi kwadru perforat tal-ġibs fuq is-superfiċje ta’ barra tal-pannell, b’żewġ ħofor rettangolari sal-fond tal-ġibs mimlija bi strixxi ta’ suf minerali u miksija, fuq is-superfiċje interjuri, b’karta mgħottija b’fojl tal-aluminju; dawn il-pannelli huma għall-kisi ta’ ħitan u soqfa, biex jipprovdu iżolament mis-sħana u mill-ħsejjes.

6810

Oġġetti ta’ siment, tal-konkos jew ta’ ġebel artifiċjali, rinfurzati jew le

Il-konkos huwa magħmul minn taħlita ta’ siment, aggregati (ramel, żrar) u ilma, li ssir iebsa mmens meta toqgħod.

Il-konkos rinfurzat fih ukoll vireg tal-metall (vireg ta' rinforz) jew xbieki tal-azzar.

Meta jintużaw aggregati eħfef (eż., tafal espandut, ġebla ħakkieka "bimskies", vermikulat, gagazza fi granijiet) jinkiseb “konkos ħafif”.

6810 11 10

Ta’ konkos ħafif (b’bażi ta’ ħaffiefa misħuqa, gagazza mfarrka, eċċ.)

Din is-subintestatura tinkludi blokok u briks tal-kostruzzjoni magħmula minn konkos poruż b’densità fil-forma mwebbsa li ma taqbiżx 1,7 kg/dm3. Il-konkos ħafif huwa iżolatur tajjeb tas-sħana, iżda m’għandux is-saħħa tal-konkos ta’ densità ogħla.

6810 99 00

Oħrajn

Din is-subintestatura ma tinkludix:

1.  “karta tal-ġebel” (ara n-nota ta’ spjega għas-subintestatura 3920 );

2.  oġġetti ornamentali tad-dar u tal-ġnien li huma magħmula minn trab tal-blat u minn plastik, fejn il-plastik jagħti lill-oġġetti l-karattru essenzjali tagħhom (ara n-nota ta’ spjega għas-subintestatura 3926 40 00 ).

6812

Fibri fabbrikati ta’ asbestos; taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat ta’ manjesju; oġġetti ta’ dawn it-taħlitiet jew ta’ asbestos (per eżempju, ħajt, drapp minsuġ, ħwejjeġ, ilbies għar-ras, ilbies għar-riġlejn, gaskits), rinfurzati jew le, ħlief oġġetti tal-intestatura 6811 jew 6813

6812 80 10 u 6812 80 90

Ta’ kroċidolit

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2524 , it-tieni paragrafu.

6812 80 10

Fibri fabbrikati; taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat ta’ manjesju

Għad-definizzjoni tat-terminu “fibri maħdumin” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6812 , l-ewwel paragrafu. Madankollu, skart ta' oġġetti magħmula mill-kroċidolit huwa klassifikat fis-subintestatura 2524 10 00 .

It-taħlitiet ta’ din is-subintestatura huma deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6812 , it-tieni paragrafu.

Skart fil-forma ta’ frammenti jew trab minn oġġetti b’bażi tal-asbestos jew b’bażi tal-asbestos u tal-karbonat tal-manjeżju jaqgħu wkoll f’din is-subintestatura.

6812 80 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi karta, kartun qawwi u feltru maħduma minn fibri tal-kroċidolit, polpa tal-karta, u possibbilment xi materjal għall-mili jekk 35 % jew aktar skont il-piż tagħhom ikun mill-kroċidolit. Inkella, dawn jiġu klassifikati fil-Kapitolu 48.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6812 .

6812 92 00

Karta, kartun qawwi u feltru

Karta, kartun qawwi u feltru magħmulin minn fibri tal-asbestos, polpa tal-karta u possibbilment xi materjal għall-mili jaqgħu f’din is-subintestatura jekk 35 % jew aktar skont il-piż tagħhom ikun mill-asbestos. Inkella, dawn jiġu klassifikati fil-Kapitolu 48.

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6812 .

6812 99 10

Fibri tal-asbestos fabbrikati; taħlit b’bażi tal-asbestos jew b’bażi tal-asbestos u karbonat tal-manjesju

Għad-definizzjoni tat-terminu “asbestos maħdum” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6812 , l-ewwel paragrafu. Madanakollu, skart minn oġġetti tal-asbestos huwa klassifikat fis-subintestatura 2524 90 00 .

It-taħlitiet ta’ din is-subintestatura huma deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6812 , it-tieni paragrafu.

Skart fil-forma ta’ frammenti jew trab minn oġġetti b’bażi tal-asbestos jew b'bażi tal-asbestos u tal-karbonat tal-manjeżju jaqa' wkoll f’din is-subintestatura.

6814

Mika maħduma jew oġġetti tagħha, inkluża mika miġmuma jew rikostitwita, kemm jekk fuq irfid ta’ karta kif jekk le, kartun jew materjali oħrajn

6814 10 00

Pjanċi, folji u strixxi ta’ mika miġmuma jew rikostitwita, fuq irfid jew le

Il-pjanċi, folji u strixxi ta’ din is-subintestatura huma magħmulin f’rombli ta’ tul indeterminat jew ikunu sempliċiment maqtugħin fi kwadri jew rettangoli. Oġġetti maqtugħin fi kwalunkwe forma oħra huma klassifikati fis-subintestatura 6814 90 00 .

6814 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi wkoll folji jew biċċiet ta’ mika maqtugħin f’forma għal użu speċifiku. Dawn huma differenti mill-folji u l-biċċiet li jaqgħu fl-intestatura 2525 skont id-diversi karatteristiċi elenkati fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 2525 .

Din is-subintestatura tinkludi wkoll folji u biċċiet ta’ mika, anki jekk mhux maqtugħin f’forma kif deskritt hawn fuq, li jkunu għaddew minn proċess li jeskludihom mill-intestatura 2525 , bħal illostrar jew twaħħil ma’ support.

KAPITOLU 69

PRODOTTI TAC-ĊERAMIKA



I. OĠĠETTI TA’ PASTI TA’ FOSSILI SILIĊIKI JEW FUĦĦAR SILIĊIKU SIMILI, U OĠĠETTI REFRATTARJI

6901 00 00

Briks, blokki, madum u oġġetti oħrajn taċ-ċeramika ta’ pasti ta’ fossili siliċiki (pereżempju, kieselguhr , tripolit jew dijatomit) jew ta’ fuħħar siliċiku simili

Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, in-Noti Ġenerali tas-Subkapitolu 1, il-paragrafu (A).

Din is-subintestatura tinkludi briks iżolanti miksuba permezz tal-iffurmar u l-ħami ta’ trab ta' Moler.

6902

Briks, blokki, madum refrattarji u oġġetti simili refrattarji ta’ ċeramika għall-kostruzzjoni, ħlief dawk ta’ pasti ta’ fossili siliċiki jew ta’ fuħħar siliċiku simili

Iż-żewġ karatteristiċi prinċipali tal-prodotti refrattarji koperti minn din l-intestatura huma li għandu jkollhom kon pirometriku ekwivalenti għal mill-inqas 1 500  °C (determinat skont ir-Rakkomandazzjonijiet ISO R 528-1966 u R 1146-1969) u li proprjament għandhom ikunu ddisinjati għal użi li jeħtieġu dak il-grad ta’ refrazzjoni.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, in-Noti Ġenerali tas-Subkapitolu I, il-paragrafu (B).

6902 10 00

Li fihom, skont il-piż, waħdiet jew flimkien, iktar minn 50 % tal-elementi Mg, Ca jew Cr, murijin bħala MgO, CaO jew Cr 2 O 3

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 6902 10 .

6903

Oġġetti oħrajn refrattarji taċ-ċeramika (per eżempju, reċipjenti għat-tisħin, griġjoli, borom żgħar, żnienen, tappijiet, irfid, kuppetti, tubi, pajpijiet, għantijiet u vireg), ħlief dawk ta’ pasti ta’ fossili siliċiki jew ta’ fuħħar siliċiku simili

L-ewwel paragrafu kollu tan-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 6902 japplika għal din l-intestatura. Għalhekk, din l-intestatura teskludi gwidi mmarkati tal-ħjut magħmula minn alumina sinterizzata għan-nwiel, għal għodda u għal mankijiet ta’ għodda magħmula mill-istess materjali refrattarji jew oħrajn, żibeġ magħmula minn aluminosilikat refrattarju bħala mezz ta’ appoġġ għal sustanzi kimiċi bħala katalizzaturi f’diversi proċessi tal-manifattura, eċċ.

II. PRODOTTI OĦRAJN TAĊ-ĊERAMIKA

 

Ġenerali

Għad-definizzjonijiet tat-termini “porċellana” jew “kina”,“fuħħar” jew “xogħol taċ-ċeramika” kif użati fl-intestaturi u s-subintestaturi ta’ dan is-subkapitolu, ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-Kapitolu, in-Noti Ġenerali tas-Subkapitolu II.

6904

Briks taċ-ċeramika għal bini, blokki, irfid jew madum għall-mili għall-art u bħalhom

Il-kriterji għad-distinzjoni ta’ briks għall-bini minn ċangaturi u madum għall-art jew għall-faċċati huma stipulati fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6907 .

6905

Madum għat-tisqif, irjus taċ-ċmieni, għotien taċ-ċmieni ( cowls ), tiżjin arkitettoniku u oġġetti oħrajn taċ-ċeramika għall-kostruzzjoni

6905 10 00

Madum għat-tisqif

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6905 , it-tieni paragrafu, (1).

Madum għat-tisqif jista’ jitqies bħala distint minn madum għall-art jew għall-faċċati minħabba l-fatt li dan ġeneralment ikollu ilsna, brekits jew mezzi oħrajn li permezz tagħhom l-unitajiet tiegħu jistgħu jingħaqdu flimkien.

6905 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-oġġetti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6905 , it-tieni paragrafu, (2), (3) u (4).

6909

Oġġetti taċ-ċeramika għal użi ta’ laboratorju, użi kimiċi jew tekniċi oħrajn; ħwat, banjijiet u reċipjenti simili taċ-ċeramika tat-tip użati fl-agrikultura; kontenituri ( pots ), ġarar u oġġetti simili taċ-ċeramika tat-tip użati għal ġarr jew ippakkjar ta’ merkanzija

6909 11 00 sa 6909 19 00

Oġġetti taċ-ċeramika għal użi ta’ laboratorju, użi kimiċi jew tekniċi oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6909 , it-tieni paragrafu, (1) u (2).

6909 12 00

Oġġetti b’ebusija ta’ 9 jew aktar fuq l-iskala Mohs

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura 6909 12 .

6909 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6909 , it-tieni paragrafu, (3) u (4).

6912 00

Oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina, oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tat-twaletta taċ-ċeramika, ħlief tal-porċellana jew tal-kina

Għall-klassifikazzjoni fid-diversi subintestaturi ta’ din l-intestatura, ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta’ dan il-Kapitolu u, b'mod partikolari, in-Noti Ġenerali tas-Subkapitolu II “Prodotti oħra taċ-ċeramika”.

Għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina u oġġetti oħrajn tad-dar ta’ natura dekorattiva u, b'mod partikolari, dawk li fihom disinni dekorattivi b'riljievi jew simili, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 6913 , (B).

1.  Maggijiet tal-birra ġeneralment jiġu klassifikati f’din l-intestatura; madankollu, huma klassifikati fl-intestatura 6913 jekk:

— it-truf tagħhom ikunu ffurmati jew maħdumin b’tali mod li ma jagħmilx sens li tixrob minnhom;

— huma diffiċli biex jinżammu u biex jitpoġġew mal-ħalq minħabba l-forma tagħhom;

— id-disinji b'riljievi tagħhom ikunu ta’ natura tali, jew ikunu tant numerużi, li t-tindif ikun diffiċli;

— ikunu ta’ forma mhux tas-soltu (pereżempju, il-forma ta’ kranju, bust ta’ mara);

— ikunu dekorati b’kuluri li ma jdumux.

2.  Oġġetti li jkollhom forma ta’ maggijiet tal-birra, li jkollhom disinni dekorattivi b'riljiev jew simili, iżda li jkollhom kapaċità ta’ inqas minn 0,2 litri ġeneralment jaqgħu fl-intestatura 6913 .

6912 00 21 u 6912 00 81

Ta’ fuħħar komuni
Dawn is-subintestaturi jkopru prodotti miksubin minn fuħħar b'kontenut għoli ta' ħadid u kalkarju (trab tal-briks) li, meta jinqasmu, fuq ġewwa jkollhom kulur ġebli (ġeneralment kannella, aħmar jew isfar) u matt.
Il-frak ikun eteroġenju; id-dijametru tal-element mhux omoġenju (partikuli, inklużjonijiet, pori) rappreżentattiv tal-istruttura tal-massa ġenerali għandu jkun akbar minn 0,15 mm. Dawn l-elementi għalhekk huma viżibbli għall-għajn.
Apparti dan, il-porożità tagħhom (koeffiċjent ta' assorbiment tal-ilma) ma tkunx ta’ inqas minn 5 % skont il-piż. Il-porożità għandha titkejjel permezz tal-metodu li ġej:
Determinazzjoni tal-ko-effiċjent ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma
Għan u definizzjoni
L-għan tat-test huwa li jiġi determinat il-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ilma tal-materjal taċ-ċeramika. Dan il-koeffiċjent jirrappreżenta perċentwal li jiġi kkalkulat abbażi tal-piż inizjali tal-materjal taċ-ċeramika.
Preparazzjoni ta’ biċċiet għall-ittestjar u t-twettiq tat-testijiet
Għandu jkun hemm mill-inqas tliet biċċiet għall-ittestjar għal kull oġġett li għandu jiġi ttestjat. Dawn ghandhom jittieħdu minn partijiet miksijin bl-enemel tal-istess oġġett u m’għandux ikollhom aktar minn superfiċje waħda miksija bl-enemel.
L-erja tas-superfiċje tal-biċċa għall-ittestjar għandha tkun ta' madwar 30 cm2 u l-wisa’ massima tagħha ta’ madwar 8 mm, inkluż l-enemel.
Nixxef il-biċċiet għall-ittestjar f’kalkara b'temperatura ta’ 105 °C għal 3 sigħat u, wara li tkessaħhom fmagna li tnixxef, ikkalkula l-piż tagħhom (Wd) sal-eqreb 0,05 g. Imbagħad għarraq il-biċċiet għall-ittestjar immedjatament f’ilma distillat b’tali mod li huma ma jmissux mal-qiegħ tal-kontenitur.
Għalli fl-ilma għal sagħtejn, u mbagħad ħalli l-biċċiet għall-ittestjar fl-ilma għal 20 siegħa. Neħħihom u imsaħ l-ilma tas-superfiċje b’biċċa nadifa u daqsxejn umda. Nixxef kwalunkwe kavitajiet u toqob bi xkupilja rqiqa daqsxejn umda. Iċċekkja l-piż “imxarrab” Ww. Il-koeffiċjenti ta' assorbiment tal-ilma tal-biċċiet għall-ittestjar jinkisbu billi timmultiplika ż-żieda fil-piż b’100 u tiddividiha bil-piż niexef: image
Evalwazzjoni tar-riżultati
Il-medja tal-koeffiċjenti ta' assorbiment tal-ilma tal-biċċiet għall-ittestjar differenti, espressa bħala perċentwal, hija l-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ilma tal-materjal taċ-ċeramika.

6912 00 23 u 6912 00 83

Oġġetti magħmulin mill-ġebla

Dawn is-subintestaturi jinkludu prodotti miksubin minn tafal li s-soltu jingħata l-kulur meta jiġi magħġun; huma karatterizzati minn framment kumpatt opak li jinħema f'kalkara b’temperatura għolja biżżejjed biex isseħħ il-vitrifikazzjoni. It-trasluċidità għandha tiġi ddeterminata fuq framment ta’ ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm permezz tat-test li ġej:

Test ta’ trasluċidità

Definizzjoni

Il-kontorn ta’ oġġett għandu jkun jidher minn ġo biċċa għall-ittestjar ħoxna bejn 2 u 4 mm imqiegħda f’kamra mudlama 50 cm bogħod minn lampa ġdida magħluqa f’kaxxa li tagħti raġġ ta’ dawl ta’ madwar 1 350 u 1 500  lumens. Il-lampa għandha tinbidel wara 50 siegħa ta’ użu.

Apparat għall-ittestjar (ara l-iskeċċ t’hawn taħt)

L-apparat jikkonsisti f’kaxxa miżbugħa minn ġewwa b’irfinatura bajda matta. F’wieħed mit-truf titqiegħed lampa (A). Issir toqba fuq in-naħa l-oħra sabiex il-kontorn tal-oġġett (B) ikun jista’ jidher minn ġol-biċċa għall-ittestjar (C).

Id-dimensjonijiet tal-kaxxa huma kif ġej:

— tul: it-tul tal-lampa, b’żieda ta’ 50 cm;

— wisa’ u għoli: madwar 20 cm;

Id-dijametru tat-toqba huwa ta’ madwar 10 cm.

image

Apparti dan, il-porożità tagħhom (il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ilma) hija ta' 3 % jew inqas skont il-piż. Il-porożità għandha titkejjel permezz tal-metodu stipulat fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6912 00 21 .

6912 00 25 u 6912 00 85

Fuħħar jew fajjenza fina

Dawn is-subintestaturi jkopru prodotti magħmulin permezz tal-ħami ta’ taħlita ta’ tafal magħżul (“fajjenza fina”), li magħha ġieli jitħalltu feldspar u ammonti li jvarjaw ta’ ġibs (fuħħar iebes, fuħħar imħallat, fuħħar artab).

Il-prodotti tal-fuħħar huma karatterizzati minn framment abjad jew ta’ kulur ċar (daqsxejn fil-griż, jew lewn il-krema jew l-avorju), filwaqt li l-prodotti ta’ fajjenza fina huma karatterizzati minn framment ikkulurit li jvarja minn isfar għal kannella jew għal kannella-ħamrani. Il-framment tagħhom, li għandu vina fina, huwa omoġenju; id-dijametru tal-elementi mhux omoġenji (partikuli, inklużjonijiet, pori) li jirrappreżentaw l-istruttura tal-massa ġenerali għandu jkun ta’ inqas minn 0,15 mm; dawn l-elementi għalhekk mhumiex viżibbli għall-għajn.

Apparti dan, il-porożità tagħhom (koeffiċjenti ta' assorbiment tal-ilma) hija ta’ 5 % jew aktar skont il-piż. Il-porożità għandha titkejjel permezz tal-metodu stipulat fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 6912 00 21 .

6912 00 29 u 6912 00 89

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri prodotti li la jikkorrispondu mal-kriterji stipulati għall-prodotti li jaqgħu fis-subintestaturi l-oħrajn ta’ din l-intestatura u lanqas ma’ dawk li japplikaw għall-porċellana (intestatura 6911 ).

6913

Statwetti u oġġetti ornamentali oħrajn taċ-ċeramika

Din is-subintestatura tinkludi platti ornamentali.

Platt jitqies bħala ornamentali meta, fl-istess ħin:

1.  ikollu fuq il-wiċċ ta’ barra tiegħu disinn dekorattiv (fjuri, pjanti, pajsaġġi, annimali, nies, figuri mitoloġiċi, simboli jew riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet tal-arti jew xogħlijiet reliġjużi, eċċ.) li minħabba l-erja miksija jagħmlu l-platt xieraq għal ornamentazzjoni b'mod ovvju; u

2.  ma jkunx parti minn sett tal-mejda; u

3.  jissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikun imtaqqab minn ġot-tarf ta’ barra permezz ta’ toqba waħda jew aktar maħsuba biex jitgħadda minnha jew minnhom mezz għad-dendil;

(b)  ikun importat b'sieq (stand) li tkun xierqa għall-wiri (display) tiegħu, u li ma tistax tintuża separatament;

(ċ)  ikun ta’ forma, dimensjoni jew piż li b'mod ovvju ma jagħmluhx xieraq biex iservi għan utli;

(d)  il-materjali użati għall-manifattura jew għad-dekorazzjoni (żebgħa, metall, b'mod partikolari) ma jagħmluhx xieraq għal użu kulinarju jew alimentari;

(e)  il-wiċċ utli tiegħu ma jkunx lixx (b’hekk it-tindif ikun diffiċli).

6913 90 10

Ta’ fuħħar komuni

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6912 00 21 u 6912 00 81 .

6913 90 93

Fuħħar jew fajjenza fina

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6912 00 25 u 6912 00 85 .

6913 90 98

Oħrajn

Ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 6912 00 23 u 6912 00 83 jew 6912 00 29 u 6912 00 89 .

KAPITOLU 70

ĦĠIEĠ U OĠĠETTI TAL-ĦĠIEĠ

Ġenerali

It-terminu “ħġieġ ottiku” jkopri diversi tipi ta’ ħġieġ speċjali li jintużaw fil-manifattura ta’ strumenti ottiċi, speċjalment għall-użu, eż., fil-fotografija, fl-astronomija, fil-mikroskopija, fin-navigazzjoni, f’sistemi tal-armi (lentijiet għat-teleskopji eċċ.), apparat tal-laboratorju u fil-manifattura ta’ xi tipi ta’ lentijiet oftalmiċi biex jissewwew id-diffetti tal-vista. Hemm diversita’ kbira ta’ ħġieġ ottiku iżda normalment il-karatteristika komuni tagħhom hija t-trasparenza u ċ-ċarezza kbira tagħhom, għalkemm dawn ġieli jingħataw sfumaturi ta’ kulur li xi ftit jew wisq jassorbixxi ċerti raġġi. Dawn ikunu perfettament omoġenji, jiġifieri, mingħajr bżieżaq jew irregolaritajiet, u jkollhom indiċijiet ta’ refrazzjoni u proprjetajiet dispersivi li normalment ma jinsabux f’tipi oħra ta’ ħġieġ.

Il-folji ta’ ħġieġ imdaħħlin f'oqfsa tal-injam, tal-metall, eċċ., jitqiesu li jkunu tilfu l-karattru essenzjali tal-ħġieġ u jidħlu taħt diversi intestaturi, pereżempju:

1. għall-kwadri tal-istampi (l-intestaturi 4414 00 , 8306 , eċċ.);

2. għall-makkinarju jew għall-vetturi (it-Taqsima XVI jew XVII);

3. għall- bibien u għat-twieqi fil-bini, eċċ. (l-intestaturi 4418 , 7610 , eċċ.)



7001 00

Tkissir u skart u fdal ieħor tal-ħġieġ; ħġieġ bil-gozz

7001 00 10

Tkissir u skart u fdal ieħor tal-ħġieġ

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7001 , l-ewwel paragrafu, (A).

It-terminu “ħġieġ imkisser” jirreferi għall-ħġieġ imkisser għall-użu mill-ġdid fil-manifattura tal-ħġieġ.

7001 00 91 u 7001 00 99

Ħġieġ bil-gozz

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7001 , l-ewwel paragrafu (B) u t-tieni u t-tielet paragrafi.

7002

Ħġieġ f’boċċi (ħlief mikrosferi tal-intestatura 7018 ), vireg jew tubi, mhux maħdumin

Din l-intestatura tkopri biss prodotti semimanifatturati fl-istat mhux maħdum, jiġifieri, mhux maħdumin wara l-iffurmar, il-ġbid jew l-infiħ minbarra l-qtugħ fil-każ tal-vireg u t-tubi jew it-tgħaqqid/l-iffurmar tal-estremitajiet biex dawn isiru lixxi jew bejn wieħed u ieħor uniformi u biex l-oġġetti jkunu inqas perikolużi fil-manipulazzjoni, kemm jekk il-prodotti ffurmati b’dan il-mod jistgħu jintużaw mingħajr aktar ħdim, kif ukoll jekk le.

7002 10 00

Boċċi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7002, l-ewwel paragrafu, (1), u l-paragrafi ta’ qabel tal-aħħar u tal-aħħar.

7002 32 00

Ta’ ħġieġ ieħor b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10 –6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °C sa 300 °C

Il-karatteristiċi bażiċi ta’ dan il-ħġieġ huma li ma fihx ċomb, li fih ammont żgħir ħafna ta’ potassju u ta’ ossidi tal-art alkalina u ammont konsiderevoli ta’ ossidu boriku. Dan il-ħġieġ ikollu konduttivita’ termali għolja u elastiċita’ notevoli, li jagħmluh resistenti għall-kambjamenti f’daqqa fit-temperatura; b’riżultat ta’ dan, il-ħġieġ huwa partikolarment tajjeb għall-manifattura ta’ oġġetti tal-kċina, għall-pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda, għall-oġġetti tal-ħġieġ tal-laboratorju, għall-ħġieġ tad-dwal, eċċ.

7003

Ħġieġ magħmul bil-forma u ħġieġ mibrum, f’folji jew fi profili, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor

Din l-intestatura ma tinkludix il-pjanċi tal-ħġieġ float (l-intestatura 7005 ).

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara n-Nota 2 (a) ta’ dan il-kapitolu.

7003 12 10 sa 7003 19 90

Folji mingħajr wajer

Għad-definizzjoni tat-terminu “ħġieġ armat”, ara l-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar qabel l-esklużjonijiet, tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura .

7003 12 10 sa 7003 12 99

Miżbugħ fil-massa kollha ( body tinted ), opaċifikat, mifrux ( flashed ) jew b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti

Għad-definizzjoni tat-terminu “strat assorbenti jew riflessiv”, ara n-Nota 2 (c) ta’ dan il-kapitolu. Għad-definizzjoni tat-terminu “opaċifikat” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7003 , it-tieni paragrafu, (B).

Il-ħġieġ ipplakkat huwa ħġieġ trasluċidu li normalment isir bi strat opalin abjad u strat sfumat; iż-żewġ strati jiġu ppressati ma’ xulxin meta jkunu għadhom rotob biex jingħaqdu.

7003 20 00

Folji bil-wajer

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7003 12 10 sa 7003 19 90 .

7003 30 00

Profili

Il-profili tal-ħġieġ huma magħmulin permezz ta’ proċess kontinwu fejn il-ħġieġ ikun iffurmat immedjatament malli jinħareġ mill-forn u matul il-bqija tal-proċess kontinwu. Wara dan, il-ħġieġ jinqata’ għad-daqsijiet mixtieqa iżda ma jinħadimx aktar wara l-manifattura.

7004

Ħġieġ miġbud u ħġieġ minfuħ, f’folji, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum”, ara Nota 2 (a) ta’ dan il-kapitolu.

7004 20 10 sa 7004 20 99

Ħġieġ miżbugħ fil-massa kollha ( body tinted ), opaċifikat, mifrux ( flashed ) jew b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7003 12 10 sa 7003 12 99 .

7005

Ħġieġ “ float ”, u ħġieġ bil-wiċċ immattjat jew illustrat, f’folji, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum”, ara n-Nota 2 (a) ta’ dan il-kapitolu.

7005 10 05 sa 7005 10 80

Ħġieġ mhux bil-wajer, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti

Ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas subintestaturi 7003 12 10 sa 7003 19 90 u tas-subintestaturi 7003 12 10 sa 7003 12 99 , l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza.

7005 21 25 sa 7005 21 80

Ħġieġ miżbugħ fil-massa kollha ( body tinted ), opaċifikat, mifrux ( flashed ) jew bil-wiċċ ftit immattjat

Għad-definizzjoni tat-terminu “opaċizzat”, ara n-Nota ta’ Spjegazjoni tas-SA tal-intestatura 7003 , it-tieni paragrafu, (B).

7010

Damiġġani, fliexken, karaffi, vażetti, borom, fjali, impulluzzi u kontenituri oħrajn, tal-ħġieġ, ta’ tip użati għall-ġarr jew ippakkjar ta’ merkanzija; vażetti tal-ħġieġ għal ippreservar; tappijiet, għotien u għeluq ieħor, tal-ħġieġ

7010 90 21

Magħmulin minn tubi tal-ħġieġ

Dawn il-kontenituri ikollhom sezzjoni trasversali tonda u l-wiċċ tagħhom ikun ta’ ħxuna regolari u uniformi li ġeneralment tkun irqaq minn 2 mm. Ma jkollhomx marki imbuzzati, bħal numri, logos, linji jew brix. Meta wieħed jeżaminahom viżwalment, ma jkunux jidhru distorsjonijiet fil-ħġieġ.

Normalment, dawn il-kontenituri jesgħu bejn 1 u 100 millilitru.

Jintużaw primarjament għall-ippakkjar ta’ prodotti farmaċewtiċi jew dijanjostiċi.

7013

Oġġetti tal-ħġieġ tat-tip użati għal mejda, kċina, twaletta, uffiċċju, tiżjin ta’ ġewwa jew għanijiet simili (ħlief dawk tal-intestatura 7004 jew 7005 )

7013 10 00

Taċ-ċeramika tal-ħġieg

Għad-definizzjoni ta’ “ċeramiki tal-ħġieġ”, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta’ dan il-kapitolu, l-aħħar paragrafu (2).

7013 22 10 u 7013 22 90

Ta’ kristall taċ-ċomb

Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall biċ-ċomb”, ara n-Nota tas-subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu.

7013 33 11 sa 7013 33 99

Ta’ kristall taċ-ċomb

Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall biċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu.

7013 41 10 u 7013 41 90

Ta’ kristall taċ-ċomb

Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall biċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu.

7013 42 00

Ta’ ħġieġ b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10 –6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °C sa 300 °C

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7002 32 00 .

7013 91 10 u 7013 91 90

Tal-kristall taċ-ċomb

Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall biċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subintestatura 1 ta’ dan il-kapitolu.

7015

Ħġieġ ta’ arloġġi jew ta’ arloġġi tal-idejn u ħġieġ bħalhom, ħġieġ għan-nuċċalijiet mhux-korrettivi jew korrettivi, ikkurvati, mgħawġin, imħaffrin jew bħalhom, mhux maħdumin ottikament; sferi tal-ħġieġ imħaffrin u segmenti tagħhom, għall-manifattura ta’ dal-ħġieġ

7015 10 00

Ħġieġ għal nuċċalijiet korrettivi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7015 , (C).

7015 90 00

Oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7015 , (A) u (B).

7016

Blokki, ċangaturi, briks, kwadri, madum u oġġetti oħrajn għal pavimentar tal-ħġieġ ippressat jew bil-forma, bil-wajer jew le, tal-tip użati għal għanijiet ta’ bini jew kostruzzjoni; kubi tal-ħġieġ u oġġetti żgħar oħrajn tal-ħġieġ, mirfudin b’dahar jew le, għal mużajki jew għanijiet dekorattivi simili; dwal biċ-ċomb jew bħalhom; ħġieġ multiċellulari jew fowm fi blokki, pannelli, pjanċi, qxur jew għamliet simili

Il-kwadri tal-ħġieġ irroljat (pereżempju, ħġieġ opal jew ħġieġ li jixbaħ l-irħam) ma jidħlux taħt din l-intestatura iżda jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 7003 jew 7005 skont ir-rilevanza.

7017

Oġġetti tal-ħġieġ għal laboratorju, iġjeniċi jew farmaċewtiċi, immarkati b’qisien jew kalibrati

7017 10 00

Ta’ kwarzu mgħaqqad bis-sħana jew ta’ silika oħra mgħaqqda bis-sħana

Il-prodotti koperti minn din is-subintestatura jkollhom kontenut ta’ siliċju ta’ mhux inqas minn 99 % skont il-piż. Il-kristall pur ħafna mill-ġebla ramlija tal-kwarz jew komposti tas-siliċju volatili jintużaw bħala materja prima għall-prodotti ta’ dan it-tip. Oġġetti tal-ħġieġ magħmulin mir-ramel tal-kwarz huma opaki jew l-iżjed l-iżjed trażluċidi. Madanakollu, l-oġġetti tal-ħġieġ magħmulin mill-kristall tal-ġebla jew mis-siliċju volatili huma perfettament ċari u trasparenti.

7017 20 00

Ta’ ħġieġ ieħor b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10 –6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °C sa 300 °C

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7002 32 00 .

7018

Żibeġ tal-ħġieġ, perli artifiċjali, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali u oġġetti żgħar tal-ħġieġ simili, u oġġetti tagħhom ħlief ġojjelli artifiċjali; għajnejn tal-ħġieġ ħlief oġġetti prostetiċi; statwetti u ornamenti oħrajn tal-ħġieġ maħdum bil-lampa, ħlief ġojjelli artifiċjali; mikrosferi tal-ħġieġ b’dijametru mhux ikbar minn 1 mm

7018 10 11 u 7018 10 19

Żibeġ tal-ħġieġ

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  l-oġġetti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7018 , it-tieni paragrafu (A);

2.  oġġetti simili magħrufin kummerċjalment bħala “żibeġ tal-ħġieġ”, li jikkonsistu minn żibeġ tal-ħġieġ ta’ daqsijiet akbar (bejn wieħed u ieħor sad-daqs ta’ ġewża). Dawn l-oġġetti, li huma fil-biċċa l-kbira intiżi għall-manifattura ta’ ġiżirani u brazzuletti, jissawru f’forom diversi ħafna (pereżempju, sferi, emisferi, forma ta’ demgħa, dadi, ċilindri, tubi żgħar, koni, poliedroni) u jkollhom toqba għaddejja minn nofshom.

Għall-finijiet ta’ dawn is-subintestaturi, it-tubi ż-żgħar jitqiesu bħala żibeġ tal-ħġieġ jekk id-dijametru estern u t-tul tagħhom ma jaqbżux l-4 mm u l-24 mm rispettivament. Dawn m’għandhomx x’jaqsmu mat-tubi speċjali standardizzati tal-ħġieġ biċ-ċomb li jintużaw fil-manifattura tad-dwal inkandexxenti u tat-tungstenu; it-tubi ta’ dan it-tip normalment ikunu mingħajr kulur u jjidħlu taħt l-intestatura 7002 .

L-oġġetti li jidħlu f’dawn is-subintestaturi normalment ikunu ppreżentati bl-ingrossa, ippakkjati f’boroż, f’kaxex, eċċ.

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll żibeġ tal-ħġieġ li jkunu ta’ daqs u kulur identiku mdammin flimkien mingħajr għoqod bejniethom u mingħajr mezzi ta’ qfil, għall-konvenjenza tat-trasport u għal-finijiet ta' ippakkjar. Dawn id-dammat is-soltu jkunu marbutin f’gozoz mit-truf tal-ħjut imħallin u għalhekk, ma jikkostitwixxux assemblaġġi lesti għall-użu.

Dawn li ġejjin huma esklużi minn dawn is-subintestaturi:

(a)  dammat ta’ żibeġ (marbutin f’gozoz jew le) fejn iż-żibeġ ta’ daqsijiet jew ta’ kuluri differenti jkunu mdamma b’mod regolari (pereżempju, billi jkunu alternati l-kuluri jew id-daqsijiet b’mod regolari jew billi ż-żibeġ jiddammu skont id-daqs) jew fejn iż-żibeġ ikunu mifrudin permezz ta’ għoqod (l-intestatura 7117 );

(b)  dammat ta’ żibeġ (anki jekk dawn ikun fihom biss żibeġ tal-istess daqs, kulur jew manifattura) li jkollhom il-qafliet jew mekkaniżmi simili, jew ikunu f’tulijiet qosra addattati biex jintlibsu bħala ġiżirani (l-intestatura 7117 ).

7018 10 11

Maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi

Iż-żibeġ maqtugħ u illostrai b’mezzi mekkaniċi li jidħol taħt din is-subintestatura jintgħaraf miż-żibeġ illostrat bis-sħana tas-subintestatura 7018 10 19 mill-faċċati perfettament lixxi u x-xfar jaqtgħu tiegħu. Barra minn hekk, ix-xfar tat-toqob ikunu spiss iffaċċettati (u ġieli jkunu llustrati wkoll) u jkollhom ix-xfar maqtugħin dritti u jikkorrispondu mal-faċċati ta’ maġenbhom, filwaqt li x-xfar tat-toqob fiż-żibeġ “illustrati bis-sħana” ħafna drabi jkunu ttundjati u ma jiltaqgħux mal-faċċati bix-xifer maqtugħ dritt.

Normalment l-aktar oġġetti li jkunu maqtugħin u llostrati b’mezzi mekkaniċi huma l-oġġeti msemmijin fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7018 10 11 u 7018 10 19 , l-ewwel paragrafu, element 2.

7018 10 30

Perli artifiċjali

Din is-subintestatura tkopri l-oġġetti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7018 , it-tieni paragrafu, (B).

Rigward id-dammat tal-perli artifiċjali, in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7018 10 11 u 7018 10 19 tapplika mutatis mutandis.

7018 10 51 u 7018 10 59

Ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali

Dawn is-subintestaturi jkopru l-oġġetti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal- intestatura 7018 , it-tieni paragrafu, (C).

7018 10 51

Maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi

Il-ħaġar prezzjuż jew semiprezzjuż artifiċjali maqtugħ u llostrat b’mezzi mekkaniċi ta’ din is-subintestatura jintgħaraf minn oġġetti simili “illostrati bis-sħana” tas-subintestatura 7018 10 59 mill-faċċati perfettament lixxi u x-xfar jaqtgħu tiegħu.

7018 10 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-korall, iż-żibeġ u l-kaboxon artifiċjali (għajr il-perli artifiċjali jew il-ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali) li jintużaw għall-irjus tal-labar tal-kpiepel, għad-denduliet tal-imsielet tal-klipep u għat-tubi ż-żgħar tal-ħġieġ għall-freneż.

Rigward id-distinzjoni bejn it-tubi ż-żgħar tal-ħġieġ li jidħlu taħt din l-intestatura u dawk meqjusin bħala żibeġ tal-ħġieġ għall-finijiet tas-subintestaturi 7018 10 11 u 7018 10 19 , ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni ta’ dawk l-intestaturi, it-tieni paragrafu.

7018 20 00

Mikrosferi tal-ħġieġ b’dijametru mhux ikbar minn 1 mm

Din is-subintestatura tkopri l-oġġetti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7018 , it-tieni paragrafu, (H).

►M3  Din is-subintestatura tinkludi wkoll mikrosferi ta’ ħġieġ vojta. ◄

7018 90 10

Għajnejn tal-ħġieġ; oġġetti żgħar tal-ħġieġ

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7018 , it-tieni paragrafu, (E) u (F).

7018 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-oġġetti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7018 , it-tieni paragrafu, (G).

7019

Fibri tal-ħġieġ (inkluż suf minerali) u oġġetti tiegħu (pereżempju, ħjut, fibri minsuġin)

Il-fibri ta’ ħġieġ jinkludu żewġ kategoriji ewlenin:

(a)  fibri tal-ħġieġ tessili, (filamenti tal-fibri tal-ħġieġ), prodotti mill-ħġieġ tessili, jiġifieri prodotti tal-ħġieġ li fihom il-biċċa l-kbira tal-filamenti jkunu paralleli ma’ xulxin; il-fibri tal-ħġieġ tessili jintużaw l-aktar għat-tisħiħ ta’ materjali oħrajn, eż. komposti, plastik;

(b)  fibri tas-suf tal-ħġieġ; il-fibri tas-suf tal-ħġieġ (fibri orjentati mingħajr ordni partikolari) huma mmanifatturati permezz ta’ proċess ta’ għażil rotatorju, u jintużaw l-aktar għal finijiet ta’ insulazzjoni.

Hemm żewġ tipi ta’ fibri tal-ħġieġ tessili:

(a)  il-fibri tal-ħġieġ tal-filament (kontinwi) li jikkonsistu minn għadd kbir ta’ filamenti paralleli kontinwi b’dijametri li normalment ikunu ta’ bejn 3 u 34 μm (mikroni); wara li jifformaw, dawk il-filamenti kontinwi jinżammu flimkien bħala raden permezz ta’ apprestatur (“sizing”) biex ikunu ffaċilitati l-passi sussegwenti tal-produzzjoni (il-qtugħ, it-tkebbib, il-brim, l-insiġ, eċċ.); il-prodotti intermedji mbagħad jintużaw fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-fibra tal-ħġieġ kummerċjali (filamenti maqtugħin, rovings, raden, eċċ.);

(b)  il-fibri tal-ħġieġ magħmula minn filamenti mhux kontinwi (fibri tal-ħġieġ ta’ tul medju tipiku) magħmula minn filamenti li jkunu nqatgħu jew inkisru f’tulijiet qosra waqt il-proċess ta’ produzzjoni u miġbuda f’raden kontinwu ta’ fibri assemblati b’mod mhux preċiż; dawn normalment jintużaw fi drapp minsuġ, pereżempju, għall-kisi ta’ ħitan fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni.

Il-fibri tal-ħġieġ tessili jistgħu jibqgħu jiġu pproċessati għall-manifattura ta’ dawn l-artikoli li ġejjin ta’ din l-intestatura:

— twapet u skrimms bil-fibri mwaħħla kimikament, jiġifieri twapet bil-fibri maqtugħin, twapet bil-fibri kontinwi u prodotti li tipikament ma jkunux minsuġin, bħal drappijiet irqaq (voiles), skrimms mhux minsuġin, eċċ.,

— drappijiet bil-fibri mwaħħla mekkanikament, jiġifieri drappijiet minsuġin, drappijiet mhux ikkrimpjati, drappijiet innittjat, drappijiet meħjuta, drappijiet bil-labra bħal rovings minsuġin,drappijiet tal-filoxx miftuħ u skrins.

7019 11 00

Trofof imqattgħin, mhux itwal minn 50 mm

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7019 11 .

7019 12 00

Ftietel

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7019 12 .

7019 19 90

Ta’ fibri ta’ kwalita’

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7019 19 .

Din is-subintestatura tinkludi r-raden magħmul minn fibri ta’ tul medju.

7019 31 00

Twapet

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7019 31 .

7019 32 00

Folji rqaq ( voiles )

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7019 32 .

▼M2

7019 39 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi drappijiet ta’ fibri tal-ħġieġ b’diversi assi li jikkonsistu fi strati separati ta’ raden tal-filament tal-ħġieġ paralleli u fejn l-istrati jitqiegħdu fuq xulxin f’angoli differenti. L-istrati huma marbuta ma’ xulxin b’ħajt sintetiku li jitwaħħal mekkanikament. Dawn id-drappijiet jintużaw pereżempju, biex isiru x-xfafar għat-turbini eoliċi, jew għall-bini ta’ dgħajjes u bastimenti.

▼B

7019 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-fibri voluminizzati li huma massa ta’ filamenti individwali ta’ tulijiet differenti mħalltin flimkien (wattiet tal-ħġieġ u suf tal-ħġieġ) li jintużaw għall-insulazzjoni mis-sħana jew għall-iżolament mill-ħsejjes u s-soltu jkunu ppreżentati għall-bejgħ f’balel jew bħala xkejjer tal-karti.

7020 00

Oġġetti oħrajn tal-ħġieġ

7020 00 07 u 7020 00 08

Ġewwieni tal-ħġieġ għal fliexken bil-vakwu jew għal reċipjenti oħrajn bil-vakwu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7020, it-tieni paragrafu, (4).

7020 00 08

Lesti

It-terminu “irfinuti” japplika biss għall-ġewwenin tal-ħġieġ lesti biex jinksew jew biex jitgħattew b’xi mod ieħor.

TAQSIMA XIV

PERLI NATURALI JEW KULTIVATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ, U OĠĠETTI TAGĦHOM, ĠOJJELLI ARTIFIĊJALI; MUNITA

KAPITOLU 71

PERLI NATURALI JEW KULTIVATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ, U OĠĠETTI TAGĦHOM, ĠOJJELLI ARTIFIĊJALI; MUNITA



I. PERLI NATURALI JEW KULTIVATI U ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ

7101

Perli, naturali jew kultivati, maħdumin jew le jew iggradati iżda mhux midmumin, immuntati jew ingastati; perli, naturali jew kultivati, midmumin temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

7101 10 00

Perli naturali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7101 , l-ewwel erba’ paragrafi.

7101 21 00 u 7101 22 00

Perli kultivati

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7101 , il-ħames paragrafu.

7101 21 00

Mhux maħdumin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7101 , is-sitt paragrafu.

7101 22 00

Maħdumin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7101 , is-sitt paragrafu.

7102

Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati

7102 10 00

Mhux magħżulin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7102 10 .

7102 21 00 u 7102 29 00

Industrijali

Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 7102 21 u 7102 29 .

7102 21 00

Mhux maħdumin jew sempliċiment issegati, xpakkati jew maqtugħin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 7102 21 u 7102 29 , it-tielet paragrafu.

Qtigħ mingħajr finezza huwa l-proċess tat-tixfir tal-blank kontra djamant ieħor biex dan jiċċekken għad-daqs meħtieġ.

7102 31 00 u 7102 39 00

Mhux industrijali

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 7102 31 u 7102 39 .

7102 31 00

Mhux maħdumin jew sempliċiment issegati, xpakkati jew maqtugħin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7102 31 u 7102 39 , it-tieni paragrafu.

Qtiegħ mingħajr finezza huwa l-proċess tat-tixfir tal-blank kontra djamant ieħor biex dan jiċċekken għad-daqs meħtieġ.

7103

Ħaġar prezzjuż (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż, maħdum jew iggradat jew le iżda mhux midmum, immuntat jew ingastat; ħaġar prezzjuż mhux iggradat (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż, midmum temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

7103 10 00

Mhux maħdumin jew sempliċement issegati jew iffurmati ħorox

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7103 10 .

Din is-subintestatura ma tinkludix ġawhar preparati bħala doppjetti jew tripletti (subintestatura 7103 91 00 jew 7103 99 00 ).

7103 91 00 u 7103 99 00

Maħdumin mod ieħor

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 7103 91 u 7103 99 .

Ġawhar ippreparati bħala doppjetti jew tripletti għandhom jitqiesu li jfissru ġawhar miksubin permezz tat-tqegħid ta’ ġawhra waħda (parti ta’ fuq tad-doppjetta jew tripletta) u jew waħda jew żewġ ġawhar oħra (ġeneralment ta’ kwalità inferjuri) fuq sustanza oħra (ġawhar rikostitwiti jew ħġieġ, pereżempju).

Rigward il-ġawhar li ma jitqisux bħala maħdumin mod ieħor għall-finijiet ta’ dawn is-subintestaturi, kif ukoll ġawhar li, anki jekk ma jkunux ingastati jew immuntati, huma koperti mill-kapitolu 90 jew 91, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7103 , it-tielet u l-ħames paragrafi.

Ġawhar raff (magħrufin komunement bħala “blanks”) huma koperti mis-subintestatura 7103 10 00 .

7103 91 00

Rubini, żaffiri u żmeraldi

Rubini huma tip ta’ korundum li l-kulur aħmar tiegħu huwa dovut għal traċċi ta’ mlieħ tal-kromju.

Iż-żaffir huwa wkoll tip ta’ korundum li l-kulur blu skur tiegħu huwa dovut għall-preżenza ta’ traċċi ta’ mlieħ tal-kobalt.

L-iżmerald huwa tip ta’ beril. Huwa ġeneralment jinsab fil-forma ta’ priżma u l-kulur aħdar tiegħu ġej minn traċċi ta’ ossidu tal-kromju. L-iżmerald, li huwa daqsxejn aktar iebes mill-kromju iżda inqas minn korundum u djamant, għandu valur għoli minħabba l-kulur u t-trasparenza tiegħu. Huwa frekwentement jinqata’ f’rettangoli jew kwadri.

7104

Ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali jew rikostrutt, maħdum jew iggradat jew le iżda mhux midmum, immuntat jew ingastat; ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali jew rikostrutt mhux iggradat, midmum temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

7104 10 00

Kwarzu pjeżoelettriku

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7104 10 .

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  kristall pjeżoelettriċi manifatturati minn komposti kimiċi bħal melħ Seignette jew Rochelle (tartrat doppju ta’ potassju u tetraidrat tas-sodju), titanat tal-barju, ortomonofosfat tal-ammonju, jew ortomonofosfat tar-rubidju (subintestatura 3824 99 96 );

(b)  kristalli pjeżoelettriċi manifatturati minn ġawhar naturali (eż., kwarzu, tormalina) (intestatura 7103 );

(ċ)  kristalli pjeżoelettriċi manifatturati minn ġawhar sintetiċi għajr kwarzu (subintestatura 7104 20 00 jew 7104 90 00 );

(d)  kristalli pjeżoelettriċi mmuntati (subintestatura 8541 60 00 ).

7104 20 00

Oħrajn, mhux maħdumin jew sempliċiment issegati jew iffurmati ħorox

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7103 10 00 tapplika, mutatis mutandis.

7104 90 00

Oħrajn

In-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 7103 91 u 7103 99 tapplika, mutatis mutandis.

7105

Għabra u trab ta’ ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż naturali jew artifiċjali

7105 10 00

Ta’ djamanti

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7105 , it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi.

7105 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi għabra u trab miksubin minn ħaġar prezzjuż tat-tip granata.

II. METALLI PREZZJUŻI U METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab

7106 10 00

Trab

Għad-definizzjoni tat-terminu “trab”, ara n-Nota 1 tas-Subintestatura ta' dan il-kapitolu.

Prodotti tat-trab li ma jikkorrispondux mad-daqs tal-grana stipulata fin-nota 1 tas-Subintestatura għal dan il-kapitolu jitqiesu bħala granijiet tas-subintestatura 7106 91 00 .

Skart mill-ħidma ta’ fidda jew il-ligi tagħha, joqgħodu biss għall-irkuprar tal-metall jew għal użu fil-manifattura ta’ kimiċi, bħal trab tal-illimar, kinsiet u trab, ma jitqiesx bħala frak. Dan l-iskart huwa klassifikat f’intestatura 7112 .

Madanakollu, it-trab tal-illimar li kien separat minn materjal barrani u magħmul omoġenju fid-daqs tal-grana (eż., permezz ta’ għarbil) jitqies bħala trab ta’ din is-subintestatura, sakemm dan jissodisfa r-rekwiżiti msemmijin hawn fuq.

7106 91 00

Mhux maħdumin

Din is-subintestatura tinkludi l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7106 , ir-raba’ paragrafu, (II).

Vireg li għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom superfiċje lixx u boll ta’ garanzija jibqgħu klassifikati f’din is-subintestatura.

Grani tal-fidda u l-ligi tagħha huma klassifikati f’din is-subintestatura sakemm dawn ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-Nota 1 tas-Subintestatura ta' dan il-kapitolu.

Din is-subintestatura teskludi vireg miksubin permezz ta’ ġbid jew trembil (subintestatura 7106 92 00 ).

7108

Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f’għamla semi-manifatturata, jew f’għamla ta’ trab

7108 11 00

Trab

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7106 10 00 tapplika, mutatis mutandis.

7108 12 00

Għamliet oħrajn mhux maħdumin

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7106 91 00 tapplika, mutatis mutandis.

7108 20 00

Monetarju

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 7108 20 .

7110

Platinu, f’għamliet mhux maħdumin jew semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab

Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ ligi fis-subintestaturi ta’ din l-intestatura ara n-Nota 3 tas-Subintestatura ta' dan il-kapitolu.

7110 11 00 sa 7110 19 80

Platinu

Għad-definizzjoni tat-terminu “platinu” fil-kuntest ta’ dawn is-subintestaturi, ara Nota 2 tas-Subintestatura għal dan il-kapitolu.

7110 11 00

Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7106 10 00 u 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7110 21 00

Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7106 10 00 u 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7110 31 00

Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7106 10 00 u 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7110 41 00

Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab

In-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7106 10 00 u 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7112

Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż

Skart u residwi ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż li kienu mdewbin u magħmulin ingotti, blokki jew forom simili huma klassifikati bħala metall mhux maħdum u mhumiex f’din l-intestatura.

III. ĠOJJELLI, OĠĠETTI TAL-ARĠENTIERA U TA’ MIN JAĦDEM IL-FIDDA U OĠĠETTI OĦRAJN

7113

Oġġetti ta’ ġojjelli u partijiet tagħhom, ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż

Ara n-noti 2 (A) u 9 ta' dan il-kapitolu.

7114

Oġġetti ta’ arġentiera jew ta’ min jaħdem il-fidda u bċejjeċ tagħhom, ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż

Ara n-noti 2 (A) u 10 ta' dan il-kapitolu.

7116

Oġġetti ta’ perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż (naturali, artifiċjali jew rikostrutt)

Ara n-nota 2 (B) ta' dan il-kapitolu.

7117

Ġojjelli artifiċjali

Ara n-nota 11 ta' dan il-kapitolu.

7117 11 00 u 7117 19 00

Ta’ metall ta’ valur baxx, miksi jew le b’metall prezzjuż

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  katina ta’ metall komuni, maqtugħa f’tulijiet li kull waħda minnhom tkun tajba għall-finitura f’biċċa waħda ta’ ġojjellerija ta' imitazzjoni jew biġutterija permezz ta’, eż., twaħħil ta’ molol. Tulijiet bħal dawn normalment ma jaqbżux iż-żewġ metri;

2.  motifi ornamentali ta’ metall komuni, koperti min-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7117 , it-tieni paragrafu, (b), eżempji minnhom huma mogħtijin hawn taħt:

image

TAQSIMA XV

METALLI TA’ VALUR BAXX U OĠĠETTI TA’ METALLI TA’ VALUR BAXX

Ġenerali

Fdal u skart minn metalli li ma fihomx ħadid li kienu mdewwbin u ffurmati f’ingotti, pigs, blokki jew forom simili huma klassifikati bħala metall mhux maħdum u mhux bħala fdal jew skart. Huwa jkun ġeneralment klassifikat, pereżempju, f’titlu 7601 (aluminju), 7801 (ċomb), 7901 (żingu) jew f’subtitlu 8104 11 00 jew 8104 19 00 (manjesju).

L-espressjoni “metall” titqies li tinkludi wkoll metall li għandu struttura amorfa (mhux kristallina), bħal ħġieġ metalliku u prodotti minn trab metallurġiku.

KAPITOLU 72

ĦADID U AZZAR

Ġenerali

A. Hemm numru ta’ modi kif jintgħarfu prodotti mikwijin fil-forġa jew illaminati fejn jeħtieġ li ssir din id-distinzjoni (intestaturi 7207 , 7214 , 7216 , 7218 , 7224 u 7228 ).

Jekk il-biċċa sħiħa tista’ tinkiseb, din l-ewwel għandha tkun eżaminata għall-mod li biha tvarja s-sezzjoni trasversali tagħha.

 jekk il-varjazzjonijiet ma jkunux repetuti regolarment, il-prodott ikun mikwi;

 jekk, min-naħa l-oħra, ikun hemm varjazzjonijiet repetuti regolarment, jew jekk is-sezzjoni trasversali tkun kostanti, il-prodott jista’ jkun mikwi jew illaminat. F’dan il-każ, għandhom ikunu eżaminati il-kriterji kollha li ġejjin:

 

1.  il-qisien tas-sezzjoni trasversali

Jekk dawn ikunu kbar (sezzjoni trasversali b’erja ta’ aktar minn 150 000  mm2) il-prodott kien probabbilment mikwi. Jekk dawn ikunu żgħar (l-inqas dimensjoni inqas minn 15 mm) il-prodott kien probabbilment illaminat:

2.  forma tas-sezzjoni trasversali

Jekk din tkun sempliċi (pereżempju, kwadra, rettangolari, tonda, eżagonali, eċċ.) il-prodott jista’ jkun jew illaminat jew mikwi, filwaqt li prodotti ta’ forma aktar kumplessa jkunu kważi dejjem miksubin permezz ta’ trembil;

3.  tul

Jekk prodott ikun twil aktar minn 5 m, huwa kważi ċert li kien illaminat; jekk ikun iqsar, dan seta’ kien jew illaminat jew mikwi;

4.  tolleranzi tal-qisien

It-tolleranzi fil-qisien tas-sezzjoni trasversali huma aktar stretti fi prodotti llaminati milli fi prodotti mikwijin;

5.  aspett metallografiku

Minħabba li normalment, il-proporzjoni ta’ riduzzjoni ta’ prodotti llaminati huwa notevolment ogħla milli għal prodotti mikwijin, huwa kważi dejjem possibbli li jintgħarfu permezz tal-eżaminazzjoni taħt mikroskopju.

Il-fatturi prinċipali li għandhom ikunu eżaminati huma inklużjonijiet u struttura:

(a) l-inklużjonijiet fi prodotti llaminati jkunu rqaq, imtawlin ħafna u kważi perfettament paralleli għad-direzzjoni tat-trembil; fi prodotti mikwijin, min-naħa l-oħra, ikunu inqas imtawlin (kważi ovali fil-forma) u mhux perfettament paralleli;

(b) l-istruttura ta’ prodotti llaminati eżaminati wara l-ittemprar, jekk il-prodott kien imwebbes u ttemprat, ikollu marki diviżorji kważi perfettament rettilinjari għad-direzzjoni tat-trembil. Fi prodotti mikwijin, min-naħa l-oħra, dan ikun ħafna inqas komuni u ġieli ma jkunx jeżisti.

6.  kwantità

Prodotti mikwijin ikunu ġeneralment fornuti fi kwantitajiet żgħar.

It-trembil jista’ jsir jew jaħraq jew kiesaħ. Skont il-forma tal-biċċa li trid tiġi llaminata u l-forma u l-pożizzjoni tar-rombli, l-proċess jista’ jintuża għal prodotti ċatti, bħal folji u platt jew ċirku u strixxa, jew staneg u vireg ta’ sezzjoni trasversali tonda jew poligonali, jew sezzjonijiet ta’ sezzjonijiet trasversali, tubi, pajpijiet, eċċ. li jvarjaw.

B. Għad-definizzjoni ta’ ċertu tipi ta’ deformazzjoni plastika (bħal trembil, kiwi, stampar), ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tal-Kapitolu 72, parti (IV), (A) u (B).

Ċ. Għad-differenza bejn prodotti illaminati fis-sħana jew prodotti miġbudin fis-sħana u prodotti miksubin jew irfinuti fil-kiesaħ, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tal-Kapitolu 72, parti (IV), (B), l-aħħar paragrafu.

Xi wħud mid-differenzi ta’ hawn fuq bejn prodotti illaminati fis-sħana u prodotti illaminati fil-kiesaħ jistgħu jitnaqqsu jew jitneħħew meta prodotti llaminati fil-kiesaħ ikunu ttemprati; bl-istess mod, fil-każ ta’ prodotti mremblin-jaħarqu li għandhom daqsxejn finitura fil-kiesaħ, id-differenzi huma limitati għal ebusija u apparenza tas-superfiċje.

Staneg, vireg, forom, angoli u sezzjonijiet illaminati fis-sħana jew miġbudin fis-sħana jistgħu jkunu rfinuti fil-kiesaħ permezz ta’ ġbid u proċessi oħra — rettifikazzjoni jew kalibrazzjoni notevoli — li jagħtu lill-prodott irfinatura aħjar. Din l-operazzjoni tagħmilhom klassifikabbli bħala “iffurmati fil-kiesaħ jew irfinuti fil-kiesaħ”.

Madanakollu, kisi kiesaħ u ffurmar ta’ qoxra raffa ma jitqisux bħala proċessi ta’ rettifikazzjoni jew kalibrazzjoni, u għalhekk ma jaffetwawx il-klassifikazzjoni ta’ staneg, vireg, angoli, forom u sezzjonijiet, mhux maħdumin aktar milli llaminati bis-sħana jew maħruġin. B’mod simili, staneg u vireg, meta mdawrin, ma jitqisux bħala rfinuti fil-kiesaħ.

D. Għad-definizzjoni ta’ kisi, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, parti (IV), (C), (2), (e).

Metalli komuni miksijin b’metalli prezzjużi, tkun xi tkun il-ħxuna tal-kisi, huma koperti mill-kapitolu 71 (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-Kapitolu 71).

E. Għal kummenti fuq trattament tas-superfiċje ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tal-Kapitolu 72, parti (IV), (C), (2), (d).

F. Kiwjiet mhux irfinuti li m’għandhomx aktar l-apparenza raffa ta’ partijiet iffurmati b’mod mhux irfinut permezz ta’ kiwi tal-intestatura 7207 , 7218 jew 7224 għandhom ikunu klassifikati fl-intestaturi xierqa għall-oġġetti irfinuti, li jkunu ġeneralment fil-kapitoli 82, 84, 85 u 87. Għalhekk, kiwjiet tal-ħadid jew tal-azzar għall-manifattura ta’ krankxafts huma tajbin għall-intestatura 8483 .



I. MATERJALI PRIMARJI; PRODOTTI F’GĦAMLA TA’ QMUĦ JEW TA’ TRAB

7201

Ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara ( pig iron ) u spiegeleisen f’biċċiet tawwalin, blokok jew forom oħrajn primarji

Ħadid fondut grezz u spiegeleisen huma definiti fin-noti 1(a) u 1(b) ta' dan il-kapitolu. Ħadid fondut grezz huwa definit fin-nota 1 (a) ta' dan il-kapitolu b'kontenut, skont il-piż ta' aktar minn 6 % iżda mhux aktar minn 30 % ta’ manganiż għandu jkun klassifikat bħala spiegeleisen (subintestatura 7201 50 90 ). Jekk liga li għandha dan il-perċentwal ta’ manganiż ikun fiha element ieħor fi proporzjoni ogħla minn dawk imniżżlin fin-nota 1

(a), pereżempju., kontenut ta’ siliċju ta’ aktar minn 8 %, huwa għandu jkun klassifikat ma’ ligi tal-ħadid; fil-każ mogħti bħala eżempju, din tkun klassifikata fis-subintestaturi 7202 21 00 sa 7202 29 90 (ferrosiliċju). (Jekk din ikun fiha aktar minn 30 % manganiż u 8 % siliċju, din għandha titqies bħala ferrosilikomanganiż kopert mis-subintestatura 7202 30 00 , u jekk din ikun fiha element addizzjonali ta’ liga fil-proporzjonijiet stipulati fin-nota 1(c), din għandha tkun klassifikata fis-subintestatura 7202 99 80 ).

Ħadid fondut grezzkif definit fin-Nota 1 (a) ta' dan il-kapitolu li mhuwiex spiegeleisen, u li għalhekk irid ikun klassifikat fis-subintestaturi 7201 10 11 sa 7201 50 90 , huwa dak li fih 6 % jew inqas ta’ manganiż. F’dan it-tip ta’ ħadid fondut grezz, issir distinzjoni bejn ħadid fondut grezz mhux liga (subintestaturi 7201 10 11 sa 7201 20 00 ), u ħadid fondut grezz liga (subintestatura 7201 50 10 jew 7201 50 90 ), skont il-kontenut tal-element tal-liga.

Liga tal-ħadid fondut grezz hija definita fin-nota tas-subintestatura 1(a) ta' dan il-kapitolu; ħadid fondut grezz mhux liga ma jistax ikollu kontenut, skont il-piż, meħudin b’mod separat jew flimkien, ta' aktar minn:

— 0,2 % ta’ kromju,

— 0,3 % ta’ ram,

— 0,3 % ta’ nikil,

— 0,1 % ta’ kull wieħed minn dawn l-elementi: aluminju, molibdenu, titanju, tungstenu, vanadju.

7201 50 10

Liga tal-ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara ( pig iron ) li fih skont il-piż mhux inqas minn 0,3 % iżda mhux aktar minn 1 % ta’ titanju u mhux inqas minn 0,5 % iżda mhux aktar minn 1 % tal-vanadju

Il-prodotti ta’ dan is-subintestatura jintużaw prinċipalment għall-produzzjoni ta’ komponenti li jeħtieġ li jkunu partikolarment jifilħu għal użu kontwinwu, bħal krankxafts, tnabar tal-brejkijiet, pistuni tal-pompi, ċilindri li jduru, forom li jiffurmaw bid-daqqa, piping elbows, forom tal-ingotti.

7201 50 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ħadid fondut grezz tat-tipi li ġejjin:

1.  dawk li fihom nikil (minn 0,5 sa 3,5 %) għall-manifattura ta’ oġġetti b’reżistenza għolja għal stress;

2.  “Ni-Iebes” (li fih 3,3 sa 5 % ta’ nikil u 1,4 sa 2,6 % ta’ kromju) għall-manifattura ta’ oġġetti b’reżistenza għolja għal użu ta’ spiss;

3.  dawk b’kontenut għoli ta’ nikil, kromju, siliċju jew ram tal-manifattura ta’ oġġetti li jridu jkunu jirreżistu l-korrużjoni;

4.  dawk ukoll li fihom nikil jew kromju għall-manifattura ta’ oġġetti reżistenti għas-sħana;

5.  dawk li fihom ir-ram.

7202

Ligi tal-ħadid

Nota 1 (c) tagħti t-tifsira ta’ “ligi tal-ħadid”, fejn tispeċifika partikolarment il-limiti ta’ kontenuti ta’ elementi mhux ferruż tal-liga u tal-element ħadid.

Għall-klassifikazzjoni ta’ ligi tal-ħadid fis-subintestaturi tal-intestatura 7202 , ara n-Nota 2 tas-Subintestatura ta' dan il-kapitolu.

Għalhekk, pereżempju, liga tal-ħadid li fiha aktar minn 30 % ta’ manganiż u 8 % jew anqas ta’ siliċju, hija klassifikata fis-subintestaturi 7202 11 20 sa 7202 19 00 ; jekk madankollu, jkun fiha aktar minn 30 % manganiż u iktar minn 8 % siliċju, tkun klassifikata fis-subintestatura 7202 30 00 . B’mod simili, liga tal- ferrosilikomanganoaluminju għandu jkollha aktar minn 8 % siliċju, aktar minn 30 % manganiż u aktar minn 10 % aluminju biex tkun klassifikata fis-subintestatura 7202 99 80 .

Jekk liga tal-ħadid b’żewġ elementi (binary), tliet elemeti (ternary) jew erba’ elementi (quaternary) ma tkunx imsemmija speċifikament, hija tkun klassifikata fis-subintestatura 7202 99 80 .

Prodotti skart tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar li jkunu mdewbin u ffurmati mill-ġdid b’mod mhux irfinut fil-forom ta’ ingotti (skart miġbur) u li għandhom kompożizzjoni ta’ liga tal-ħadid u li jintużaw bħala prodotti addizzjonali fil-manifattura ta’ azzar speċjali, huma klassifikati fis-subintestaturi tal-intestatura 7202 skont il-materjal kostitwenti.

Din l-intestatura ma tkoprix residwi mill-fużjoni ta’ metalli mhux ferrużi li, minħabba l-preżenza ta’ kubrit u fosfru jew ftit impuritajiet oħra, ma jistgħux jintużaw bħala ligi tal-ħadid (ġeneralment l-intestatura 2620 ).

7202 11 20 sa 7202 19 00

Ferro-manganiż

Ferromanganiż jieħu l-forma ta’ part raffi b’qasma li tleqq bajdanija. Dan jitmermer malajr u iebes ħafna. Huwa jintuża għal deossiġinazzjoni, għat-tneħħija ta’ kubrit u għaż-żieda mill-ġdid ta’ karbonju fl-azzar u, biż-żieda ta’ manganiż, bħala element għall-iffurmar ta’ lig.

7202 11 20 u 7202 11 80

Li fih skont il-piż iktar minn 2 % tal-karbonju

Dawn is-subintestaturi jinkludu dawk it-tipi ta’ ferromanganiż magħrufin bħala b'karbonju għoli (ferromanganiż b’karbonju għoli). L-aktar kwalitajiet komunement użati fihom 6 sa 7 % ta’ karbonju; il-kontenut ta’ manganiż għandu jkun aktar minn 30 % iżda ġeneralment ikun bejn 70 u 80 %.

7202 19 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri ferromanganiż b’kontenut ta’ karbonju medju (minn 1,25 sa 1,5 %) jew baxx (inqas minn 0,75 %); il-kontenut ta’ manganiż jista’ jvarja minn 80 sa 90 %.

Prodotti bħal dawn jintużaw fil-manifattura ta’ ligi tal-azzar ta’ manganiż li jeħtieġu kontenut baxx ta’ karbonju.

7202 21 00 sa 7202 29 90

Ferro-silikon

Ferrosiliċju għandu qasma griża tleqq u hu fraġli. Fil-kummerċ hemm tipi li fihom minn 10 % sa kważi 96 % ta’ siliċju, b’kontenut ta’ karbonju baxx (0,1 sa 0,2 %).

Dan jintuża għall-irfinar ta’ azzar jew għall-manifattura ta’ folji li fihom siliċju (partikolarment “folja u platt elettriċi”), jew (minflok siliċju, li jiswa aktar) bħala materjal li jnaqqas (proċess siliċjutermali) fi proċessi oħrajn metallurġiċi, eż., f’metallurġija tal-manjeżju.

7202 30 00

Manganiż ferro silikon

Ferrosilikomanganiż, magħruf ukoll sempliċiment bħala silikomanganiż, jintuża f’forom varji li fihom aktar minn 8 % u sa 35 % ta’ siliċju, aktar minn 30 % u sa 75 % ta’ manganiż u sa 3 % ta’ karbonju.

L-użi tiegħu huma simili għal dawk ta’ ferrosiliċju, iżda l-effett magħqud ta’ siliċju u manganiż inaqqas l-inklużjoni ta’ sustanzi mhux metalliċi u finalment inaqqas il-kontenut ta’ ossiġnu.

7202 41 10 sa 7202 49 90

Ferro kromju

Ferrokromju jieħu l-forma ta’ gzuz ta’ kristallini ibsin ħafna, fejn il-kristalli ġieli jkunu żviluppati ħafna.

Dan ġeneralment ikun fih minn 60 % sa 75 % ta’ kromju; il-kontenut ta’ karbonju huwa minn 4 sa 10 % f’ferrokromju komuni u jista’ jkun baxx daqs 0,01 % b’riduzzjoni li tikkorrispondi fil-fraġilità. Dan jintuża għall-produzzjoni ta’ azzarijiet kromji.

7202 50 00

Kromju ferro siliko

Ferrosilikokromju ġeneralment ikun fih 30 % ta’ siliċju u 50 % ta’ kromju u l-kontenut ta’ karbonju jista’ jkun għoli jew baxx ħafna bħal fil-każ ta’ ferrokromju.

Dan jintuża għall-istess għan bħal ferrokromju; il-preżenza ta’ siliċju tiffaċilita d-deossidazzjoni tal-azzar.

7202 60 00

Ferro nikil

Ferronikil kopert minn din is-subintestatura fih inqas minn 0,5 % ta’ kubrit u ġeneralment jintuża bħala element għal ligi fil-manifattura ta’ azzar tan-nikil.

Ferronikil b’kontenut ta’ kubrit ta’ 0,5 % jew aktar ma jistax jintuża f’dak l-istat għall-manifattura ta’ staneg tan-nikil; huwa jitqies bħala prodott intermedju ta’ metallurġija tan-nikil u huwa, għalhekk, klassifikat fl-intestatura 7501 .

Madanakollu, ċertu ligi magħrufin fil-kummerċ bħala nikil fondut u użat għall-ikkastjar ta’ oġġetti partikolari biex jirreżistu l-korrużjoni jew temperaturi għoljin huma klassifikati f’din is-subintestatura. Dan huwa l-każ meta, pereżempju, ċertu tipi ta’ ħadid fondut awstenitiku, kummerċjalment magħrufin taħt diversi ismijiet tan-negozju reġistrati, li fihom sa 36 % ta’ nikil, 6 % ta’ kromju, 6 % ta’ siliċju, aktar minn 2 % ta’ karbonju u ġieli kwantitajiet żgħar ta’ elementi oħra (aluminju, manganiż, ram, eċċ.). Għall-finijiet tan-Nomenklatura Magħquda, dawn il-prodotti m’għandhomx jitqiesu bħala ħadid fondut grezz minħabba l-kontenut ta’ nikil tagħhom, li huwa aktar minn 10 %, u lanqas bħala azzar, minħabba li l-kontenut ta’ karbonju tagħhom huwa aktar minn 2 %.

7202 99 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ferrosilikokalċju, ferromanganotitanju, ferrosilikonikil, ferrosilikoaluminokalċju, ferroaluminju, ferrosilikoaluminju u ferrosilikomanganoaluminju.

Ferroaluminju ġeneralment ikun fih bejn 12 u 30 % ta’ aluminju.

Ċertu tipi ta’ ferroaluminju ġieli jintużaw direttament għall-iffurmar ta’ partijiet speċjali minħabba r-reżistenza għolja tagħhom għal korrużjoni anki f’temperatura għolja u minħabba l-proprjetajiet manjetiċi u termali tagħhom.

Ferrosilikoaluminju jintuża f’tipi varji ta’ ligi, pereżempju:

— 45 % siliċju u 20 sa 25 % aluminju;

— 65 sa 75 % siliċju, ’il fuq minn 10 % u sa 15 % aluminju u 3 sa 4 % titanju;

— 20 sa 25 % siliċju, 20 sa 25 % manganiż u ’l fuq minn 10 sa 12 % aluminju.

Ferrosilikomanganoaluminju ġeneralment ikun fih 20 % siliċju, 35 % manganiż u 10 sa 12 % aluminju.

7203

Prodotti tal-ħadid magħmulin bit-tnaqqis dirett ta’ minerali tal-ħadid u prodotti oħrajn tal-ħadid b’ħafna ħofor ( spongy ), f’għoqod, gerbub jew forom simili; ħadid b’purità minima skont il-piż ta’ 99,94 %, f’għoqod, gerbub jew forom simili

7203 90 00

Oħrajn

Apparti l-prodotti msemmijin fit-tieni parti tal-intestatura 7203 , li huma koperti mill-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA ta' din l-intestatura, din is-subintestatura tinkludi prodotti tal-ħadid sponżi miksubin b’mezzi oħrajn għajr milli bir-riduzzjoni diretta fil-mineral tal-ħadid, jiġifieri, dawk miksubin minn ħadid fondut grezz imdewweb bit-teknika tal-atomizzazzjoni.

7204

Skart u fdal tal-ħadid; tidwib mill-ġdid ta’ ingotti tal-ħadid jew azzar

Apparti l-iskart u l-laqx deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7204 , (A), din l-intestatura tinkludi wkoll vireg użati maqtugħin f'tul ta' inqas minn 1,5 m (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7302 10 90 ).

7204 41 10

Rbaba tat-torn, qxur, frak, skart tal-qtugħ, serratura u trab tal-illimar

Din is-subintestatura ma tinkludix skart mill-immaċinar u trab tal-illimar mifrudin minn korpi estranji (pereżempju, permezz ta’ proċessi manjetiċi) u li jkunu magħmulin omoġenji fid-daqs tal-gran (pereżempju, permezz ta’ skrinjar). Skont id-daqs tal-gran tagħhom (ara n-nota 8(b) tat-Taqsima XV u n-nota 1(h) ta' dan il-kapitolu) dawn il-prodotti huma koperti mis-subintestatura 7205 10 00 , 7205 21 00 jew 7205 29 00 .

7204 49 10

Frammentati (imqattgħin biċċiet)

Skart u laqx frammentati (imqattgħin biċċiet) ikopru prodotti li minnhom 95 % skont l-piż m’għandhom l-ebda qies akbar minn 200 mm.

7204 49 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi skart u laqx bl-ingrossa li fihom, pereżempju, taħlita ta’ ħadid fondut, ħadid stanjat u tipi differenti ta’ azzar.

7204 50 00

Tidwib mill-ġdid ta’ ingotti ta’ skart

Tidwib mill-ġdid ta’ ingotti ta’ laqx bil-kompożizzjoni kimika ta’ liga tal-ħadid użati bħala addizzjonijiet fil-produzzjoni ta’ azzar speċjali jkunu klassifikati fis-subintestaturi xierqa tal-intestatura 7202 .

7205

Qmuħ u trabijiet, tal-ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara ( pig iron ), ta’ spiegeleisen , tal-ħadid jew tal-azzar

7205 21 00 u 7205 29 00

Trabijiet

Il-prodotti ta’ dawn is-subintestaturi jistgħu jkunu mħalltin jew ma' elementi għal-ligi għal uħud mill-finijiet imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7205 , (B), jew b’elementi protettivi (eż. żingu) biex jipprevjenu r-riskju ta’ kombustjoni spontanja tal-ħadid.

II. ĦADID U AZZAR MHUX LIGA

7208

Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, irrumblati bis-sħana, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin

It-terminu “rrumblati mill-ġdid” għall-finijiet tas-subintestaturi ta’ din il-intestatura huwa limitat għal proċess li minnu l-ħadid jgħaddi bejn rombli li jduru bil-maqlub u għalhekk jiċkien fil-ħxuna. Dan il-proċess jista’ wkoll ikollu l-effett li jtejjeb is-superfiċje tal-metall jew il-proprjetajiet mekkaniċi tiegħu. It-terminu “rrumblati mill-ġdid” madanakollu ma jkoprix il-proċess “skin-pass” li jikkawża daqsxejn tnaqqis fil-ħxuna jew proċessi oħrajn li bihom il-metall ikun iffurmat iżda ma titnaqqasx il-ħxuna tiegħu.

7208 90 20 u 7208 90 80

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru prodotti llaminati fis-sħana ċatti li għaddew minn wieħed jew aktar mit-trattamenti tas-superfiċje msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7208 , it-tieni paragrafu, (3) sa (5) u/jew maqtugħin għal kull forma għajr kwadra jew rettangolari.

Dawn is-subintestaturi jkopru wkoll prodotti llaminati fis-sħana ċatti, li wara li kienu rrumblati, għaddew minn xogħol bħal tmewwiġ, perforazzjoni, ċanfrinar jew ittundjar tat-truf.

Madanakollu, prodotti b’disinji mqabbżin li jirriżultaw direttament minn trembil, ma jitqisux li għaddew minn ħidma fis-sens ta’ dawn is-subintestaturi.

7209

Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), mhux miksijin, indurati jew mgħottijin

7209 90 20 u 7209 90 80

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7208 90 20 u 7208 90 80 tapplika, mutatis mutandis.

7210

Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, miksijin, indurati jew mgħottijin

Għall-finijiet ta’ din l-intestatura, prodotti miksijin kif definit fin-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, il-parti (IV), (C), (2), (e), u prodotti indurati jew mgħottijin huma dawk li għaddew minn wieħed mit-trattamenti inklużi fil-parti msemmija hawn fuq tan-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA, (d), (iv) u (v).

7210 12 20

Pjanċa tal-landa

Din is-subintestatura ma tinkludix pjanċi tal-landa bil-verniċ (subintestatura 7210 70 10 ).

7210 20 00

Indurati jew mgħottijin biċ-ċomb, inkluż terne-plate (folja tal-ħadid miksija bl-istann u ċ-ċomb)

Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura, pjanċa tal-azzar iggalvanizzata għandha tinftiehem li tfisser prodotti llaminati fiċ-ċatt bi ħxuna ta’ inqas minn 0,5 mm li huma mgħottijin, permezz ta’ elettroliżi jew permezz ta’ tgħaddis f’banju ta’ metall imdewweb, bi strat magħmul minn liga tal-landa u taċ-ċomb. L-ammont ta’ ċomb fuq iż-żewġ superfiċji ma jistax jaqbeż il-120 g/m2 tal-prodott.

7210 30 00

Miksijin jew mgħottijin b’mod elettrolitiku biż-żingu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 7210 30 , 7210 41 u 7210 49 .

7210 41 00

Immewwġin

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7208 , is-sitt paragrafu.

7210 61 00

Miksijin jew mgħottijin b’ligi ta aluminju-żingu

Dan is-subintestatura jinkludi prodotti llaminati fiċ-ċatt indurati jew mgħottijin b’ligi fejn l-aluminju jippredomina fuq iż-żingu, skont il-piż. Elementi tal-ligi oħrajn huma permessi.

7210 90 80

Oħrajn

Apparti l-folji jew l-platti żmaltati din is-subintestatura tinkludi folji u platti miksijin bil-fidda, indurati jew miksijin bil-platinu, jiġifieri, mgħottijin b’metalli prezzjużi fuq naħa waħda jew it-tnejn, bi proċessi għajr bil-kisi. Il-proċessi involuti huma prinċipalment depożitar, sprejjaturi u evaporazzjoni elettrolitiċi taħt vakwu (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, il-parti (IV), (C), 2, (d), (iv)).

7211

Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga rrumblati ċatt, wisgħin inqas minn 600 mm, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin

Din l-intestatura ma tkoprix prodotti llaminati fiċ-ċatt ta’ kull forma għajr kwadra jew rettangolari, anki jekk il-ħxuna tagħhom tkun inqas minn 600 mm (intestatura 7208 ).

7212

Prodotti tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga rrumblati ċatt, wisgħin inqas minn 600 mm, miksijin, indurati jew mgħottijin

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 7210 u s-subintestaturi tagħha japplikaw, mutatis mutandis.

7212 10 10

Pjanċa tal-landa, mhux maħduma aktar ħlief bil-wiċċ ittrattat

Din is-subintestatura ma tinkludix pjanċi tal-landa, mhux maħdumin aktar minn verniċjati (subintestatura 7212 40 20 ).

7212 50 61

Miksijin jew mgħottijin b’ligi ta’ żingu-aluminju

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7210 61 00 tapplika, mutatis mutandis.

7214

Biċċiet ( bars ) u vireg oħrajn tal-ħadid jew azzar mhux liga, mhux maħdum aktar ħlief mikwi fil-forġa, irrumblati bis-sħana, miġbudin bis-sħana jew maħruġin bis-sħana, iżda inklużi dawk mibrumin wara l-irrumblar

7214 10 00

Mikwijin fil-forġa

Għad-differenza bejn prodotti mikwijin fil-forġa jew illaminati ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta' dan il-kapitolu, (A).

7215

Biċċiet ( bars) u vireg oħrajn ta’ ħadid jew azzar mhux-liga

7215 50 11 sa 7215 50 80

Oħrajn, mhux maħdumin aktar ħlief iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ

Vireg illaminati fis-sħana jistgħu jiġu rfinuti fil-kiesaħ bil-ġbid jew proċess ieħor – notevolment rettifikazzjoni jew kalibrar – sabiex il-prodott jitlesta b’mod aħjar. It-titjib fil-prodott lest jirriżulta mit-tnaqqis tat-tolleranzi fuq id-dijametru u fuq l-ovalizzazzjoni u l-eliminazzjoni mis-superfiċje ta' kull difett bħal mikroxquq jew żoni dekarburizzati. Din l-operazzjoni tagħmilhom klassifikabbli bħala “ffurmati fil-kiesaħ jew irfinuti fil-kiesaħ”. Ġeneralment dawn ikollhom superfiċje lixxa u kemxejn omoġenja. Huma jkunu ħielsa minn kanali u difetti superfiċjali oħra, għalkemm il-biċċiet imdaqqsa jista' jkollhom ħruxija minn baxxa sa medja, skont il-grad tar-rettifikazzjoni.

Trattamenti tas-superfiċje apparti dak imsemmi hawn fuq, bħalma hu l-illostrar, huma esklużi (Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7215 90 00 ).

7215 90 00

Oħrajn

Dan is-subintestatura tkopri staneg u vireg mikwijin fil-forġa, illminati fis-sħana jew miġbudin fis-sħana u dawk miksubin permezz ta’ ħidma fil-kiesaħ, li għaddew minn:

1.  trattament tas-superfiċje apparti dik imsemmija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7214 , ir-raba’ paragrafu, (1) sa (3), pereżempju, illostrar, tqasdir, ossidazzjoni artifiċjali, fosfatizzar, ossalizzar, mgħottijin u miksijin; jew

2.  ħidma mekkanika bħal perforazzjoni jew kalibrazzjoni.

7216

Angoli, forom u qatgħat tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga

Din is-subintestatura ma tinkludix angoli perforati u angoli “Halfen”, forom u sezzjonijiet koperti mill-intestatura 7308 u li huma deskritti fin-nota ta' spjegazzjoni ta' dik l-intestatura.

7216 32 11

B'uċuħ ta’ flanġi paralleli

Din is-subintestatura tkopri biss sezzjonijiet fejn kemm il-flanġi ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra jkunu paralleli.

Is-sezzjonijiet għandhom il-forma li ġejja:

 

image

7216 32 91

B'uċuħ ta’ flanġi paralleli

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7216 32 11 .

7216 50 91

Pjanċi tal-bozza ( bulb flats )

Din is-subintestatura tkopri prodotti li għandhom sezzjoni trasversali uniformi tul it-tul tagħhom kollu kif muri hawn taħt u li l-wisa’ tagħhom ġeneralment tkun taħt l-430 mm. It-tul “a” tal-bastun is-soltu jkun ta’ wieħed minn sebgħa mill-wisa’ “b” tal-pjanċi b'bastun.

 

image

7216 69 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri angoli, forom u sezzjonijiet li kienu ffurmati fil-kiesaħ jew irfinuti fil-kiesaħ permezz ta’ ġbid bi tnaqqis fil-ħxuna.

7216 91 10 u 7216 91 80

Iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ minn prodotti rrumblati ċatt

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7215 90 00 tapplika, mutatis mutandis.

7216 91 10

Folji ddisinjati (irrigati)

Folji profilati (irrigati) jintużaw prinċipalment għal kisi ta’ faċċati.

Huma tipikament ikunu ffurmati kif muri hawn taħt:

Din is-subintestatura ma tinkludix folji profilati b’apparat għall-montaturi (subintestatura 7308 90 59 ).

 

image

7216 99 00

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7215 90 00 tapplika, mutatis mutandis.

III. STAINLESS STEEL

7219

Prodotti ta’ stainless steel  irrumblati ċatt, wesgħin 600 mm jew aktar

7219 90 20 u 7219 90 80

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jkopru prodotti ċatti llaminati fis-sħana jew illaminati fil-kiesaħ li għaddew minn wieħed jew aktar mit-trattamenti ta s-superfiċje msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA ta' dan il-kapitolu, parti (IV), (C), (2), (d) u (e); jew maqtugħin għal kull forma għajr kwadra jew rettangolari.

Dawn is-subintestaturi jkopru wkoll prodotti ċatti llaminati fis-sħana jew illaminati fil-kiesaħ li għaddew, wara t-trembil, minn operazzjonijiet bħal perforazzjoni, tmewwiġ jew ttundjar tat-truf.

7220

Prodotti ta’ stainless steel  irrumblati ċatt, wesgħin inqas minn 600 mm

Din l-intestatura ma tkoprix prodotti llaminti fiċ-ċatti ta’ kull forma għajr kwadra jew rettangolari, anki jekk il-ħxuna tagħhom tkun inqas minn 600 mm (intestatura 7219 ).

IV. AZZAR LIGA IEĦOR; BIĊĊIET (BARS) U VIREG TAT-TRAPAN VOJTA, TAL-AZZAR LIGA JEW MHUX LIGA

7225

Prodotti rrumblati ċatt tal-azzar liga ieħor, b’wisgħa ta’ 600 mm jew aktar

7225 11 00

B’vina parallela ( grain-oriented )

Prodotti llaminati fiċ-ċatt bil-granijiet orjentati huma dawk li l-proprjetajiet manjetiċi tagħhom huma aktar paralleli b’mod sinifikanti mad-direzzjoni tat-trembil milli perpendikolari għad-direzzjoni tat-trembil (“disinn Goss”). Prodotti bħal dawn ġeneralment ikunu miksijin b'saff iżolanti li s-soltu jikkonsisti fi strat irqiq qisu ħġieġ (prinċipalment ta’ silikati tal-manjeżju).

7226

Prodotti rrumblati ċatt tal-azzar liga ieħor, b’wisgħa ta’ inqas minn 600 mm

7226 11 00

B’vina parallela ( grain-oriented )

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7225 11 00 .

7226 99 10

Miksijin jew mgħottijin b’mod elettrolitiku biż-żingu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 7210 30 , 7210 41 u 7210 49 .

7226 99 30

Miksijin jew mgħottijin mod ieħor biż-żingu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 7210 30 , 7210 41 u 7210 49 .

7227

Biċċiet ( bars) u vireg, irrumblati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin bl-addoċċ, tal-azzar liga ieħor

7227 90 95

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi wajer għall-issaldjar, għajr dak tal-intestatura 8311 .

7228

Biċċiet ( bars) u vireg oħrajn tal-azzar liga ieħor; angoli, forom u qatgħat, tal-azzar liga ieħor; biċċiet ( bars) u vireg tat-trapan vojta, tal-azzar liga jew mhux liga

7228 40 10 u 7228 40 90

Biċċiet ( bars) u vireg oħrajn, mhux maħdumin aktar ħlief mikwijin fil-forġa

Għad-distinzjoni bejn prodotti mikwijin fil-forġa u llaminati ara n-nota ta’ spjegazzjoni ġenerali ta' dan il-kapitolu, (A).

KAPITOLU 73

OĠĠETTI TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR



7301

Gzuz ta’ pjanċi ( sheet piling ) tal-ħadid jew tal-azzar, imtaqqbin, imħaffrin jew magħmulin minn elementi mmuntati jew le; angoli, forom u qatgħat iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar

Din l-intestatura tkopri planki tal-azzar u angoli, forom u sezzjonijiet issaldjati li fuqhom ikun sar xogħol ta’ drilljar, tgħawwiġ, eċċ., sakemm bħala riżultat ta’ dak ix-xogħol, dawn ma jkunux ingħataw il-karatteristiċi ta’ prodotti msemmijin banda oħra.

7301 20 00

Angoli, forom u qatgħat

Din is-subintestatura ma tkoprix angoli perforati u angoli, forom u sezzjonijiet tat-tip “Halfen” (7308 ).

7302

Materjal tal-ħadid jew tal-azzar għall-kostruzzjoni ta’ linji tat-tren jew tat-tramm, dawn li ġejjin: linji, “ check rails ” u “ rack rails ”, “ switch blades ”, “ crossing frogs ”, “ point rods ” u bċejjeċ oħrajn tal-qsim, rfid tal-linji ( sleepers/cross-ties ), “ fish-plates ”, siġġijiet, ifilsa għas-siġġijiet, pjanċi bażi ( sole plates ), klips tal-linji, pjanċi tal-qiegħ, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għall-għaqda jew armar ta’ linji

7302 10 10

Li jitrasmettu kurrent, bi bċejjeċ ta’ metall mhux tal-ħadid

Din is-subintestatura tkopri biss binarji ta' konduzzjoni tal-kurrent elettriku, apparti running rails, li s-superfiċje tagħhom li tagħmel kuntatt hija ta’ metall mhux ferruż (aluminju, ram) jew li huma mgħammra b’partijiet ta’ konnessjoni magħmulin minn metalli mhux ferrużi.

Binarji ta' konduzzjoni li jaqgħu f’din is-subintestatura, is-soltu magħrufin bħala “tielet (jew raba’) binarji”, li għandhom l-istess sezzjoni trasversali bħal running rail jew li għandhom sezzjoni trasversali forma ta’ T doppja, rettangolari jew trapezojdali, eċċ. u li huma magħmulin minn azzar li ġeneralment ikun inqas riġidu minn dak ta’ running rails, minħabba li l-proprjetajiet mekkaniċi tagħhom jistgħu jiġu sagrifikati għall-kwalitajiet elettriċi: ir-reżistività elettrika, li fl-azzar tar-running rails hija ta’ madwar 0,19 × 10–6 ohm m, hija biss ta’ 0,11 ohm m għal azzar b’kontenut baxx ta’ karbonju (madwar 0,08 %) u ta’ manganiż (0,20 %) u tista’ tkun anki ta’ 0,10 ohm m għal ħadid Armco (ħadid prattikament pur: 99,9 %).

Binarji ta’ konduzzjoni jista’ jkollhom kuntatt fil-parti ta’ fuq, fil-parti laterali jew fil-parti ta’ taħt u spiss ikunu protetti permezz ta’ kisja ta’ raża li tħalli mikxufa n-naħa li fuqha tiskorri l-iskid.

7302 10 22 u 7302 10 28

Linji “Vignole”

Il-binarji Vignole, imsemmija għal min ivvintahom, huma tip ta’ binarji li s-soltu jintużaw għal binarji ta’ użu ġenerali u ta’ veloċità għolja, jew għal binarji fil-muntanji jew għal netwerks reġjonali.

Dawn ikollhom il-forma li ġejja:

 

image

7302 10 40

Linji gruvjati

Binarji skanalati huma binarji għal użu speċjali għal linji tat-tramm u għal użi industrijali bħal krejnijiet u transportaturi tat-tip overhead.

Il-profil tal-binarju huwa ddisinjat b’tali mod li l-flanġ tar-rota toqgħod fl-ispazju vojt tal-iskanalatura.

Dawn ikollhom il-forma li ġejja:

 

image

7302 10 90

Użati

Din is-subintestatura ma tinkludix binarji wżati meqjusin bħala laqx tal-intestatura 7204 , pereżempju, binarji mgħawwġin u binarji maqtugħin f’tulijiet ta’ inqas minn.

7303 00

Tubi, pajpijiet u profili vojta, tal-ħadid fondut

7303 00 10

Tubi u pajpijiet ta’ tip użati f’sistemi ta’ pressjoni

Din is-subintestatura tinkludi tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut li s-soltu jintużaw bħala linji ta’ forniment (spiss mirdumin) għall-gass u l-ilma u li jifilħu pressjoni ta’ mill-inqas 10,13 bar. Tubi u pajpijiet bħal dawn huma manifatturati kważi esklussivament minn ħadid fondut duttili ta’ saħħa partikolarment għolja (reżistenza għat-tensjoni ta’ mill-inqas 420 MPa) u għandu jkollhom proprjetajiet mekkaniċi partikolarment tajbin (partikolarment deformazzjoni plastika) biex jiġi evitat li jinqasmu bħala riżultat ta’ ċaqliq gradwali fil-ħamrija. Għalhekk, ikollhom punt tar-reħi ta’ mill-inqas 300 MPa.

7304

Tubi, pajpijiet u profili vojta, biċċa waħda, tal-ħadid (ħlief ħadid fondut) jew azzar

Oġġetti ta’ din l-intestatura ta’ tul li ma jaqbiżx id-doppju tal-akbar qies estern tas-sezzjoni trasversali ma jitqiesux bħala tubi jew pajpijiet. Huma jitqiesu bħala fittings (intestatura 7307 ) jew woxers (intestatura 7318 ) ta’ tubi jew pajpijiet.

Din l-intestatura tkopri wkoll oġġetti bil-kamin, irrispettivament mill-proporzjon tal-parti bil-kamin meta mqabbel mat-tul kollu tal-oġġett (ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-Kapitolu 73, Ġenerali, (1)).

7304 31 20

Tubi ta’ preċiżjoni

Il-prodotti ta’ din is-subintestatura huma karatterizzati mis-superfiċji ta’ ġewwa u ta’ barra tagħhom lixxi, ileqqu jew illostrati u mill-fatt li t-tolleranzi tagħhom huma aktar stretti minn dawk għal tubi rfinuti bis-sħana.

Tubi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard ISO 3304 u tal-istandards nazzjonali relatati jintużaw għal applikazzjonijiet bħal ċirkwiti idrawliċi jew pnewmatiċi, shock-absorbers, viti idrawliċi jew pnewmatiċi, u ġeneralment għall-fabrikazzjoni ta’ partijiet għal vetturi bil-mutur, muturi jew magni.

Madankollu, tubi li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Istandards ISO 6759 u 9329 u l-istandards nazzjonali rilevanti jintużaw bħala kondjuwits f’kontenituri ta’ pressjoni: boilers, superheaters, heat-exchangers u feedwater heaters għall-impjanti tal-enerġija, fejn huma meħtieġa t-tolleranzi imposti fuq tubi ta’ preċiżjoni.

7304 39 10

Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi tubi tal-azzar mingħajr saldjatura, li s-soltu jinkisbu permezz ta’ titqib u laminazzjoni termali jew permezz ta’ titqib u estrużjoni bis-sħana; dawn is-soltu jissejħu “blanks”. Huma maħsuba biex jiġu trasformati f’tubi ta’ forom oħra b’ħitan ta’ ħxuniet oħrajn b’tolleranzi dimensjonali ridotti.

Jiġu ppreżentati bit-truf maqtugħin b’mod raff u b’xi partijiet imxewkin imneħħijin, iżda b’mod ġenerali ma jkunux irfinuti. Is-superfiċji ta’ barra u ta’ ġewwa tagħhom huma raffi u mhux inċanati. Huma ma jkollhomx żejt miżjud, u ma jkunux miksijin biż-żingu jew miżbugħin.

7304 39 52 u 7304 39 58

Tubi (pajp tal-gass) bil-kamin jew li jista’ jingħaddilhom kamin

Dawn it-tubi jinkisbu permezz ta’ laminazzjoni termali u kalibrazzjoni. Ikollhom dijametru ta’ barra ta’ bejn 13,5 u 165,1 mm, u jiġu fornuti bit-truf lixxi jew bit-truf bil-kamin bi sleeves. Ikollhom jew superfiċje mhux irfinuta jew superfiċje bi strat ta’ żingu jew prodott protettiv ieħor, eż., plastik jew bitum.

L-irfinar bis-sħana jagħtihom proprjetajiet mekkaniċi li jippermettu li jinqatgħu għat-tul li bih għandhom jintużaw, u li jiġu mgħawwġin u, fejn meħtieġ, li jingħaddilhom kamin fuq il-post.

Huma jintużaw prinċipalment għad-distribuzzjoni ta’ fwar, ilma jew gass fil-binjiet.

Huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard ISO 65 u tal-istandards nazzjonali rilevanti.

7304 49 10

Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7304 39 10 .

7304 51 81

Tubi ta’ preċiżjoni

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7304 31 20 .

7304 59 10

Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn

Ara n-Nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7304 39 10 .

7305

Tubi u pajpijiet oħrajn (pereżempju, iwweldjati, irbattuti jew magħluqin hekk), b’uċuħ ta’ qatgħa tondi, bid-dijametru ta’ barra ikbar minn 406,4 mm, tal-ħadid jew tal-azzar

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 7304 japplikaw, mutatis mutandis.

7306

Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (pereżempju, mhux magħluqin ( open seam ) jew iwweldjati, irbattuti jew hekk magħluqin), tal-ħadid jew tal-azzar

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 7304 japplikaw, mutatis mutandis.

7306 30 11 u 7306 30 19

Tubi ta’ preċiżjoni, bi ħxuna ta’ ħitan

Dawn is-subintestaturi jkopru kemm tubi ta’ preċiżjoni kalibrati u mhux maħdumin aktar, kif ukoll tubi ta’ preċiżjoni issaldjati u miġbudin fil-kiesaħ.

1.  Tubi kalibrati u mhux maħdumin aktar

Dawn it-tubi ġeneralment jinkisbu permezz ta’ ssaldjar kontinwu, mingħajr metall ta’ mili, b’issaldjar bir-reżistenza elettrika jew ta’ induzzjoni, minn prodotti rrumblati li jkunu għaddew minn proċess ta’ laminazzjoni termali, bi jew mingħajr trattament bis-sħana, wara ffurmar fil-kiesaħ f’direzzjoni lonġitudinali.

Is-soltu, is-superfiċji tagħhom ikunu ħielsa minn qxur u jkollhom fuqhom xi żjut, bħala riżultat tal-lubrifikazzjoni matul l-iffurmar, l-issaldjar u l-kalibrar. Ma jkollhom l-ebda ġonta tal-issaldjar fuq barra, minħabba li din tiġi xkatlata mill-ewwel wara l-issaldjar. F’ċertu każijiet, il-ġonta tal-issaldjar titneħħa wkoll mill-wiċċ ta’ ġewwa tal-prodott.

Wara li jinħadmu fil-kiesaħ u jiġu kalibrati, dawn il-prodotti jiġu fornuti fi stat imsaħħah (work-hardened), sakemm ma jkunx meħtieġ trattament bis-sħana għar-riġenerazzjoni tal-istruttura.

Dawn jintużaw prinċipalment għall-manifattura ta’ partijiet ta’ vetturi bil-mutur jew magni, għamara tal-metall, oqfsa tar-roti, pramms, xatbiet u balavostri.

Huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard ISO 3306 u l-istandards nazzjonali rilevanti.

2.  Tubi ssaldjati, miġbudin

Dawn it-tubi jistgħu jintgħarfu minn tubi ta’ preċiżjoni ssaldjati kalibrati u mhux maħdumin aktar, mill-fatt li ma jkollhom ebda traċċa ta’ ġonta tal-issaldjar, la fuq il-wiċċ ta’ barra u lanqas fuq il-wiċċ ta’ ġewwa tat-tubu, filwaqt li t-tolleranzi dimensjonali tal-qisien ikunu aktar stretti.

L-użi tagħhom huma l-istess bħal dawk fis-subintestaturi 7304 31 20 u 7304 51 81 .

Huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istandard ISO 3305, jew dawk tal-Istandards ISO 6758 u 9330 jekk jintużaw għal kontenituri ta’ pressjoni.

7306 30 41 u 7306 30 49

Tubi (pajp tal-gass) bil-kamin jew li jista’ jingħaddilhom kamin

Dawn it-tubi jsiru permezz ta’ proċess ta’ ssaldjar bil-kiwi wara li jinħadmu fis-sħana. Għall-karatteristiċi u l-użi oħra ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7304 39 52 u 7304 39 58 .

7306 50 20

Tubi ta’ preċiżjoni

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7306 30 11 u 7306 30 19 .

7307

Tagħmir ta’ tubi u pajpijiet (pereżempju, couplings , liwjiet minkeb, sleeves ), tal-ħadid jew tal-azzar

7307 11 10 u 7307 11 90

Tal-ħadid fondut mhux-malleabbli

L-espressjoni “mhux malleabbli” tinkludi ħadid fondut tal-grafit lamellari.

Dawn is-subintestaturi jkopru fittings tal-ħadid fondut, bħal elbows, liwjiet, sleeves, ties, collars u tees. Dawn jiġu mqabbda ma’ tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut jew tal-azzar permezz ta’ invitar, permezz ta’ kuntatt jew permezz ta’ assemblaġġ mekkaniku.

7307 19 10

Tal-ħadid fondut malleabbli

Ħadid fondut malleabbli huwa prodott intermedju bejn ħadid tal-grafit lamellari (ħadid griż) u azzar fondut. Dan jista’ jkun fondut faċilment u jsir iebes u malleabbli wara trattament xieraq bis-sħana. Matul it-trattament bis-sħana, il-karbonju jisparixxi parzjalment jew jibdel il-kompożizzjoni tiegħu; huwa fl-aħħar jiddepożita f’forma ta’ noduli li ma jimpedixxux il-koeżjoni metallika sa tali punt li l-grafit jitqaxxar mill-ħadid fondut griż.

Meta l-kontenut ta’ karbonju jkun ta’ 2 % jew inqas skont il-piż, il-prodotti jitqiesu li huma ta’ azzar fondut u jaqgħu fis-subintestatura 7307 19 90 (ara n-Nota 1 ta’ dan il-Kapitolu).

Ara wkoll in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 7307 11 10 u 7307 11 90 , it-tieni paragrafu.

7307 19 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi fittings magħmula mill-ħadid fondut tal-grafit sferojdali.

7307 23 10

Liwjiet minkeb u liwjiet

Din is-subintestatura tinkludi elbows u liwjiet li għandhom ħxuna kostanti tul il-linji ta’ ġenerazzjoni tagħhom, kif deskritt fl-Istandard ISO 3419-1981 u fl-istandards nazzjonali rilevanti.

It-truf tagħhom huma maqtugħin kaxxa u, fi prodotti b’ħitan usa’, huma ċċanfrinati biex jiġi ffaċilitat l-issaldjar mat-tubi.

Il-fittings jiġu ppreżentati b’liwjiet ta’ 45° jew 90° (magħrufin bħala elbows) jew b’liwjiet ta’ 180° (magħrufin bħala liwjiet).

Din is-subintestatura tkopri wkoll elbows u liwjiet li l-ħxuna tagħhom mhijiex kostanti.

7307 23 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri prinċipalment tees u slaleb, sleeves, plugs u reducers konċentriċi jew eċċentriċi deskritti fl-Istandard ISO 3419-1981 u fl-istandards nazzjonali rilevanti.

Rigward l-irfinar tat-truf ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7307 23 10 .

7307 93 11

Liwjiet minkeb u liwjiet

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7307 23 10 .

7307 93 19

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7307 23 90 .

7307 93 91

Liwjiet minkeb u liwjiet

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7307 23 10 .

7307 93 99

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7307 23 90 .

7308

Strutturi (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406) u partijiet ta’ strutturi (pereżempju, pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, xtabi ta’ magħluq ( lock-gates ), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, qofsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-qofsa tagħhom u għetiebi għal bibien, xaters, balavostrar, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, qatgħat, tubi u bħalhom, imħejjijin għal użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar

Apparti l-prodotti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 7308 , din l-intestatura tinkludi:

1.  angoli perforati (“handy angles” jew “angoli bit-toqob Dexion”) preparati għal użu fl-assemblaġġ ta’ strutturi tal-metall bħal xkafef, settijiet ta’ xkafef, għamara, turġien, scaffolding, strutturi tas-soqfa, preżentati separatament jew f’settijiet.

2.  angoli, forom u sezzjonijiet “Halfen” ta’ sezzjonijiet ta’ bejn wieħed u ieħor sezzjoni trasversali omega b’fetħiet għat-tul f’intervalli irregolari tul il-parti ta’ wara, daqsxejn imqabbżin biex jippermettu d-dħul ta’ strixxa ta’ ankrar, intiżi biex tiddaħħal f’artijiet, soqfa jew ħitan tal-konkrit, bl-għan li jitwaħħlu tipi varji ta’ tagħmir (magni, binarji , conveyor track, monorails, krejnijiet mobbli, pajpijiet, eċċ.) permezz ta’ boltijiet speċjali.

7308 90 59

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi pannelli b’anima iżolanti bejn ħajt ta’ folja b’disinn (ikkustiljata) kif klassifikati fis-subintestatura 7216 91 10 u ħajt ta’ folja oħra għajr b’disinn (ikkustiljata).

7310

Tankijiet, btieti, ċilindri, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (ħlief gass kompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu mhux aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termali

7310 21 11

Bottijiet ta’ tip użati għal ippreservar ta’ ikel

Din is-subintestatura tkopri laned li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— il-korp tal-landa

— 

— bl-isem tal-ikel stampat fuqha, jew

— fornuta vojta, biex titwaħħal tikketta fuqha aktar tard;

— il-parti ta’ fuq tal-landa dejjem tinfetaħ kompletament, u jista’ jkollha pereżempju ħolqa li tippermetti l-ftuħ tal-parti ta’ fuq.

Il-parti ta’ fuq, madankollu, tista’ tiġi fornuta separatament.

7310 21 19

Bottijiet ta’ tip użati għal ippreservar ta’ xorb

Din is-subintestatura tkopri laned li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— il-korp tal-landa dejjem ikollu l-isem tax-xarba stampat fuqu,

— il-parti ta’ fuq dejjem tinfetaħ parzjalment, u jista’ jkollha pereżempju ħolqa li timbotta jew tiġbed lukkett.

Il-parti ta’ fuq, madankollu, tista’ tiġi fornuta separatament.

7311 00

Kontenituri għal gass kompressat jew imdewweb, tal-ħadid jew tal-azzar

Din is-subintestatura ma tkoprix tagħmir li jinġarr għall-infiħ tat-tajers li tinkludi, flimkien ma’ reservoir tal-arja kkumpressata, gejġ tal-pressjoni, tubu għall-mili, żennuna ta’ konnessjoni u valvi għad-dħul u għall-ħruġ tal-arja, u li fih il-gejġ tal-pressjoni jintuża biex titkejjel il-pressjoni tat-tajer u mhux il-pressjoni ġewwa r-reservoir (subintestatura 9026 20 80 ).

7312

Wajer bis-swiegli, ħbula, kejbils, ċineg immaljati, bragi u bħalhom, tal-ħadid jew tal-azzar, mhux iżolat għall-elettriku

7312 10 61 sa 7312 10 69

Wajer bis-swiegli

Wajer bis-swiegli jikkonsisti minn wajers b’sezzjoni trasversali ċirkulari mdawrin fi strat wieħed jew aktar madwar anima. Wajer bis-swiegli jista’ jkollu swiegli tondi, swiegli ċatti jew swiegli triangolari, skont is-sezzjoni trasversali.

7312 10 81 sa 7312 10 98

Ħbula u kejbils (inklużi ħbula koljaturi maqfulin)

Il-ħbula ġeneralment jikkonsistu minn għadd ta’ swiegli mdawrin fi strat wieħed jew aktar madwar anima.

Ħbula b’koljaturi magħluqin ikollhom strat ta’ barra wieħed jew aktar li jikkonsisti kompletament jew parzjalment minn wajers li jissikkaw ma’ xulxin, biex b’hekk tinħoloq superfiċje li minnha ma jgħaddux ilma jew korpi estranji. Huma dejjem ikollhom forma ta’ sezzjoni trasversali ċirkulari.

7318

Viti, boltijiet, skorfini, coach screws (viti b’ras eżagonali biex jiddawwru bi spanner), ganċijiet bil-kamin, rivits, kavilji, ċavi, woxers (inklużi woxers molla) u oġġetti simili, tal-ħadid jew tal-azzar

7318 11 00

Coach screws (viti b’ras eżagonali biex jiddawwru bi spanner)

Il-coach screws huma tip speċjali ta' vit għall-injam li huma differenti mill-viti għall-injam billi għandhom ras eżagonali jew kwadra u jista' jkollhom kappa fissa.

Hemm żewġ tipi ta' coach screws:

— viti li jintużaw għat-twaħħil tal-binarji mat-traversi tal-injam u li, fil-prinċipju, huma viti kbar tal-injam b’ras eżagonali jew kwadra bla slott (ara l-eżempju A),

— viti li jintużaw għall-immuntar ta’ travi tas-soqfa u oġġetti tqal tal-injam simili li, minħabba l-użu tagħhom, għandhom sieq b’dijametru ta' aktar minn 5 mm (ara l-eżempju B).

image

Eżempju A

image

Eżempju B

7318 14 91

Viti b’kamin spazjat

Din is-subintestatura tkopri viti mwebbsin b’ras u kamin għall-iffissar (V-thread) li jintużaw biex jiddaħħlu f’folji tal-metall. Il-kamin, li mhuwiex metriku, jibda mit-tarf tal-estremità tas-sieq u jkompli sar-ras. It-tarf tal-estremità tas-sieq jista’ jkun ippuntat jew tat-tip journal. Tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

image

7318 15 20

Biex jitwaħħal materjal tal-kostruzzjoni ta’ linji tat-tren

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  boltijiet ġanċ, li ġeneralment ikollhom ras kwadra jew trapezojdali b’għonq kwadru jew le, u li jintużaw għat-traversi tal-metall;

2.  fish bolts, li ġeneralment ikollhom ras kwadra jew tonda u għonq ovali, u li jintużaw biex jingħaqqdu flimkien il-partijiet tal-binarji;

3.  boltijiet oħra għall-iffissar ta’ materjal tal-kostruzzjoni tal-binarji, li ġeneralment ikunu fornuti bi skorfini magħhom u li jkollhom sieq ta’ ħxuna ta’ mhux inqas minn 18 mm.

7318 15 35 sa 7318 15 48

Bla rjus

Dawn is-subintestaturi jinkludu oġġetti li tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

image

7318 15 95

Oħrajn
Din is-subintestatura tinkludi viti u boltijiet b’irjus sokit kwadri, jew bi rjus ta' sockets kwadri, ottagonali jew triangolari, image
viti u boltijiet b’irjus tondi ta’ tipi varji, eż.:

 

image

7318 16 92 u 7318 16 99

Oħrajn, b’dijametru ta’ ġewwa

Id-dijametru ta’ ġewwa għandu jitkejjel mill-għerq tal-kamin. Id-dijametru tal-boltijiet, min-naħa l-oħra, għandu jitkejjel mill-parti ta’ fuq fejn jibda l-kamin.

7320

Molol u strixxi għal molol, tal-ħadid jew tal-azzar

7320 10 11

Molol laminati u strixxi għalihom

Molol laminati huma strixxi ta’ molol maħdumin bis-sħana b’sezzjoni trasversali li tidjieq miċ-ċentru lejn kull waħda tal-estremitajiet.

7320 20 81

Molol spirali ta’ kompressjoni

Molol spirali ta’ kompressjoni huma ddisinjati biex jirreaġixxu għall-pressjoni u għalhekk ikollhom koljatura miftuħa.

7320 20 85

Molol spirali ta’ tensjoni

Molol spirali ta’ tensjoni huma ddisinjati biex jirreagixxu għat-tensjoni u għalhekk ikollhom koljatura magħluqa.

7320 20 89

Oħrajn
Din is-subintestatura tinkludi molol spirali ta’ torsjoni u molol voluta. Molol spirali ta’ torsjoni tipikament ikollhom id-dehra li ġejja: image
Molol voluta tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

image

7320 90 30

Molol diski

Molol diska tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

image

7324

Oġġetti għall-kamra tal-banju u partijiet tagħhom, tal-ħadid jew tal-azzar

7324 10 00

Sinkijiet u friskaturi, tal-i stainless steel

L-azzar inossidabbli huwa definit fin-nota 1(e) tal-Kapitolu 72. L-oġġetti ta’ din is-subintestatura s-soltu jkunu magħmulin minn azzar inossidabbli tat-tip awstenitiku b'kontenut ta' madwar 18 % kromju u 8 % nikil.

Huma prodotti jew permezz ta’ ġbid profond ta’ folja ta’ azzar inossidabbli biex jiġi prodott sink f’biċċa waħda jew permezz tat-tgħaqqid flimkien ta’ sink wieħed jew aktar ma’ board għall-iskular waħda, jew żewġ boards, lixxi jew bil-kanali.

7326

Oġġetti oħrajn tal-ħadid jew tal-azzar

7326 20 00

Oġġetti ta’ wajer tal-ħadid jew tal-azzar

Din is-subintestatura tinkludi prodotti li jikkonsistu f’wajer wieħed jew aktar tal-azzar ippressati bejn żewġ strixxi ta’ karta jew plastik, mhux maqtugħin f’tulijiet speċifiċi. Dawn l-oġġetti ġeneralment jiġu fornuti fi rkiekel għal użu f’magni li jagħlqu l-boroż b’mod awtomatiku.

Meta jkunu maqtugħin f’tulijiet qosra (adattati għall-issiġillar ta’ boroż, boroż żgħar, eċċ.) dawn il-prodotti jiġu klassifikati fl-intestatura 8309 (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8309 , it-tieni paragrafu, (9)).

KAPITOLU 74

RAM U OĠĠETTI TIEGĦU



7406

Trabijiet u qxur tar-ram

7406 20 00

Trabijiet ta’ struttura lamellari; qxur

Trabijiet ta’ struttura lamellari jistgħu jintgħarfu taħt mikroskopju. Ikollhom grana estremament fina, is-soltu jkunu jleqqu u daqsxejn żejtnin u ġeneralment jintużaw bħala pigmenti għal żebgħat.

Il-fjokki jistgħu jintagħrfu bl-għajn waħidha jew permezz ta' lenti. Jidhru bħala qxur żgħar, irqaq u irregolari, u ġeneralment jintużaw bħala materjal għall-kisi.

7407

Biċċiet ( bars ), vireg u profili tar-ram

Din l-intestatura tinkludi profili b’kontorn magħluq (profili vojta) sakemm dawn ma jkunux konformi mad-definizzjoni ta’ tubi u pajpijiet.

7411

Tubi u pajpijiet tar-ram

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 7304 tapplika, mutatis mutandis.

KAPITOLU 75

NIKIL U OĠĠETTI TIEGĦU



7507

Tubi, pajpijiet u tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves ) ta’ nikil

7507 11 00 u 7507 12 00

Tubi u pajpijiet

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 7304 tapplika, mutatis mutandis.

KAPITOLU 76

ALUMINJU U OĠĠETTI TIEGĦU



7602 00

Skart u fdal tal-aluminju

Din l-intestatura ma tkoprix l-iskart u r-ruttam mhux maħdum li jkun ġie mdewweb mill-ġdid (l-intestatura 7601 ).

7602 00 11

Irbaba tat-torn, ċana, laqx, skart taċ-ċana, trab tas-segar u l-illimar; skart ta’ folji u fojl ikkuluriti, miksijin jew inkullati, ta’ ħxuna (mingħajr kull rinforz) mhux aktar minn 0,2 mm

Din is-subintestatura tkopri skart mill-inturnjar, rbaba, laqx jew traq tal-issegar, skart tal-immaċinar u tal-illimar li jikkostitwixxu l-iskart minn prodotti li kienu maħdumin fuq it-torn, magna tal-immaċinar, mola, trapan, sega, magna tat-tixfir jew lima.

Din is-subintestatura tkopri wkoll skart ta’ folji u fojl ikkuluriti, miksijin jew magħqudin, bi ħxuna (ħlief kwalunkwe rifda) li ma taqbiżx 0,2 mm.

Dan l-iskart għandu jgħaddi minn trattament speċjali, qabel l-irkuprar tal-metall, għat-tneħħija ta’ sustanzi estranji (xaħmijiet u żjut, kisi, karta, eċċ.).

7602 00 19

Oħrajn (inklużi twarrib tal-fabbrika)

Din is-subintestatura tinkludi kull skart tal-aluminju mhux kopert minn subintestatura 7602 00 11 .

“Prodotti mwarrba mill-fabbrika” tfisser oġġetti ġodda, irfinuti jew mhux irfinuti, li minħabba żball fil-manifattura (eż., difett fl-istruttura tal-metall jew difett li jirriżulta mill-ipproċessar) jistgħu jintużaw biss għall-irkupru tal-metall.

7602 00 90

Fdal

Laqx tal-aluminju tfisser oġġetti tal-aluminju qodma li m’għadhomx tajbin għall-użu oriġinali tagħhom minħabba li nkisru, tqattgħu jew ittieklu biż-żmien, flimkien ma’ laqx minn dawn l-oġġetti.

7603

Trabijiet u qxur tal-aluminju

7603 20 00

Trabijiet ta’ struttura lamellari; qxur

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 7406 20 00 .

7608

Tubi u pajpijiet tal-aluminju

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 7304 tapplika, mutatis mutandis.

KAPITOLU 78

ĊOMB U OĠĠETTI TIEGĦU



7801

Ċomb mhux maħdum

7801 91 00

Li fihom skont il-piż antimonju bħala l-element l-ieħor prinċipali

Din is-subintestatura tinkludi ligi taċ-ċomb u tal-antimonju użati prinċipalment għall-manifattura tal-plates tal-akkumulaturi (Pb 92 sa 94 %, Sb 6 sa 8 %) u ligi ternarji (ċomb-antimonju-landa) fejn il-piż tal-antimonju jaqbeż dak tal-landa, użati għat-tipi tal-istampar (Pb 55 sa 88 %, Sb 10 sa 30 %, Sn 2 sa 25 %).

Bl-antimonju, iċ-ċomb isir iktar iebes u aktar fraġli.

7801 99 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.  ligi taċ-ċomb, tal-landa u tal-antimonju b’massimu ta' 20 % ta’ landa u 10 % ta’ antimonju użati bħala ligi kontra l-frizzjoni;

2.  ligi taċ-ċomb u tal-landa użati għall-issaldjar;

3.  ligi taċ-ċomb u tal-arseniku (l-arseniku jwebbes iċ-ċomb u jagħmilha aktar faċli li tinkiseb il-forma sferika taċ-ċomb tas-snieter).

7806 00

Oġġetti oħrajn taċ-ċomb

7806 00 10

Kontenituri b’kisja ċomb kontra r-radjazzjoni, għall-ġarr jew ħażna ta’ materjali radjuattivi ( Ewratom )

Bl-eċċezzjoni tal-kontenituri msemmijin fis-subintestatura 8609 00 10 din is-subintestatura tkopri kull tip ta’ reċipjent magħmul minn jew miksi biċ-ċomb, għall-ġarr jew għall-ħżin tal-materjali radjuattivi, biex ir-radjazzjoni li toħroġ ma tagħmilx ħsara lill-oġġetti jew lill-persuni fil-viċinanza immedjata. Dawn ir-reċipjenti jvarjaw minn tankijiet ta’ forma ċilindrika sempliċi bit-tapp jew kaxex żgħar sempliċi bl-għatu, kompletament taċ-ċomb, għal kontenituri kbar, kemm jekk miksijin minn ġewwa bl-azzar inossidabbli u kemm jekk le, u miksijin jew rinfurzati fuq barra bi strixxi tal-azzar u mgħammrin bi granpuni, supports, ħitan doppji, flanġijiet, valvi speċjali, ċirkulaturi tal-ilma għat-tkessiħ, xkafef, kemm jekk impernjati u kemm jekk le, eċċ.

F’ċerti każijiet jistgħu jkunu magħmulin minn żewġ casings konċentriċi jew aktar li jistgħu jkunu separati jew minn għadd ta’ komponenti li jistgħu jkunu separati. Huma ddisinjati biex jifilħu għas-sħana, jifilħu għall-iskossi, biex ikunu reżistenti għall-ilma, biex jirreżistu għall-korrużjoni mill-kontenuti tagħhom u, barra minn hekk, biex ikunu dekontaminati faċilment minn ġewwa u minn barra.

Din is-subintestatura ma tinkludix kontenituri ċilindriċi żgħar taċ-ċomb intiżi bħala kuntjaturi tal-impulsi għall-materjali radjuattivi (is-subintestatura 7806 00 80 ).

7806 00 80

Oħrajn

Apparti l-oġġetti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni SA tal-intestatura 7806 , it-tieni u t-tielet paragrafi, din is-subintestatura tinkludi:

1.  briks u pjanċi taċ-ċomb (li mhumiex oġġetti tal-intestatura 7804 ), maħdumin b’tali mod li jippermettilhom li jkunu magħqudin flimkien biex jiffurmaw ħitan jew soqfa li jipprovdu l-protezzjoni mir-radjazzjoni;

2.  kontenituri ċilindriċi żgħar taċ-ċomb, kemm jekk dawn jistgħu jkunu separati f’diversi partijiet komponenti u kemm jekk le, li jaġixxu bħala kuntjaturi tal-impulsi għall-materjali radjuattivi jew le. Ikun fihom fetħa għall-kuntjatur Geiger-Mülleru għall-kuntjatur tax-xintillazzjonijiet u spiss ikunu mgħammrin bi twieqi għall-inserzjoni tal-kampjuni;

3.  oqfsa taċ-ċomb intiżi li jżommu ħġiġiet ħoxnin speċjali, li jikkostitwixxu t-twieqi taċ-ċelloli sħan, jiġifieri, ż-żoni fejn jiġu ttrattati s-sustanzi b’radjuattività għolja;

4.  apparati għall-kollimazzjoni tar-radjazzjoni;

5.  it-tubi u l-pajpijiet taċ-ċomb fil-biċċa l-kbira jsiru permezz tal-estrużjoni. Tubi, pajpijiet u fittings taċ-ċomb, (fosthom pajpijiet forma ta' "S" għas-serpentini tad-drenaġġ) jintużaw l-aktar għall-kondjuwits tal-ilma, tal-gass jew tal-aċidi (eż., l-aċidu sulfuriku jew il-klorur tal-idroġenu), għall-kisi tal-kejbils tal-elettriku, eċċ.

KAPITOLU 81

METALLI OĦRAJN TA’ VALUR BAXX; ĊERMITI; OĠĠETTI TAGĦHOM



8101

Tungstenu ( wolfram ) u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal

8101 10 00

Trabijiet

Din is-subintestatura tkopri trabijiet tat-tungstenu kif miksubin mir-riduzzjoni bl-idroġenu tat-triossidu tat-tungstenu (jew anidride tat-tungstenu).

8101 94 00

Tungstenu mhux maħdum, inklużi biċċiet ( bars ) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  ingotti, żbarri u vireg, is-soltu forma ta’ priżma, miksubin permezz tas-sinterizzazzjoni tat-trabijiet, li jkunu għadhom ma ġewx imsammrin, illaminati jew miġbudin.

2.  trab tat-tungstenu, ikkompressat f' forma ta' pilloli jew blokok żgħar, eċċ., għal raġunijiet ta’ dożaġġ jew trasport biss.

8102

Molibdenu u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal

8102 10 00

Trabijiet

Din is-subintestatura tkopri trab tal-molibdenu miksub permezz tar-riduzzjoni tal-ossidu tal-molibdenu pur jew molibdat tal-ammonju.

8102 94 00

Molibdenu mhux maħdum, inklużi biċċiet ( bars ) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8101 94 00 tapplika, mutatis mutandis.

8103

Tantalu u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal

8103 20 00

Tantalu mhux maħdum, inklużi biċċiet ( bars ) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana; trabijiet

Rigward tantalu mhux maħdum, in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8101 94 00 tapplika, mutatis mutandis.

It-trab tat-tantalu jinkiseb mir-riduzzjoni tal-ossidu tat-tantalu jew permezz tal-elettroliżi ta’ fluworur tat-tantalu-potassju mill-fużjoni.

KAPITOLU 82

GĦODOD, TAGĦMIR, POŻATI, MGĦAREF U FRIEKET, TA’ METALL TA’ VALUR BAXX; BĊEJJEĊ TAGĦHOM TA’ METALL TA’ VALUR BAXX



8202

Srieraq tal-idejn; xfafar għal srieraq ta’ kull tip (inklużi xfafar ta’ srieraq għat-tiċrit, għat-tixqiq jew bla snien)

8202 20 00

Xfafar tal-magna tas-serrar

Din is-subintestatura tkopri lami lesti għall-użu (lami forma ta' ċinturin) u lami ta’ tul indeterminat (intiżi b’mod ċar għal użu bħala lami tal-bandsaw).

Il-lami tal-bandsaws għall-qtugħ tal-metall huma lami tas-sega bi snien irqaq, fejn is-snien ikollhom konfigurazzjoni regolari.

Il-lami tal-bandsaws għall-qtugħ ta’ materjali oħra għajr metall lami tas-sega bi snien ħoxnin u kontra xulxin (jiġifieri, s-snien individwali jkunu daqsxejn inklinati, f’sekwenza alternata, mil-lemin għax-xellug tal-assi lonġitudinali tal-lama).

Din is-subintestatura ma tinkludix lami bla snien li l-azzjoni ta’ qtugħ tagħhom tinkiseb permezz tal-preżenza ta’ abrażivi (eż., trab tad-djamant, kurundun artifiċjali) fuq il-lama (intestatura 6804 ).

8202 31 00

Bil-parti tax-xogħol tal-azzar

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  lami tal-lupa bla snien (subintestatura 8202 99 20 );

(b)  diski tal-qtugħ bla snien li l-azzjoni ta’ qtugħ tagħhom tinkiseb permezz tal-preżenza ta’ abrażivi (eż., trab tad-djamant, kurundun artifiċjali) fuq is-superfiċje (intestatura 6804 ).

▼M4

8205 40 00

Turnaviti

Din is-subintestatura tinkludi settijiet li jikkonsistu f’turnavit (mingħajr il-ponta) u biċċiet interkambjabbli tat-turnavit li jkunu għall-bejgħ bl-imnut. Is-settijiet huma kklassifikati taħt din is-subintestatura (irrispettivament mill-għadd ta’ biċċiet) skont ir-regola ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Madankollu, il-biċċiet tat-turnaviti ppreżentati b’mod separat huma kklassifikati taħt l-intestatura 8207 90 30 .

▼B

8207

Għodod li jistgħu jinbidlu bejniethom għal għodod tal-idejn, li jaħdmu permezz ta’ muturi jew le, jew għal għodod ta’ magni (pereżempju, tal-ippressar, tal-istampar ( stamping ), jagħmlu toqob, jaqtgħu kamini minn ġewwa u minn barra, għal titqib, tħaffir, tisfid, irfinar ta’ uċuħ ( milling ), inturnar jew invitar), inklużi dadi għal ġbid jew ħruġ ta’ metalli, u għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art

8207 13 00 sa 8207 19 90

Għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art

Ġeneralment, l-għodod koperti minn dawn is-subintestaturi jkollhom plates, truf, eċċ. koperti mill-intestatura 8209 00, bħala l-parti tal-qtugħ tagħhom.

Madanakollu, għodod, li jkollhom bħala l-parti tal-qtugħ tagħhom, plates, vireg, truf, eċċ., mhux immuntati, li jikkonsistu fi strat ta’ djamant sintetiku fuq support ta’ ċermiti, huma klassifikati fis-subintestatura 8207 19 10 .

8207 40 10

Għodod li jaqtgħu kamini fuq ġewwa

Għodod għall-qtugħ ta' kamini interni jintużaw biex jiffurmaw kamini interni.

Din is-subintestatura tkopri wkoll għodod għall-iffurmar ta’ kamini mingħajr it-tneħħija ta’ materjal.

8207 40 30

Għodod li jaqtgħu kamini fuq barra

Għodod għall-qtugħ ta' kamini esterni jintużaw biex jiffurmaw kamini esterni.

Din is-subintestatura tkopri wkoll għodod għall-iffurmar ta’ kamini mingħajr it-tneħħija ta’ materjal.

8207 70 31

Tip ta’ marloċċ ( shank type )

Għodod tat-tip "marloċċ" għandhom marloċċ forma ta’ ċilindru jew kon li jippermettilhom li jikklampjaw fil-holder tal-għodda.

Huma tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

image

8212

Għodod għat-tqaxxir tal-leħja u xfafar tal-leħja (inklużi xfafar tal-leħja vojta ( blanks ) fi strixxi)

8212 20 00

Xfafar tal-leħja, inklużi xfafar tal-leħja vojta ( blanks ) fi strixxi

Apparti l-blanks fi strixxi,din is-subintestatura tinkludi:

1.  xfafar mhux irfinuti, jiġifieri, xfafar mhux imsennin, kemm jekk perforati kif ukoll jekk le;

2.  xfafar fi strixxi imsennin fuq naħa waħda biss, mhux perforati, li jiddaħħlu f’kolji fix-xafra tal-leħja.

8215

Mgħaref, frieket, kuċċaruni, xkumaturi, cake servers , skieken tal-ħut, skieken tal-butir, pinzetti taz-zokkor u oġġetti simili tal-kċina jew tal-mejda

8215 10 20

Li fihom biss oġġetti miksijin b’metall prezzjuż

Din l-intestatura ma tinkludix oġġetti b’ornamentazzjoni minuri ta’ metalli prezzjużi (eż., mottif ta’ petali riprodott fuq manku ta’ biċċa pożata).

8215 10 30

Ta’ stainless steel

L-azzar inossidabbli huwa definit fin-nota 1 (e) tal-Kapitolu 72.

8215 10 80

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8215 10 20 tapplika, mutatis mutandis.

8215 20 10

Ta’ stainless steel

L-azzar inossidabbli huwa definit f’Nota 1 (e) tal-Kapitolu 72.

8215 91 00

Miksijin b’metall prezzjuż

-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8215 10 20 tapplika, mutatis mutandis.

8215 99 10

Ta’ stainless steel

L-azzar inossidabbli huwa definit f’Nota 1 (e) tal-Kapitolu 72.

KAPITOLU 83

TAĦLITA TA’ OĠĠETTI TA’ METALL TA’ VALUR BAXX



8302

Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta’ metall ta’ valur baxx tajbin għal għamara, bibien, turġien, twieqi, persjani, qofsa ta’ vetturi, sruġ, bagolli, sniedaq, kaxxetti jew bħalhom; dniedel tal-kpiepel, witet tal-kpiepel, brazzi u apparat ta’ metall ta’ valur baxx; castors bl-immuntar ta’ metall ta’ valur baxx; għeluq awtomatiċi ta’ metall ta’ valur baxx għal bibien

8302 20 00

Castors
Għall-finijiet ta' din is-subintestatura, “castors” huma roti b'montaturi ta' metall ta' valur baxx. Il-montaturi jservu biex ir-rota tintrabat mal-prodott relatat mingħajr aktar ipproċessar u mingħajr iż-żieda ta' komponenti oħra.
Il-partijiet tal-metall ta' valur baxx li huma partijiet tar-rota nnifisha (pereżempju, ir-rimm jew il-ball bearing) mhumiex meqjusa “montaturi ta' metall ta' valur baxx” tal-intestatura 8302 .
Il-castors ta' din is-subintestatura jistgħu jduru fuqhom infushom jew ikunu fissi. Dawn ikollhom tipikament id-dehra li ġejja: image
Castors li ma jkollhomx montaturi ta' metall ta' valur baxx jew li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tan-nota 2 tal-Kapitolu 83 jistgħu jiġu kklassifikati bħala parts jew aċċessorji jew skont il-materjal kostitwenti tagħhom.

TAQSIMA XVI

MAKKINARJU U GĦODOD MEKKANIĊI; APPARAT ELETTRIKU; PARTIJIET TAGĦHOM; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U STRUMENTI LI JIRRIPRODUĊU L-ĦOSS; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U STRUMENTI LI JIRRIPRODUĊU STAMPA U ĦOSS TELEVIŻIVI U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ DAWN L-OĠĠETTI



Nota 4

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, trasmissjoni tista’ ssir permezz ta’ mezzi (kemm jekk mibnijin f’komponenti individwali jew le) li jużaw raġġi infra-ħomor, radio waves jew raġġi minn lejżer eċċ. għal distanzi qosra.

Nota addizzjonali 1

A.  Għodod meħtieġa għall-immuntar jew manutenzjoni ta’ magni

Biex ikunu klassifikati mal-magni xierqa, għodod għall-immuntar jew manutenzjoni għandhom jissodisfaw it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin rigward in-natura tagħhom, l-użu intiż u l-preżentazzjoni tagħhom:

1.  huma għandhom ikunu għodod, jiġifieri, għodod ta’ l-idejn ta’ titlu 4417 00 00 jew 8205 jew, pereżempju, għodod li jaqgħu f’subtitlu 8203 20 00 , 8203 30 00 , 8203 40 00 , 8204 11 00 , 8204 12 00 , 9603 29 80 , 9603 30 90 , 9603 40 10 , 9603 40 90 , 9603 90 91 jew 9603 90 99 .

Strumenti ta’ kejl u għal iċċekkjar ta’ kapitlu 90 huma esklużi fil-każi kollha;

2.  huma għandhom ikunu intiżi għall-immuntar jew manutenzjoni tal-magna xierqa. Fejn l-għodod ikunu identiċi, dawk li għandhom jintużaw fl-istess ħin biss għandhom ikunu klassifikati mal-magni tagħhom. Fejn dawn ikunu differenti, waħda biss minn kull tip ta’ għodda hija permessa;

3.  huma għandhom ikunu dikjarati għall-ikklerjar mid-dwana fl-istess ħin bħall-magni rilevanti.

B.  Għodod li jistgħu jitpartu

Biex ikunu klassifikati mal-magni xierqa, għodod li jistgħu jitpartu għandhom jissodisfaw tliet kundizzjonijiet:

1.  huma għandhom ikunu għodod, jiġifieri. għodod li jaqgħu f’titlu 8207 jew, pereżempju, għodod jaqgħu f’titli 4016 , 5911 u 6909 jew f’subtitlu 4205 00 11 , 4205 00 19 , 6804 10 00 , 6804 21 00 , 6804 22 12 , 6804 22 18 , 6804 22 30 , 6804 22 50 , 6804 22 90 , 6804 23 00 jew 9603 50 00 .

Forom (titlu 8480 ) u aċċessorji, inkluż apparat aċċessorju (ta’, pereżempju, titlu 8466 ) ma jitqisux bħala għodda u għalhekk ma jikkwalifikawx f’din in-nota addizzjonali;

2.  huma għandhom jiffurmaw parti mill-apparat normali tal-magni rilevanti.

Dawn li ġejjin jitqiesu bħala parti mill-apparat normali ta’ magna:

(a)  kwalunkwe numru ta’ għodod identiċi li jistgħu jkunu akkomodati fuq il-magna fl-istess ħin;

(b)  waħda min kull tip ta’ għodda jekk l-għodod huma differenti;

3.  huma normalment għandhom jinbiegħu mal-magna rilevanti u jkunu preżentati għall-ikklerjar tad-dwana magħha.

Nota addizzjonali 3

Magna fi stat żmuntat jew mhux immuntata tista’ tkun importata f’diversi kunsinni fuq tul ta’ żmien jekk dan huwa meħtieġ għall-konvenjenza tan-negozju jew trasport.

Sabiex ikun possibbli li jkunu dikjarati l-partijiet kostitwenti differenti fl-istess titlu jew subtitlu tat-tariffa bħal magna mmuntata, id-dikjarant għandu jagħmel talba bil-kitba lill-posta tad-dwana mhux aktar tard mill-ewwel kunsinna u magħha jkun hemm:

(a)  dijagramma jew, jekk meħtieġ diversi dijagrammi, tal-magna li juru n-numri ta’ serje tal-partijiet kostitwenti l-aktar importanti;

(b)  inventarju ġenerali li fih indikazzjoni tal-karatteristiċi u piżijiet approssimattivi tal-partijiet differenti u tan-numri ta’ serje tal-partijiet prinċipali msemmijin hawn fuq.

L-applikazzjoni tista’ tkun aċċettata biss bi twettiq ta’ kuntratt għall-forniment jew għal magna li tista’ titqies bħala kompluta għall-għanijiet tan-Nomenklatura Magħquda.

Il-partijiet kostitwenti kollha għandhom ikunu impurtati minn ġo l-istess post ta’ dħul tul iż-żmien permess. Madanakollu, f’każijiet speċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni minn ġo diversi postijiet ta’ dħul. Dan il-limitu ta’ żmien ma jistax jinqabeż sakemm ma ssirx talba raġonevoli u ġustifikata lill-awtoritajiet kompetenti għal estensjoni.

Ma’ kull importazzjoni parzjali, lista tal-partijiet li jagħmlu l-kunsinna b’referenzi għall-inventarju ġenerali msemmi hawn fuq għandha tkun provduta. Id-dikjarazzjoni tad-dwana għal kull kunsinna għandu jkollha deskrizzjonijiet tal-parti jew partijiet li jagħmlu l-kunsinna kif ukoll tal-magna kompluta.

KAPITOLU 84

REATTURI NUKLEARI, KALDARUNI (BOILERS), MAKKINARJU U GĦODOD MEKKANIĊI; PARTIJIET TAGĦHOM

Ġenerali

Għall-finijiet tas-subintestaturi 8407 34 10 , 8407 90 50 u 8408 20 10 “għal assemblaġġ industrijali” tapplika biss għall-assemblaġġ ta’ vetturi ġodda f’serje f’fabbriki li jimmanifatturaw jew jimmuntaw vetturi bil-mutur (inklużi subkuntratturi).

Is-subintestaturi jistgħu jiġu applikati biss biss għal magni użati attwalment fil-produzzjoni ta’ vetturi ġodda tat-tipi msemmijin fis-subintestaturii. Konsegwentement, dan ma jkoprix magni simili użati bħala spare parts.



8402

Kaldaruni li jiġġeneraw stim jew fwar ieħor (ħlief kaldaruni ta’ misħun ta’ tisħin ċentrali li jistgħu jipproduċu ukoll stim ta’ pressjoni baxxa); kaldaruni tal-ilma sopra-msaħħnin

8402 19 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri boilers b’tubi tal-ilma firetube ibridi kif ukoll varjanti ta’ tankijiet tal-boilers speċjali, bħal boilers tal-istim imsaħħnin bl-elettriku mgħammrin b’cartridges tat-tisħin bl-elettriku minflok b'impjant tal-ħami.

8405

Ġeneraturi ta’ gass produttur ( producer gas ) jew gass tal-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le; ġeneraturi ta’ gass ta’ aċitilena u ġeneraturi simili ta’ gass bi proċess tal-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le

8405 10 00

Ġeneraturi ta’ gass produttur ( producer gas ) jew gass tal-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le; ġeneraturi ta’ gass ta’ aċitilena u ġeneraturi simili ta’ gass bi proċess tal-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  ġeneraturi ta’ gass għall-bliet (fran tal-coking), kif jintużaw f'impjanti tal-produzzjoni tal-gass (intestatura 8417 );

(b)  ġeneraturi ta’ gassijiet elettrolitiċi (eż., għall-ġenerazzjoni tad-dijossidu tan-nitroġenu, tas-sulfid tal-idroġenu jew tal-aċidu prussiku, skont l-elettrolit li jintuża) għandhom ikunu klassifikati f’intestatura 8543 .

8407

Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b’kombustjoni interna

8407 21 10 sa 8407 29 00

Muturi awtbord

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux magni użati fuq inġenji tal-ilma għal finijiet oħra għajr għall-propulsjoni.

8408

Magni li jaqbdu b’kompressjoni bil-pistuni b’kombustjoni interna (magni diżil jew semi-diżil)

8408 10 11 sa 8408 10 99

Magni tal-baħar bi propulsjoni

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 8407 21 10 sa 8407 29 00 .

8409

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni tal-intestatura 8407 jew 8408

Apparti l-esklużjonijiet imsemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8409 , dawn li ġejjin huma esklużi minn din l-intestatura:

(a)  piping u tubi, ta’ lastiku vulkanizzat mhux imwebbes (intestatura 4009 );

(b)  tubi u piping flessibbli, ta’ metall ta' valur baxx (intestatura 8307 );

(ċ)  gaskets u joints simili (ġeneralment klassifikati skont il-materjal kostitwenti jew f’intestatura 8484 ).

8409 99 00

Oħrajn

Din is-subintestatura ma tinkludix turbochargers tal-gassijiet tal-egżost użati biex jikkompressaw l-arja atmosferika meħtieġa għall-kombustjoni sabiex tiżdied il-potenza ta’ magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni. Bħala kumpressuri tal-arja li jaħdmu b’turbina imdawra mill-gassijiet tal-egżost, huma jaqgħu f’intestatura 8414 .

8411

Turbo ġettijiet, turbo skrejjen u turbini oħrajn ta’ gass

8411 11 00 sa 8411 12 80

Turbo-ġettijiet

Dawn is-subintestaturii ma jkoprux apparati awżiljarji ta’ wara l-ħruq, li huma ppreżentati b’mod separat (subintestatura 8411 91 00 ).

8411 99 00

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-pali għal turbini tal-gass kemm jekk it-turbini tal-gass jiffunzjonaw bħala unitajiet motriċi ewlenin flimkien ma’ ġeneratur tal-elettriku kif ukoll jekk le.

8412

Magni u muturi oħrajn

8412 21 20 sa 8412 29 89

Magni u muturi tal-qawwa idrawlika

Dawn is-subintestaturi jinkludu muturi għat-trażmissjoni idrawlika.

8412 21 20 u 8412 21 80

Jaħdmu lineari (ċilindri)

Dawn is-subintestaturi jkopru attwaturi idrawliċi għall-ippożizzjonar u għall-illokkjar użati għall-aġġustament tal-pożizzjonijiet tas-sits għall-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenji tal-ajru.

8413

Pompi għal likwidi, mgħammrin b’apparat għal kejl jew le; magni ta’ rfigħ għal likwidi

8413 50 20

Unitajiet idrawliċi

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8412 , (B), (6).

8413 60 20

Unitajiet idrawliċi

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8412 , (B), (6).

8413 70 51 sa 8413 70 75

Pompi bi fluss miċ-ċentru

F’pompi bi fluss radjali l-likwidu jiġi mbuttat f'angolu rett għall-assi tal-impeller.

8413 70 81 u 8413 70 89

Pompi oħrajn ċentrifugi

Dawn is-subintestaturi jinkludu, partikolarment, pompi ċentrifugali bi fluss assjali, fejn il-likwidu jiġi mbuttat tul l-assi tal-impeller. Dawn jinkludu wkoll tipi ta’ pompi ibridi bi fluss radjali u fluss assjali (eż., dħul radjali u ħruġ assjali jew dħul tul assjali u ħruġ radjali).

8413 81 00 u 8413 82 00

Pompi oħrajn; magni ta’ rfigħ għal likwidi

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux:

(a)  pompi mediċi għall-ġbid biex jiġbdu s-sekrezzjonijiet, li, flimkien mal-pompa, jikkonsistu wkoll f’apparat għall-ġbid u jintużaw fi swali tal-operazzjonijiet jew f’ambulanzi għal inċidenti ta’ emerġenza (swali tal-operazzjonijiet mobbli) (intestatura 9018 );

(b)  pompi mediċi li jintlibsu, jinġarru jew jiddaħħlu fil-ġisem, mgħammrin b'reservoir ta’ forniment u li jaġixxu bħala dispensers ta’ mediċina li jinkorporaw sors ta’ enerġija biex iħaddmu l-pompa, f’housing komuni (intestatura 9021 ).

8414

Pompi bl-arja jew bil-vakwu, kompressuri u fannijiet ta’ arja jew gass ieħor; għata għal ventilazzjoni jew għal riċiklaġġ li fihom fann, mgħammar bil-filtri jew le

Għall-finijiet ta’ din l-intestatura, pompi u kompressuri jinkludu wkoll pompi li jaħdmu b’mutur, pompi turbina, kompressuri li jaħdmu b’mutur u turbokumpressuri.

8414 10 89

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi pompi tal-vakwu b’ċirku ta' likwidu u pompi tal-vakwu b’membrana.

8414 20 20 u 8414 20 80

Pompi tal-arja mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn

Dawk il-pompi mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn biss, jiġifieri, mħaddmin biss permezz ta’ sforz ta’ bniedem, kif deskritt fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8414 , (A), jaqgħu f’dawn is-subintestaturi. Huma għandhom ikunu disinjati, partikolarment, għall-infiħ ta’ tajers pnewmatiċi (eż. għal roti, vetturi li jaħdmu b’mutur, eċċ.) u oġġetti simili, pereżempju, saqqijiet tal-arja, kuxxini tal-arja u dgħajjes li jintnefħu.

8414 51 00 sa 8414 59 95

Fannijiet

Dawk l-oġġetti li juru l-karatteristiċi msemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8414 , (B), u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin biss jitqiesu bħala fannijiet għall-finijiet ta’ dawn is-subintestaturi:

1.  il-pressjoni tal-arja jew gass m’għandhiex taqbeż 2 bar;

2.  għandhom jinkorporaw superfiċje li ddur waħda biss (stadju wieħed).

Kompressuri tal-arja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq huma klassifikati f’subintestaturi 8414 80 11 sa 8414 80 80 .

8414 59 35

Fannijiet ċentrifugi

Fannijiet ċentrifugali huma dawk fejn l-arja jew il-gass ieħor li għandhu jitmexxa, jinġibdu assjalment (miċ-ċentru tal-fann) u jintremew radjalment (mid-dawra ta' barra).

8414 80 11 u 8414 80 19

Turbo-kumpressuri

Fit-turbokompressuri, ix-xaft tar-rota tat-turbina jiddawwar minn mutur estern u l-arja jew il-gass li jkun se jiġi ppumpjat jibda jitmexxa permezz tar-rota tat-turbina. It-turbokompressuri jistgħu jkunu ta' diversi tipi – li joperaw bi stadju wieħed jew diversi stadji, assjali jew radjali. Il-kompressuri sempliċi b’żewġ stadji jintużaw, pereżempju, f’vacuum cleaners.

8414 80 11

Stadju wieħed

Din is-subintestatura tinkludi wkoll turbochargers tal-gassijiet tal-egżost għal magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni, fejn dawn jintużaw biex jikkompressaw l-arja atmosferika meħtieġa għall-kombustjoni sabiex jiżdied l-output tal-potenza. Dawn ikunu turbo-kompressuri tal-arja bi stadju wieħed (blowers) użati biex jiġġeneraw pressjoni żejda ta’ aktar minn 2 bar u jitħaddmu permezz ta’ turbini tal-gass tal-egżost installati maġenb il-casing tal-kompressur. It-turbina tal-gass tal-egżost tiġi alimentata bil-gassijiet tal-egżost mill-magna tal-kombustjoni interna bil-pistuni li fuqha tkun armata.

8414 90 00

Partijiet

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll parts ta’ turbochargers tal-gassijiet tal-egżost għall-magni tal-kombustjoni interna. Madanakollu, il-parts tat-turbini tal-gassijiet tal-egżost li jintużaw użati ma’ turbochargers tal-gassijiet tal-egżost huma klassifikati f’intestatura 8411 bħala partijiet ta’ turbina tal-gass mingħajr kompartiment għal kombustjoni.

8418

Refriġerejters, friżers u tagħmir ieħor għat-tkessiħ jew iffriżar, tal-elettriku jew oħrajn; pompi tas-sħana ħlief magni tal-arja kundizzjonata tal-intestatura 8415

8418 69 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi “chill dryers”, li huma apparati użati għat-tnixxif tal-arja f’bini fejn ikun hemm pixxini jew postijiet umdi oħra. Bażikament dawn jikkonsistu f’parti refriġeranti u fann imħaddem permezz ta’ mutur. Il-fann jiġbed l-arja umda, li imbagħad titmexxa għall-evaporatur tal-parti refriġeranti, fejn din tikkondensa fuq il-ħitan kesħin. L-ilma kondensat li jirriżulta jinqabad f’parti baxxa. L-arja mnixxfa titmexxa għal tisħin mill-ġdid tul il-kondensatur tal-unità refriġeranti msaħħna u tintbagħat lura fil-kamra.

Fil-każ taċ-chill dryers użati biex inixxfu l-arja kompressata fis-sistemi tal-arja kompressata koperti wkoll minn din is-subintestatura, l-arja kompressata mnixxfa tkun normalment imsaħħna mill-ġdid permezz ta’ skambjatur tas-sħana mill-arja għall-arja installat addizzjonalment. Dan l-iskambjatur tas-sħana jmexxi s-sħana mill-arja kompressata umda li tidħol min-naħa tal-input taċ-chill dryer minn ġo ħitan lejn l-arja niexfa kompressata.

Dan l-apparat ma jkunx provdut ma’ mezzi għat-tibdil tat-temperatura tal-arja.

Madanakollu, din is-subintestatura ma tkoprix mezzi li jipproduċu silġ niexef (slab ice) permezz tar-riduzzjoni ta’ malajr tal-pressjoni ta’ dijossidu tal-karbonju bi pressjoni għolja b’supertkessiħ li jirriżulta (intestatura 8479 ).

8419

Makkinarju, apparat għal impjant jew laboratorju, jissaħħan bl-elettriku jew le (ħlief fran, fuklari tal-bajla u apparat ieħor tal-intestatura 8514 ), għat-trattament ta’ materjali bi proċess li jinvolvi bidla ta’ temperatura bħal tisħin, tisjir, xiwi, iddistillar, rettifikar, sterelizzar, pastorizzar, tifwir, tnixxif, evaporar, vaporizzar, ikkondensar jew tibrid, ħlief makkinarju jew impjant ta’ tip użat għal għanijiet domestiċi; ħiters tal-ilma istantanji jew ta’ ħażna, mhux tal-elettriku

8419 20 00

Sterilizzaturi mediċi, kirurġiċi jew ta’ laboratorju

L-apparat kopert minn din is-subintestatura, intiż bħala apparat għal kliniċi, swali tal-operazzjonijiet, ċentri mediċi, eċċ., jikkonsisti f’reċipjenti fejn strumenti mediċi jew kirurġiċi kif ukoll tajjar, garżi assorbenti u kisjiet oħra jkunu suġġetti għal temperatura ta’ 100 °Ċ jew aktar sabiex jinqerdu l-mikroorganiżmi li dawn jistgħu jkunu qed iġorru.

Dawn issoltu jkunu fil-forma ta’ paralleliped jew ċilindru wieqaf fuq pedestall u jkun fihom gradilji li jistgħu jitneħħew. Ġeneralment, il-kontenitur ikun tal-azzar jew aluminju u miksi b’materjal iżolanti. Il-bieb jista’ trasparenti biex l-istrumenti ta' ġewwa jkunu jidhru. X’uħud mill-apparati huma fil-forma ta’ armarji jew għamara oħra. F’dan il-każ, sterilizzatur proprju jista’ jinkludi xtilliera għall-ħażna tal-istrumenti jew l-oġġetti oħra li għandhom ikunu sterilizzati; dan m’għandux jaffettwa l-klassifikazzjoni f'din is-subintestatura.

Dan l-apparat jissaħħan bi spirtu, petroleum, gass jew elettriku u l-isterilizzazzjoni ssir permezz ta’ misħun jagħli (vats), fwar taħt pressjoni (awtoklavi) jew arja sħuna niexfa (fran), skont id-disinn tal-apparat.

8419 50 20 u 8419 50 80

Unitajiet ta’ trasferiment ta’ sħana

Unitajiet tat-trasferiment ta’ sħana jintużaw:

1.  biex iġibu bidla ta’ temperatura fi fluwidi jew gassijiet mingħajr ma jbiddlu l-istat tagħhom, din il-bidla f’temperatura f’xi każi tkun biżżejjed biex tikkawża sterilizzazzjoni jew pasturizzazzjoni.

2.  biex jevaporaw jew jikkondensaw il-fluwidi.

Dawn is-subintestaturii jinkludu:

1.  kondensaturi għal nitroġenu u gassijiet oħra;

2.  apparati msejħin “friżi” għat-tkessiħ u l-ikkondensar ta’ solventi użati prinċipalment biex jagħtu l-kulur (dyeing) u għal tindif fin-niexef;

3.  apparati għat-tkessiħ ta’ likwidi, fwarijiet jew gassijiet, użati f’diversi industriji (eż., tal-ħalib, tal-birra);

4.  apparati għal pasturizzazzjoni kontinwa, li jintużaw b’mod notevoli għal affarijiet tal-ħalib (plate pasteurisers).

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux:

(a)  heaters tal-ilma instantanji jew maħżun ta’ subintestatura 8419 11 00 jew 8419 19 00 ;

(b)  apparat fejn:

— il-bidla fis-sħana tintuża biex tittrasforma sustanza likwida jew gass fi stat solidu (pereżempju, tnixxif permezz ta’ sprej);

— il-bidla fis-sħana bejn iż-żewġ fluwidi ma ssirx minn ġo ħajt (pereżempju, torri li jippermetti li l-arja tgħaddi b’mod liberu).

Apparat bħal dan ġeneralment ikun klassifikat f’subintestatura 8419 89 10 jew 8419 89 98 .

8419 89 10

Torrijiet għat-tkessiħ u impjant simili għat-tkessiħ dirett (mingħajr ħajt jifred) permezz tal-ilma riċiklat

Din is-subintestatura tkopri torrijiet għat-tkessiħ fejn l-ilma li għandu jitkessaħ jerħi s-sħana tiegħu direttament fl-arja permezz tal-evaporazzjoni. L-ilma msaħħan jiġi ppumpjat, imbagħad iqattar 'l isfel bla tfixkil ġot-torri għat-tkessiħ u waqt li jagħmel hekk jitkessaħ permezz tal-arja tiela’ (effett taċ-ċumnija).

8419 89 98

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri apparat għall-affumikar taz-zalzett nej, anki meta z-zalzett jgħaddi minn trattament tas-sħana matul l-affumikar, li jirriżulta fit-tisjir parzjali jew totali taz-zalzett. Dan l-apparat f’kamra kbira msaħħna permezz ta’ kojlijiet tal-istim; duħħan jaħraq jew kiesaħ jintefa’ fil-kamra minn barra permezz ta’ fann. Huma mgħammrin b'umidifikatur u kojlijiet li jkun fihom ilma kiesaħ għat-tkessiħ. Il-zalzett nej jitmexxa fil-kamra mdendel fuq oqfsa li jiċċaqalqu.

Oġġetti ta’ tagħmir magħrufin bħala “dispensaturi tal-affarijiet tal-mejda” għall-ħżin u għat-tqassim ta’ affarijiet tal-mejda għal nies li jieklu f’canteens jew ristoranti self-service huma esklużi minn din is-subintestatura, anki fejn huma mgħammrin b’apparat li jsaħħan bl-elettriku jew li jsaħħan permezz ta’ banju tal-ilma għat-tisħin tal-affarijiet tal-mejda (intestatura 9403 ).

8421

Magni ċentrifugi, inklużi magni ċentrifugi li jnixxfu; makkinarju u tagħmir li jiffiltraw jew isaffu, likwidi jew gassijiet

8421 39 35

Bi proċess katalitiku

Din is-subintestatura tinkludi purifikaturi katalitiċi tal-gassijiet tal-egżost għall-armar fis-sistema tal-egżost ta’ vetturi motorizzati jew f’linji tal-gass li jintrema minn impjant industrijali, biex jitneħħa l-ossidu nitroġenu u, possibilment, sustanzi li jniġġsu oħrajn (eż., monossidu tal-karbonju u idrokarburi) mill-egżost jew gassijiet żejda permezz ta’ reazzjoni kimika sabiex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja. Konvertituri katalitiċi użati f’vetturi tal-mutur jikkonsistu f’housing li fiha honeycomb taċ-ċeramika (struttura ta' appoġġ monolitika) magħmul minn kanali miksijin minn materjal katalitiku attivat. F’impjant industrijali, purifikanti ta’ gassijiet żejda jikkonsistu fi frejm ta’ appoġġ li fih numru kbir ta’ komponenti katalitiċi. Strutturi ta' appoġġ monolitiċi u komponenti katalizzaturi preżentati separatament, madanakollu, huma klassifikati bħala katalisti f’intestatura 3815 .

8421 39 85

Oħrajn

Apparti l-apparat imħaddem permezz ta’ proċess elettrostatiku jew termiku, din is-subintestatura tinkludi apparat li jippurifika l-gass li jifred it-taħlita tal-gass fil-komponenti individwali permezz ta’ proċess ta’ ritenzjoni.

8422

Magni għal ħasil tal-platti; makkinarju għal tindif jew tnixxif ta’ fliexken jew kontenituri oħrajn; makkinarju għal mili, għeluq, issiġillar jew twaħħil ta’ tikketti ma’ fliexken, bottijiet, kaxex, boroż jew kontenituri oħrajn; makkinarju għal tqegħid ta’ għotien ta’ fliexken, vażetti, tubi u kontenituri simili; makkinarju ieħor għal ippakkjar jew tgeżwir (inkluż makkinarju ta’ tgeżwir li jiqsar u jintrass bis-sħana ( heat-shrink )); makkinarju li jissupplixxi l-arja fix-xorb

8422 90 10

Ta’ magni għal ħasil tal-platti

Swiċċijiet programmati tal-ħin ta’ magni għall-ħasil tal-platti preżentati separatament huma klassifikati skont il-karatteristiċi tagħhom (eż., intestatura 9107 00 00 ).

8423

Makkinarju għal użin (ħlief imwieżen b’sensittività ta’ 5 ċg jew aħjar), inklużi magni li jgħoddu jew jivverifikaw regolati bl-użin; wżien ta’ kull tip għal magni ta’ użin

8423 20 10

Li jużaw mezzi elettroniċi għall-kejl ta' piżijiet

Dawn l-imwieżen jitqiesu bħala “imwieżen elettroniċi” jekk mikroproċessuri jkunu mibnijin fl-istrument ta’ kejl fl-imwieżen, pereżempju, sabiex ikun kalkulat il-prezz tal-ammont li jkun qed jintiżen bl-użu tal-prezz unitarju (eż., prezz għal kull kilogramma) imdaħħal fil-miżien.

8423 20 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri mwieżen elettromekkaniċi għall-conveyors. Id-disinn u l-metodu ta’ operazzjoni ta’ mwieżen bħal dawn jikkorrispondu għal dawk ta’ mwieżen elettromekkaniċi deskritti fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8423 81 80 .

8423 30 10

Li jużaw mezzi elettroniċi għall-kejl ta' piżijiet

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8423 20 10 tapplika, mutatis mutandis.

8423 30 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi mwieżen elettromekkaniċi għal piż kostanti u mwieżen biex joħorġu piż predeterminat ta’ materjal f’borża jew f’kontenitur, inklużi mwieżen tad-delu. Id-disinn u l-metodu ta’ operazzjoni ta’ dawn l-imwieżen jikkorrispondu għal dawk tal-imwieżen elettromekkaniċi deskritti fin-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8423 81 80 .

8423 81 21 sa 8423 81 29

Li jużaw mezzi elettroniċi għall-kejl ta' piżijiet

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8423 20 10 tapplika, mutatis mutandis.

8423 81 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri mwieżen elettromekkaniċi fejn il-piż tal-oġġetti jkun konvertit f’sinjal elettriku (kurrent elettriku) permezz ta’ transducer imqiegħed fl-imwieżen, fejn il-kurrent elettriku mbagħad jitkejjel permezz ta’ apparat li jkejjel inkorporat fl-imwieżen. Bħala regola it-transducers li jkejlu fi mwieżen bħal dawn jikkonsistu f’ċelluli tat-tagħbija jew vireg bi strain gauges (resistenzi elettriċi) imwaħħlin biex jiffurmaw bridge elettriku. Il-forza eżerċitata mill-massa li għandha titkejjel tgħawweġ iċ-ċelluli tat-tagħbija, tikkawża bidla fit-tul tal-istrain gauge (kontrazzjoni jew elongazzjoni) u għalhekk bidla fir-resistenza li hija proporzjonali għall-massa li għandha titkejjel u li tgħaddi fil-forma ta’ bidla ta’ kurrent elettriku lill-apparat li jkejjel fuq l-iskala mill-bridge li jkejjel ir-resistenza.

Apparti l-istrument li jkejjel, magħruf bħala unità li tkejjel il-piż, apparat li juri l-użin jew indikatur tal-piż, li normalment ikun ġo casing wieħed, l-imwieżen elettromekkaniċi jistgħu wkoll ikollhom unitajiet konnessi magħhom, (eż., tastiera, unità tal-memorja, stampatriċi, VDU, kontrollur u qarrej tal-kards biex jikkontrolla l-aċċess għall-imwieżen). F’sistemi ta’ mwieżen ta’ dan it-tip, jista' jkun hemm diversi mwieżen konnessi ma’ strument komuni ta’ kejl (magħruf ukoll bħala “terminali remoti għall-użin”).

L-imwieżen t’hawn fuq jistgħu wkoll ikunu mgħammrin b’interfaċċa li permezz tagħha l-imwieżen jistgħu jkunu konnessi ma’ unità għall-ipproċessar awtomatiku tad-data.

8423 82 20

Li jużaw mezzi elettroniċi għall-kejl ta' piżijiet, minbarra l-magni għall-użin tal-vetturi bil-mutur

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8423 20 10 tapplika, mutatis mutandis.

8423 82 81 u 8423 82 89

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8423 81 80 tapplika, mutatis mutandis.

8423 89 20

Li jużaw mezzi elettroniċi għall-kejl ta' piżijiet

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8423 20 10 tapplika, mutatis mutandis.

8423 89 80

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8423 81 80 tapplika, mutatis mutandis.

8424

Tagħmir mekkaniku (tal-idejn jew le) għal xħit, tixrid jew traxxix ta’ likwidi jew trabijiet; apparat għat-tifi tan-nar, ikkargat jew le; apparat għat-traxxix u tagħmir simili; magni ta’ stim jew tindif bit-tfigħ tar-ramel ( sandblasting ) u magni li jixħtu ġettijiet simili

8424 30 10

Mħaddmin b’arja kompressata

Din is-subintestatura tinkludi magni tas-sandblasting li jkun fihom kompressur tal-arja użat għat-tindif ta’ spark plugs jew għall-ittrimjar ta’ kondensaturi elettriċi monolitiċi.

Trimmjar ifisser it-tneħħija tal-materjal kondensatur li jikkonduċi permezz tal-applikazzjoni ta’ ġett ta’ ramel sabiex tinkiseb il-kapaċitanza mixtieqa fil-kondensatur.

8424 89 70

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi “magni tal-ħasil” għat-tindif ta’ karozzi, partijiet tal-metall jew oġġetti oħrajn permezz tat-traxxix ta’ ilma, petrol jew fluwidi oħra; dawn ikunu ffitjati b’pompa, pajpijiet biż-żennuni kif ukoll, fejn xieraq, apparat li jmexxi, apparat li jsaħħan, eċċ., biex jiffurmaw unità kompluta.

Madanakollu, din is-subintestatura ma tinkludix apparat li jnaddaf bi pressjoni għolja tal-ilma (subintestaturi 8424 30 01 sa 8424 30 08 ).

8426

Deriks ta’ vapuri; krejnijiet, inklużi krejnijiet bil-kejbil; qofsa ta’ rfigħ mobbli, straddle carriers u trakkijiet tax-xogħol mgħammrin bi krejn

8426 41 00 u 8426 49 00

Makkinarju ieħor, jaħdem awtomatikament minnu nnifsu

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8426 , “magni awtopropulsivi u magni oħra mobbli“, (b), (2).

Sabiex ikun hemm distinzjoni bejn il-makkinarju awtropropulsiv ta’ dawn is-subintestaturi, fuq in-naħa waħda, u vetturi li għandhom bżonn forniment ta’ potenza għall-finijiet speċjali ta’ intestatura 8705 , fuq in-naħa l-oħra, l-magni awtopropulsivi li jaqgħu f’ dawn is-subintestaturi ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

1.  ikunu mħaddmin permezz ta’ magna li tifforma parti mill-apparat ta’ rfigħ;

2.  ijkollhom velocita’ massima ta’ 20 km fis-siegħa;

3.  ikollhom kabina waħda li tifforma parti mill-apparat għall-irfigħ;

4.  is-soltu ma jiċċaqilqux meta jkunu mgħobbijin jew, jekk jagħmlu dan, jagħmluh biss meta l-moviment ikun limitat u inċidentali għall-funzjoni ta’ rfigħ tagħhom.

8428

Makkinarju ieħor għal irfigħ, immaniġġar, tagħbija u ħatt (pereżempju, liftijiet, skalaturi, trasportaturi, teleferiki)

Din is-subintestatura ma tinkludix liftijiet tat-tip caterpillar b’sistemi ta’ korsi forma ta' ċineg li jintużaw biex imexxu siġġijiet bir-roti bl-okkupanti tagħhom il-fuq jew l-isfel it-taraġ, dawn jaqgħu f’intestatura 8714 bħala aċċessorji għal siġġijiet bir-roti.

8428 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura ma tinkludix:

1.  imwejjed bir-rombli jew conveyors bir-rombli, kemm jekk motorizzati kif ukoll jekk le, intiżi għall-provvediment tal-istokk fl-istand tal-irrumblar u t-tneħħija tiegħu minn hemm jew għat-trasportar tal-istokk minn stand għal ieħor;

2.  rombli tal-qris b’funzjoni analoga għall-magni t’hawn fuq, li jikkonsistu f’żewġ serje ta’ rombli li bejnhom jgħaddi l-istokk;

3.  uċuħ ta’ rombli li jkessħu li jinsabu fit-tmiem tal-linji tal-magni bir-rombli li fuqhom l-istokk (pereżempju, vireg u wajer) jitmexxa bil-mod waqt li jitħalla jibred fl-arja ta’ madwar;

4.  imwejjed għall-irfigħ jew għall-inklinazzjoni li għal magni tar-rombli b’diversi settijiet ta’ rombli fuq xulxin (stands għoljin tlieta u għoljin tnejn doppji). Apparat bħal dan jikkostitwixxi mejda tal-inklinazzjoni fuq assi li jinsab fl-estremital-aktar il-bogħod mill-magna tar-rombli. L-imwejjed ikunu ffitjati b’rombli motorizzati. Wara li jgħaddu minn sett wieħed ta’ rombli, l-istokk jasal fuq il-mejda li mbagħad tinklinah u tallinjaħ mas-sett ta’ rombli li jmiss li bejniethom l-istokk jiġi mbuttat permezz ta’ rombli motorizzati;

5.  Apparat għat-trasferiment li jintuża f’magni tar-rombli bi stands paralleli għat-tmexxija, ta’ pereżempju, vireg mill-mejda tar-rombli tal-ewwel stand sa dik tat-tieni stand;

6.  apparat li jinklina u jaqleb bil-kontra;

7.  magni disinjati għall-immaniġġjar remot ta’ sustanzi radjuattivi ħafna.

Din is-subintestatura ma tinkludix manipulaturi awtomatiċi tal-ingotti u makkinarju (pereżempju, krejnijiet u krejnijiet li jivvjaġġaw imdendlin), li, għalkemm jintużaw biex jalimentaw il-magni tar-rombli, ma jipparteċipawx direttament fix-xogħol ta’ dawn tal-aħħar (subintestatura 8426 12 00 , 8426 41 00 , 8426 49 00 jew 8426 99 00 ).

8429

Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim ( tamping machines ) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom

8429 30 00

Barraxi

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8429 , tieni paragrafu, (C).

Din is-subintestatura ma tkoprix kombinazzjoni ta’ barraxi, li jikkonsistu fi trattur (anki b'fus wieħed biss) u barraxa. Kull element għandu, b’applikazzjoni ta’ nota 2 tal-Kapitolu 87, ikun klassifikat fl-intestatura xierqa tiegħu (intestatura 8701 għat-trattur u subintestatura 8430 69 00 għall-barraxa).

8432

Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports

8432 39 11

Magni taż-żrigħ misjuqin ċentralment bi spazjar eżatt

Din is-subintestatura tkopri magni li jqiegħdu ż-żerriegħa jew ħabb individwali fil-ħamrija f’ringieli bi spazjar uniformi kkontrollat. Dawn il-magni jistgħu wkoll iqiegħdu żrieragħ fl-istess ħin f’diversi ringieli.

8433

Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad ( mowers ) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju tal-intestatura 8437

8433 11 10 sa 8433 19 90

Magni tal-ħsad għal-lonijiet, ġonna pubbliċi jew grawnds tal-isports

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8433 , parti (A), paragrafu ta’ qabel tal-aħħar, b’referenza għal-lawnmowers li jintrikbu.

8438

Makkinarju, mhux speċifikat jew inkluż band’oħra f’dan il-kapitlu, għall-preparazzjoni jew manifattura industrijali ta’ ikel jew xorb, ħlief makkinarju għall-estrazzjoni jew preparazzjoni ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali fissi

8438 80 10

Għall-preparazzjoni ta’ te’ jew kafe’

Din is-subintestatura tinkludi magni għat-taħlit ta’ diversi tejiet u magni li jitħnu l-kafè.

Din is-subintestatura ma tinkludix magni għall-preparazzjonijiet industrijali ta’ te jew kafè lest (subintestatura 8419 81 20 ), magni li jinkaljaw il-kafè (subintestatura 8419 89 98 ), magni għall-manifattura tat-trab tal-kafè (kafè istantanju) (subintestatura 8419 39 00 ).

8439

Makkinarju biex jagħmel polpa minn materjal ċellulożiku fibruż jew makkinarju li jagħmel jew jorqom karta jew kartun

8439 30 00

Makkinarju li jorqom karta jew kartun

Apparti l-makkinarju msemmi fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8439 , parti III, din is-subintestatura tkopri wkoll magni li jagħtu finatura simili għall- pargamena.

Din is-subintestatura ma tkoprix:

(a)  magni li minħabba l-funzjonijiet li għandhom analogi għal dawk imsemmijin hawn fuq, jaħdmu mhux fuq folji tal-karta jew kartun, iżda fuq prodotti ta’ dawn il-materjali. Pereżempju, magni għall-kisi bix-xama’ ta’ tazzi u kontenituri tal-karti, eċċ., permezz tal-immersjoni (subintestatura 8479 89 97 ). Magni li jagħmlu prodotti tal-karta jew kartun bħal tazzi, kaxxi, kontenituri, eċċ., tal-karti jaqgħu f’intestatura 8441 ;

(b)  magni li, filwaqt li joperaw fuq karta jew kartun f’folji, jagħmlu prodotti li ma jkunux għadhom karta jew kartun għall-finijiet tan-Nomenklatura Magħquda. Dan huwa l-każ, pereżempju, għal magni għall-kisi ta’ karti abrażivi jew biex ikunu applikati emulsjonijiet foto-sensittivi (subintestatura 8479 89 97 ).

8441

Makkinarju ieħor biex issir il-polpa tal-karta, karta jew kartun, inklużi magni ta’ qtugħ ta’ kull għamla

8441 10 20

Magni oħrajn biex iċartu u jaqtgħu travers

Din is-subintestatura tkopri magni li jipproduċu folji ta’ format speċifiku minn provvista kontinwa ta’ karta jew permezz ta’ qtugħ trasversali biss jew permezz ta’ ftuq u qtugħ trasversali fl-istess ħin.

8441 10 30

Giljottini

Din is-subintestatura tkopri magni li jaqtgħu mazzi ta’ karti b’xafra waħda, waqt li travu mqiegħed fuq il-mejda għall-qtugħ iżomm il-karta soda f’postha tul il-qatgħa.

Din is-subintestatura tkopri wkoll magni b’xafra waħda u mejda li taqta’ li ddur għall-ittrimmjar ta’ blokok ta’ kotba, fejn il-blokok tal-kotba jkunu inturnjati 90° wara l-ewwel u t-tieni qatgħa.

8441 10 70

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi magni bi tlitt ixfafar imqiegħdin 90° minn xulxin li jintużaw għall-ittrimmjar ta’ blokok ta’ kotba. Żewġt ixfafar jittrimmjaw it-truf ta’ fuq u t’isfel tal-blokok tal-kotba fl-istess ħin u imbagħad it-tielet xafra tittrimmja t-tarf ta’ quddiem jew viċeversa.

Din is-subintestatura tinkludi magni li jitħaddmu bl-idejn jew b’pedala.

8442

Makkinarju, apparat u tagħmir (ħlief il-magni tal-intestaturi 8456 sa 8465 ) għat-tħejjija jew il-manifattura ta’ pjanċi, ċilindri jew komponenti oħra ta’ stampar; pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar; pjanċi, ċilindri u ġebel litografiku, imħejjija għal għanijiet ta’ stampar (pereżempju, illixxjati, ivvinati jew illustrati)

8442 30 00

Makkinarju, apparat u tagħmir

Din is-subintestatura tinkludi magni għall-issettjar tat-tipa għall-istampar u magni kompożituri, li jikkomponu billi jieħdu ritratt wara l-ieħor ta' tipi mmuntati fuq diski li jduru jew tal-wiċċ ta' matriċi speċjali jew ta' tipi maħluqa fuq tubu katodiku b'matriċi ta' tikek żgħar ħafna mrikkba fuq xulxin.. Din is-subintestatura tinkludi wkoll magni kompożituri li jużaw raġġ ta' laser ipproġettat fuq film fotografiku.

 

Din is-subintestatura tinkludi wkoll magni għall-funderiji tipografiċi u l-issettjar tat-tipa għall-istampar (pereżempju, linotipi, monotipi, intertipi), b'mezzi tal-funderija jew mingħajrhom.

L-attivitaiet tal-funderiji tipografiċi jistgħu jsiru bl-idejn, jew jistgħu jsiru b'mod mekkaniku b'magni xi ftit jew wisq kumplessi. L-apparat u l-magni koperti jinkludu:

1.  matriċi, pjanċi żgħar, ħafna drabi tar-ram jew tan-nikil ibbollati permezz ta' puntell. Dawn jintużaw sabiex ikunu fonduti tipi tal-istampar separati;

2.  imwejjed għal-livellar, permezz ta' llixxar bl-idejn, ta' wiċċ it-tipa tal-istampar. Dawn essenzjalment jikkonsistu f'mejda perfettament lixxa b'xaqq fin-nofs għal tulha li tkun armata b'apparat għall-ikklampjar li żżomm it-tipa f'postha;

3.  funderiji awtomatiċi. F'dawn, it-tipa tal-istampar tkun magħmula ittra ittra, iżda ma tkunx issettjata. Ġeneralment, dawn jikkonsistu fi griġjol imsaħħan bl-elettriku li fih ikollu l-metall maħlul, f'apparat li jkessaħ il-forma biex tagħqad aktar malajr, u f'mekkaniżmi għall-illixxar u l-livellar tat-tipa;

4.  magni għall-ikkastjar tat-tipa għal rigi u skwerri, materjal li joħloq spazju (marġinatura), eċċ. li jaħdem bl-estrużjoni;

5.  kompożituri (jew settjaturi) użati biex jibdew il-kompożizzjoni, u li fuqhom linja jew aktar ta' tipa jkunu ssettjati bl-idejn. Dawn jikkonsistu l-aktar fi pjanċa żgħira tal-injam jew tal-metall illixxata sew, bil-flanġijiet fuq iż-żewġ naħat ta' ħdejn xulxin u ħafna drabi bi slide tal-ikklampjar mobbli. L-intestatura tinkludi wkoll vantaġġi (galleys), simili iżda akbar, li jżommu t-tipa għal paġna sħiħa;

6.  oqsfa għat-tipi, frejms tal-ħadid fondut jew tal-azzar li jesgħu aktar minn paġna waħda għall-istampar. Paġna, jew tnejn jew erbgħa jinżammu fil-qafas għat-tipi permezz ta' ifilsa speċjali tal-metall (quoins) jew permezz ta' apparat mekkaniku għall-ifilsa (tat-tip vit jew skorfina eċċ.) li jaqgħu wkoll f'din l-intestatura.

Apparti l-apparat u l-magni tal-funderiji tipografiċi u tal-issettjar tat-tipi msemmija hawn fuq, hemm grupp sħiħ ieħor ta' magni li mekkanikament jikkastjaw it-tipa u jissettjawha wkoll. Dan isir jew permezz ta' żewġ operazzjonijiet distinti fuq żewġ magni differenti iżda kumplimentari (l-ewwel magna tipproduċi strixxa ta' karta perforata li tikkontrolla t-tieni magna li l-funzjoni tagħha hi li tikkastja t-tipa separatament jew f'line blocks), jew bħala operazzjoni waħda fuq l-istess magna. Dawn il-magni, li ħafna drabi huma kumplessi ferm, jinkludu:

1.  magni tal-ikkastjar u tal-issettjar għal-tipi separati (monotipi) li, joperaw minn strixxa perforata minn qabel fuq magna ta' prekompożizzjoni, jagħżlu, permezz ta' relays li jaħdmu bl-arja, matriċi speċjali li jkunu fil-magna u li jipproduċu l-karattri individwali tat-tipa u jissettjawhom fi spazju (li hu innifsu huwa inkorporat fil-magna).

Dawn il-magni jintużaw flimkien ma' magna ta' prekompożizzjoni li jkollha tastiera li ttaqqab li tipproduċi l-prekompożizzjonit fuq tejp tal-karta. Dawn il-magni ta' prekompożizzjoni huma wkoll klassifikati hawn;

2.  magni bit-tastiera għall-ikkastjar u l-issettjar ta' tipi separati, operazzjonijiet li jsiru kollha fuq l-istess magna (Rototype, eċċ);

3.  Funderiji tipografiċi għal tipi ssettjati f'linja. Il-matriċi, wara li jkunu ssettjati f'linji bl-idejn, ikunu nkorporati fil-magna li tikkastja t-tipa li toħroġha fil-forma ta' linja ta' tipa (slug);

4.  magni li jissettjaw u jfondu linji ta' tipa. Dawn huma magni kumplessi bit-tastiera ta' diversi tipi (Intertype, Linograph, eċċ.) li jissettjaw kif ukoll jikkastjaw it-tipa f'forma ta' linji fuq l-istess magna. Xi wħud minn dawn il-magni għandhom strument li permezz tiegħu joperaw minn strixxi tal-karta perforata minn qabel fuq magna separata li hija koperta wkoll minn din is-subintestatura.

 

Din is-subintestatura tkopri makkinarju, apparat u tagħmir għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni ta' pjanċi, ċilindri jew komponenti għall-istampar kif deskritti fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8442 , (A), (1) sa (3).

 

Dini s-subintestatura, madanakollu, ma tkoprix:

(a)  magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-data għal użu ġenerali li jintużaw għal fotokompożizzjoni apparti li jkollhom funzjonijiet ta’ żamma tal-kotba u ta’ kontijiet tal-paga, pereżempju, u għal dan il-għan ikunu konnessi permezz ta’ kejbil (online) ma’ magna għal issettjar għall-istampa u kompożitriċi sabiex tikkontrollaha u tforniha bid-data rigward l-issettjar (intestatura 8471 — ara n-Nota 5 (A) ta' dan il-kapitolu);

(b)  apparat telegrafiku awtonomu għat-trażmissjoni u għar-riċezzjoni (intestatura 8517 ).

8442 50 00

Pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar; pjanċi, ċilindri u ġebel litografiku, imħejjija għall-għanijiet ta’ stampar (pereżempju, illixxjati, ivvinati jew illustrati)

Ġebla litografika naturali tikkonsisti f’tip ta’ ġebla tal-ġir b’vini omoġenji fini. Ġebla litografika artifiċjali s-soltu tkun magħmula minn siment u ċjanammid tal-kalċju li kien mitħun u kompressat.

Ġebel litografiku ta’ dawn is-subintestaturi huwa:

— miksi b’illustrazzjonijiet, kemm jekk impenġi bl-idejn kif ukoll jekk trasferit b’mod fotografiku; jew

— illixxat jew żgraxxat biex b’hekk ikun xieraq, mingħajr aktar trattament, għal tpinġija jew kitba.

Ġebla tal-ġir (magħrufa wkoll bħala “ġebla litografika”) hija l-istat mhux raffinat eskluż minn dawn is-subintestaturi u li jaqgħu f’subintestatura 2530 90 00 .

8443

Makkinarju għal stampar użat biex jistampa permezz ta’ pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar tal-intestatura 8442 ; printers, fotokopjaturi u magni tal-faksimile oħra, kemm jekk magħqudin u kemm jekk mhumiex; partijiet u aċċessorji tagħhom

8443 39 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi blueprinters u diazocopiers li jintużaw għall-ikkuppjar ta' oriġinali trasluċenti fuq karta fotosensittiva. Minħabba li d-dawl jgħaddi mill-oriġinal trasluċidi, il-kompost djażo jew l-imlieħ tal-ħadid fotosensittiv fil-karta tal-ikkupjar jinkisru fiż-żoni mdawlin. Iż-żoni mhux imdawlin jsiru viżibbli permezz taż-żviluppar. Dan l-apparat is-soltu jipprovdi kopji li jagħtu fil-blu li fihom il-linji individwali ma jkunux ċari daqs l-oriġinal.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll magni tat-tip li jwaħħlu u apparat ta' termokkuppjar.

Din is-subintestatura tinkludi stampaturi bla impatt sakemm dawn mhumiex kapaċi jaqbdu ma' magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-data jew ma' netwerk, bħal:

1.  stampaturi termiċi, fejn print head termika msaħħna elettrikament tipproduċi l-karattri mixtieqa permezz ta' matriċi bit-tikek fuq karta sensittiva għas-sħana;

2.  stampaturi elettrostatiċi, li fihom it-truf metalliċi ċċarġjati statikament li jiċċaqalqu tar-write head jipproduċu fuq karta elettrografika karattri inviżibbli magħmulin minn tikek żgħar iċċarġjati elettrostatikament. Fluwidu tat-toner jintuża biex jiksi t-tikek iċċarġjati bil-linka u jipproduċi karattri viżibbli.

L-istampaturi elenkati hawn fuq huma kkontrollati minn data media(per eżempju, CD ROM, diskettes, tapes manjetiċi jew semiconductor media) jew b'magni għajr magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-data (per eżempju, kameras diġitali, video camera recorders jew telefowns għal netwerks ċellulari).

8443 91 10 sa 8443 99 90

Partijiet u aċċessorji

Apparti l-partijiet u l-aċċessorji msemmija fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8443 , dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  feeders awtomatiċi biex imexxu magni għall-istampar bi pjanċi tal-landa;

2.  sistemi għal ġbid, is-soltu pnewmatiċi, għall-manteniment tat-tensjoni tal-karta miġbuda minn ġol-holders tar-rombli;

3.  mezzi kontra l-offsettjar għajr dawk tat-tip sprej;

4.  ktajjen tal-istampar, irjus tal-pinnijiet, irjus tat-tipi u daisy wheels.

8443 99 10

Immuntar elettroniku

Assemblaġġi elettroniċi li jikkonsistu f'ċirkwit stampat jew aktar mgħammar b'ċirkwiti elettroniċi integrati tat-intestatura 8542 . Dawn jistgħu jkollhom ukoll elementi diskreti attivi, elementi diskreti passivi, oġġetti ta' intestatura 8536 jew apparat ieħor elettriku jew elettromekkaniku, sakemm dawn ma jitilfux il-karatteristika tagħhom bħala assemblaġġi elettroniċi.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux:

(a)  mekkaniżmi (mingħajr komponenti elettroniċi);

(b)  moduli (komposti minn mekkaniżmi u assemblaġġi elettroniċi), bħal drives għal cassettes, compact discs jew DVD għar-riproduzzjoni tad-data, video jew awdjo li jikkonsistu f'mekkaniżmi u assemblaġġi għall-kontroll elettroniku u għall-ipproċessar tas- sinjali.

8445

Magni biex jippreparaw fibri ta’ tessuti; magni tal-għażil, magni li jirduppjaw jew magni li jobormu u makkinarju ieħor għal produzzjoni ta’ ħjut ta’ tessuti; magni għal irrumblar jew tkebbib (inkluż tkebbib fuq it-tagħma) u magni biex jippreparaw ħjut tessili għal użu fuq il-magni tal-intestatura 8446 jew 8447

8445 90 00

Oħrajn

Apparti l-magni msemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8445 , (E), din is-subintestatura tinkludi wkoll magni għall-assemblaġġ ta’ raden tal-medd fuq it-travu minn rombli għall-medd, magni għall-insiġ u li jfornu il-ħajta matul l-insiġ u magni għall-ħjata għall-irrakmar.

“Hand knotters”, min-naħa l-oħra, li huma għodod żgħar li jinżammu fl-idejn għat-tgħaqqid ta’ ħajt maqtugħ, jaqgħu f’intestatura 8205 .

8446

Magni tal-insiġ (nwiel)

Din l-instestatura tkopri l-magni tal-insiġ imsemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8446 , inkluż newl għal tapiti Axminster, newl tax-xinilja, newl għad-drapp tal-pil, newl għal tessut terri, newl għal tessut kripp, newl għall-għażel, newl għall-qlugħ, newl għaċ-ċineg tat-trażmissjoni u newl għall-produzzjoni taċ-ċineg.

8447

Magni tas-suf ċatti, magni li jgħaqqdu l-ponti u magni biex jagħmlu ħjut mibrumin ( gimped ), tull, bizzilla, rakkmu, tirqim, malji jew xibka u magni tat-trapuntar

8447 20 20 u 8447 20 80

Magni tas-suf ċatti; magni li jgħaqqdu l-ponti

Dawn is-subintestaturi jkopru magni tal-ganċ li huma, fil-fatt, magni tan-niting ta' nisġiet forma ta' katina għall-produzzjoni ta' tirqim ornamentali, frilli, purtieri, xibka, bizzilla, eċċ. (bħal newl għall-immaljar ta’ orlaturi, oqfsa tal-bizzilla, magni għal purtieri u newl għal ċfuf).

8447 90 00

Oħrajn

Apparti l-magni msemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8447 , (C), din is-subintestatura tinkludi:

1.  magni għall-irrakmar bl-idejn (magni għall-irrakmar b’mekkuk pantografu), magni għall-irrakmar b’mekkuk awtomatiku, mgħammrin b’jacquard jew mekkaniżmi simili, magni għall-irrakmar b’numru ta’ labar, u magni għall-irrakmar bi rjus multipli awtomatiċi (b’diversi rjus tal-magni fuq mejda waħda u mgħammrin b’jacquard jew mekkaniżmu simili);

2.  magni għal bizzilla taċ-ċombin, li jipproduċu bizzilla magħmula minn ħajta waħda jew diversi ħjut (bizzilla taċ-ċombini) bl-użu ta’ċombini;

3.  magni għall-immaljar u li jagħżlu, li, minn ħjut minsuġ permezz ta’ feeders (magħżel) mgħammrin b’ċombini ta’ ħjata u li jagħmlu trajettorji ċirkulari u sinusojdali, jipproduċu oġġetti fil-biċċa (eż., malji ċatti jew tondi) jew f’forom (piping, malji, rovings, malji tubulari, piping għal ilbies), jew buttuni għal kisi, oġġetti tal-injam, fluting, eċċ., b’ħajt (eż., newl għal malji tondi, newl għal malji tubulari, newl għal malji għall-ippakkjar).

Madanakollu, magni għal immaljar speċjali intiżi għall-kisi tal-wajers tal-kejbils jew jew li jimmaljaw jew idawru conductors oħrajn elettriċi jew conductors ta’ wajer flessibbli, jaqgħu f’intestatura 8479 ;

4.  magni li jagħmlu t-tirqim (għajr il-magni li jagħmlu l-malji msemmijin fi 3 hawn fuq), inklużi:

(a)  magni biex jagħmlu l-pompons u x-xinilja;

(b)  magni biex jagħmlu xinilja tonda u dekorata u magni biex jagħmlu girlandi tax-xinilja għas- siġar tal-Milied;

(ċ)  magni li jdawru u jaqtgħu l-frilli.

Madanakollu, magni li jibbilanċjaw, jiġifieri, magni li jinsġu biex jagħmlu ċfuf jew tirqim, jaqgħu fl-intestatura 8446 u magni tal-ganċ għall-produzzjoni tat-tirqim huma koperti fis-subintestaturi 8447 20 20 jew 8447 20 80 .

8448

Makkinarju awżiljarju għal użu ma’ magni tal-intestaturi 8444 , 8445 , 8446 jew 8447 (pereżempju, apparat għan-newl dobbies u jacquards , twaqqif ta’ moviment awtomatiku, mekkaniżmi biex jibdlu l-mekkuk); partijiet u aċċessorji tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta’ din l-intestatura jew tal-intestaturi 8444 , 8445 , 8446 jew 8447 (pereżempju, mgħażel u flajers tal-imgħażel, strixxi bil-wajer ippuntat għal magni tat-tqardix ( card clothing ), mxat, bżieżel tal-ħruġ, mkiekek, nirien tan-newl u gwarniċi ta’ nirien, labar tal-kalzetti)

8448 11 00 u 8448 19 00

Makkinarju awżiljarju għal magni tal-intestaturi 8444 , 8445 , 8446 jew 8447

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux:

(a)  magni għat-tneħħija tal-ħajt li jifdal mill-quills tal-magni tal-insiġ u magni li jnaddfu x-xfafar (subintestatura 8479 89 97 );

(b)  apparat għall-iċċekkjar tar-regolarita’ ta’ ħjut permezz tat-trembil fuq romblu jew board (subintestatura 9017 80 90 );

(ċ)  magni li jnaddfu l-ħjut li jutilizzaw proċessi elettroniċi — ċelluli fotoelettriċi, pereżempju (subintestatura 9031 80 20 jew 9031 80 80 ).

8451

Makkinarju (ħlief magni tal-intestatura 8450 ) għal ħasil, tindif, għasir, tnixxif, mgħodija, ippressar (inklużi preses li jġonġu), ibbliċjar, żbigħ, tiżjin, irfinar, kisi jew mili b’sustanza oħra ta’ ħjut ta’ tessuti, drappijiet jew oġġetti tessili magħmulin u magni biex tiġi applikata l-pasta lid-drapp bażi jew lil irfid ieħor użati fil-manifattura ta’ kisi tal-art bħal linoleum; magni għal tkebbib, ħall, tini, qtugħ jew titqib kemm kemm ta’ drappijiet ta’ tessuti

8451 90 00

Partijiet

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  koni speċjali u ċombini għal makkinarju u apparat għaż-żbigħ (klassifikat skont il-materjal kostitwenti, ara Nota 1 (c) tat-taqsima XVI);

(b)  xfafar u cutters għall-magni tal-qtugħ (intestatura 8208 );

(ċ)  mezzi elettrostatiċi għal magni tal-flocking (intestatura 8543 ).

8452

Magni tal-ħjata, ħlief magni tal-ħjata għall-kotba tal-intestatura 8440 ; għamara, bażijiet u għata magħmulin apposta għal magni tal-ħjata; labar tal-magni tal-ħjata

8452 10 11 u 8452 10 19

Magni tal-ħjata ( lock-stitch biss), bir-ras tal-magna mhux itqal minn 16-il kg mingħajr mutur jew 17-il kg bil-mutur; irjus tal-magni tal-ħjata ( lock-stitch biss), li ma jiżnux iktar minn 16-il kg mingħajr mutur jew 17-il kg bil-mutur

1.  Dawn is-subintestaturi jkopru magni tal-ħjata u rjus ta’ magni tal-ħjata li t-tnejn għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)  huma għandhom ikunu lock-stitch biss (pont jiġri (running-stitch), pont zig-zag, pont dekorattiv), jiġifieri, joperaw b’żewġ ħajtiet, waħda imdaħħla fil-labra u waħda mgħoddija minn taħt permezz ta’ mekkuk;

(b)  ir-ras m’għandhiex taqbeż 16 kg fil-piż mingħajr mutur jew 17 kg, inkluż il-mutur (fil-każ ta’ ras mhux kompluta li għandha tkun klassifikata bħala kompluta skont ir-Regola Interpretattiva Ġenerali 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, huwa l-piż fl-istat komplut li jgħodd).

2.  Ir-ras tal-magna tal-ħjata tinkludi l-parti li taħdem tal-magna (inkluż, fejn xieraq, il-mutur inkorporat jew immuntat fuq ir-ras) u tikkonsisti essenzjalment minn driegħ li fih l-mekkaniżmu li jmexxi l-labra u bażi li fiha l-mekkaniżmu tal-mekkuk u possibilment apparat biex tintrefa’ il-presser foot. Il-frejm, mejda, kisja u għamara oħra (inkluż il-bord tal-pedala) ma jiffurmawx parti mir-ras.

3.  Għandu jkun innutat, madanakollu, li fuq xi magni tal-ħjata li jistgħu jinġarru, il-bażi hija disinjata biex isservi wkoll bħala stand. F’dan il-każ, din titqies bħala magna tal-ħjata u mhux bħala ras ta’ magna tal-ħjata.

8456

Għodod tal-magni għax-xogol fuq kull materjal bit-tneħħija ta’ materjal, bil-lejżer jew raġġ ieħor ta’ dawl jew foton, raġġ ultrasoniku, ta’ skarg elettriku, elettrokimiku, ta’ elettron, raġġ joniku jew proċessi ta’ ark ta’ plażma; magni tal-qtugħ b'ġettijiet ta' ilma

8456 11 10

Użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ ċirkwiti stampati, assemblaġġi ta’ ċirkwiti stampati, partijiet ta’ intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data

Din is-subintestatura tinkludi magni għall-ittrimmjar, permezz ta’ raġġ tal-laser, ta’ resistors elettriċi fuq ċirkwiti stampati. Il-materjal konduttur li jikkostitwixxi r-resistenzi fuq is-sottostrat iżolanti taċ-ċirkwiti stampati jitneħħa permezz ta’ raġġ tal-laser sakemm tinkiseb ir-resistenza mixtieqa.

8456 30 11

Qtugħ ta’ wajer

Dawn il-magni huma mgħammrin b’elettrodu li jikkonsisti f’wajer ta’ dijametru żgħir li jkun imdawwar bejn żewġ irkiekel fuq naħat opposti tal-oġġett li qed jinħadem.

8457

Ċentri ta’ xogħol bil-magni, magni għal kostruzzjoni unità waħda (stazzjon wieħed) u magni ta’ trasferiment b’numru ta’ stazzjonijiet, għal xogħol tal-metall

8457 10 10

Orizzontali

Din is-subintestatura tkopri ċentri tal-immaxinajr fejn l-għodda jiġu esklussivament issettjati fuq fus orizzontali u jaqtgħu l-oġġett li qed jinħadem mill-ġenb.

8457 10 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ċentri tal-immaxinjar fejn l-għodda tkun applikata mal-oġġett li qed jinħadem minn fuq (ċentri tal-immaxinjar b’fus vertikali), dawk li jużaw kemm fus vertikali kif ukoll orizzontali (ċentri tal-immaxinjar bil-magni kkombinati) jew dawk li jaħdmu bl-użu ta’ ras li tibbilanċja (ċentri tal-immaxinjar universali).

8458

Tornijiet (inklużi ċentri ta’ inturnar) għat-tneħħija ta’ metall

Din l-intestatura tkopri tornijiet iddisinjati speċjalment għall-ħdim ta’ metalli u li joperaw billi jneħħu l-materjal bl-għajnuna ta’ għodod tal-inturnar. Ġeneralment, l-artiklu li jkun se jinħadem jitmexxa b’moviment rotarju fuq l-assi tiegħu stess. Madanakollu, tornijiet fejn l-għodda nnifisha jew l-għodda u l-oġġett jiddawru, ukoll huma koperti minn din l-intestatura.

Apparti t-tornijiet imsemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8458 , it-tielet paragrafu, din l-intestatura tkopri tornijiet speċjali għar-rilievi tal-fusijiet, tornijiet li jqaxxru s-siġar u magni li jduru madwar fus jew assi, kif ukoll tornijiet universali. Dawn it-tornijiet universali jixbħu tornijiet taż-żerżiq iżda huma differenzjati permezz ta’ mekkaniżmu partikolari li apparti l-inturnar, jippermettilhom iwettqu funzjonijiet oħra bħal titqib, tħin u qtugħ f’tulijiet.

8459

Għodod tal-magni (inklużi magni way-type b’ras waħda) għal titqib, tħaffir, qtugħ, qtugħ ta’ kamini fuq barra jew fuq ġewwa bi tneħħija ta’ metall, ħlief tornijiet (inklużi ċentri ta’ inturnar) tal-intestatura 8458

8459 10 00

Magni way-type b’ras waħda

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8459 , it-tielet paragrafu, (1).

8459 31 00 u 8459 39 00

Magni oħrajn għal qtugħ-tħaffir

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8459 , it-tielet paragrafu, (3), tielet subparagrafu.

8460

Għodod tal-magni biex ineħħu x-xfar, iraqqu, iħokku, isinnu, jirbattu, jillustraw jew jirfinaw mod ieħor metall jew ċermiti permezz ta’ ħaġar tal-mola, sustanzi li joborxu jew prodotti tal-lostru, ħlief magni li jaqtgħu gerijiet, iħokku ġerijiet jew jirfinaw gerijiet tal-intestatura 8461

8460 12 00 u 8460 19 00

Magni tal-ħakk ta' uċuħ ċatti

Dawn is-subintestaturi jinkludu magni tat-tixfir ta' superfiċji ċatti msemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8460 , tielet paragrafu, (3).

Dawn il-magni huma mgħammrin b’apparat ta’ kejl jew issettjar. Dan l-apparat jinkludi:

1.  strumenti lineari għal qari dirett, pereżempju, rigi u verniers li jimxu, li fuqhom l-ispazju bejn żewġ gradwazzjonijiet suċċessivi jikkorrispondi għal moviment ta’ element tal-magna li ma jaqbiżx 1/100 mm (0,01 mm);

2.  projectors tal-profil biex jiġi ċċekkjat il-progress tal-ħdim. Dawn il-projectors jikkonsistu fi skrin ta’ ħġieġ immolat li fuqu stampa mkabbra ħafna tal-oġġett u l-għodda tkun proġettata biex kwalunkwe ċaqliq tal-oġġett jew tal-għodda, kif ukoll il-progress tax-xogħol fil-proċess ,ikun jista’ jiġi ċċekkjat permezz ta’ referenza għall-gradwazzjonijiet fuq l-iskrin. Ix-xogħol jista’ wkoll ikun iċċekkjat permezz tat-tqegħid ta’ tpinġija tal-oġġett li għandu jinkiseb ikkupjata fuq folja trasparenti fuq skala li tikkorrispondi għall-fattur ta’ manjifikazzjoni tal-projectors tal-profil fuq l-iskrin; f’dan il-każ, ix-xogħol tal-operatur tal-magna huwa li jagħmel l-immaġini tal-oġġett taqbel mat-tpinġija li tidher fuq l-iskrin;

3.  apparat li jillimita l-mixi tal-holder tal-għodda jew tal-holder tal-oġġett li qed jinħadem permezz ta’ apparat aġġustabbli li l-pożizzjoni tiegħu tiġi kkontrollata permezz ta’ slip gauge;

4.  apparat elettroniku ta’ ċċekkjar u kontoll għal magni li jsinnu u għall-immolar li jiġu rregolati permezz ta’ skala bi gradwazzjonijiet fuq id-dimensjonijiet finali attwali tal-oġġett u li jippermettu l-għodda li titmexxa aktar bil-mod meta d-dimensjonijiet tal-oġġett joqorbu u jiksbu d-dimensjonijiet determinati minn qabel.

8460 22 00 sa 8460 29 90

Magni oħra tal-ħakk

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 8460 12 00 u 8460 19 00 .

8460 22 00

Magni tal-ħakk bla ċentru, ikkontrollati numerikament

Magni tat-taħkik bla ċentru jintużaw għat-tixfir tad-dijametri esterni tal-oġġetti li qed jinħadmu. Fil-proċess bla ċentru, l-oġġett li qed jinħadem ma jkunx fiss iżda jserraħ bejn id-diska tat-tixfir li ddur u diska gwida ukoll motorizzata). Id-dijametru meħtieġ jkun determinat mid-distanza bejn id-diska tat-tixfir u d-diska gwida.

8460 23 00

Magni tal-ħakk ċilindriċi oħrajn, ikkontrollati numerikament

Din is-subintestatura tinkludi magni ċilindriċi tat-tixfir minn ġewwa użati għat-tixfir ta’ dijametri interni ta’ oġġetti li qed jinħadmu li huma vojta (eż., il-bore). L-oġġett li qed jinħadem jinżamm f'chuck u jinħadem b’rota għat-tixfir żgħira biżżejjed biex tidħol fit-toqba vojta tal-oġġett li qed jinħadem.

8460 24 00

Oħrajn, ikkontrollati elettronikament

Din is-subintestatura tinkludi magni tat-tixfir universali. Dawn huma kombinazzjoni ta’ magni tat-tixfir esterni u interni u għalhekk jistgħu jaħdmu fl-istess ħin kemm fuq id-dijametri ta’ barra kif ukoll ta’ ġewwa tal-oġġett li qed jinħadem.

8460 29 10

Għal uċuħ ċilindriċi

Għal magni ċilindriċi tat-tixfir minn ġewwa, in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8460 23 00 tapplika, mutatis mutandis.

Għal magni tat-tixfir bla ċentru u magni tat-tixfir universali, in-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 8460 22 00 u 8460 24 00 japplikaw, mutatis mutandis.

8461

Għodod tal-magni għal inċanar, iffurmar, qtugħ ta’ xquq, tifsid, qtugħ ta’ gerijiet, ħakk ta’ gerijiet jew irfinar ta’ gerijiet, isserrar, qtugħ barra u għodod ta’ magni oħrajn li jaħdmu billi jneħħu metall jew ċermiti, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

8461 30 10 u 8461 30 90

Magni li jofsdu

Dawn is-subintestaturi jkopru magni tal-broaching (ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8461 , tielet paragrafu, (4)); dawn huma magni-għodod li jikkonsistu f’għodda li taqta’ b’diversi snien, imsejħa broach, li tintuża għall-ħdim tas-superfiċji interjuri jew esterjuri ta’ oġġett. F’dawn il-magni, l-oġġetti jkunu fissi u l-broach, imwaħħal ma’ parti li tiżżerżaq, tinġibed jew tiġi mbuttata tul l-oġġett b’moviment ta’ qtugħ uniformi linjari.

Il-broach interna taħdem u tikkalibra s-superfiċji interni ta’ oġġett raff jew maħdum minn qabel traversat mill-għodda. Il-broach esterna tipproduċi superfiċji ċatti jew profilati.

8461 40 11 u 8461 40 19

Biex jaqtgħu gerijiet ċilindriċi

Huma biss ir-roti tal-gerijiet li jinkisbu minn blanks ċilindriċi u li jżommu dik il-forma wara l-qtugħ jitqiesu bħala gerijiet ċilindriċi għall-finijiet ta’ dawn is-subintestaturi.

Dawn is-subintestaturi jinkludu magni biex jagħmlu roti ta’gerijiet bi snien dritti, roti ta’ worm gears, worm gears, roti ratchet u roti sprocket.

8461 40 31 u 8461 40 39

Biex jaqtgħu gerijiet oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu magni biex jagħmlu ingranaġġi, gerijiet spirali u worm gears għajr gerijiet ċilindriċi.

8461 40 71 u 8461 40 79

Mgħammrin b’sistema ta’ aġġustar mikrometrika, li fiha l-pożizzjoni f’xi assi minnhom tista’ titqiegħed għal preċiżjoni ta’ mill-inqas 0,01 mm

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 8460 12 00 u 8460 19 00 għal apparati ta' kejl u ta' ssettjar.

8470

Magni li jikkalkulaw u magni qies tal-but b’funzjonijiet li jikkalkulaw biex jirrekordjaw, jirriproduċu u juru data; magni għal kontabilità, magni tal-iffrankar tal-ittri, magni li jagħtu l-biljetti u magni simili, li fihom mezz li jikkalkula; cash registers

8470 10 00

Magni li jikkalkulaw elettroniċi li jistgħu jaħdmu mingħajr sors ta’ enerġija elettrika estern u magni qies tal-but b’funzjonijiet li jikkalkulaw biex jirrekordjaw, jirriproduċu u juru data

Din is-subintestatura tinkludi, pereżempju:

1.  kalkulaturi elettroniċi li jinkorporaw skrin bil-ħin u bid-data u żveljarin jew, pereżempju, apparti dawn apparat ta’ stopwatch, timer jew tasti mużikali;

2.  magni elettroniċi li joqogħdu fil-but li jaħdmu bil-batteriji li, apparti li jwettqu operazzjonijiet aritmetiċi, għandhom memorja li tista’ żżomm data għal direttorju tat-telefown, aġenda, memo pad, kalendarju, eċċ. (ġieli magħrufin bħala “djarji diġitali”);

3.  apparati żgħar elettroniċi, li joqogħdu fil-but (imsejħin ukoll “minikompjuters”), li jistgħu jintużaw biex jiffurmaw kliem u sentenzi li jinqalbu f’lingwa barranija magħżula skont il-moduli tal-memorja użati f’dan l-apparat; huma jistgħu jagħmlu kalkoli sempliċi. Huma għandhom tastiera alfanumerika u skrin (display) rettangolari.

Din is-subintestatura ma tkoprix:

(a)  arloġġi tal-idejn jew arloġġi tal-but li jinkorporaw kalkolatriċi elettronika żgħira (intestatura 9101 jew 9102 );

(b)  lighters tas-sigaretti li jinkorporaw kalkulatriċi elettronika żgħira kif ukoll possibilment arloġġ elettroniku (intestatura 9613 );

(ċ)  apparat simili mingħajr funzjonijiet ta’ kalkolar (intestatura 8543 ).

8470 30 00

Magni oħrajn li jikkalkulaw

Din is-subintestatura tinkludi magni mhux elettroniċi li jikkalkulaw imsemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8470 , parti (A), li għall-finijiet ta’ kalkulazzjoni jużaw mezzi mekkaniċi, ġeneralment gerijiet għal ingranaġġi, irrispettivament minn jekk huma jkunux jaħdmu bl-idejn, b’mutur jew elettromanjetikament.

8470 90 00

Oħrajn

Apparti l-magni msemmijin fin- Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8470 , parti (B) u (D), din is-subintestatura tinkludi magni għall-ħruġ ta’ tikketti li juru l-prezz ta’ bejgħ kalkulat mill-piż u l-prezz unitarju, u magni użati biex joħorġu biljetti tal-pedaġġ awtostradali li fl-istess ħin juru l-ammonti totali involuti.

Din is-subintestatura ma tinkludix stampatriċi preżentati b’mod separat (intestatura 8443 ).

8471

Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom; apparat li jaqra b’sistema manjetika jew ottika, magni biex jittraskrivu data fuq mezzi ta’ data f’għamla kkowdjata u magni biex jipproċessaw din id-data, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

8471 70 30

Ottiċi, inklużi manjetoottiċi

Ara nota addizzjonali 2 għal dan il-kapitolu.

8472

Magni oħrajn tal-uffiċċju (pereżempju, duplikaturi bl-ettograf jew stensil, magni tal-indirizzi, distributuri awtomatiċi tal-karti tal-flus, magni li jagħżlu l-muniti, magni li jgħoddu jew igeżwru l-muniti, magni li jittempraw lapsijiet, magni li jtaqqbu jew li jistejpiljaw)

Din l-intestatura ma tinkludix typewriters mgħammrin b'apparat speċjali għall-ittajpjar ta' pjanċi tal-indirizzi bi stencil (intestatura 8469 ).

8472 90 90

Oħrajn

Apparti l-magni deskritti fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8472 , il-ħames paragrafu, (2) (3), (5), (7) sa (11) u (16) sa (22), din is-subintestatura tinkludi:

1.  magni għall-kisi fuq żewġ naħat (uċuħ) ta’ kuntratti, karti tad-data, pjanijiet, karti tal-identità jew dokumenti oħra b’film trasparenti, sabiex tipproteġi dawn id-dokumenti miż-żmien, falsifikazzjoni, tmermir jew tgħaffiġ;

Madanakollu, magni simili li ma jintużawx f’uffiċċji (preses li jissiġillaw bis-sħana), li jużaw sħana u pressjoni bil-għan li japplikaw film trasparenti termoplastiku magħmul minn materjal sintetiku mal-wiċċ jew fuq in-naħa ta’ wara ta’ stampi, ritratti, stampi tal-arti jew prodotti stampati oħrajn, huma esklużi minn din is-subintestatura u jaqgħu f’intestatura 8477 ;

2.  magni elettriċi tat-tnaqqix (inċiżjonijiet) li jintużaw, pereżempju, f’uffiċċji ta’ tpinġija.

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  printers ta’ intestatura 8443 ;

(b)  magni elettroniċi li joqogħdu fil-but li jaħdmu bil-batteriji li, apparti li jwettqu operazzjonijiet aritmetiċi, għandhom memorja li tista’ żżomm data għal direttorju tat-telefown, aġenda, memo pad, kalendarju, eċċ. (ġieli magħrufin bħala “djarji diġitali”) (subintestatura 8470 10 00 ).

8473

Partijiet u aċċessorji (ħlief għata, bagalji biex jinġarru fihom u oġġetti bħal dawn) tajbin biss u prinċipalment għall-użu ma’ magni tal-intestaturi 8470 sa 8472

Apparti l-parts, l-assemblaġġi u l-aċċessorji msemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8473 , din l-intestatura tinkludi:

1.  irjus manjetiċi b’teknoloġija tat-tip Winchester jew ta’ film irqiq għal unitajiet ta' ħżin fuq diski manjetiċi, kemm jekk inkorporati fuq dirgħajn ta' appoġġ kif ukoll jekk f'housings apposta;

2.  assemblaġġi għall-ħżin tad-data (hekk imsejħin Head/Disk/Assemblies (HDAs)) disinjati għal installazzjoni permanenti f’unitajiet tal-ħżin fuq diski u li jikkonsistu f’diversi diski manjetiċi mmuntati b’mod riġidu fuq rukkell ta’ appoġġ, f'dirgħajn b'irjus għall-qari/kitba tad-data, f'mekkaniżmi ta’ kontroll, aċċess u pożizzjonar, inkorporati f'housing wieħed issiġillat b’mod ermetiku;

3.  cassettes għall-istampar u għall-kitba, fil-forma ta’ aċċessorji ċarament interkambjabbli u li fihom, f’housing speċjali, kemm strixxi kif ukoll tapes ta’ korrezzjoni.

8473 21 10

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8473 29 10

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8473 30 20 u 8473 30 80

Partijiet u aċċessorji tal-magni tal-intestatura 8471

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux tastieri għal magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-data, fil-housing tagħhom stess (subintestatura 8471 60 60 ).

8473 30 20

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8473 30 80

Oħrajn

Din is-subintestatura ma tinkludix il-covers, kemm jekk bl-istands jew le, għal kompjuters tablet (tablet) jew kompjuters mini-tablet (mini-tablet) (l-intestatura 4202 jew, jekk ma jkollhomx cover fuq quddiem, skont il-materjal kostitwenti tagħhom). Covers bħal dawn huma prinċipalment maħsuba biex jipproteġu n-naħa ta’ wara, il-ġnub u n-naħa ta’ quddiem tat-tablet jew tal-mini-tablet u għalhekk ma jitqisux bħala aċċessorju tal-magni tal-intestatura 8471 għax ma jżidux il-firxa ta’ operazzjonijiet ta’ tablet jew ta’ mini-tablet u lanqas ma jagħtu servizz partikolari relatat mal-funzjoni ewlenija tal-magna.

8473 40 10

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8473 40 80

Oħrajn

It-tipi ta’ pjanċi tal-indirizzi koperti minn din is-subintestatura huma dawk li jintużaw f’magni tal-indirizzar u li fihom l-indirizzi li għandhom ikunu duplikati, prinċipalment permezz ta’ intaljar, tajpjar jew stampar. Għalhekk, il-pjanċi msemmijin jistgħu jkunu tal-metall jew ta’ materjal sintetiku jew jistgħu jieħdu l-forma ta’ pjanċi żgħar immuntati (karti, stencils) magħmulin minn kartun, eċċ.

Din is-subintestatura tkopri pjanċi tal-indirizzi li jkunu għadhom ma ġewx intaljati, ittajpjati jew stampati, sakemm dawn jintgħarfu bħala pjanċi tal-indirizzi għal magni tal-indirizzar. Madanakollu, oġġetti ta’ dan it-tip magħmulin mill-karta jew mill-kartun, jiġifieri, stencils żgħar li jkunu mmuntati fuq oqfsa tal-kartun u li għalhekk jistgħu jiddaħħlu fil-magni tal-indirizzar, huma koperti minn intestatura 4816 .

8473 50 20

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8474

Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni li jagħmlu forom tar-ramel għal funderija

8474 80 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi stampaturi 3D għall-produzzjoni ta’ oġġetti mill-materjali msemmija fl-intestatura 8474 .

8477

Makkinarju għal xogħol tal-lastiku jew plastiks jew għall-manifattura ta’ prodotti minn dawn il-materjali, mhux speċifikat jew inkluż band’oħra f’dan il-kapitolu

Apparti l-magni msemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8477 , din l-intestatura tkopri:

1.  magni għat-tneħħija ta’ pettijiet tal-lastiku u għerieqeb tal-lastiku, li, għalkemm jintużaw fl-industrija taż-żraben, m’humiex intiżi għall-ħdim tal-ġilda jew tal-ġlud;

2.  magni għal qtugħ ta’ blokok ta’ foam tal-plastik, foam tal-lastiku, foam tal-latex u materjali simili, bl-użu ta’ sikkina ċinturin jew lama ta' sega.

8479

Magni u apparat mekkaniku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitolu

8479 40 00

Magni li jagħmlu ħbula jew kejbil

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  magni u apparat biex jagħmlu ħajt, kordi, ħbula jew kejbils minn fibra tessili, bħal:

(a)  magni biex jagħmlu kurduni, li jagħmlu kurduni bil-brim ta' żewġt iħjut jew aktar (ħajt tal-kejbil);

(b)  magni li jobormu l-ħbula jew il-kejbils, li jobormu żewġ kurduni jew aktar biex jagħmlu ħabel jew kejbil b'dijametru kbir;

(ċ)  magni għal fili kkombinati u magni li jobormu l-ħbula jew il-kejbils, prinċipalment biex jagħmlu kurduni itqal u ħbula jew kebils b'dijametru iżgħar.

2.  magni u apparat biex jagħmlu ħbula u kejbils tal- wajer, għajr kejbils tal-elettriku, li jaħdmu fuq l-istess prinċipju bħall-magni u l-apparat imsemmijin fil-punt 1 t'hawn fuq;

3.  magni u apparat għall-ikkejbiljar jew immaljar ta' wajers tal-elettriku u magni għall-produzzjoni ta' kejbils koassjali.

Din is-subintestatura ma tinkludix magni li jwettqu operazzjonijiet żgħar qabel isiru kurduni, eż., imxit, tifrix, irduppjar, ġbid jew tidwir suċċessiv, jew oqfsa tal-brim tat-tip li jintużaw fl-irdieden tal-ħjut; uħud mill-magni ta' dan it-tip jistgħu jintużaw ukoll biex isiru kurduni fini bil-brim tal-ħjut tal-ħbula (intestatura 8445 ).

8479 89 97

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  sistemi ta' ftuħ għal bibien ta' garaxxijiet, li huma apparati mekkaniċi għall-ftuħ u għall-għeluq awtomatiku 'il fuq u 'l ġewwa (up-and-over) permezz ta' kontroll mill-bogħod bir-radju. Huma jitwaħħlu mas-saqaf tal-garaxx u jikkonsistu prinċipalment f'servomutur elettriku b'fus li jdur, binarju tal-konnessjoni b'apparat għat-trażmissjoni tal-elettriku u bi driegħ mekkaniku imwaħħal mal-bieb tal-garaxx. Is-servomutur huwa mwaħħal b'kejbil mar-riċevitur radjukmandat, li jixgħel il-provvista tal-elettriku lis-servomutur meta dan jirċievi s-sinjali ta' kontroll mit-trażmettitur radjukmandat tal-vettura. It-trażmettituri u r-riċevituri bir-radju meħtieġa għall-kontroll mill-bogħod ta' dawn is-sistemi huma, madankollu, esklużi minn din is-subintestatura u huma klassifikati f'intestatura 8526 skont il-karatteristiċi tagħhom stess;

2.  ċerti magni u apparat għall-manifattura ta’ boards ta’ ċirkwiti stampati (permezz tal-immaxinjar u qtugħ ta’ folji ikbar ta’ laminat abbażi tal-karta, tessut ta’ fibra tal-ħġieġ, ċeramika jew materjal iżolanti ieħor), bħal:

(a)  xkupilji mekkanizzati u magni tal-ħasil ultrasoniċi għat-tindif ta’ folji ta’ materjal iżolanti;

(b)  magni li jremblu jew li jferrgħu għall-applikazzjoni ta’ aġent fotoresistenti għat-twaħħil jew adeżiv mal-folji ta’ materjal iżolanti;

3.  magni għall-assemblaġġ ta’ boards ta’ ċirkwiti stampati għall-montatura jew ta’ komponenti attivi, passivi jew li jgħaqqdu fuq ċirkwiti stampati (magni pick and place). Dawn il-komponenti jingħataw b’mod awtomatiku lill-magna fuq tapes (ċinturini). Il-magni jqiegħdu l-komponenti b’mod eżatt fil-postijiet intiżi u jimmuntawhom fuq iċ-ċirkwit stampat. Wara li l-komponenti jkunu mmuntati, huma jitwaħħlu fuq iċ-ċirkwit stampat permezz ta’ ssaldjar jew twaħħil b’kuntatt. Apparti l-assemblaġġ ta’ mezzi ta’ semikondutturi, dawn l-magni huma wkoll kapaċi jaqbdu u jqiegħdu komponenti oħra fuq sottostrati.

Din is-subintestatura ma tinkludix magni u apparati li jaħdmu bl-elettriku tat-tip użat biss jew l-aktar għall-manifattura ta' ingotti jew wejfers ta' semikondutturi, strumenti semikondutturi, ċirkwiti integrati elettroniċi jew displays b'pannelli ċatti (intestatura 8486 ).

8481

Viti, cocks , valvi u tagħmir simili għal pajpijiet, qxur ta’ kaldaruni, tankijiet, btieti jew bħalhom, inklużi valvi biex inaqqsu l-pressa u valvi ikkontrollati b’mod termostatiku

8481 10 05

Kombinati ma’ filtri jew lubrikaturi

Din is-subintestatura tkopri oġġetti li jikkonsistu f’diversi komponenti li jwettqu l-funzjonijiet meħtieġa għar-regolar ta' sistemi tal-arja kompressata; filtrazzjoni tal-arja (biex ineħħu impuritajiet, eż., ilma, sadid, ħmieġ, eċċ.), regolazzjoni għall-pressjoni korretta, lubrifikazzjoni (biex tiżgura operazzjoni bla xkiel tal-komponenti pnewmatiċi).

Dawn tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja:

 

image

8486

Magni u tagħmir tat-tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ boules jew wejfers semikondutturi, mezzi semikondutturi, ċirkwiti integrati elettroniċi jew displays pannelli ċatti; magni u tagħmir speċifikati fin-nota 9(C) ta' dan il-kapitolu; partijiet u aċċessorji

Din l-intestatura ma tkoprix, fost l-oħrajn:

(a)  magni u apparat li jaħdem bl-elettriku għall-manifattura ta' boards ta’ċirkwiti stampati kif definiti f'nota 5 ta' kapitolu 85;

(b)  magni elettriċi u strumenti għall-ittestjar ta' wejfers jew ċirkwiti integrati permezz ta' qies bl-elettriku u għall-iskoperta u l-lokalizzazzjoni tad-difetti, fosthom dawk mgħammra b'apparat għall-immarkar tad-difetti jew b'apparat li jagħżel sabiex jassenja l-prodotti ttestjati f'kontenituri speċifiċi għall-irfigħ (kapitolu 90).

8486 20 00

Magni u tagħmir għall-manifattura ta’ mezzi semikondutturi jew ta’ ċirkwiti integrati elettroniċi

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8456 ,it-tielet paragrafu.

Apparti l-magni msemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8486 , parti (B), din is-subintestatura tinkludi:

1.  għodda tal-magni għat-tnaqqix jew grif fuq wejfers semikondutturi;

2.  apparat għat-tisħin veloċi ta' wejfers semikondutturi;

3.  għodda tal-magni għall-ħdim ta' kull materjal permezz tat-tneħħija tal-materjal, imħaddma b'laser jew permezz ta' proċessi ta' raġġ ta' dawl jew fotoniku;

4.  apparat li jnixxef sottostrat iżolanti stampat jew maħsul u nixxiefa kontinwi tal-wejfers.

8486 40 00

Magni u tagħmir speċifikat fin-nota 9 (C) ta’ dan il-kapitolu

Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8486 , parti (B), din is-subintestatura tinkludi:

1.  apparat die attach u tape automated bonders għall-assemblaġġ ta’ strumenti semikondutturi jew ta' ċirkwiti elettroniċi integrati;

2.  kameras fotografiċi li jiġġeneraw disinn tat-tip użat biex isiru maskri jew retikoli minn sottostrati b'kisjiet fotoreżistenti;

3.  strumenti tal-immarkar, li jiġġeneraw disinn ta’ tip użat biex isiru maskri jew retikoli minn sottostrati b'kisjiet fotoreżistenti;

4.  xi magni u apparat li jaħdem bl-elettriku għall-manifattura ta' boards ta’ ċirkwiti stampati ibridi (bl-immaxinjar u l-qtugħ ta' folji kbar ta' ċeramika jew materjal iżolanti ieħor), bħal:

(a)  xkupilji mekkanizzati u magni tal-ħasil ultrasoniċi għat-tindif tal-folji ta' materjal iżolanti;

(b)  magni tal-irrumblar u tat-tferrigħ għall-applikazzjoni ta' aġent fotoreżistenti u għat-twaħħil jew kolla fuq il-folji ta' materjal iżolanti.

KAPITOLU 85

MAKKINARJU U TAGĦMIR ELETTRIKU U PARTIJIET TAGĦHOM; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U JIRRIPRODUĊU L-ĦOSS, STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U JIRRIPRODUĊU STAMPA U ĦOSS TAT-TELEVIŻJONI, U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ DAWN L-OĠĠETTI



8501

Muturi u ġeneraturi elettriċi (ħlief settijiet tal-ġenerazzjoni)

Din l-intestatura tinkludi muturi rotatorji tal-elettriku għall-wipers tal-windskrin, mingħajr dirgħajn jew xfafar tal-imsiħ, iżda b’mekkaniżmi xierqa tat-trażmissjoni (rota bis-snien u virga oxxillanti li tgħaqqad) li jaqilbu l-moviment rotativ f’wieħed oxxillanti.

8502

Settijiet ta’ ġenerazzjoni u trasformaturi ( converters ) rotatorji tal-elettriku

Apparti l-makkinarju elettriku deskritt fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8502 , partijiet (I) u (II), din l-intestatura tinkludi cascade converters, settijiet Ward-Leonard u dephasers rotatorji.

8502 39 20

Turbo-ġeneraturi

It-turboġeneraturi jitħaddmu direttament permezz ta’ turbini tal-gass jew tal-istim. Huma għandhom rotor ċilindriċi solidu b'kanali lonġitudinali fejn jintramaw koljaturi ta’ induzzjoni. Ir-rotor jista’ jkun f’biċċa waħda jew jikkonsisti f’numru ta’ sezzjonijiet solidi.

It-turboġeneraturi ġeneralment ikunu imkessħin bl-arja, iżda jeżistu t- turboġeneraturi ta' kapaċità għolja li jkunu mkessħin bl-idroġenu.

8503 00

Partijiet tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-magni tal-intestatura 8501 jew 8502

Din l-intestatura ma tinkludix plates għal ċirkwiti friegħi għall-muturi elettriċi (intestatura 8536 ).

8504

Transformers tal-elettriku, converters statiċi (pereżempju, rectifiers ) u inductors

Apparti l-prodotti msemmija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8504 , din l-intestatura tinkludi:

1.  transformers aġġustabbli (pereżempju, cursor transformers) u transformers bi proporzjonijiet varjabbli;

2.  transformers b'kamp ta' dispersjoni għat-tubi fluworexxenti;

3.  transformers speċjali għall-komunikazzjoni;

4.  koljaturi ta' kumpens;

5.  koljaturi tal-output;

6.  smoothing inductors;

7.  koljaturi tat-tip moving core għall-modifikazzjoni tal- induttanza;

8.  ballasts (chokes) għal lampi u tubi ta' skariku elettriku;

9.  bobini Pupin;

10.  bobini Godefroy;

11.  blokok ta' provvista tal-elettriku stabilizzati (rettifikatur b’regolatur).

Din l-intestatura tinkludi wkoll elementi rettifikanti tas-selenju, kemm jekk waħedhom (plates tas-selenju, partikolarment) jew multipli.

Madanakollu, din l-intestatura ma tinkludix rettifikaturi bi kristall wieħed tas-silikonu jew tal-ġermanju li jikkostitwixxu komponenti diskreti (pereżempju, dijodi rettifikanti) jew rettifikaturi li jikkostitwixxu ċirkwiti integrati, speċjalment ċirkwiti mikroelettroniċi, kemm jekk mgħammrin b’apparat għat-tkessiħ jew iżolanti eċċ. kif ukoll jekk le. Nota 5 ta' dan il-kapitolu tagħti dawn il-komponenti lil intestatura 8541 jew lil intestatura 8542 (ara wkoll Nota 2 ta' dan il-kapitolu).

Barra dan, din l-intestatura ma tinkludix:

(a)  kommutaturi għal transformers multiple point (intestatura 8536 );

(b)  lampi, tubi u valvi rettifikaturi bħal fanotroni, tiratroni, injitroni u tubi ta’ vultaġġ għoli rettifikaturi għall-apparati tar-raġġi-X (subintestatura 8540 89 00 );

(ċ)  regolaturi tal-vultaġġ tal-intestatura 9032 .

8504 40 30

Ta’ tip użat ma’ apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom

Din is-subintestatura tinkludi konvertituri statiċi għall-apparat tat-telekomunikazzjoni jew għal magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-data u unitajiet magħmula minnhom, li:

— ġeneralment ikollhom ċirkwiti ta' stabilizzazzjoni;

— ikollhom vultaġġ tal-output tipiku ta’, pereżempju, 3,3, 5, 12, 24, 48 jew 60 V.

Konvertituri statiċi jintużaw ma' apparat tat-telekomunikazzjoni jew ma' magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-data u ma' unitajiet magħmula minnhom sabiex jikkonvertu, pereżempju, il-kurrent elettriku alternanti (AC) li jinġibed mill-provvista tal--elettriku (mains supply) għall-kurrent elettriku dirett (DC) mixtieq.

Użat ma’ magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-data, hekk imsejjaħ Uninterruptible Power Supply (UPS) jiżgura “back-up” ta’ enerġija (b’sinjal ta’ “provvista tajba”) fil-każ li jinqata' d-dawl, b’hekk jippreveni telf ta’ data.

8504 90 05

Immuntar elettroniku ta’ magni tas-subintestatura 8504 50 20

Għad-definizzjoni tal-espressjoni “assemblaġġi elettroniċi” ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8504 90 91

Immuntar elettroniku ta’ magni tas-subintestatura 8504 40 30

Għad-definizzjoni ttal-espressjoni “assemblaġġi elettroniċi” ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas- subintestatura 8443 99 10 .

8505

Elettrokalamiti; kalamiti permanenti u oġġetti maħsubin li jsiru kalamiti permanenti wara manjetizzazzjoni; ċokks, klampijiet u mezzi oħrajn li jaqbdu elettromanjetiċi jew kalamiti permanenti; igganċjar, klaċċijiet u brejkijiet elettromanjetiċi; irjus ta’ magni ta’ rfigħ elettromanjetiċi

8505 90 29

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi kalamiti li jaħdmu bl-elettriku armati mal-bibien ta’ karozzi privati u li jiffurmaw parti minn sistema ta' llokjar ċentrali tal-bibien. Sistemi bħal dawn ikunu konnessi mal-provvista tal-elettriku tal-vettura u jkunu attwati permezz ta’ sinjali ta’ kontroll minn mezz ta’ kontroll elettriku li jagħmel parti mis-sistema. Jekk waħda mill-bibien tinfetaħ jew tingħalaq manwalment, il-bibien l-oħra tal-vettura jissakkru jew jinfetħu elettromanjetikament fl-istess ħin.

Madanakollu, din is-subintestatura ma tinkludix valvi ta’ injezzjoni mħaddmin permezz ta’ solenojd għal magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni, imqabbdin bi spark jew imqabbdin bil-kompressjoni, il-korpi u l-labar tal-valvi tagħhom ikunu mgħammrin b’koljaturi manjetika u b’keeper tal-kalamita rispettivament (subintestatura 8409 91 00 jew 8409 99 00 ).

8506

Ċelluli primarji u batteriji primarji

8506 10 11

Ċelluli ċilindriċi

Iċ-ċelluli ċilindriċi jkollhom sezzjoni trasversali ċirkolari. Il-poli pożittivi u negattivi jkunu fuq truf opposti. It-tul taċ-ċelluli ċilindriċi jkun ikbar mid-dijametru tagħhom.

 

image

8506 10 91

Ċelluli ċilindriċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8506 10 11 .

8506 50 10

Ċelluli ċilindriċi

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8506 10 11 .

8506 50 30

Ċelluli buttuna

It-tul taċ-ċelluli buttuna huwa inqas jew ugwali għad-dijametru.

 

image

8507

Akkumulaturi elettriċi, inklużi separaturi għalihom, rettangulari (inklużi kwadri) jew le

8507 20 20 u 8507 20 80

Akkumulaturi oħrajn ta’ aċtu taċ-ċomb

Bl-eċċezzjoni ta’ akkumulaturi ta’ tip użat biex iqabbdu magni tal-pistuni (ara subintestaturi 8507 10 20 u 8507 10 80 ), dawn is-subintestaturi jkopru l-akkumulaturi elettriċi taċ-ċomb u tal-aċtu imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8507 , tielet paragrafu, (1).

Dawn l-akkumulaturi jintużaw, pereżempju, biex jitmexxew vetturi elettriċi u għall-provvista tal-elettriku lill- installazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni.

8507 30 20 u 8507 30 80

Kadmju-nikil

L-akkumulaturi ta’ dawn is-subintestaturi jintużaw partikolarment fil-lampi tas-sikurezza għall-ħaddiema tal-minjieri u spiss bħala sostituti għal batteriji xotti f’apparat bħal radjijiet, settijiet tat-televixin, xfafar tal-leħja u apparati elettriċi oħra li jistgħu jinġarru.

8507 80 00

Akkumulaturi oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi akkumulaturi tal-fidda-żingu u tal-fidda-kadmju.

8507 90 30 u 8507 90 80

Partijiet

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux partijiet li jgħaqqdu ta’ elementi ta’ akkumulaturi (subintestatura 8536 90 95 ).

8509

Tagħmir elettromekkaniku għad-dar, li għandu inkorporat fih mutur elettriku, minbarra vacuum cleaners tal-intestatura 8508

8509 80 00

Għodod oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi settijiet għall-manicure u l-pedicure b’mutur elettriku integrat, konness permezz ta' wajer mal-unità tal-provvista tal-elettriku (unità prinċipali) li tagħmel parti mill-għodda.

8510

Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf, magni li jaqtgħu x-xagħar u għodod li jneħħu x-xagħar, b’mutur tal-elettriku fihom infushom

8510 10 00

Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf

Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf li jinkorporaw magni li jaqtgħu x-xagħar huma koperti minn dini s-subintestatura.

8511

Tagħmir tal-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta’ tip użat għal magni b’kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni (pereżempju, manjeti għat-tqabbid, dinamos bil-manjete, koljaturi tat-tqabbid, sparking plugs u xemgħat inkandexxenti, muturi għall-istartjar); ġeneraturi (pereżempju, dinamos, alternaturi) u cut-outs ta’ tip użat flimkien ma’ dawn il-magni

8511 40 00

Muturi għall-istartjar u ġeneraturi għall-istartjar b’għan doppju ( dual purpose )

It-tagħmir ta' din is-subintestatura ġeneralment jopera b'6, 12 jew 24 V u għandu strumenti speċjali biex jitwaħħal mal- muturi.

Din is-subintestatura tikludi:

1.  muturi għall-istartjar b’armatura li tiżżerżaq, muturi li jistartjaw b’feeder li jiżżerżaq b’moviment elikojdali, u muturi għall-istartjar b’pinion li tiżżerżaq u b’moviment elikojdali;

2.  apparat li huwa r-riżultat tal-kombinament ta’ mutur għall-istartjar u ġeneratur f’unità waħda.

8512

Tagħmir tad-dawl jew tas-sinjalar tal-elettriku (ħlief oġġetti tal-intestatura 8539 ), wajpers tal-windskrins, defrostaturi u demisters , ta’ tip użati għal roti jew għal vetturi bil-muturi

8512 30 10

Allarmi tas-serq ta’ tip użat għal vetturi bil-mutur

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8512 , it-tieni paragrafu, (11).

8512 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi oqfsa u rifletturi għall-fanali , dirgħajn tal-wajpers, bix-xfafar tal-wajpers jew mingħajrhom, għal wajpers tal-windskrins tal-elettriku.

Madanakollu s-subintestatura ma tinkludix holders tal-bozoz (subintestatura 8536 61 10 jew 8536 61 90 ).

8514

Fuklari u fran tal-elettriku industrijali jew tal-laboratorju (inklużi dawk li jaħdmu b’induzzjoni jew telf dielettriku); tagħmir ieħor industrijali jew tal-laboratorju għat-trattament bis-sħana ta’ materjali b’induzzjoni jew telf dielettriku

8514 20 80

Fuklari u fran dielettriċi

Fran tal-microwave ta’ tip disinjat biex jintużaw f’ristoranti, canteens, eċċ., ivarjaw minn apparat domestiku tal-intestatura 8516 f'dak li jirrigwarda l-potenza tal-output u l-kapaċita’ tal-forn tagħhom. Fran bħal dawn li jkollhom potenza tal-output ta’ aktar minn 1 000  W jew kapaċita’ tal-forn ta’ aktar minn 34 litru jitqiesu li huma għal użu industrijali. Għal fran tal-microwave magħmulin ġo housing wieħed flimkien ma’ grill jew tip ieħor ta’ forn, il-potenza tal-output imsemmi hawn fuq japplika biss għal forn bil-microwave. Il-klassifikazzjoni ta’ kombinazzjoni bħal din m’huwiex influwenzat mill-kriterju tal-kapaċità tal-forn.

Fran bil-microwave li għandhom potenza tal-output ta’ mhux aktar minn 1 000  W u b’kapaċità ta’ forn ta’ mhux aktar minn 34 litri jitqiesu li huma għal użu domestiku (intestatura 8516 ).

8516

Ħiters tal-ilma tal-elettriku istantanji jew b’ħażna u ħiters li jingħaddsu; apparat tal-elettriku għat-tisħin ta’ spazji u apparat għat-tisħin tal-ħamrija; apparat elettrotermiku għall-irranġar tax-xagħar (pereżempju, nixxiefa tax-xagħar, apparat li jobrom ix-xagħar, ħdejjed ħiter għall-brim tax-xagħar) u nixxiefa tal-idejn; ħdejjed tal-mogħdija tal-elettriku; tagħmir ieħor elettrotermiku ta’ tip użat għal għanijiet tad-dar; resistors elettriċi għat-tisħin, ħlief dawk tal-intestatura 8545

8516 10 11 u 8516 10 80

Ħiters tal-ilma tal-elettriku istantanji jew b’ħażna u ħiters li jingħaddsu

Dawn is-subintestaturi:

1.  heaters tal-ilma li jaħdmu kemm bħala heaters tal-ilma u bħala heaters tal-ilma maħżun;

2.  boilers tal-elettriku li jipproduċu biss ilma sħun, jew ilma sħun u stim bi pressa baxxa fl-istess ħin.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux boilers tal-istim imsaħħnin bl-elettriku u boilers ta’ “ilma superimsaħħan” (intestatura 8402 ) u boilers tal-elettriku msaħħnin bl-elettriku għat-tisħin ċentrali (intestatura 8403 ).

8516 21 00 sa 8516 29 99

Apparat tal-elettriku għat-tisħin ta’ spazji u apparat tal-elettriku għat-tisħin tal-ħamrija

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  apparat tal-elettriku għat-tisħin għas-sawni;

2.  apparat tal-elettriku li jaħdem b’batteriji għat-tisħin u għad-defrostjar ta’ serraturi ta’ bibien li jkunu ffriżaw fuq vetturi li jaħdmu b’mutur bil-preżenza ta’ element li jsaħħan fis-serratura. Dan l-apparat żgħir li jinġarr jista’ jinkorpora lampa tat-tip li taqa’ f’intestatura 8513 biex jillumina ż-żona fejn isir ix-xogħol.

8516 50 00

Fran bil- majkrowejv

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8514 20 80 .

8516 60 10

Kukers (li fihom għallinqas forn u hob )

Cookers jikkonsistu f’għallinqas hob u forn (li jista’ jinkludi wkoll sett tal-microwave jew grill).

8516 79 70

Oħrajn

Apparti l-apparat imsemmi fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8516 , parti (E), (5) sa (20), din is-subintestatura tinkludi:

1.  sawni b’radjaturi tal-infraaħmar (kmamar żgħar individwali);

2.  platti għat-tisħin tas-saqajn;

3.  forom taż-żraben imsaħħnin bl-elettriku;

4.  apparat għat-tindif ta’ contact lenses, li jikkonsistu f’żewġ kompartamenti żgħar imsaħħnin bl-elettriku b’għotjien li jingħalqu b’kamin biex iżommu l-contact lenses u biex isaħħnu l-likwidu li jnaddaf.

8516 80 20 u 8516 80 80

Resistors għat-tisħin bl-elettriku

Dawn is-subintestaturi jinkludu wajer, kejbils, tapes u affarijiet simili, li jkunu iżolati u li jipprovdu sħana għat-tisħin ta’ soqfa, ħitan, pajpijiet, kontenituri, eċċ.

Madanakollu, dawn is-subintestaturi ma jinkludux unitajiet resistenza li jsaħħnu mqabbdin ma’ partijiet ta’ apparat, pereżempju, baseplates għal ħadid li jillixxa u plates għal cookers tal-elettriku (subintestatura 8516 90 00 ).

8517

Settijiet tat-telefown, inklużi telefowns għan-netwerks ċellulari jew għal netwerks oħra bla wajers; tagħmir ieħor għat-trasmissjoni jew riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew data oħra, inkluż tagħmir għal komunikazzjoni f'netwerk ikkollegat bil-wajer jew bla wajers (bħal netwerk ta' żona lokali jew ta' żona wiesgħa), minbarra tagħmir ta’ trasmissjoni jew ta’ riċezzjoni tal-intestaturi 8443 , 8525 , 8527 jew 8528

8517 12 00

Telefowns għal netwerks ċellulari jew netwerks oħra bla wajer

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8517 , parti (I), (B).

Din is-subintestatura jinkludi telefons għal netwerks ċellulari, l-hekk imsejħa “mobiles”.

Il-“mobiles” għandhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

— huma ta' daqs żgħir li joqogħdu fil-but, jiġifieri huma ta' dimensjonijiet li ma jeċċedux 170 mm × 100 mm × 45 mm, meta mkejla fl-aktar mod kompatt tagħhom,

— jistgħu joperaw mingħajr sors estern ta’ enerġija elettrika,

— għandhom kemm mikrofonu, kif ukoll earphone u/jew loudspeaker, fl-istess unità jew f'forma ta' headset li tista' tinqala, ppreżentata flimkien mal-“mobile”, għat-trażmissjoni u għar-riċezzjoni tal-vuċi,

— jinkorporaw komponenti oħra eżempju amplifikatur u antenna għat-telefonija, li jippermettu trażmissjoni ta' vuċi f'żewġ direzzjonijiet f'firxa żgħira fi ħdan netwerk li jikkonsisti fi stazzjonijiet bażi b'subintestatura 8517 61 u li jużaw meded ta' frekwenza tal-mobile,

— jippermettu l-komunikazzjoni telefonika billi jużaw netwerks ċellulari meta mgħammra b'SIM (Modulu li Jidentifika l-Abbonat) ta' tipi varji (fiżiku jew softwer) li ġiet attivata. Jistgħu jippermettu li t-telefonati ta' emerġenza jsiru mingħajr is-SIM.

Il-“mobiles” jistgħu jkollhom karatteristiċi oħra eżempju li tibgħat u tirċievi messaġġi SMS (is-Servizz ta' Messaġġi Qosra) u MMS (Servizz għall-Messaġġi Multimedia), posta elettronika; bdil tal-pakkett għall-aċċess għall-Internet; li tibgħat u tirċievi sinjali ta' pożizzjoni; navigazzjoni, trażmissjoni, mapep, messaġġi immedjati, VOIP (Protokoll tal-Vuċi fuq l-Internet); PDA (Assistent Personali Diġitali), logħob; li tirċievi sinjali tar-radju u tat-televiżjoni; għall-qbid, ir-reġistrazzjoni u r-riproduzzjoni ta' ħsejjes u immaġni.

Irrispettivament minn karatteristiċi addizzjonali bħal dawn, il-funzjoni tat-telefonija mobbli ġeneralment hija l-funzjoni prinċipali tal-mobiles li jkollhom il-karatteristiċi kollha msemmijja hawn fuq. Dan huwa l-każ, eżempju, meta l-funzjoni tat-telefonija tieħu preċedenza fuq il-funzjonijiet l-oħra kollha inkluż meta sejħiet li jkunu deħlin huma normalment notifikati lill-persuna li qed tuża t-telefon irrispettivament mill-funzjonijiet sekondarji użati.

8517 18 00

Oħrajn

Apparti s-settijiet tat-telefown imsemmijin fin-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8517 , parti (I), (A), din is-subintestatura tinkludi buttuna li tingħafas, settijiet tat-telefown li jinkorporaw qarrej tal-karti manjetiċi, display tad-data, board taċ-ċirkwiti elettronika b’mikroproċessur, diversi ħażniet ta’ data, arloġġ u modulatur-demodulatur (modem). Dan l-apparat jista’ jintuża mhux biss bħala settijiet tat-telefown iżda wkoll (pereżempju, f’supermarket) bħala terminali tad-data, eż., għall-verifikar ta’ karti ta’ kreditu manjetiċi jew ċekkijiet jew għat-trażmissjoni ta’ data dwar bejgħ fuq linji tat-telefown għal magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-data.

8517 62 00

Magni għar-riċezzjoni, konverżjoni u trasmissjoni jew riġenerazzjoni ta’ vuċi, immaġini jew data oħra, inkluż tagħmir għall-qlib tal-linji u routing

Din is-subintestatura tkopri żewg gruppi ta' magni:

1.  magni li jirċievu, jikkonvertu u jittrażmettu l-vuċi, ix-xbihat jew data oħra;

2.  magni li jirriġeneraw il-vuċi, x-xbihat jew data oħra.

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  cards għall-interfaċċa tan-network;

2.  modems;

3.  repeaters;

4.  hubs;

5.  bridges (fosthom swiċċjiet);

6.  routers.

Dawn is-subintestaturi jinkludu apparat li jikkonsisti fl-elementi kollha meħtieġa għat- trażmissjoni u riċezzjoni, f'kaxxa jew housing waħda. Hekk huwa l-każ, pereżempju, għall-walkie-talkies, li fihom il-batteriji jew l-akkumulaturi meħtieġa għat-tħaddim tagħhom, jew għal apparat trażmettitur-riċevitur, l-unità tal-provvista tal-elettriku tagħha tkun separata u konnessa mal-apparat permezz ta' kejbil biss.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll unitajiet li fihom l-elementi li jittrażmettu u li jirċievu jkunu jinsabu f'unitajiet tal-għamara jew housings differenti, sakemm huma jikkostitwixxu unità funzjonali. Sabiex jitqiesu li jikkostitwixxu unità funzjonali, l-apparati trażmettituri-riċevituri iridu jkunu installati ħdejn xulxin (pereżempju, fl-istess bini jew fuq l-istess vettura) u jkollhom ċerti elementi komuni, bħall-antenna.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-“wireless headsets” iddisinjati sabiex jintużaw biss u prinċipalment ma' telefowns għal netwerks ċellulari (mobiles), maħsuba li jiddendlu mal-widna biex b'hekk l-idejn jitħallew liberi. Jippermettu lill-utent jikkontrolla l-funzjonijiet tat-telefown, bħal, jirrispondi, jaqta' u jċempel in-numru (pereżempju, jerġa' jċempel l-aħħar numru), f'distanza ta' bejn wieħed u ieħor 10 m mill-mobile u li jkollhom mezz biex jaġġustaw il-volum tal-ħoss tal-earphone. Dawn il-headsets jinkorporaw trażmettitur/riċevitur tar-radju biex jikkomunikaw ma' mobile permezz tat-teknoloġija bla wajers, bħalma hi l-Bluetooth.

8517 69 10

Vidjofoni

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8517 , parti (II), (C).

Din is-subintestatura tinkludi wkoll sistemi tat-televiżjoni b’ċirkwit magħluq (CCTV) li jikkonsistu f’kamera waħda, pannell b’diversi buttuni għal sejħiet, u monitor wieħed jew aktar konnessi ma’ post ta’ komunikazzjoni u kejbils koassjali għall-konnessjoni tal-elementi differenti, preżentati fil-forma ta’ sett offrut għall-bejgħ bl-imnut.

Prodotti ta’ din is-subintestatura jistgħu wkoll ikunu magħqudin apparat elettriku għall-ftuħ tal-bibien , apparat għal sinjalar jew sors ta’ dawl.

8517 69 30

Apparat għar-riċezzjoni ta’ radjo-telefonija jew radjo-telegrafija

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  apparati riċevituri fissi (fosthom dawk l-aktar użati f'installazzjonijiet kbar), u strumenti speċjali bħal strumenti ta' segretezza (eż. spectrum inverters); ċertu riċevituri, imsejħa “diversity receivers”, jutilizzaw it-teknika ta' diversi riċevituri sabiex jegħlbu l-problema ta' telf mis-saħħa tas-sinjal;

2.  riċevituri tar-radjutelefonija għal vetturi bil-mutur, vapuri, inġenji tal-ajru, ferroviji, eċċ.;

3.  riċevituri għal sistemi ta' lokalizzazzjoni radjutelegrafika tal-impjegati;

4.  riċevituri tar-radju għall-interpretazzjoni simultanja waqt konferenzi multilingwi;

5.  riċevituri speċjali għal sinjali ta' periklu, minn vapuri, inġenji tal-ajru, eċċ.;

6.  riċevituri ta' sinjali telemetriċi;

7.  apparat radjutelegrafiku “Faks” biex jirċievi, fuq karta sensitizzata, kopji ta' dokumenti, gazzetti, pjanti, messaġġi.eċċ.

8517 69 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  trażmettituri fissi. Ċertu tipi, użati l-aktar f'installazzjonijiet kbar, jinkludu strumenti speċjali bħal strumenti ta' segretezza (eż. spektrum inverters) strumenti multiplex (użati biex jibagħtu aktar minn żewġ sinjali f'daqqa);

2.  trażmettituri tar-radjutelefonija għal vetturi bil-mutur, vapuri, inġenji tal-ajru, ferroviji, eċċ.;

3.  trażmettituri użati f'sistemi radjutelegrafiċi ta' lokalizzazzjoni tal-impjegati;

4.  trażmettituri tar-radju għall-interpretazzjoni simultanja waqt konferenzi multilingwi;

5.  trażmettituri awtomatiċi għal sinjali ta' periklu/allarm, minn vapuri, inġenji tal-ajru, eċċ.;

6.  apparat radjutelegrafiku “Faks” biex jittrażmetti kopji ta' dokumenti, gazzetti, pjanti, messaġġi, eċċ.;

7.  trażmettituri ta' sinjali telemetriċi.

8518

Mikrofoni u stands għalihom; lawdspikers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le; headphones u earphones , kombinati ma’ mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u lawdspiker wieħed jew aktar; amplifikaturi ta’ awdjofrekwenza tal-elettriku; settijiet ta’ amplifikaturi ta’ ħoss-elettriku

Din l-intestatura tinkludi mikrofoni, kuffji (headphones), earphones u loudspeakers bla wajers ippreżentati b'mod separat, kemm jekk ikkombinati kif ukoll jekk le.

Din is-subintestatura ma tinkludix:

1.  handsets bla wajer ippreżentati separatament biex jintużaw ma' settijiet tat-telefown ta' linja fissa (ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 8517 62 );

2.  headsets bla wajers preżentati separatament (kombinazzjoni ta' headphone u mikrofonu) b'kapaċita' li wieħed jista' jċempel minn fuqhom (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8517 62 00 ).

8519

Tagħmir ta' rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss

8519 81 15

Cassette-players qies tal-but

Għad-determinazzjoni tal-qisien ta’ apparat bħal dan, tapplika n-nota tas-subintestatura 1 tal-kapitolu 85 u l-qisien tal-kabinett għandhom jitqiesu; protuberanzi bħal buttuni ta’ kontroll, mezzi li jagħlqu u klipep għall-illokkjar għandhom ikunu injorati.

8519 81 35

Oħrajn

Din is-subintestatura ma tinkludix apparat li jirriproduċi l-ħoss, hekk imsejħa “MP3 players”, li jużaw media ottika u jinkorporaw strumenti li jistgħu sussegwentement ikunu attivati għar riċezzjoni ta' sinjali ta' xandir bir-radju permezz tas-softwer (intestatura 8527 ).

8519 81 45

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8519 81 35 tapplika, mutatis mutandis.

8519 81 95

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8519 81 35 tapplika, mutatis mutandis.

8522

Partijiet u aċċessorji tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat tal-intestatura 8519 jew 8521

8522 90 41 u 8522 90 49

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8523

Diski, tejps, strumenti li jaħżnu l-memorja li mhumiex volatili u li huma fi stat solidu, “kards “ smart ”” u mezzi oħra għall-irrekordjar tal-ħoss jew ta’ fenomeni oħra, kemm jekk irrekordjati u kemm jekk mhumiex, inklużi matriċi u oriġinali għall-produzzjoni tad-diski, iżda esklużi l-prodotti tal-Kapitolu 37

Jekk il-media ta' din l-intestatura jiġu ppreżentati flimkien ma' oġġetti oħra, għandhom japplikaw il-prinċipji ta' klassifikazzjoni li ġejjin:

1.  jekk il-media u oġġetti oħra jikkostitwixxu sett offrut għall-bejgħ bl-imnut taħt ir-Regolament Ġenerali Interpretattiv 3b), is-sett għandu jkun ikklassifikat bl-applikazzjoni ta' dak ir-regolament, jew

2.  jekk il-media u oġġetti oħra ma jikkostitwux sett offrut għall-bejgħ bl-imnut taħt ir-Regolament Ġenerali Interpretattiv 3b), il-media ghandha tkun ikklassifikata skont is-subintestatura xierqa.

8523 21 00

Kards li fihom strixxa manjetika

Din is-subintestatura tinkludi wkoll materjal stampat, bħal biljetti tal-ivjaġġar u biljietti tal-imbarkazzjoni, li jinkorporaw strixxa manjetika jew aktar.

8523 29 15

Mhux irrekordjati

Din is-subintestatura tkopri wkoll tapes li għandhom jinqatgħu għad-daqs meħtieġ qabel jintużaw.

8523 41 10

Diski għal sistemi ta' qari bil-lazer b'kapaċità ta' rekordjar li ma taqbiżx 900  megabytes , ħlief dawk li jitħassru

Din is-subintestatura tkopri compact discs li fuqhom tista' tiġi rreġistrata d-data (CD-Rs).

Normalment, is-CD-Rs huma magħmulin minn polikarbonat trasparenti mingħajr kulur bi ħxuna ta' 1.2 mm. In-naħa ta' fuq hija miksija b'saff riflettenti lewn id-deheb jew il-fidda u li jista' jkun stampat. In-naħa ta' isfel hija miksija b'saff ta' kulur u saff protettiv. Għandhom dijametru ta' 8 jew 12 cm u jista' jkollhom il-forma ta' kard.

Il-kapaċità ta' reġistrazzjoni tagħhom tista' tkun ivverifikata b'magni tal-qari/kitba u software korrispondenti għar-reġistrazzjoni.

Minkejja li r-reġistrazzjoni fuq dawn id-diski jista' jsir f'fażi waħda jew ħafna, l-informazzjoni rrekordjata ma tistax titħassar.

8523 41 30

Diski għal sistemi ta' qari bil-lazer b'kapaċità ta' rekordjar li ma taqbiżx 900  megabytes , iżda ma taqbiżx 18  gigabytes , ħlief dawk li jitħassru

Din is-subintestatura tkopri diski versatili diġitali li jistgħu jkunu rrekordjati (DVD-/+Rs).

B’kuntrast għas-CD-Rs ta’ subintestatura 8523 41 10 , DVD-/+Rs jikkonsistu f'żewġ saffi polikarbonat oħxon ta' 0,6 mm mwaħħlin flimkien bil-kolla. Din id-differenza fiżika tista' tkun identifikata billi t-tarf estern tad-diska jkun eżaminat. Huma jkollhom dijametru ta' 8 jew 12 cm.

Il-kapaċità ta' reġistrazzjoni tagħhom tista' tkun ivverifikata b'magni tal-qari/kitba u software għal reġistrazzjoni korrispondenti.

Minkejja li r-reġistrazzjoni fuq dawn id-diski jista' jsir f'fażi waħda jew ħafna, l-informazzjoni rreġistrata ma tistax titħassar.

8523 41 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  diski ottiċi li fuqhom tista' titħassar l-informazzjoni rrekordjata u data ġdida tista' tkun irrekordjata (“rewritable compact discs” (CD-RWs) u diski versatili diġitali rewritable (DVD-/+RWs)). Dawn jistgħu jkunu identifikati permezz tas-software għar-reġistrazzjoni tad-diski ta' magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-data;

2.  DVD-RAMs rewritable u “MiniDiscs”, it-tnejn inkorporati f'cartridges.

8523 52 00

“Kards “ smart ””

Ara n-Noai ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8523 , (C), (2).

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll proximity cards/tags elettroniċi li ġeneralment jikkonsistu f'koljatura li tattiva ruħha b'sinjal mill-apparat li jaqrah u jipproduċi vultaġġ li jenerġizza ċirkwit mikroelettroniku, ġeneratur ta' kodiċi li kif jirċievi s-sinjal mill-koljatura jiġġenera d-data, u antenna li tittrażmetti s-sinjali.

8525

Tagħmir ta’ trasmissjoni għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni, kemm jekk fih u kemm jekk ma fihx tagħmir ta’ riċezzjoni jew tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni; kameras tat-televiżjoni, kameras diġitali u vidjowkameras li jirrekordjaw

Din l-intestatura tinkludi kameras għar-rilevament ta' immaġni termali permezz ta' imagers tal-infraaħmar li jaqbdu radjazzjoni termali u jibdluha f’immagini li jirrapreżentaw it-temperaturi ta’ superfiċji jew oġġetti individwali f’intensitajiet differenti ta’ griż jew f’kuluri differenti iżda li ma jistgħux ikejlu temperaturi jew jirrapreżentaw il-valuri mkejlin f’figuri.

8525 60 00

Tagħmir ta’ trasmissjoni li fih tagħmir ta’ riċezzjoni

Dain is-subintestatura tinkludi wkoll unitajiet fejn l-elementi li jittrażmettu u li jirċievu jkunu jinsabu f’unitajiet tal-għamara jew housing differenti, sakemm huma jikkostitwixxu unità funzjonali. Sabiex jitqiesu li jikkostitwixxu unità li funzjonali apparat trażmettitur-riċevitur għandhom ikunu installati ħdejn xulxin (pereżempju, fl-istess bini jew fuq l-istess vettura) u jkollhom ċertu elementi komuni, bħal antenna.

8525 80 11 sa 8525 80 99

Kameras tat-televiżjoni, kameras diġitali u vidjowkameras li jirrekordjaw

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8525 , (B).

Dawn is-subintestaturi ma jkoprux mezzi għall-qari elettroniku għal persuni b'vista batuta (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8543 70 90 ).

8525 80 30

Kameras diġitali

Kameras diġitali koperti minn din is-subintestatura dejjem kapaċi jirreġistraw immaġnijiet fissi, kemm jekk fuq mezz ta’ ħżin intern kif ukoll fuq media interkambjabbli. Il-biċċa l-kbira għandhom disinn ta’ kamera fotografika tradizzjonali.

Kameras diġitali li kapaċi jirreġistraw biss immaġnijiet fissi jibqgħu kklassifikati taħt din is-subintestatura.

Kameras koperti minn din is-subintestatura jista’ jkollhom ukoll il-funzjoni ta’ ġbid ta’ video biex jirrekordjaw perjodi kontinwi ta’ video.

Madankollu, meta apparati ta’ dan it-tip ikunu jistgħu, billi tintuża l-kapaċità massima ta’ ħażna li jkollhom, jiġbdu video bi kwalità ta’ 800 x 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frame kull sekonda (jew ogħla) għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 30 minuta (irrelevanti mill-fatt li l-immaġnijiet maqbuda bil-video jistgħu jiġu rreġistrati f’fajls separati ta’ dewmien ta’ anqas minn 30 minuta), dawn għandhom dejjem ikunu kklassifikati taħt is-subintestaturi 8525 80 91 jew 8525 80 99 .

Jekk wieħed jew iktar mill-kriterji ta’ hawn fuq ma jiġux issodisfati, l-apparat għandu jkun ikklassifikat billi tiġi applikata n-nota 3 tat-Taqsima XVI (ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2014).

Imqabbla mal-video camera recorders li jaqgħu taħt is-subintestaturi 8525 80 91 u 8525 80 99 , ħafna kameras diġitali (meta jintużaw bħala video cameras) m’għandhomx il-funzjoni ta’ żum waqt li jkunu qed jirreġistraw il-video. Indipendentement mill-kapaċità tal-ħżin, xi wħud mill-kameras jieqfu jirreġistraw il-video wara ċertu perjodu ta’ ħin.

8525 80 91 u 8525 80 99

Vidjowkameras li jirrekordjaw

Video camera recorders li jaqgħu taħt dawn is-subintestaturi dejjem kapaċi jirreġistraw perjodi kontinwi ta’ video, kemm fuq mezz ta' ħżin intern jew media interkambjabbli.

Ġeneralment, il-video camera recorders diġitali taħt dawn is-subintestaturi għandhom disinn differenti mill-kameras diġitali li jaqgħu taħt is-subintestatura 8525 80 30 . Ġeneralment ikollhom viewfinder li jintewa u ta’ spiss jiġu flimkien ma’ apparat għall-kontroll mill-bogħod. Il-biċċa l-kbira tal-video camera recorders jistgħu wkoll jiżżumjaw matul ir-reġistrazzjoni tal-video. Madankollu, il-fatt li video cameras integrati, pereżempju, fin-nuċċalijiet sportivi, m’għandhomx il-funzjoni “żum ottiku” ma jtellifx milli dawn jibqgħu jiġu kklassifikati taħt is-subintestaturi 8525 80 91 u 8525 80 99 (ara l-Kawża C-178/14, Vario Tek, ECLI:EU:C:2015:152, para. 17–29).

Video camera recorders diġitali li jirrekordjaw u li huma kapaċi biss jirreġistraw il-video għandhom dejjem jiġu kklassifikati taħt dawn is-subintestaturi.

Apparat li kapaċi jirreġistra kemm il-video kif ukoll l-immaġnijiet fissi għandu jiġi kklassifikat billi ssir referenza għan-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8525 80 30 .

Dawn is-subintestaturi jinkludu apparat ikkontrollat remotament għall-ġbid u r-reġistrazzjoni ta’ video u ritratti li huwa maħluq speċifikament li jintuża ma’ elikotteri b’bosta skrejjen (hekk imsejħa drones), pereżempju billi jitwaħħal ma’ elementi ta’ kuntatt apposta. Dan l-apparat jintuża għall-ġbid ta’ video u ritratti tal-ambjent mill-ajru u jippermetti lill-utent jikkontrolla b’mod viżiv it-titjira tad-drone. Dan apparat huwa dejjem ikklassifikat taħt dawn is-subintestaturi ikun xi jkun it-tul tal-perjodu tar-reġistrazzjoni tal-video peress li r-reġistrazzjoni tal-video huwa l-funzjoni prinċipali. Ara wkoll l-opinjoni tal-klassifikazzjoni HS 8525 80 /3.

8525 80 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri video camera recorders (imsejħa “camcorders”) mhux biss għar-reġistrazzjoni ta' ħoss u immaġni meħuda mill-kamera iżda wkoll ta' sinjali minn sorsi esterni, per eżempju players tad-DVD, magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-data, jew riċevituri tat-televixin. Immaġni rrekordjati hekk, jistgħu jkunu riprodotti permezz ta' riċevitur tat-televixin estern jew monitor.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll “camcorders” fejn l-input video ikun imfixkel permezz ta’ platt, jew b’xi mod ieħor, jew li fih l-interfaċċa tal-video jista’ jkun sussegwentement attivat bħala input video permezz ta’ softwer. L-apparat madanakollu jkun disinjat biex jirrekordja programmi televiżivi jew sinjali video oħrajn li jkunu ġejjin mill-estern.

Madankollu, “camcorders” li bihom tista' tirrekordja biss l-immaġni meħuda bil-kamera u jistgħu jkunu riprodotti permezz ta' riċevitur tat-televixin estern jew monitor huma koperti bis-subintestatura 8525 80 91 .

8527

Tagħmir ta’ riċezzjoni għax-xandir bir-radju, kemm jekk huwa kkumbinat u kemm jekk mhuwiex, fl-istess kaxxa ( housing) , ma tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni jew arloġġ

Għal apparat ta’ trażmissjoni li jinkorpora apparat li jirċievi, ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8525 60 00 .

8527 12 10 u 8527 12 90

Cassette-players bir-radju qies tal-but

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8519 81 15 .

8527 13 10

B’sistema ta’ qari bil-lejżer

Din is-subintestatura tkopri r-riċevituri tax-xandir tar-radju, magħqudin ma’ apparat ieħor li jirreġistra u jirriproduċi l-ħoss b’sistema ta’ qari ottiku permezz tal-laser, kemm jekk ikkombinat ma apparat ieħor li jirreġistra u jirriproduċi l-ħoss (pereżempju fuq il-cassette), jew ma arloġġ, kif ukoll jekk le.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll apparat li jirriproduċi l-ħoss, hekk imsejħa “players ttal-MP3”, li jużaw media ottika u jinkorporaw strumenti li jistgħu sussegwentement ikunu attivati għar-riċezzjoni ta' sinjali ta' xandir bir-radju permezz ta' softwer.

8527 13 99

Oħrajn

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8527 21 20

B’sistema ta’ qari bil-lejżer

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8527 21 70

B’sistema ta’ qari bil-lejżer

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8527 91 11 sa 8527 91 99

Ikkumbinati ma’ tagħmir li jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss

Sistemi sterjo (sistemi hi-fi) li fihom riċevitur tar-radju, offruti għall-bejgħ bl-imnut bħala settijiet, jikkonsistu f’unitajiet modulari fil-housings separati tagħhom, eż., flimkien ma' player tas-CDs, cassette recorder, amplifikatur b’ekwilizzatur, dejjem jaqgħu f’dawn is-subintestaturi għax ir-riċevitur tar-radju jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom.

8527 91 11 u 8527 91 19

Bl-lawdspiker wieħed jew aktar fl-istess kaxxa ( housing )

Dawn is-subintestaturi jkopru apparat li l-loudspeakers ma jistgħux jinfirdu minnu.

Madanakollu, dawn is-subintestaturi ma jkoprux apparat b’loudspeakers li jinqalgħu, anki jekk il-loudspeakers jistgħu jkunu mqabbdin b’mezzi li jorbtu (subintestatura 8527 91 35 , 8527 91 91 jew 8527 91 99 ).

8527 91 35 sa 8527 91 99

Oħrajn

Jekk loudspeakers għal sistemi ta’ radju (sistemi hi-fi) ikunu disinjati speċjalment għal u ppakkjati flimkien mal-komponenti l-oħra tas-settijiet, dawn ikunu inklużi f’dawn is-subintestaturi.

8527 91 35

B’sistema ta’ qari bil-lejżer

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8527 13 10 tapplika, mutatis mutandis.

8528

Moniters u proġekters, li ma jinkorporawx apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni; tagħmir ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni, kemm jekk jinkorpora u kemm jekk ma jinkorporax fih tagħmir ta’ riċezzjoni tax-xandir bir-radju jew tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-vidjow

Skont ir-regola ġenerali 3 (c) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, is-sistemi ta' videosorveljanza, li jikkonsistu f'għadd limitat ta' kameras tat-televiżjoni u monitor, huma koperti minn din l-intestatura meta jiġu ppreżentati f'sett għall-bejgħ bl-imnut.

Il-partijiet ta' dawn is-sistemi tal-videosorveljanza għandhom ikunu kklassifikati separatament meta sistema tat-tip ma titqigħedx f'sett għall-bejgħ bl-imnut (ara n-Nota Ġenerali ta' Spjegazzjoni tas-SA tat-Taqsima XVI (VII)).

Din l-intestatura ma tkoprix apparat għal qari elettroniku għal persuni b'vista batuta (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8543 70 90 ).

8528 62 00 sa 8528 69 80

Proġekters

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux prodotti li jikkonsistu fi projettur u skrin fl-istess housing (subintestaturi 8528 52 10 sa 8528 59 00 jew meta jinkorporaw apparat ta' riċezzjoni għat-televiżjoni ta' subintestatura 8528 72 10 ).

8528 71 11 sa 8528 71 19

Tuners tal-vidjow

Dawn is-subintestaturi jkopru apparat li jinkorpora tuner tal-video li jikkonverti s-sinjali tat-televiżjoni ta' frekwenza għolja f'sinjali li jistgħu jintużaw minn apparat li jirreġistra jew li jirriproduċi l-videos jew minn monitors.

Dan l-apparat jinkorpora ċirkwiti seletturi, li bihom jista' jinqabad kanal jew frekwenza ta' trażmissjoni speċjali, u ċirkwiti ta' demodulazzjoni. L-apparat jista' jkun mgħammar ukoll b'tagħmir dekodifikanti (kulur) jew sistema ta' ċirkwiti għas-separazzjoni, għal raġunijiet ta' sinkronizzazzjoni. Huma ġeneralment iddisinjati sabiex joperaw b'antenna individwali jew antenna kondiviża (distribuzzjoni bil-kejbil ta' frekwenza għolja).

Is-sinjal tal-output jista' jintuża bħala sinjal ta' input għal monitors jew għal apparat ta' reġistrazzjoni jew ta' riproduzzjoni. Jikkonsisti mis-sinjal oriġinali tal-kamera (jiġifieri mhux immodulat għal finijiet ta' trażmissjoni).

Tuners tal-video analogi skont it-tifsira ta' dawn is-subintestaturi jistgħu jkollhom sura ta' moduli magħmulin, minn tal-inqas, iċ-ċirkwiti tal-frekwenza tar-radju (blokka FR), minn ċirkwiti tal-frekwenza intermedjarja (blokka IF) u minn ċirkwiti ta' demodulazzjoni (blokka DEM) fejn l-output huwa sinjal base-band separat awdjo u video (CVBS).

Tuners tal-video diġitali fi ħdan it-tifsira ta' dawn is-subintestaturi jistgħu jkollhom sura ta' moduli magħmulin, minn tal-inqas, il-blokka FR, il-blokka FI, il-blokka DEM u dekodifikatur MPEG għat-televiżjoni diġitali fejn l-output huwa sinjal tal-video awdjo u diġitali separat.

Moduli li fihom kemm komponent b'tuner tal-video diġitali kif ukoll tal-video analogu jaqgħu taħt dawn is-subintestaturi meta wieħed mill-komponenti għandu jiġi kklasifikat bħala tuner tal-video komplet jew lest bl-applikazzjoni tar-regola ġenerali 2 (a) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda.

Modulu li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet hawn fuq għandu jiġi kklassifikat bħala oġġett kopert mill-intestatura 8529 .

8528 71 11

Immuntar elettroniku biex ikun inkorporat f’magni ta’ ipproċessar ta’ data awtomatiċi

Għad-definizzjoni tal-espressjoni “assemblaġġi elettroniċi” ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8528 72 10

Tagħmir għal projezzjoni ta’ televiżjoni

Din is-subintestatura tinkludi apparat ta’ projezzjoni li jinkorpora apparat ta' riċezzjoni għat-televiżjoni. Dan l-apparat jipprojetta x-xbiha minn sistema ottika għal fuq skrin. Jista' jkun ibbażat fuq teknoloġija tat-tubu katodiku jew ta' skrin ċatt (per eżempju, DMD, LCD, plażma).

L-iskrin ta’ projezzjoni jista’ jkun inkorporat jew fl-istess housing bħar-riċevitur tat-televixin jew jista’ jkun separat.

8528 72 30

B’tubu integrali

Din is-subintestatura tinkludi apparat li jgħaqqad funzjonijiet ta’ tuner u ta’ monitor fl-istess housing, possibilment bl-użu simultanju ta’ ċertu elementi ta’ kull wieħed. Riċevituri tat-televixin domestiku ġeneralment jagħmel parti minn din il-kategorija.

Il-qies dijagonali ttal-iskrin ifisser il-parti attiva tat-tubu għall-istampa mkejjel f’linja dritta.

8529

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat tal-intestaturi 8525 sa 8528

8529 90 20 sa 8529 90 97

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  dials;

2.  blokok tal-intunar;

3.  dijaframmi għal kameras tat-televiżjoni;

4.  hekk imsejħin adapters PAL-Secam. Dawn huma decoder boards (boards ta’ ċirkwiti stampati armati b’komponenti elettroniċi) għall-inkorporazzjoni sussegwenti f’riċevituri tat-televixin disinjati għar-riċezzjoni ta’ sinjali PAL, sabiex dawn is-settijiet ikunu tajbin għal riċezzjoni doppja ta’ sinjali PAL/Secam.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux waveguides (klassifikazzjoni tat-tubi skont il-materjal kostitwenti).

8529 90 41 u 8529 90 49

Armarji u kaxex

It-termini “armarji” u “cases” jinkludu housings li mhumiex mgħammra b'komponenti elettriċi jew elettroniċi (pereżempju, boards ta' ċirkwiti stampati, loudspeakers, kejbils, eċċ.).

“Armarji u cases” mgħammra b'komponenti elettriċi jew elettroniċi huma esklużi (pereżempju s-subintestatura 8529 90 92 jew 8529 90 97 ).

Partijiet ta' “armarji u cases” huma esklużi minn dawn is-subintestaturi.

8529 90 65

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8529 90 92

Għal kameras tat-televiżjoni tas-subintestaturi 8525 80 11 u 8525 80 19 u apparat tal-intestaturi 8527 u 8528

Din is-subintestatura tinkludi hekk imsejħa “moduli LCD” li jikkonsistu minn saff magħmul minn pellikola rqiqa (thin film transistor-TFT) ta' kristalli likwidi bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ jew plastik, mhux ikkumbinat ma' faċilitajiet ta' skrin bil-funzjoni tal-mess (touch screen), użati fil-manifattura ta' monitors u jew tagħmir ta' reċezzjoni għat- televiżjoni tal-intestatura 8528 .

Il-moduli huma mgħammra b'unità waħda jew aktar ta' ċirkwiti stampati, b'elementi elettroniċi ta' kontroll użati biss għall-indirizzar tal-pixels. Mhumiex mgħammra b'unitajiet elettroniċi (bħal konvertituri tal-video jew scaler) għall-ipproċessar tal- video.

Il-moduli jistgħu jkunu mgħammra b'unità tad-dawl minn wara l-iskrin (backlight) u/jew inverters.

Din is-subintestatura ma tinkludix apparat tal-kristalli likwidi li jikkonsistu minn saff ta' kristalli likwidi bejn żewġ folji tal-ħġieġ jew plastik, kemm jekk mgħammar b'konnessjonijiet elettriċi (għall-provvista tal-elettriku), ppreżentati bil-biċċa jew maqtugħin f'disinni speċjali (subintestatura 9013 80 20 ).

8531

Apparat tas-sinjalar tal-elettriku ta’ ħoss jew viżwali (pereżempju, qniepen, sireni, pannelli indikaturi, allarmi tas-serq jew tan-nar), ħlief dawk tal-intestatura 8512 jew 8530

8531 10 30 u 8531 10 95

Allarmi tas-serq jew tan-nar u apparat simili

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8531 , it-tielet paragrafu, (E).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux allarmi tas-serq użati fuq vetturi bil-mutur (subintestatura 8512 30 10 ).

8531 20 20 sa 8531 20 95

Pannelli indikaturi li fihom mezzi kristall likwidu (LCD) jew dajowds li jarmu d-dawl (LED)

Dawn is-subintestaturi jinkludu readouts minn dijodi elettroluminexxenti li jvarjaw li jintużaw prinċipalment bħala sinjali numeriċi u/jew alfanumeriċi jew pannell għal display, pereżempju, magħmul minn ċelluli jew diversi dijodi li jemettu d-dawl. Kull sinjal fih ċertu numru ta’ dijodi li jemettu d-dawl fil-forma ta’ komponenti li jkunu jew diskreti jew mwaħħlin ma’ mikroċippa waħda. Dan it-tagħmir ikun immuntat fuq ċirkwit stampat bi driver/decoder. Kull numru jew assemblaġġ ta’ numri jkun mgħotti b’materjal trasluċenti li jamplifika l-intensita’ tal-punti tad-dawl prodotti mid-dijodi sabiex jipproduċu figuri jew ittri bħala funzjoni ta' impuls applikata maċ-ċirkwit minn sinjal tal-input.

8531 90 00

Partijiet

Din is-subintestatura tinkludi tags kontra s-serq (bħal dawk li jikkonsistu minn dijode u antenna, li jissejħu “tags tal-microwave”, jew dawk li jikkonsistu minn ċirkwit microchip-resonant, li jissejjħu tags “għat-tqassim tal-frekwenzi”) mehmużin ma' oġġetti li, meta jkun fi ħdan il-medda ta' sinjal ta' sistema ta' allarm kontra s-serq li tkun ġiet installata f'ħanut, tat-tip li kopert bl-intestatura 8531 10 , jinfluwenza l-elementi tal-elettronika ta' riċezzjoni tas-sistema u jibda jdoqq l-allarm.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll tags li jikkumbinaw żewġ teknoloġiji differenti, bħal magnetiku-akustiku ma' microwave jew magnetiku-akustiku ma' frekwenzi tar-radju.

Madanakollu, din is-subintestatura ma tinkludix:

— tags li jikkonsistu minn wajer, strixxa jew taħlita ta' żewġ strixxi, hekk imsejħa “tags magnetiċi” jew “tikketti magnetiċi-akustiċi”, magħmulin minn materjali magnetiċi li jintużaw fi ħdan iżżona ta' kontroll ta' sistema għas-Sorveljanza Elettronika tal-Prodotti (EAS) (intestatura 8505 );

— tags li għandhom fihom ċirkwit integrat elettroniku uniku jew iżjed minn wieħed fil-forma ta' ċipep u b'antenna, iżda mingħajr ebda element ta' ċirkwit passiv ieħor ("smart cards") hekk imsejħa tags “għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju” (RFID) (subintestatura 8523 52 );

— tags li għandhom fihom ċirkwit elettroniku uniku jew iżjed minn wieħed fil-forma ta' ċipep u b'antenna inkluża fihom u batterija unika jew iżjed minn waħda iżda mingħajr ebda element ta' ċirkwit passiv ieħor (subintestatura 8523 59 );

— tags fil-forma ta' ċirkwit stampat (ara n-nota 5 tal-Kapitolu 85), hekk imsejħa tags “għall-identifikazzjoni bil-frekwenzi tar-radju” (intestatura 8534 00 ).

8534 00

Ċirkwiti stampati

Dan it-titlu jinkludi:

1.  tags tal-karti fil-forma ta' ċirkwit stampat għall-prevenzjoni tas-serq, pereżempju, tal-kotba tal-librerija;

2.  kondutturi flessibbli tal-elettriku fil-forma ta' ċirkwiti stampati.

8536

Tagħmir elettriku biex jixgħel ( switching ) jew jipproteġi ċirkuwiti elettriċi, jew sabiex jagħmlu konnessjonijiet ma’ jew ġewwa ċirkuwiti elettriċi (pereżempju swiċċijiet, rilejs, fjusijiet, apparat li jrażżan it-tlugħ f’daqqa tal-kurrent, plaggs, sokits, ħowlders tal-bozoz u konnekters oħrajn, kaxxi fejn jaqbdu l-kejbils), għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000 V; konnekters użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta’ fibra ottika

Apparti l-apparat imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8536 , din l-intestatura tinkludi:

1.  oqfsa għal distribuzzjoni għaċ-ċentrali telefonika;

2.  plates għall-intersezzjonijiet jew għat-tgħaqqid tal-kejbils sospiżi tat-trammijiet;

3.  Plates għall-konnessjonijiet tal- muturi tal-elettriku;

4.  kommutaturi għal transformers tat-tip "multiple point";

5.  partijiet għall-konnessjonijiet tal-elementi tal- akkumulaturi;

6.  swiċċijiet induttivi tal-prossimità, jiġifieri, swiċċijiet elettroniċi li jinkorporaw koljatura tal-induzzjoni li tirradja b’libertà għall-attwazzjoni mingħajr kuntatt (għeluq) meta oġġett tal-metall jiġi fiż-żona barra l-kamp manjetiku tal-koljatura tal-induzzjoni. Swiċċijiet bħal dawn jintużaw, pereżempju, f’għodda mekkanizzati, conveyors mekkanizzati u mwieżen minflok swiċċijiet terminali tal-elettriku li joperaw mekkanikament;

7.  swiċċijiet on-off armati maġenb apparat għall-modulazzjoni tal-intensità (dimmer) f'housing wieħed. Permezz ta’ dan l-apparat, huwa possibbli mhux biss li tixgħel u titfi lampi mħaddmin mill-mains iżda wkoll li tvarja l-intensità tagħhom kontinwament;

8.  hekk imsejħin pads għal kuntatt għal konnessjoni ta’ ċirkwiti elettriċi. Dawn jikkonsistu f’żewġ films tal-plastik elastiċi fuq xulxin li fihom ikun hemm, f’intervalli regolari, numru kbir ta’ punti ta’ kuntatt elettrikament konduttivi ta’ gomma tas-silikonu. Dawn il-pads ta’ kuntatt huma inkorporati, pereżempju, taħt il-buttuni ta’ sett tat-telefown. Kull darba li tingħafas buttuna, il-punti ta’ kuntatt xierqa fuq iż-żewġ films jintmess, u b'hekk iseħħ il-kuntatt elettriku;

9.  swiċċijiet elettroniċi li joperaw mingħajr kuntatt, bl-użu ta’ komponenti semikondutturi (pereżempju, transistors, thyristors, ċirkwiti integrati).

Madanakollu, din l-intestatura ma tinkludix:

(a)  iżolazzjoni u kisi protettiv għal linji tal-elettriku (ġeneralment l-intestatura 7326 );

(b)  apparat għal kontroll tal-ferrovjarji u rotot ta’ komunikazzjoni oħra (intestatura 8530 ).

8536 50 11

Swiċċijiet push-button

Din is-subintestatura ma tkoprix swiċċijiet sensittivi għall-mess (subintestatura 8536 50 19 ).

8536 69 10 sa 8536 69 90

Oħrajn
Dawn is-subintestaturi jinkludu l-plugs elettromekkaniċi (konnetturi tat-tip maskili) u s-sockets (konnetturi tat-tip femminili) li jippermettu konnessjoni, pereżempju, bejn l-apparat domestiku, il-kejbils u l-boards ta’ konnessjoni.
Il-konnetturi jista’ jkollhom plug jew socket fuq iż-żewġ naħat jew plug jew socket fuq naħa waħda u tagħmir ta’ kuntatt ieħor fuq in-naħa l-oħra (pereżempju, bi krimp, bil-klamp, issaldjati jew bil-kamin) ara l-eżempji fil-figuri 1 u 2.
Figura 1:
Fuq naħa minnhom il-kejbil huwa konness mal-konnettur permezz ta’ krimp/bil-klamp. Fuq in-naħa l-oħra l-konnessjoni ssir billi jiġi pplaggjat il-konnettur tat-tip maskili/femminili. image
Figura 2:
Fuq naħa minnhom, il-kejbil huwa konness mal-konnettur permezz ta’ krimp/ klamp. Fuq in-naħa l-oħra, il-konnessjoni ssir billi jiġi pplaggjat il-konnettur tat-tip femminili. Apparti dan, dan il-konnettur jiġi mgħammar ukoll b’konnessjoni addizzjonali fil-forma ta’ konnettur tat-tip maskili.
Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll couplings plug-in li jinkludu plug u par sockets (żewġ biċċiet). Kull wieħed mill-partijiet tal-plug u tas-socket għandu socket wieħed u tagħmir ta’ kuntatt ieħor. image
Dawn is-subintestaturi ma jinkludux l-elementi ta’ konnessjoni jew kuntatt li magħhom konnessjoni elettrika tkun stabbilita biss b’mezzi oħrajn (pereżempju, terminals krimpjati, bil-kamin, issaldjati jew bil-klamp). Dawn huma koperti mill-intestatura 8536 90 (ara l-eżempji fil-figuri 3 sa 7).
Madankollu plug jew socket, bil-kamin intern jew estern, huma inklużi.
Figuri 3 u 4:
Fuq naħa minnhom il-kejbil huwa konness mal-konnettur permezz ta’ krimp/bil-klamp. Fuq in-naħa l-oħra l-konnessjoni ssir bl-użu ta’ vit jew bolt u skorfina. image
Figuri 5, 6 u 7:
Il-konnessjoni elettrika ma ssirx bl-ipplaggjar. Ma hemm l-ebda tip ta’ konnettur maskili jew femminili preżenti. Il-konnessjoni elettrika hija magħmula bl-invitar jew bl-ikklampjar. image

8536 69 10

Għal kejbils koassjali

Din is-subintestatura tkopri biss plugs u sockets użati għall-konnessjonijiet koassjali (ara l-eżempji fil-figuri 1 sa 6).

 

image

 

Figura 5
Plug koassjali bil-kamin image
Figura 6
Adapter koassjali image

8536 69 30

Għal ċirkwiti stampati
Din is-subintestatura tkopri plugs u sockets maħsuba biex jitwaħħlu direttament mal-board ta’ ċirkwit stampat (PCB) jew ċirkwit stampat flessibbli fuq mill-anqas naħa waħda tal-plug jew socket (ara l-eżempji ta’ hawn taħt). image
(1:)  Dan il-konnettur tal-USB mhux maħsub biex jitqabbad direttament ma’ PCB u għalhekk huwa eskluż mis-subintestatura.
(2:)  Dan is-socket tal-USB huwa maħsub biex jitqabbad direttament ma’ PCB u għalhekk huwa inkluż fis-subintestatura.

 

image

 

(1:)  Dan il-konnettur mhux maħsub biex jitqabbad direttament ma’ PCB u għalhekk huwa eskluż mis-subintestatura.

(2:)  Dan il-konnettur huwa maħsub biex jitqabbad direttament ma’ PCB u għalhekk huwa inkluż fis-subintestatura.

8536 70 00

Konnekters użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta’ fibra ottika

Ara n-nota 6 ta' dan il-kapitolu.

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8536 , (IV).

8536 90 01

Elementi prefabbrikati għal ċirkuwiti elettriċi

Din is-subintestatura tinkludi elementi lesti biex ikunu mmuntati għat-trażmissjoni tal-elettriku. Elementi bħal dawn jipprovdu grad ta’ flessibilità fil-provvista tal-elettriku għal lampi u magni u apparat imħaddmin bl-elettriku. Il-punti ta’ kuntatt li minnhom hu fornut il-kurrent elettriku huma tat-tip li jikklampjaw inkella "sliding".

Applikazzjonijiet tipiċi jidhru fid-dijagramma t’hawn taħt:

 

image

 

image

8536 90 10

Konnessjonijiet u elementi kuntatt għal wajer u kejbils

Din is-subintestatura tkopri l-apparat kollu armat ma' truf il-wajers jew il-kejbils biex ikun hemm konnessjoni elettrika b'mezzi li ma jinvolvux plug (eż. Terminals tat-tip krimp, li jiddawru bħal vit, li jiġu ssaldjati inkella klamps).

8537

Bords, pannelli, pannelli għall-kontroll ( consoles ), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b’biċċtejn apparat jew aktar tal-intestatura 8535 jew 8536 , għal kontroll elettriku jew għad-distribuzzjoni tal-elettriku, inklużi dawk li fihom strumenti jew apparat tal-Kapitolu 90, u apparat ta’ kontroll numeriku, ħlief apparat ta’ swiċċjar tal-intestatura 8517

Din l-intestatura tinkludi assemblaġġi fuq support (eż., pannell, kaxxa) ta’ oġġetti identiċi ta’ apparat għal dawk tal-intestatura 8536 (pereżempju, swiċċijiet tad-dawl).

8537 10 91

Kontrolluri tal-memorja li jistgħu jkunu pprogrammati

Din is-subintestatura tinkludi armarji għall-pannelli li jinkorporaw memorja ta’ applikazzjoni għall-kontroll elettriku ta’ magni. Huma jkunu mgħammrin mhux biss b’apparat tal-intestatura 8535 jew 8536 (eż. relays) iżda wkoll, pereżempju, bi transistors jew triacs tal-intestatura 8541 bħala mezzi li jiswiċċjaw u li, apparti dawn l-elementi li jiswiċċjaw, jinkludu wkoll mikroproċessuri (eż., għall-proċessar ta’ loġika u għall-immaniġġar ta’ inputs u outputs), interfaċċi u unità tal-provvista tal-elettriku (blokka ta' provvista tal-elettriku).

8537 10 98

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  unitajiet ta’ kontroll remot bil-kejbil għall-video recorders. Dawn huma pads ta’ kontroll elettriku (bi swiċċijiet buttuna u b’komponenti elettriċi oħrajn immuntati fuq board) li jintużaw biex jesegwixxu, minn ġo kejbil ta' konnessjoni, il-funzjonijiet kollha tal-video recorder imqabbad magħhom;

2.  mezzi ta’ kontroll elettriku għal magni awtomatiċi għal bejgħ ta’ oġġetti. Dawn jikkonsistu f’pannel ta’ kontroll li jinkorpora, flimkien mar-relays u swiċċijiet elettriċi, triacs u ċirkwiti integrati.

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  mezzi ta’ kontroll elettriku magħrufin bħala “joysticks” skont it-tifsira ta’ nota 5 (C) tal-Kapitolu 84 (intestatura 8471 );

(b)  apparat infraaħmar mingħajr wajers għall-kontroll remot ta’ riċevituri tat-televixin, video recorders jew apparat elettriku ieħor (intestatura 8543 ).

8538

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat tal-intestaturi 8535 , 8536 jew 8537

8538 90 11

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8538 90 91

Immuntar elettroniku

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8443 99 10 .

8539

Bozoz tal-elettriku ta’ filament jew disċarġ, inklużi unitajiet ta’ bozoz raġġ-issiġillat u lampi ultravjola u infra-ħomor; lampi b'arka; lampi b'dijodu li jemetti d-dawl (LED)

Bl-eċċezzjoni ta’ ċertu lampi b'ark (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 8539 41 00 u 8539 49 00 ) li huma mgħammrin jew immuntati b’mod speċjali, lampi u tubi biss u partijiet magħmula minnhom li jistgħu jintgħarfu skont nota 2 (b) tat-Taqsima XVI, huma koperti minn din l-intestatura.

Apparat mgħammar b’lampi bħal dawn (li jikkonsistu, pereżempju, f’riflettur sempliċi b'support jew bażi) huwa klassifikat fl-intestatura x-xierqa, bħala apparat għal dawl (intestatura 9405 ), apparat għal tisħin (intestatura 7321 , pereżempju) jew apparat mediku (intestatura 9018 ), eċċ.

8539 21 30 sa 8539 29 98

Bozoz oħrajn ta’ filament, ħlief lampi ultravjola jew infra-ħomor

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux:

(a)  lampi b’ resistenza b’filament tal-karbonju u lampi b’resistenza li tvarja b’filamenti tal-ħadid fl-idroġenu (intestatura 8533 );

(b)  settijiet ta’ lampi ttal-elettriku ta’ tul speċifiku li fihom numru fiss ta’ dwal biex iżejnu, prinċipalment użati għad-dekorazzjoni tas-siġar tal-Milied (intestatura 9405 ).

8539 31 10 sa 8539 39 80

Bozoz ta’ disċarġ, ħlief lampi ultravjola

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  tubi tal-ksenon;

2.  lampi ta' skariku spettrali;

3.  lampi ta' skariku jixgħel;

4.  tubi alfanumeriċi.

8539 41 00 u 8539 49 00

Lampi ultravjola jew infra-ħomor; bozoz b’arka

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  tubi u lampi ultravjola. Apparti l-użi msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8539 , parti (D), l-ewwel paragrafu, dawn li ġejjin jistgħu jissemmew:

(a)  l-istampar aktino-kimiku;

(b)  il-vitaminizzazzjoni;

(ċ)  l-isterilizzazzjoni;

(d)  il-fotokimika;

(e)  il-produzzjoni ta’ ożonu.

2.  tubi u lampi tal-infraaħmar. Apparti tal-użi msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8539 , parti (D), it-tieni paragrafu, dawn li ġejjin jistgħu jissemmew:

(a)  tisħin ta’ spazju;

(b)  apparat għall-emitturi tal-infraaħmar (pereżempju, f’apparat kontra serq);

(ċ)  riċerka xjentifika (pereżempju, analiżi spettrali).

3.  lampi bl-ark imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8539 , parti (E).

Lampi bl-ark b’elettrodu tal-karbonju huma installati, pereżempju, f’apparat ta’ projezzjoni ċinematografika tal-intestatura 9007 jew użati f’apparat li jirriproduċi dokumenti.

Subintestatura 8539 41 00 tinkludi lampi bl-ark elettriċi mgħammrin b’support speċjali kif ukoll b'apparat tad-dawl orjentabbli li jikkonsisti f’bozza bl-ark waħda jew aktar immuntati fuq support mobbli, intiżi għal użu partikolarment fi studios fotografiċi jew ċinematografiċi.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux:

(a)  dijodi luminexxenti (intestatura 8541 );

(b)  apparat elettroluminexxenti, ġeneralment fi strixxi, plates jew pannelli, abbażi ta' sustanzi elettroluminexxenti (eż. sulfid taż-żingu) mqiegħda bejn żewġ strixxi ta’ materjal li jikkonduċi (intestatura 8543 ).

8539 90 10 u 8539 90 90

Partijiet

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  bażijiet għal lampi u bozoz ta' skariku elettriku u inkandexxenti;

2.  filamenti tat-tungstenu, spirali, maqtugħin skont it-tul meħtieġ u lesti għall-montatura;

3.  elettrodi tal-metall għal lampi jew tubi ta' skariku;

4.  partijiet tal-ħġieġ (apparti l-partijiet iżolandi tas-subintestatura 8547 90 00 ) intiżi għall-montatura f'lampi jew tubi;

5.  brackets ta’ support għall-filamenti.

8540

Valvi u tubi termjoniċi, katodu kiesaħ jew fotokatodu (pereżempju, valvi u tubi vakwi jew mimlijin fwar jew gass, valvi u tubi tal-merkurju li jirrettifikaw l-arka, tubi vakwu ( cathode ray tubes ), tubi tat-telekamera)

8540 11 00

Kulur

Din is-subintestatura tinkludi t-tubi katodiċi msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8540 , raba’ paragrafu, (2), u li huma konformi mal-kundizzjonijiet stipulati hawn taħt:

1.  slit mask:

2.  xaqq bejn iż-żewġ linji tal-istess kulur fiċ-ċentru tal-iskrin mhux inqas minn 0,4 mm.

Għall-qies djagonali tal-iskrin, ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8528 72 30 .

8540 60 00

Tubi vakwu ( cathode ray tubes ) oħrajn

Din is-subintestatura tkopri t-tubi katodiċi msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8540 , raba’ paragrafu, (2), (d), għajr dawk koperti fis-subintestaturi 8540 11 u 8540 12 .

8540 71 00 u 8540 79 00

Tubi mikrowejv (pereżempju, magnetrons , klystrons , tubi b’mewġa mobbli, carcinotrons ), ħlief tubi bi grilja għall-kontroll

Dawn is-subintestaturi jkopru t-tubi msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8540 , raba’ paragrafu, (4).

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux tubi kuntjaturi Geiger-Müller (subintestatura 9030 90 00 ).

8540 81 00 u 8540 89 00

Valvi u tubi oħrajn

Apparti l-lampi, tubi u valvi għar-rettifikar ta’ kurrent elettriku msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8540 , raba’ paragrafu, (1), dawn is-subintestaturi jinkludu fanotroni, tiratroni, injitroni u tubi li jirrettifikaw vultaġġ għoli għal apparat ta’ raġġi-X.

8541

Dajowds, transisters u mezzi simili semikondutturi; mezzi semikondutturi fotosensittivi, inklużi ċelluli fotovoltajki immuntati f’moduli jew magħmulin f’pannelli jew le; dajowds jarmu d-dawl (LED); kristalli pjeżoelettriċi ingastati

8541 40 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ċelloli fotovoltajċi assemblati f'moduli jew magħmulin f'pannelli li jinkorporaw bypass diodes (iżda mhux blocking diodes). Il-blocking diodes mhumiex elementi ta' provvista tal-elettriku, lil, pereżempju, mutur (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestaturi 8501 u 8541 ).

8541 90 00

Partijiet

Apparti l-partijiet imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8541 , din is-subintestatura tinkludi:

1.  supports u housings għal kristalli pjeżoelettriċi;

2.  housings ta’ metall, steatite, eċċ., għal semikondutturi mmuntati.

Din is-subintestatura ma tiinkludix:

(a)  konnetturi elettriċi li jikkonduċu l-kurrent elettriku bejn pinnijiet (jew kuntatti) u elettrodi (intestatura 8536 );

(b)  partijiet tal-grafit (subintestatura 8545 90 90 ).

8542

Ċirkwiti integrati elettroniċi

Din l-intestatura tinkludi moduli tal-memorja interkambjabbli preprogrammati, fil-forma ta’ ċirkwiti integrati monolitiċi għal apparati elettroniċi tat- traduzzjoni koperti fis-subintestaturi 8470 10 00 u 8543 70 10 .

Din l-intestatura ma tinkludix diski (ġieli msejħin wafers) li, għall-finijiet tal-applikazzjonijiet tagħhom fil-qasam tal-elettronika, jikkonsistu f'elementi kimiċi miżjudin (doped), illostrati jew mhumiex u miksija b'saff epitessjali inkella le, sakemm dawn ma jkunux ġew miżjudin (doped) b'mod selettiv jew diffużi biex joħolqu reġjuni diskreti (intestatura 3818 00 ).

8542 31 11 sa 8542 31 90

Proċessuri u kontrolluri, kemm jekk ikkumbinati ma’ memorji, konvertituri, ċirkuwiti loġiċi, amplifikaturi, ċirkuwiti bl-arloġġ jew bil-ħin, jew ċirkuwiti oħrajn, u kemm jekk mhumiex

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  mikroproċessuri, imsejħin ukoll unitajiet ta' mikroproċessar (MPUs), huma ċirkwiti integrati li jistgħu jiġu definiti bħala apparat li jwettaq il-funzjonijiet primarji tal-għoti tal-istruzzjonijiet, tal-eżekuzzjoni u tal-kontroll tas-sistema. Huma jikkonsistu mill-partijiet ewlenin li ġejjin:

— l-unità tal-loġika aritmetika (ALU);

— id-dekodifikatur tal-istruzzjonijiet u counter tal-programmi;

— l-unità ta' kontroll;

— l-unità ta' input/output (I/O) għall-komunikazzjoni ma' apparat ieħor.

Mikroproċessur jista' jopera biss jekk, apparti l-memorja interna, tkun qed tintuża memorja esterna jew apparat ieħor.

Jista' jkollu memorja għall- mikroprogrammi (RAM ta' ROM), waħda jew aktar, biex jittellgħu jew jinħażnu l-mikrostruzzjonijiet, b'hekk jiżdied in-numru ta' struzzjonijiet primarji fl-unità ta' kontroll.

Ir-ROM mikroprogrammat li jista' jkollu mikroproċessur huwa dedikat biex iżomm struzzjonijiet binarji bażiċi u ma jitqiesx bħala memorja ta' programm reali li żżomm l-istruzzjonijiet li għandhom ikunu esegwiti.

Dawn il-prodotti jista' jkollhom cache ta' memorja għal struzzjonijiet jew funzjonijiet mikroperiferiċi.

Mikroproċessuri kompletament ipproċessati għal applikazzjoni speċifika, bbażati fuq disinji “full custom”, “gate array” jew “ċelloli standard”, huma inklużi.

Il-kapaċità ta' pproċessar ta' mikroproċessuri tfisser it-tul ta' kull kelma (eż., 8, 16 jew 32 bit) li l-akkumulatur tal-unità aritmetika u loġika jista' jipproċessa f'ċiklu wieħed ta' mikrostruzzjonijiet.

2.  mikrokontrolluri u mikrokompjuters li huma ċirkwiti integrati, li jikkonsistu f'għallinqas waħda minn dawn il-partijiet:

— mikroproċessur, imsejjaħ ukoll unità ta' mikroproċessar (MPU);

— memorja għal programm (eż., RAM, ROM, PROM, EPROM, E2ROM, flash E2PROM) marbuta mad-dekodifikatur tal-istruzzjonijiet u li fiha programm li jiddefinixxi sekwenza ta' struzzjonijiet;

— memorja għad-data (eż., RAM jew E2PROM), mhux aċċessibbli minn barra ċ-ċippa għall-kuntrarju ta' mikroproċessuri;

— bus esterna (għal data, indirizzi jew struzzjonijiet).

Il-mikrokontrolluri huma programmati jew jistgħu jkunu programmati aktar biex jagħmlu funzjonijiet speċifiċi u għal użu partikolari biss (eż., għal riċevituri ta' televixin, apparat għar-reġistrazzjoni jew riproduzzjoni tal-video jew fornijiet tal-microwave).

Il-mikrokompjuters huma kapaċi joperaw waħedhom (awtonomi) u għal użu ġenerali (eż., mainframes, minikompjuters u kompjuters personali). Il-mikrokompjuters huma liberament programmabbli skont il-ħtiġijiet ta' min jużahom.

Il-mikroproċessuri, kompletament ipproċessati għal applikazzjoni speċifika, bbażati fuq disinji “full custom”, “gate array” jew “ċelloli standard”, huma inklużi.

Il-kapaċità ta' pproċessar ta' mikrokontrolluri jew mikrokompjuters tfisser it-tul ta' kull kelma li l-akkumulatur tal-unità aritmetika u loġika tista' tipproċessa f'ċiklu ta' mikrostruzzjonijiet wieħed.

3.  ċirkwiti ta' kontroll li huma ċirkwiti integrati użati biex jinfluwenzaw proċess jew il-prestazzjoni ta' magna (eż., ta' magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-data). Ċirkwiti ta' kontroll (eż., għal unitajiet tal-ħżin fuq diska, memorji, muturi elettriċi jew tubi katodiċi) huma ġeneralment kapaċi li jinterpretaw sinjali u, skont l-interpretazzjoni, jiddeterminaw il-ħin u s-sekwenza ta' ċerti funzjonijiet (eż., input, proċessar, ħażna u output f'sistema għall-ipproċessar awtomatiku tad-data).

8542 31 11 u 8542 31 19

Oġġetti speċifikati fin-nota 9(b)(3 u 4) għal dan il-kapitlu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8542 , (III).

8542 32 11 u 8542 32 19

Oġġetti speċifikati fin-nota 9(b)(3 u 4) għal dan il-kapitlu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8542 , (III).

8542 32 45

Memorji statiċi ta’ aċċess bl-addoċċ ( random ) (S-RAMs), inklużi memorji cache ta’ aċċess bl-addoċċ ( random ) (cache-RAMs)

Il-memorji cache ta’ aċċess każwali (cache-RAMs) huma memorji statiċi ta’ aċċess każwali b’ħin ta’ aċċess itwal minn dak tal-memorja prinċipali. Il-cache-RAMs ġeneralment jintużaw bħala memorji buffer temporanji biex jakkomodaw id-differenza fil-veloċità bejn unità ta’ proċessar ċentrali u l-memorja prinċipali.

8542 32 61 sa 8542 32 75

Memorji li jitħassru bl-elettriku, jkunu pprogrammati, jinqraw biss (E 2 PROMs), inklużi Flash E 2 PROMs

E2PROMs ġeneralment ikunu memorji li jistgħu jitħassru f'termini ta' bytes (byte erasable).

Flash E2PROMs huma memorji magħrufin ukoll bħala “memorji FLASH”, “flash EPROMs” jew “flash EEPROMs”.

Memorji flash jistgħu jkunu bbażati fuq teknoloġija EPROM jew E2PROM u jistgħu jitħassru bl-elettriku, jew totalment (bulk wise) jew skont is-settur (paġna jew blokka sħiħa).

L-ipprogrammar, il-qari u t-tħassir ta’ dawn il-memorji jistgħu jsiru permezz ta' provvista tal-elettriku doppja jew bi provvista tal-elettriku waħda.

Il-memorji flash ibbażati fuq it-teknoloġija tal-EPROM għandhom struttura ta’ array magħmula minn ċellula ta’ transistor waħda.

Il-memorji flash ibbażati fuq it-teknoloġija E2PROM għandhom struttura ta’ array magħmula minn żewġ ċelluli tat-transistor jew aktar jew minn ċellula tat-transistor waħda magħquda flimkien ma’ transistor ieħor għal kull settur (paġna jew blokka). It-tip tal-aħħar għandu aktar differenzi bejn memorji bbażati fuq teknoloġija EPROM minħabba li dawn fihom numru ta’ elementi E2PROM karatteristiċi (eż., sett ta’ kmandi E2PROM).

8542 32 90

Memorji oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi memorji li jistgħu jkunu indirizzati skont il-kontenut (CAMs) u memorji ferroelettriċi.

Il-memorji li jistgħu jkunu indirizzati skont il-kontenut (CAMs) huma mezzi ta' ħżin għal kontenut assoċjattiv. Il-postijiet ta’ ħżin ta’ dawn il-mezzi jistgħu jkunu identifikati mill-kontenuti tagħhom jew minn parti mill-kontenuti tagħhom, aktar milli mill-ismijiet jew pożizzjonijiet (indirizzi) tagħhom.

Il-memorji ferroelettriċi huma memorji li ma jistgħux jitħassru miksubin permezz tal-kombinament ta’ materjali ferroelettriċi u semikondutturi. Il-materjal ferroelettriku jista’ jżomm polarizzazzjoni elettrika fin-nuqqas ta’ field elettrika applikata.

Dawn il-mezzi huma kemm programmabbli u jistgħu jitħassru bl-elettriku.

8542 39 11 sa 8542 39 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  ċirkwiti loġiċi kompletament personalizzati li huma definiti permezz u magħmulin għal persuna waħda li tuża s-sistema. Il-proċess ta’ manifattura jinvolvi l-għoti ta' rotta u t-tqegħid ta’ ċelluli (logic gates), li jużaw maskri ta’ diffużjoni kompletament personalizzati. Ċirkwiti loġiċi kompletament personalizzati huma disinjati biex jagħmlu funzjonijiet speċifiċi għal applikazzjonijiet. Huma magħrufin ukoll bħala ċirkwiti integrati għal applikazzjoni speċifika, hekk imsejħin ASICs;

2.  gate arrays li huma ċirkwiti loġiċi integrati, li jikkonsistu f’arranġament fiss u regolari ta’ elementi loġiċi mhux dedikati (ċelluli tat-transistor ta’, pereżempju, AND-, NAND-, OR- u NOR- gates). Gate arrays huma programmati bl-interkonnessjoni ta’ dawn l-elementi loġiċi permezz ta’ disinn ta’ metallizzazzjoni wieħed jew aktar skont il-persuna speċifika li tuża s-sistema;

3.  ċelluli standard li huma ċirkwiti integrati, li jikkonsistu f’arranġament skont il-persuna speċifika li tuża s-sistema ta’ subċirkwiti definiti minn qabel u ta’ subċirkwiti fissi. Dawn is-subċirkwiti jista’ jkollhom kwalunkwe funzjoni integrata (eż., funzjoni loġika jew funzjoni ta’ memorja);

4.  ċirkwiti loġiċi programmabbli huma ċirkwiti integrati, li jikkonsistu f’elementi loġiċi fissi. Il-funzjoni eventwali ta’ dawn iċ-ċirkwiti tkun determinata mill-persuna li tuża s-sistema billi jinqatgħu l-mezzi ta’kuntatt magħqudin jew billi jkunu pprogrammati bl-elettriku l-interkonnessjonijiet bejn l-elementi loġiċi;

5.  ċirkwiti loġiċi standard li huma ċirkwiti loġiċi integrati li jikkonsistu f’inqas minn 150 logic gates (eż., AND, NAND, OR, NOR). Dawn il-mezzi jistgħu jintegraw diversi funzjonijiet jew settijiet ta’ funzjonijiet identiċi u indipendenti;

6.  ċirkwiti għall-interfaċċa li huma ċirkwiti integrati li jagħmlu funzjoni li tgħaqqad (eż., permezz ta’ konverżjoni ta’ kodiċi, permezz ta’ konverżjoni bejn bit-serial u bit-parallel jew permezz ta’ sinkronizzazzjoni) biex jgħaqqdu programmi, ċirkwiti integrati, periferali jew sistemi b’karatteristiċi differenti;

7.  mikroperiferiċi li huma ċirkwiti integrati li jwettqu funzjonijiet speċifiċi biex jikkomplimentaw il-mikroproċessuri, mikrokontrolluri jew mikrokompjuters u jtejbu l-karatteristiċi ta' komunikazzjoni esterna, kontroll u interfaċċa tagħhom.

Speċifikazzjonijiet tekniċi ta' mikroperiferiċi jesprimu b'mod ċar ir-relazzjoni ma' u d-dedikazzjoni lejn mikroproċessur, mikrokontrollur jew mikrokompjuter.

Karatteristiċi ta' komunikazzjonijiet, kontroll u interfaċċa jistgħu jikkonsistu f'kontrolluri ta' linji (bus), kontrolluri ta' memorja (kontrolluri DRAM, unitajiet ta' ġestjoni tal-memorja (MMUs), kontrolluri għal aċċess dirett ta' memorja) jew kontrolluri għal interfaċċa periferiku (kontrolluri grafiċi, kontrolluri għal netwerk ta' żona lokali, kontrolluri universali għal riċevituri/transmitter asinkroni, kontrolluri għal tastieri, kontrolluri għal ħażna bil-massa);

8.  ċirkwiti smartpower li huma ċirkwiti analoġiċi integrati li jikkombinaw ċirkwiti diġitali u analoġiċi (power transistors) biex jikkontrollaw sinjali loġiċi ta' output u sinjali ta' output ta; potenza. Dan l-apparat jista' jipprovdi, eż., protezzjoni interna għal dissipazzjoni ta' provvista tal-elettriku, ġestjoni ta' ħsarat jew kapaċitajiet dijanjostiċi.

Din is-subintestatura ma tinkludix memorji programmabbli li jistgħu jinqraw biss (PROMs) (subintestatura 8542 32 90 ).

8542 39 11 u 8542 39 19

Oġġetti speċifikati fin-nota 9(b)(3 u 4) għal dan il-kapitolu

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8542 , (III).

8543

Magni u apparat elettriċi, b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitolu

8543 70 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  apparat elettrostatiku (pereżempju, għal magni tal-flocking);

2.  apparat elettroluminexxenti, ġeneralment fil-forma ta’ strixxi, plates jew pannelli;

3.  ġeneraturi termoelettriċi li jikkonsistu f’termopila li fiha numru varjabbli ta’ termokoppji u sors ta’ sħana (eż., gass butan), li tipproduċi kurrent elettriku dirett permezz tal-effett Seebeck;

4.  apparat li jelimina elettriku statiku;

5.  apparat għad-demanjetizzazzjoni;

6.  ġeneraturi tas-shock-waves;

7.  recorders diġitali ta’ data dwar it-titjiriet (recorders tat-titjiriet fil-forma ta’ apparat elettroniku li jiflaħ in-nar u li jiflaħ għall-inċidenti tal-ajru għar-reġistrazzjoni kontinwa tad-data speċifika għat-titjira, matul it-titjira;

8.  apparat infraaħmar mingħajr wajers għall-kontroll remot ta’ riċevituri tat-televixin, video recorders jew tagħmir elettriku ieħor;

9.  apparat għal effetti ta’ ħsejjes elettroniċi użati bħala periferali għall-kitarri elettriċi għall-produzzjoni ta’ diversi effetti (eż., duplikazzjoni ta’ ħsejjes, distorsjoni ta’ ħsejjes, eku). Dawn il-mezzi ma jkunux magħluqin fil-casing tal-kitarra iżda jkunu wwajerjati bejn il-kitarra u l-amplifikatur tal-potenza;

10.  apparat għall-qari elettroniku għal persuni b'vista batuta. Dawn il-mezzi fihom, f'housing wieħed, kamera, li taqra l-kitba oriġinali (eż., gazzetta jew ktieb) u monitor li jirriproduċi l-kitba f’forma mkabbra.

Din is-subintestatura tkopri wkoll apparat elettroniku żgħir mhux immuntat fuq baseplate (li jinkludi hekk imsejħin “minikompjuters”), li jistgħu jintużaw biex jiffurmaw kliem u sentenzi li jkunu tradotti f’lingwa barranija magħżula skont il-moduli tal-memorja użati f’dawn il-mezzi. Huma jkollhom tastiera alfanumerika u display rettangolari. Madanakollu, dawn is-subintestaturi ma jkoprux apparat simili b’funzjonijiet ta’ kalkoli (intestatura 8470 ).

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  filters elettrostatiċi u purifikaturi elettromanjetiċi tal-ilma(intestatura 8421 );

(b)  tagħmir għall-irradjazzjoni ultravjola għat-trattament ta’ ħalib (intestatura 8434 );

(ċ)  tagħmir għat-tindif ultrasoniku ta’ diversi oġġetti (partijiet tal-metall, partikolarment) u ġeneraturi ultrasoniċi (intestatura 8479 );

(d)  tagħmir għal iwweldjar ultrasoniku (intestatura 8515 );

(e)  tagħmir għal irradjazzjoni ultravjola għal finijiet mediċi, anki jekk mhux meħtieġ tabib biex jintużaw (intestatura 9018 );

(f)  regolaturi elettriċi għar-regolar ta’ kwantitajiet varjabbli elettriċi jew mhux elettriċi, li jaqgħu f’intestatura 9032 .

8544

Wajer iżolat (inkluż żmaltat jew anodizzat), kejbil (inkluż kejbil koassjali) u kondutturi elettriċi iżolati oħrajn, mgħammrin b’konnekters jew le; kejbils ta’ fibra ottika, magħmulin minn fibri miksijin individwalment, immuntati b’kondutturi elettriċi jew mgħammrin b’konnekters jew le

Din l-intestatura ma tinkludix:

(a)  kondutturi elettriċi flessibbli fil-forma ta' ċirkwiti stampati (intestatura 8534 00 );

(b)  konnetturi ppreżentati separatament u adapters għal kejbils jew kondutturi elettriċi oħrajn (intestatura 8535 jew 8536 );

(ċ)  konnetturi għall-kejbils tal-fibra ottika (subintestatura 8536 70 00 ).

8544 42 10

Ta’ tip użat għal telekomunikazzjonijiet

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8544 .

Għall-finijiet ta' din is-subintestatura, l-espressjoni “tat-tip użat għat-telekomunikazzjoni” tinkludi wkoll kondutturi elettriċi mgħammra b'konnetturi użati f'networks tat-telekomunikazzjoni, pereżempju, sabiex tiġi konnessa magna għall-ipproċessar awtomatika tad-data (ADP) ma' modem.

Madanakollu, din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  kondutturi elettriċi mgħammra b'konnetturi biex jintużaw għall-konnessjoni ta' apparat differenti (pereżempju, DVD player ma' monitor jew magna ADP ma' monitor, stampatriċi, tastiera, projettur, eċċ.);

(b)  kondutturi elettriċi maħsuba biex jiddaħħlu f'magni, pereżempju, magna ADP jew unità magħmula minnha, għall-konnessjoni ta' partijiet interni differenti tal-magna;

(ċ)  kondutturi elettriċi li jservu biss sabiex jipprovdu l-potenza, pereżempju, kejbils tal-provvista tal-elettriku.

8544 49 20

Ta’ tip użat għal telekomunikazzjonijiet, għal vultaġġ li ma jaqbiżx it- 80 V

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8544 42 10 japplikaw, mutatis mutandis.

▼M5

8544 70 00

Kejbils ta’ fibra ottika
Din is-subintestatura tinkludi wkoll il-kejbils ta’ fibra ottika, iddisinjati pereżempju, għall-użu fit-telekomunikazzjoni, magħmulin minn fibra ottika waħda jew aktar tal-intestatura 9001 li huma miksija individwalment b’żewġ saffi ta’ polimeru tal-akrilat. Il-kisja tikkonsisti f’saff ta’ ġewwa ta’ akrilat artab u saff ta’ barra ta’ akrilat iebes, b’dan tal-aħħar jista’ jingħata kulur jew ikun miksi b’saff ta’ kuluri differenti li jippermettu l-identifikazzjoni tal-fibri. Il-fibri ottiċi huma individwalment miksija b’kisja ta’ saff doppju; dawn ma jiffurmawx kejbil ta’ fibra ottika tal-intestatura 8544 waħedhom sakemm jitqiegħdu f’kejsing protettiv.
Il-kisja b’saff doppju tal-fibri ottiċi individwali tipprovdi protezzjoni u integrità strutturali, pereżempju, billi tipproteġi l-fibri individwali milli jinqasmu u jinbarxu.
Eżempju tal-istruttura ta’ fibra ottika miksija individwalment tal-intestatura 9001 : image
1.  Parti ċentrali tal-fibra ottika (Parti ċentrali tal-fibra tal-ħġieġ);
2.  Kisi minn barra tal-fibra ottika (tal-ħġieġ);
3.  Saff ta’ ġewwa ta’ kisja ta’ akrilat artab;
4.  Saff ta’ barra ta’ kisja ta’ akrilat iebes;
5.  Identifikazzjoni tal-kodifikazzjoni tal-kuluri.
Eżempji ta’ kejbils ta’ fibra ottika tal-intestatura 8544 magħmula minn fibri miksija individwalment imqiegħda f’kejsing protettiv: image
image

▼B

8545

Elettrodi tal-karbonju, brushes tal-karbonju, karbonji tal-bozoz, karbonji tal-batteriji u oġġetti oħrajn ta’ grafita jew karbonju ieħor, b’metall jew mingħajru, ta’ tip użat għal għanijiet elettriċi

8545 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  karbonju għal arresters ta’ sajjetti;

2.  kuntatti għal apparat elettriku ta’ kontroll jew għal reostati.

Din is-subintestatura ma tinkludix kompożizzjonijiet ta’ paste għal elettrodi b’bażi ta’ materjal karbonizzat (intestatura 3824 ).

8547

Tagħmir li jiżola għal magni, għodod jew tagħmir elettriku, li huwa tagħmir kompletament ta’ materjal iżolatur ħlief xi komponenti minuri ta’ metall (pereżempju, sokits bil-kamin) imdaħħlin waqt id-dħul fil-forma sempliċiment għal għanijiet ta’ immuntar, ħlief iżolaturi tal-intestatura 8546 ; tubi u ġonot ta’ kondjuwit tal-elettriku għalihom, ta’ metall ta’ valur baxx miksi b’materjal iżolatur

8547 20 00

Tagħmir iżolatur ta’ plastiks

Din is-subintestatura tinkludi partijiet iżolanti miksubin permezz tal-kompressar ta’ fibri tal-ħġieġ mgħaddsin f’raża jew permezz tat-tqegħid fuq xulxin jew l-ikkompressar ta’ karti jew materjali minsuġin li qabel kienu mgħaddsa f’rażi artifiċjali, sakemm il-prodotti msemmijin ikunu iebsin u riġidi (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni Ġenerali tas-SA tal-Kapitolu 39, “Kombinamenti ta’ plastik u materjali oħrajn għajr tessuti”, (d)).

8547 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi fittings iżolanti ta’ karti jew kartun, siment tal-asbestos u mica kif ukoll it-tubi u l-ġonot tal-kondjuwit tagħhom imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8547 , (B).

8548

Skart u fdal ta’ celluli primarji, batteriji primarji u akkumulaturi elettriċi; ċelluli primarji maħruqin, batteriji primarji maħruqin u akkumulaturi tal-elettriku maħruqin; partijiet ta’ elettriku ta’ magni jew apparat, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitolu

8548 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  koljaturi tal-elettriku mingħajr qalba manjetika li huma tajbin xorta waħda għal użu f’magni jew apparat li jaqa’ f’intestaturi differenti, pereżempju, għal transformers ta’ intestatura 8504 u għal elettrokalamiti ta’ intestatura 8505 (applikazzjoni ta’ nota 2 (c) tat-Taqsima XVI);

2.  użi ta’ linji ta' dewmien, eż., f’magni għall-ipproċessar awtomatiku tad-data jew riċevituri tat-televiżjoni;

3.  filtri elettroniċi użati għat-trażmissjoni selettiva ta’ frekwenzi differenti ta’ vibrazzjonijiet elettromanjetiċi, elettromekkaniċi jew elettro-akustiċi;

4.  elementi tal-ferrite jew ċeramika oħrajn (pereżempju, dawk li jintużaw f’ċirkolaturi għal apparat ta’ trażmissjoni ta’ frekwenza ultra għolja jew bħala filtri għal frekwenzi għoljin f’kejbils tal-elettriku), li huma partijiet elettriċi, daqstant xierqa għal użu f’magni jew apparat li jaqa’ fl-intestaturi differenti ta’ dan il-kapitolu.

TAQSIMA XVII

VETTURI, BIĊĊIET TA’ L-AJRU, BASTIMENTI U TAGĦMIR TAT-TRASPORT ASSOĊJAT



Nota addizzjonali 2

In-noti ta’ spjega għal nota addizzjonali 3 għal taqsima XVI japplikaw, mutatis mutandis

KAPITOLU 86

LOKOMOTTIVI, MAGNI U VAGUNI (ROLLING-STOCK) U PARTIJIET TAGĦHOM TA’ FERROVIJI JEW TA’ TRAMM; TAGĦMIR U ARMAR U PARTIJIET TAGĦHOM GĦAL-LINJI TA’ FERROVIJI JEW TA’ TRAMM; TAGĦMIR TA’ SINJALAR TAT-TRAFFIKU MEKKANIKU (INKLUŻ ELETTRO-MEKKANIKU) TA’ KULL TIP



8602

Lokomottivi oħrajn ta’ ferroviji; trakkijiet imqabbdin ma’ ( tenders ) lokomottivi

8602 10 00

Lokomottivi diżil-elettriċi

Il-maġġoranza tal-magni diżil li jintużaw għall-ġbid huma magni diżil-elettriċi.

8603

Kowċijiet, vannijiet u trakkijiet li jitħarrku minnhom infushom ( self-propelled ) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm, ħlief dawk tal-intestatura 8604

8603 10 00

B’enerġija minn sors estern ta’ elettriku

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8603 , it-tielet paragrafu, (A).

8606

Vannijiet u vaguni tal-merkanzija tal-ferrovija jew tal-linja tat-tramm, ma jitħarrkux minnhom infushom ( not self-propelled )

8606 91 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi fi grad għoli ( Ewratom )

Biex ikunu klassifikati f’din is-subintestatura, il-vannijiet, vaguni u trakkijiet tal-ġarr tal-merkanzija fuq il-linji ferrovjarji jew tat-tramm, għandu ikollhom, bħala parti integrali, kisi protettiv li jiżgura l-protezzjoni effettiva kontra r-radjazzjoni.

8606 91 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi vannijiet u vaguni iżolati jew imkessħa għajr dawk tas-subintestatura 8606 10 00 .

Vannijiet u vaguni iżolati huma vetturi li jkollhom sors għat-tkessiħ (silġ, silġ niexef, plates ewtettiċi, gass likwifikat, eċċ.) għajr apparat għat-tkessiħ.

Vannijiet u vaguni mkessħin huma vetturi iżolati b’apparat għat-tkessiħ (li jaħdmu b’kompressjoni, b’assorbiment jew b’xi mezzi oħrajn).

8607

Partijiet ta’ lokomottivi jew magni u vaguni ( rolling-stock ) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm

8607 11 00 sa 8607 19 90

Bogies u bissel-bogies , fusijiet u roti, u partijiet tagħhom

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  bogies u bissel-bogies għal lokomottivi;

2.  bissel-bogies li huma tagħqida ta’ bogie u bissel u li jintużaw ukoll għal lokomottivi;

3.  bogies motorizzati (bogies b’mutur elettriku inkorporat) għall-vaguni, kowċijiet, vannijiet, trakkijiet u lokomottivi għal-linji ferrovjarji;

4.  bogies għal kowċijiet u vannijiet tal-merkanzija.

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll parts ta’ bogies u bissel-bogies bħal shock absorbers idrawliċi għal bogies.

Madanakollu, il-molol huma esklużi minn dawn l-intestaturi (intestatura 7320 ).

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll fusijiet, assemblati inkella le, u r-roti u parts tagħhom imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8607 , it-tieni paragrafu, (2) u (3).

Tajers tal-lastiku u cases tat-tajers m’humiex klassifikati bħala parts ta’ roti f’dawn is-subintestaturi (intestatura 4012 , kif xieraq).

8607 21 10 sa 8607 29 00

Brejkijiet tal-arja u partijiet tagħhom

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux apparat imsejjaħ “brejkijiet tal-binarji” (railbrake) (intestatura 8608 00 00 ).

Ċertu parts tal-brejkijiet huma esklużi wkoll minn dawn is-subintestaturi, eż., viti, cocks u valvi, bħall-valv ta’ kontroll tal-brejk tal-arja kompressat tas-sewwieq tal-magna (subintestatura 8481 20 90 ).

8607 91 10 sa 8607 99 80

Oħrajn

Apparti l-parts imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8607 , it-tieni paragrafu, (4) u (8) sa (11), dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll vireg tas-sewqan u tal-igganċjar għal-lokomottivi.

KAPITOLU 87

VETTURI ĦLIEF MAGNI U VAGUNI (ROLLING-STOCK) TA’ FERROVIJI JEW LINJI TAT-TRAMM, U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

Ġenerali

1. Kullimkien fin-Nomenklatura Magħquda, “vetturi ġodda” tfisser vetturi li qatt ma kienu reġistrati.

2. Kullimkien fin-Nomenklatura Magħquda, “vetturi użati” tfisser vetturi li kienu reġistrati għallinqas darba.



8701

Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709 )

8701 10 00

Tratturi b'fus wieħed

Din is-subintestatura tkopri l-apparat imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8701 , is-sitt u s-seba’ paragrafi, inklużi tratturi biċ-ċineg, ikkontrollati minn persuni bil-mixi. It-tratturi ta’ dan it-tip jintużaw prinċipalment fl-ortikultura.

L-attrezzi interkambjabbli intiżi biex jintużaw ma' tratturi ikkontrollati minn persuni bil-mixi (xtiebi, imħaret, eċċ) huma xorta waħda klassifikati b’mod separat, anki jekk ikunu armati fuq trattur ikkontrollat minn xi ħadd bil-mixi.

Madanakollu, jekk l-attrezzi jew l-għodda jkunu mqabbdin b’mod permanenti ma’ xażi b'magna u, flimkien ma’ din ta’ l-aħħar, jiffurmaw unità mekkanika waħda, dik l-unità tkun iklassifikata fl-intestatura li tkopri l-unità li taħdem. Dan japplika għal imħaret motorizzati u kultivaturi motorizzati (intestatura 8432 ).

8701 30 00

Trakters għat-tqegħid tal-linji

Din is-subintestatura tinkludi vetturi simili għal tratturi b'ċineg wesgħin ħafna għal-livellar u l-llixjar tas-silġ fuq in-niżliet tal-iskiing eċċ.

Magni u għodda mekkanizzati ddisinjati biex jiġu armati fuq din it-tip ta’ vettura, bħala tagħmir interkambjabbli (lami li jimbuttaw, imħaret tas-silġ rotativi, eċċ.) jibqgħu klassifikati fl-intestaturi rispettivi tagħhom (intestaturi 8430 , 8479 , eċċ.) anki jekk preżentati mal-vettura, u kemm jekk immuntati fuqha jew le.

8701 91 10 sa 8701 95 90

Oħrajn, b’qawwa ta’ magna

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-hekk imsejħa “vetturi all-terrain”, maħsuba għall-użu bħala tratturi bil-karatteristiċi li ġejjin:

— manubriju b'żewġ imqabad li jinkorpora l-kontrolli għas-sewqan tal-vettura; id-direzzjoni tiġi kontrollata billi ż-żewġ roti ta' quddiem iduru lejn naħa jew oħra u s-sistema hija bbażata fuq dik li tintuża fil-karozzi (il-prinċipju Ackerman);

— brejkijiet fuq kull rota;

— klaċċ awtomatiku u ger għar-rivers;

— magna ddisinjata speċifikament għall-użu fl-imħarbat u b'kapaċità li f'gerijiet baxxi twassal biżżejjed potenza biex jiġi rmunkat tagħmir ieħor;

— trażmissjoni tal-potenza titwassal fir-roti permezz ta' xaftijiet u mhux b'katina;

— it-tajers ikollhom diżinn adatt għal art imħarbta;

— kapaċità ta' rmunkar, per eżempju permezz ta' tow-bar, iddiżinjat biex il-vettura tkun tista' tiġbed jew timbotta għall-anqas darbtejn it-toqol tagħha;

— kapaċità ta' rmonk ta' trejler mingħajr brejkijiet ta' darbtejn tal-piż xott tagħha jew aktar. Din tista' tiġi ppruvata b'dokumentazzjoni teknika, manwal tal-utent, ċertifikat mill-fabbrikant jew minn awtorità nazzjonali, li jispeċifika eżattament f'kilogrammi il-kapaċità ta' rmonk tal-“vettura all- terrain” u l-piż xott tagħha (il-piż tal-vettura mingħajr likwidi, passiġġieri jew tagħbija).

Jekk jissodisfaw il-karatteristiċi kollha ta' hawn fuq u huma skont in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8701 91 10 , il-vetturi għandhom jiġu kklassifikati bħala tratturi agrikoli jew tal-foresterija. Inkella jaqgħu taħt is-subintestaturi 8701 91 90 , 8701 92 90 , 8701 93 90 , 8701 94 90 u 8701 95 90 .

Jekk ma jissodisfawx il-karatteristiċi t'hawn fuq, l-hekk imsejħa “vetturi all-terrain” għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8703 .

Dawn is-subintestaturi jeskludu wkoll il-“Quads” (intestatura 8703 jew subintestatura 9503 00 10 (ara n-nota ta' spjegazzjoni ta' din is-subintestatura)).

8701 91 10

Trakters agrikoli u trakters għal xogħol fil-foresti, fuq ir-roti

Dawn is-subintestaturi jkopru tratturi agrikoli u forestali li għandhom mill-anqas tliet roti u huma ovvjament maħsuba, meta jitqiesu l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, għall-finijiet ta' agrikultura, ortikultura u forestrija.

Vetturi ta' dan it-tip normalment ikollhom veloċità massima ta' mhux aktar minn 45 km/h.

Il-magni tagħhom ikunu kapaċi jwasslu l-forza massima tal-ġbid permezz tal-użu, fost affarijiet oħra, ta' differential li jillokkja.

It-tajers tagħhom ikollhom treads fondi xierqa għall-finijiet ta' agrikoltura, ortikultura u forestrija.

It-tratturi agrikoli ġeneralment ikunu mgħammra b'apparat idrawliku li jippermetti l-makkinarju agrikolu (xtiebi għat-tixtib tar-raba', imħaret, eċċ.) li jittella' u jitniżżel, kif ukoll b'unità, b'power take-off li tippermetti li l-magna tat-trattur tkun tista' tintuża biex tħaddem makkinarju jew attrezzi oħra u mekkaniżmu tal-irmonk. Jistgħu jkunu mgħammra wkoll b'apparat idrawliku maħsub biex jopera tagħmir għall-immaniġġjar (biex jitgħabba l-ħuxlief, id-demel eċċ.) meta dawn jistgħu jitqiesu li huma aċċessorji.

Dawn is-subintestaturi jkopru wkoll tratturi agrikoli mibnija speċifikament bħat-tratturi b'xażi għoli (tratturi tat-tip straddle), li jintużaw fil-vinji u fin-nurseries, tratturi għall-għoljiet u tratturi li jġorru l-għodda.

Anke jekk jiġi armat fuq it-trattur meta jiġi preżentat, l-apparat agrikolu interkambjabbli jibqa' klassifikat taħt l-intestatura speċifika tiegħu (intestaturi 8432 , 8433 , eċċ.).

Distinzjoni partikolari tat-tratturi forestali hija l-preżenza ta' winċ imwaħħal b'mod permanenti li jippermetti l-ġbid tal-injam.

F'konformità man-nota 2 f'dan il-kapitlu, tratturi li jaqgħu taħt dawn is-subintestaturi jistgħu wkoll jinkorporaw ċerti karatteristiċi li jippermettulhom, f'konformità mal-għan ewlieni tagħhom, li jġorru makkinarju agrikolu jew forestali, għodod, fertilizzanti, żrieragħ, eċċ.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux lawnmowers (imsemmija bħala lawnmowers li jintrikbu jew tratturi tal-ġnien), mgħammra b'apparat permanenti għall-ħsad u b'power take-off wieħed biss biex jitħaddem l-apparat tal-qtugħ (ara n-nota ta' spjegazzjoni tas-subintestaturi 8433 11 10 sa 8433 19 90 ).

8701 92 10 u 8701 93 10

Trakters agrikoli u trakters għal xogħol fil-foresti, fuq ir-roti

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8701 91 10 .

8701 94 10 u 8701 95 10

Trakters agrikoli u trakters għal xogħol fil-foresti, fuq ir-roti

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8701 91 10 .

8701 91 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  tratturi għax-xogħlijiet pubbliċi;

2.  tratturi b’fus wieħed għal vetturi bil-mutur artikolati.

8701 92 90 u 8701 93 90

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8701 91 90 .

8701 94 90 u 8701 95 90

Oħrajn

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8701 91 90 .

8703

Karozzi bil-mutur u vetturi oħrajn bil-mutur prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ persuni (ħlief dawk ta’ titlu 8702 ), inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq

Din l-intestatura tinkludi “vetturi għal diversi użi”, bħal vetturi bil-mutur li jistgħu jittrasportaw kemm persuni kif ukoll oġġetti:

1.  Tat-tip "pick-up":

Din it-tip ta’ vettura ġeneralment ikollha iżjed minn ringiela waħda ta' sits u hija ffurmata minn żewġ partijiet separati fosthom kabina magħluqa għat-trasport tal-persuni u parti miftuħa jew mgħottija għat-trasport tal-oġġetti.

Madankollu, vetturi bħal dawn għandhom ikunu kklassifikati f’intestatura 8704 jekk it-tul massimu intern tal-art tal-parti maħsuba għat-trasport tal-oġġetti jkun iktar minn 50 % tat-tul tal-bażi tar-roti tal-vettura jew għandhom iktar minn żewġ fusijiet.

2.  Tat-tip “vann”:

Il-vettura tat-tip “vann” b’iktar minn ringiela waħda ta’ sits għandha tissodisfa l-indikazzjonijiet mogħtija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8703 .

Madankollu, il-vettura tat-tip “vann” b’ringiela waħda ta' sits, u mingħajr punti ta' ankraġġ u fittings għall-installazzjoni tas-sits u tagħmir ta’ sikurezza fil-parti ta’ wara tal-vettura, kemm jekk għandhom u m’għandhomx pannelli jew barrieri permanenti bejn il-parti għall-persuni u l-parti għat-tagħbija jew twieqi fil-pannelli tal-ġnub, għandhom ikunu kklassifikati f’intestatura 8704 .

8703 21 10 sa 8703 24 90

Vetturi oħrajn, b'magna li titqabbad bi xrara b’pistuni b’kombustjoni interna bil-moviment alternat

Għad-definizzjoni taċ-ċilindrata, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 8407 31 , 8407 32 , 8407 33 u 8407 34 .

Dawn is-subintestaturi jinkludu “station wagons” u“vetturi għal diversi użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8703 , it-tielet u r-raba’ paragrafu.

Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll karozzi żgħar tat-tlielaq (imsejħin “skelters” jew “go-carts”) mingħajr bodi, ffittjati b'magna tal-kombustjoni interna bil-pistuni reċiprokanti mqabbda bi spark u li kapaċi jilħqu veloċitajiet relattivament għoljin.

8703 31 10 sa 8703 33 90

Vetturi oħrajn, b’magna li titqabbad b’kompressjoni b’pistuni b’kombustjoni interna biss (dijżil jew semi-dijżil)

Dawn is-subintestaturi jinkludu “station wagons” u “vetturi għal diversi użi”, li jissemmew fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8703 , it-tielet u r-raba’ paragrafu.

8704

Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ oġġetti

In-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 8703 tapplika, mutatis mutandis.

Għad-definizzjoni taċ-ċilindrata, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 8407 31 , 8407 32 , 8407 33 u 8407 34 .

Dawn is-subintestaturi jinkludu vetturi bi trazzjoni fuq erba' roti, b'xażi artikolat, vetturi all terrain fejn is-sezzjoni ta’ quddiem ikollha magna diżil u kabina mgħammra bl-apparat ta' kontroll. Is-sezzjoni ta’ wara tikkonsisti f’xażi b’żewġ roti, mingħajr apparat fuqha, iżda ddisinjata biex tintrama’ b’varjeta’ ta’ apparati.

Din l-intestatura madanakollu ma tinkludix vetturi bħal dawn meta jkunu mgħammrin b’apparat agrikolu jew apparat ieħor għal użu speċjali (intestatura 8705 ).

8704 10 10 u 8704 10 90

Vetturi li jferrgħu l-materjal ta’ ġo fihom ( dumpers ) biex jintużaw ‘l hinn mit-triq prinċipali (ġo l-imħarbat

1.  Dawn is-subintestaturi jkopru prinċipalment vetturi mgħammrin b’bodi li jaqleb fuq quddiem jew fuq wara inkella b’bodi li jinfetaħ mill-qiegħ, speċjalment iddisinjati għat-trasport ta’ ramel, żrar, ħamrija, ġebel, eċċ., u li huma intiżi għal użu f’barrieri, mini, jew f’siti fejn qed jittella’ bini, fejn qed isiru xogħlijiet tat-toroq, ajruporti u portijiet. Eżempji li juru tipi varji ta’ vetturi li jferrgħu l-materjal ta’ ġo fihom jidhru lejn l-aħħar ta’ dawn in-noti.

2.  Dawn is-subintestaturi jkopru wkoll vetturi żgħar simili tat-tip li jintużaw f’siti ta’ kostruzzjoni għal ġarr ta’ ħamrija, ġebel, siment frisk u konkrit, eċċ. Dawn ikollhom xáżi artikolat jew fiss u jkunu b'żewġ jew b'erba' roti motriċi, fejn il-kaxxa li tinqaleb tkun fuq fus wieħed u s-sit tax-xufier fuq l-oħra. Is-sit tax-xufier is-soltu ma jkunx ġo kabina.

 

image

 

image

 

image

8704 21 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Ewratom )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8606 91 10 tapplika, mutatis mutandis.

8704 21 31 sa 8704 21 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu “vetturi għal diversi użi”, imsemmija fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8704 ,ir- raba' paragrafu.

8704 22 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Ewratom )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8606 91 10 tapplika, mutatis mutandis.

8704 23 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Ewratom )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8606 91 10 tapplika, mutatis mutandis.

8704 31 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Ewratom )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8606 91 10 tapplika, mutatis mutandis.

8704 31 31 sa 8704 31 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu “vetturi għal diversi użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8704 , raba' paragrafu.

8704 32 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Ewratom )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8606 91 10 tapplika, mutatis mutandis .

8707

Bodis (inklużi kabini), għall-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705

8707 10 10

Għal għanijiet ta’ immuntar industrijali

Għall-finijiet ta' din is-subintestatura, l-espressjoni “għal assemblaġġ industrijali” tapplika biss għal bodis użati fil-post ta’ assemblaġġ jew manifattura ta’ vetturi bil-mutur (jew bodis li jintużaw minn sottokuntratturi f’subassemblaġġi) għall-produzzjoni ta’ vetturi ġodda.

Din is-subintestatura tista' tiġi applikata biss għal bodies attwalment użati fil-produzzjoni ta’ vetturi ġodda koperti mis-subintestatura nnifisha. Konsegwentement, dan ma japplikax għal bodies simili għal użu bħala spare parts.

8707 90 10

Għal immuntar industrijali ta’ Trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi ( pedestrian-controlled ) tas-subintestatura 8701 10 ; Vetturi tal-intestatura 8704 b’magna li titqabbad b’kompressjoni b’pistuni b’kombustjoni interna (dijżil jew semi-dijżil) ta’ ċilindrata mhux akbar minn 2 500  cm 3 jew b’magna li titqabbad bi xrara b’pistuni b’kombustjoni interna ta’ ċilindrata mhux akbar minn 2 800  cm 3 ; Vetturi bil-mutur b’għanijietspeċjali tal-intestatura 8705

Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8707 10 10 .

Għad-definizzjoni ta’ “kapaċita’ ta’ ċilindrata” ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestaturi 8407 31 ,8407 32 , 8407 33 u 8407 34 .

8708

Partijiet u aċċessorji tal-vetturi bil-mutur ta’ titli 8701 sa 8705

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8707 10 10 tapplika, mutatis mutandis, għal parts u aċċessorji intiżi għal assemblaġġ industrijali.

8708 70 91

Ċentri ta’ roti f’forma ta’ stilla, iffurmati biċċa waħda, ta’ ħadid jew azzar

Iċ-ċentri tar-roti ta’ dan is-subintestaturi ġeneralment jintużaw fuq karozzi tal-linja jew fuq vetturi għat-trasport tal-oġġetti. Huma jkunu forma ta’ stilla, is-soltu b’ħames jew sitt fergħat, u huma disinjati għal użu b’rimmijiet li jistgħu jinqalgħu.

8708 70 99

Oħrajn

Apparti l-parts u l-aċċessorji msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8708 , it-tieni paragrafu, (K), din is-subintestatura tinkludi piżijiet għall-bilanċ ta’ roti.

8708 80 55

Vireg kontra l-irrolljar; torsion bars oħrajn

L-iżbarri stabilizzaturi huma molol għal vetturi għat-trażmissjoni tal-forzi tas-sospensjoni minn naħa għall-oħra tal-vettura.

Huma s-soltu jkunu jikkonsistu f’vireg tal-azzar b'sezzjoni trasversali ċirkolari, ġeneralment mgħawwġin biex jiffurmaw forma ta’ U bejn wieħed u ieħor.

Tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

image L-iżbarri ta' torsjoni huma vireg tal-azzar li ġeneralment ikunu tondi iżda li ġieli jistgħu jkunu kwadri jew jinkorporaw ġabra ta' vireg rettangolari.
L-iżbarri ta' torsjoni huma linjari, jiġifieri, t-torque applikata f’tarf wieħed tal-virga tkun proporzjonali għall-angolu ta’ torsjoni li din tipproduċi.
Dawn is-soltu jkollhom id-dehra li ġejja: image

8708 99 10 sa 8708 99 97

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux:

(a)  xażis ta’ vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8702 sa 8704 , mhux mgħammrin b’magna, iżda mgħammrin b’kabina (intestatura 8702 , 8703 jew 8704 );

(b)  headrests għas-sits tal-karozzi (intestatura 9401 jew 9404 ).

8709

Trakkijiet tax-xogħol, li jimxu minnhom infushom ( self-propelled ), mhux armati b’tagħmir ta’ rfigħ jew maniġġar, tat-tip użat f’fabbriki, mħażen, madwar baċiri jew ajruporti għal trasport fil-qosor ta’ oġġetti; trakters tat-tip użat fuq pjattaformi ta’ stazzjonijiet tal-ferrovija; partijiet ta’ dawn il-vetturi t’hawn fuq

8709 11 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Ewratom )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 8606 91 10 tapplika, mutatis mutandis.

8709 19 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Ewratom )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 8606 91 10 tapplika, mutatis mutandis.

8712 00

Bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati

Din l-intestatura tinkludi roti mhux kompluti li għandhom il-karatteristiċi essenzjali ta’ roti sħaħ (regola ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda).

Rota mhux sħiħa, kemm jekk assemblata kif ukoll jekk le, għandha tkun ikklassifikata f'intestatura 8712 00 jekk tikkonsisti mill-qafas, il-furketta u mill-inqas tnejn minn dawn il-komponenti:

— par roti;

— crank-gear (ara n-nota ta' spjegazzjoni tas-subintestatura 8714 96 30 );

— unità tad-direzzjoni (inkluż il-manubriji u l-ħadida ta’ taħt il-manubriju);

— sistema tal-brejk

8713

Vetturi għall-ġarr ta’ persuni b’diżabbiltà, immotorizzati jew le jew immexxijin b’mod ieħor mekkaniku

8713 90 00

Oħrajn

Vetturi motorizzati ddisinjati għal persuni b’diżabilità jintgħarfu minn vetturi tal-intestatura 8703 prinċipalment minħabba li għandhom:

— veloċita’ massima ta’ 10 km fis-siegħa, jiġifieri pass tal-mixi mgħaġġel;

— wisa’ massimu ta’ 80 cm;

— 2 settijiet ta’ roti li jmissu l-art;

— karatteristiċi speċjali biex itaffu d-diżabilità (pereżempju, appoġġ għas-saqajn biex ikunu stabilizzati r-riġlejn).

Vetturi bħal dawn jistgħu jkollhom:

— sett addizzjonali ta’ roti (anti-tips);

— stering u kontrolli oħrajn (pereżempju, joystick) li jkunu faċli biex timmanipulahom; kontrolli bħal dawn is-soltu jkunu mwaħħlin ma’ waħda mis-supporti tal-idejn; huma qatt ma jkunu fil-forma ta’ kolonna tal-istering aġġustabbli, separata

Din is-subintestatura tinkludi vetturi misjuqin b’mod elettriku simili għal siġġijiet bir-roti li huma biss għat-trasport ta’ persuni b’diżabilità. Dawn jistgħu jkollhom id-dehra li ġejja:

image

Madanakollu, skuters motorizzati (mobility scooters) mgħammrin b’kolonna tal-istering aġġustabbli huma esklużi minn din is-subintestatura. Huma jistgħu jkollhom id-dehra li ġejja u huma klassifikati f’intestatura 8703 .

 

image

8714

Partijiet u aċċessorji ta’ vetturi tal-intestaturi 8711 sa 8713

8714 91 10 sa 8714 99 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi parts u aċċessorji intiżi għall-manifattura, immuntar jew tiswija ta’:

1.  side-cars għal muturi u roti:

2.  roti (cycles) mgħammrin b’mutur awżiljari, jiġifieri, roti li jistgħu jitmexxew permezz ta’ pedali li jkunu ffittjati b’mutur awżiljari (li jkollu ċilindrata li ma taqbiżx il-50 cm3);

3.  roti oħrajn (inklużi triċikletti għall-kunsinni) mhux mgħammrin b’mutur.

8714 94 20

Brejkijiet

Dawn is-subintestaturi jinkludu btaten għall-ibbrejkjar fuq ir-rota ta' wara u brejkijiet tal-buttun.

Il-btaten għall-ibbrejkjar huma attivati permezz ta' qdif b'lura.

Madankollu, fil-brejkijiet tal-buttun b'tanbur,l-azzjoni tal-ibbrejkjar issir manwalment permezz ta' kejbil jew virga.

Tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja:

 

image

8714 94 90

Partijiet

Din is-subintestatura tinkludi l-lievi għall-brejkijiet.

Madanakollu, din is-subintestatura ma tinkludix blokok tal-lastiku għall-brejkijiet (subintestatura 4016 99 97 ) jew gwidi għall-brejkijiet (ġeneralment is-subintestatura 8307 10 00 jew 8307 90 00 ).

8714 96 30

Mekkaniżmu tal-pedali

Crank-gear ġeneralment jikkonsisti fi:

— fus ċentrali (ara l-istampa 1);

— sett wieħed jew aktar ta' gerijiet (magħrufa wkoll bħala sprockets, chain-rings jew chain-wheels normalment imwaħħla mal-crank/is-sieq tal-pedala tal-lemin (ara l-istampa 2); u

— crank/sieq tal-pedala tax-xellug (ara l-istampa 3).

Bl-applikazzjoni tar-regola ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, oġġett jibqa’ kklassifikat bħala oġġett mhux komplut, kemm jekk ikun assemblat kif ukoll jekk le, taħt din is-subintestatura, pereżempju, meta jikkonsisti f':

— sett wieħed jew aktar ta' gerijiet normalment imwaħħla mal-krank/sieq tal-pedala tal-lemin;

— sett wieħed jew aktar ta' gerijiet normalment imwaħħla mal-krank/sieq tal-pedal tal-lemin u mal- krank/sieq tal-pedala tax-xellug; jew

— sett wieħed jew aktar ta' gerijiet normalment imwaħħla mal-krank/sieq tal-pedala tal-lemin u l-fus ċentrali.

Stampa 1

image

 

Stampa 2

image

 

Stampa 3

image

8714 99 50

Gerijiet derailleur
Gerijiet derailleur ta' din is-subintestatura huma mekkaniżmi li jippermettu li l-katina ta' rota tiġi mċaqalqa fuq l-isprockets ta' quddiem jew fuq l-isprockets ta' wara. Sett komplut tal-gerijiet derailleur normalment jikkonsisti f'mill-inqas derailleur wieħed (ta' quddiem jew ta' wara, ara l-istampi) u lieva għat-tibdil ikkollegata mad-derailleur b'kejbil. Meta s-sewwieq jopera l-lieva filwaqt li jaqdef, il-bidla fit- tensjoni tal-kejbil iċċaqlaq id-derailleur minn naħa għall-oħra, u tqiegħed il-katina fuq sprockets differenti.
Din is-subintestatura tkopri wkoll derailleurs ta' quddiem jew ta' wara ippreżentati separatament kif ukoll settijiet magħmulin minn dawn id-derailleurs b'kejbils jew lievi għat-tibdil mhux assemblati. Madankollu, ippreżentati separatament, il-lievi tat-tibdil u l-kejbils għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 8714 99 90 bħala parts. image
Derailleur ta' quddiem image
Derailleur ta' wara

8714 99 90

Oħrajn; partijiet

Din is-subintestatura tinkludi sits għat-tfal intiżi għat-trasport tat-tfal fuq “roti tal-adulti”. Dawn jistgħu jkunu mmuntati fuq il-mezz ta’ ġarr, jew il-qafas jew ikunu jistgħu jitwaħħlu fuq jew mal-manubriju. Dawn is-sits huma tajbin prinċipalment biex jintużaw mar-roti u huma għalhekk ikkunsidrati bħala aċċessorju għar-roti.

8716

Trejlers u semi-trejlers; vetturi oħrajn, mhux immexxijin b’mod mekkaniku; partijiet tagħhom

8716 10 92 u 8716 10 98

Trejlers u semi-trejlers ta’ tip karavana, għal akkomodazzjoni jew ikkampjar

“Piż” għandu jitqies li jfisser il-piż tal-vettura bil-fittings u t-tagħmir permanenti kollu tagħha.

8716 39 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Ewratom )

In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8606 91 10 tapplika, mutatis mutandis.

KAPITOLU 88

INĠENJI TAL-AJRU, INĠENJI TAL-ISPAZJU, U PARTIJIET TAGĦHOM



Nota tas-subintestatura 1

Partijiet ta’ tagħmir installati b’mod permanenti ma jinkludux, pereżempju, tagħmir għall-emerġenzi (eż., dgħajjjes tas-sopravivenza, paraxuts jew żurżieqi għall-evakwazzjoni) u tagħmir interkambjabbli għas-sistemi ta’armi.

Fejn magna mhix kompluta jew mhix irfinuta tkun klassifikata bħala oġġett komplut skont ir-regola interpretattiva ġenerali 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, il-piż normali li bih topera għandu jintuża biex tiġi ddeterminata s-subintestatura xierqa.



8802

Inġenji tal-ajru oħrajn (pereżempju, ħelikopters, ajruplani); inġenji tal-ispazju (inklużi satelliti) u vetturi suborbitali u biex jillanċjaw inġenji tal-ispazju

8802 11 00 sa 8802 12 00

Ħelikopters

Dawn is-subintestaturi jkopru biss magni fejn it-tlugħ u l-propulsjoni jinkisbu permezz ta’ rotor wieħed jew aktar immexxijin permezz ta’ magna.

8802 11 00

B’piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

Din is-subintestatura tkopri l-ħelikopters multirotor (l-hekk imsejħa “drones”) ta’ qisien differenti li jaħdmu b’mod awtonomu (id-destinazzjoni tkun ipprogrammata minn qabel) jew jiġu ggwidati mill-utent mill-bogħod.

Iżda jekk dawn ikunu xorta ta’ ġugarell jew ta’ mudell li jintuża għall-passatemp, jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9503 . Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda ta' dik l-intestatura.

KAPITOLU 89

BASTIMENTI, DGĦAJJES U STRUTTURI LI JŻOMMU F’WIĊĊ L-ILMA



Nota Addizzjonali 1

L-espressjoni “bastimenti ddisinjati għall-baħar” tfisser bastimenti li, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, ikunu kapaċi jaħdmu fil-baħar anki fil-maltemp (irjieħ ta’ madwar qawwa 7 fuq l-iskala Beaufort). Bastimenti bħal dawn ġeneralment ikunu mgħammrin bi gverti u sovrastrutturi impermeabbli u li jifilħu għal kull tip ta’ temp.

L-espressjoni “buq ta’ tul totali” tfisser it-tul tal-buq imkejjel mill-punt l-aktar ta’ quddiem tal-pruva sal-aktar punt tal-poppa mbiegħed minnu, iżda ma tinkludix partijiet sporġuti 'il barra, kemm jekk jiffurmaw parti mil-buq kif ukoll jekk le (eż., tmunijiet, pupressi, pjattaformi għas-sajd jew diving boards.

L-espressjoni “bastimenti għall-baħar” tfisser vapuri jew hovercraft li jżommu mal-kundizzjonijiet t’hawn fuq, kemm jekk dawn jintużaw prinċipalment f’ilmijiet kostali, f’estwarji jew f'lagi, eċċ.

Għandu jitqies ukoll li:

1.  bastimenti b'tul ta' inqas minn 12-il metru li huma ddisinjati għall-baħar huma koperti bit-terminu “dgħajjes tas-sajd” biss meta jkunu ddisinjati u mgħammrin speċifikament għas-sajd professjonali, għalkemm dawn jistgħu kultant jintużaw għall-finijiet ta’ passatemp.

2.  it-terminu “dgħajjes tas-sopravivenza” tkopri inġenji mqiegħdin fuq bastimenti għall-baħar biex jevakwaw l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jekk il-vapur jkunu f’periklu; din tkopri wkoll id-dgħajjes ta' sopravivenza mqegħdin f’postijiet xierqa mal il-kosta, intiżi għall-għoti ta' għajnuna lil vapuri f'diffikultà.



8901

Bastimenti tal-kruċiera, dgħajjes għall-eskursjonijiet, laneċ, bastimenti tat-tagħbija, braken u bastimenti simili għat-trasport ta’ persuni jew oġġetti

Nofs buqijiet u terz ta’ buqijiet ma jaqgħux f'din l-intestatura iżda huma klassifikati b’referenza għall-materjal li jkunu magħmulin minnu (eż. intestatura 7308 ).

8901 90 10

Li jaqsmu l-ibħra

Bastimenti ddisinjati għall-ġarr ta’ braken jew puntuni ukoll jaqgħu wkoll f’din l-intestatura. Il-kontejners tradizzjonali, fuq dawn il-vapuri jiġu ssostitwiti b'braken jew puntuni li jinġiebu bl-ilma biex jitgħabbew direttament fuq il-bastiment omm, li huwa nnifsu jkun maqsum f’kompartamenti fejn jistgħu jinżammu tliet jew erba’ puntuni jew braken. Bastimenti bħal dawn ikunu mgħammrin bi krejnijiet portiċi li jiċċaqalqu, pjattaformi sommerġibbli għall-irfigħ jew mezzi oħra għat-tagħbija, l-immaniġġjar u l-ħatt tal-braken.

Il-bastiment omm biss jista’ jitqies bħala klassifikabbli f'din is-subintestatura, il-braken jintużaw suċċessivament bħala dgħajjes għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni, bħala “kontejners” għall-vjaġġi fuq il-baħar u għal darb’oħra bħala dgħajjes għal navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni, u għandhom ikunu klassifikati f’subintestatura 8901 90 90 .

8904 00

Laneċ ta’ rmonk u mezzi li jimbuttaw

Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs-buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 8901 .

8904 00 91 u 8904 00 99

Mezzi li jimbuttaw

Mezzi ddisinjati biex jintużaw kemm bħala mezzi li jimbuttaw kif ukoll bħala laneċ tal-irmonk, kif deskritti fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 8904 , it-tieni paragrafu, huma klassifikabbli f’dawn is-subintestaturi fil-każijiet kollha.

8905

Bastimenti ħfief, fire-floats , dreġers, krejnijiet li jżommu f’wiċċ l-ilma, u bastimenti oħrajn li l-kundizzjoni ta’ tbaħħir tagħhom hija sussidjarja għall-funzjoni prinċipali tagħhom; baċiri li jżommu f’wiċċ l-ilma; pjattaformi għat-tħaffir jew għall-produzzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma jew li jinżlu taħt l-ilma

Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 8901 .

8906

Bastimenti oħrajn, inklużi bastimenti tal-gwerra u dgħajjes tas-salvataġġ ħlief dgħajjes tal-qdif

Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-nota ta’ spjegazzjoni tal-intestatura 8901 .

TAQSIMA XVIII

STRUMENTI U APPARAT OTTIKU, FOTOGRAFIKU, ĊINEMATOGRAFIKU, GĦAL KEJL, GĦAL IĊĊEKKJAR, GĦAL PREĊIŻJONI, MEDIKU JEW KIRURĠIKU; ARLOĠĠI U ARLOĠĠI TAL-IDEJN, STRUMENTI MUŻIKALI; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

KAPITOLU 90

STRUMENTI U APPARAT OTTIKU, FOTOGRAFIKU, ĊINEMATOGRAFIKU, GĦALL-KEJL, GĦALL-IĊĊEKKJAR, TA’ PREĊIŻJONI, MEDIKU JEW KIRURĠIKU; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM



9001

Fibri ottiċi u mazzi ta’ fibri ottiċi; kejbils ta’ fibri ottiċi ħlief dawk tal- intestatura 8544 ; folji u pjanċi ta’ materjal li jippolarizza; lentijiet (inklużi lentijiet tal-kuntatt), priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ta’ kull materjal, mhux immuntati, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament

Din l-intestatura tinkludi oġġetti li jintużaw b’dawl viżibbli u oġġetti li jintużaw bil-parti inviżibbli tal-ispettru (infraaħmar u ultravjola).

Madankollu, l-intestatura ma tinkludix elementi “ottiċi” elettroniċi, pereżempju, lentijiet elettrostatiċi, lentijiet elettromanjetiċi u hekk imsejħin field lenses (ġeneralment, il-Kapitolu 85).

9001 10 10 sa 9001 10 90

Fibri ottiċi, mazzi u kejbils ta’ fibri ottiċi

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux konnekters u adapters għall-ikkonnettjar ta’ fibri ottiċi, mazzi ta’ fibri ottiċi u kejbils ta’ fibri ottiċi.

Ara wkoll in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8536 70 00 .

9001 20 00

Folji u pjanċi ta’ materjal li jippolarizza
Din is-subintestatura tinkludi folji ta’ materjal polarizzanti f’rombli, pereżempju għall-użu fil-manufattura ta’ moduli LCD. image

9001 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  Rubini u elementi ottiċi oħra għal lasers;

2.  Lentijiet Fresnel magħmula mill-plastik, intiżi għal użu, pereżempju, wara li jitwaħħlu b’montatura, bħala skrins li jkabbru l-immaġni għal riċevituri tat-televixin.

9004

Nuċċalijiet, gogils u bħalhom, korrettivi, protettivi jew oħrajn

Spag, ktajjen u oġġetti simili (pereżempju, "spag tan-nuċċalijiet" jew "ktajjen tan-nuċċalijiet") għal prodotti ta’ din l-intestatura, anki b’ingassa fit-tarf, għandhom jiġu kkunsidrati la bħala parts u lanqas bħala aċċessorji, għaliex la huma komponenti integrali u lanqas ma jżidu jew itejbu l-funzjonalità ta’ dawn il-prodotti. Għalhekk, dawn għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal li huma magħmulin minnu (pereżempju, l-intestatura 5609 , 6307 , 7117 , 7315 jew 7616 ).

9005

Binokkji, monokuli, teleskopji ottiċi oħrajn, u immuntar għalihom; strumenti astronomiċi oħrajn u immuntar għalihom, iżda ma jinkludux strumenti għal radjo-astronomija

Din l-intestatura tinkludi apparat li juża intensifikaturi tal-immaġni għal viżjoni ta’ bil-lejl.

9006

Kameras fotografiċi (ħlief ċinematografiċi); apparat tad-dawl flaxx u bozoz tal-flaxx fotografiċi ħlief bozoz ta’ disċarġ tal-intestatura 8539

9006 59 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tkopri l-kameras tat-tip użati għall-preparazzjoni tal-pjanċi jew taċ-ċilindri għall-istampar.

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9006 , il-parti (I), it-tielet paragrafu, (17).

9010

Apparat u tagħmir għal laboratorji fotografiċi (inklużi ċinematografiċi), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitolu; negatoscopes ; skrins għall-projezzjoni

9010 50 00

Apparat u tagħmir ieħor għal laboratorji fotografiċi (inklużi ċinematografiċi); negatoscopes

Din is-subintestatura tinkludi apparat għall-espożizzjoni ta’ boards ta’ ċirkwiti stampati li jikkopja n-negattivi tad-disinji taċ-ċirkwiti ta’ ċirkwiti stampati permezz tal-espożizzjoni fuq boards ta’ materjal iżolanti li minnu jsiru l-boards ta’ ċirkwiti stampati. L-apparat bażikament jikkonsisti f’kamra għall-espożizzjoni mgħammra b’lampi ultravjola, li fiha jitqiegħdu n-negattiva fotografika u l-board tal-materjal iżolanti u li fiha l-board tkun esposta għal kuntatt man-negattiva f’vakwu.

9013

Mezzi ta’ kristall likwidi li ma fihomx oġġetti msemmijin b’mod iktar speċifiku fl-intestaturi l-oħrajn; lejżers, ħlief dajowds tal-lejżer; apparat u strumenti ottiċi oħrajn, mhux imsemmijin jew inklużi band’ oħra f’dan il- kapitolu

9013 80 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi skrins li jkabbru l-immaġni għal settijiet tat-televixin li jikkonsistu minn element ottiku (lenti Fresnel) magħmul mill-plastik, u minn qafas u sistema ta’ vireg tal-metall iddisinjati b’mod speċjali biex l-iskrin jitqiegħed quddiem is-sett tat-televixin.

9017

Strumenti għat-tpinġija, għall-immarkar ta’ linji jew li jagħmlu kalkulazzjonijiet matematiċi (pereżempju, magni għall-abbozzar, pantografi, kwadranti, settijiet ta’ iddisinjar, rigi li jislajdjaw ( slide rules ), kalkulaturi tad- diska); strumenti għat-tkejjil ta’ tul, għal użu fl-idejn (pereżempju, vireg u rutelli għat-tkejjil, mikrometri, kalipers), mhux imsemmijin jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitolu

9017 10 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi mwejjed għall-abbozzar mgħammrin b’pantografi jew simili.

9017 20 05 sa 9017 20 90

Strumenti oħrajn għat-tpinġija, għall-immarkar ta’ linji jew li jagħmlu kalkulazzjonijiet matematiċi

Dawn is-subintestaturi jinkludu:

1.  koordinatografi mhux iddisinjati għall-fotogrammetrija;

2.  stencils bl-ittri li jintgħarfu b’mod ċar li huma speċjalizzati bħala strumenti għat-tpinġija jew għall-immarkar.

9018

Strumenti u apparat użati fi xjenzi mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji, inkluż apparat xintigrafiku, apparat ieħor elettromediku u strumenti għal eżamijiet tal-vista

9018 50 10

Mhux ottiċi

Apparti t-tagħmir dijanjostiku ultrasoniku għal użu ġenerali, din is-subintestatura tinkludi apparat speċjali għall-eżaminazzjoni ultrasonika tal-għajnejn (bħal dawk għad-determinazzjoni tal-ħxuna tal-kornea u tal-lenti tal-għajn jew tat-tul tal-boċċa tal-għajn).

9018 90 84

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  defibrillaturi elettriċi biex jingħaddu skossi ta’ kurrent biex terġa’ tinġieb il-funzjoni naturali tal-qalb. Permezz ta’ dawn l-istrumenti li huma mgħammrin b’ġeneratur tal-impulsi u b’żewġ elettrodi għad-defibrillazzjoni, is-sinjal tal-elettrokardjogramma (ECG) tal-pazjent li jkun ġej mill-elettrodi jintwera fuq skrin jew jiġi stampat permezz ta’ stampatur integrat;

2.  apparat mediku biex jintnefħu gassijiet fil-kavità abdominali tal-bniedem sabiex tkun possibbli l-eżaminazzjoni ta’ diversi organi permezz ta’ endoskopju. Flimkien ma’ dan l-apparat, li huwa mgħammar bi strumenti għall-kejl u bi skrins, hemm żewġ pajpijiet li fit-truf tagħhom hemm imqabbad rubinett tal-għeluq u labra twila;

3.  pompi mediċi tal-ġbid għall-ippumpjar ta’ sekrezzjonijiet, li jinkludu l-pompa u apparat tal-ġbid u li jintużaw fi swali tal-operazzjonijiet jew f’ambulanzi;

4.  apparati kontraċettivi magħrufa bħala “mezzi intra-uterinarji (IUDs)”, magħmulin mill-plastik u minn wajer tar-ram, minn ram f’forma kollojdali jew minn inserzjoni ormonali.

 

Din is-subintestatura ma tkoprix l-hekk imsejħin “tourniquets”. Ġeneralment, dawn jikkonsistu f’sistema ta’ ċinga u bokkla. Dawn jintużaw billi ċ-ċinga tiġi ssikkata sabiex tiġi kkontrollata ċ-ċirkulazzjoni tad-demm lejn xi waħda mill-estremitajiet tal-ġisem għal perjodu qasir. Tipi oħra ta’ tourniquets jista’ jkollhom, pereżempju, virga għall-issikkar. Minħabba s-sempliċità tal-kostruzzjoni u l-materjali użati, ma humiex simili għal strumenti u apparat koperti mill-intestatura attwali, minkejja li jissodisfaw għan mediku (ġeneralment klassifikati skont il-materjal li minnu hija magħmula ċ-ċinga). Ara, b’mod partikolari, in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9018 , ir-raba’ paragrafu. image

9021

Apparat ortopediku, inklużi krozzi, ċinturini u rfid kirurġiċi; qassab u apparat ieħor għall-ksur; partijiet artifiċjali tal-ġisem; apparat akustiku ( hearing aids ) u tagħmir ieħor li jintlibes jew jinġarr, jew jiddaħħal fil- ġisem, biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabilità

Għall-finijiet ta’ din l-intestatura, l-espressjoni “biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabilità” tfisser biss apparat li b’mod effettiv jagħmel jew jissostitwixxi l-funzjoni tal-parti difettuża jew diżabbli tal-ġisem.

Din l-intestatura ma tinkludix apparat li sempliċiment itaffi l-effetti tad-difett jew diżabilità.

Din l-intestatura ma tinkludix apparat li jaħdem bl-elettriku identifikat għall-użu tal-osteotomija (intestatura 3006 91 00 ).

9021 10 10

Oġġetti u tagħmir tal-ortopedija
Din is-subintestatura tinkludi “tagħmir ortopediku” li huwa ddisinjat apposta għal għan ortopediku partikolari, bid-differenza minn prodotti ordinarji li jista’ jintuża għal finijiet differenti (pereżempju, prodotti għal ġogi, ligamenti jew għeruq li jkun sarilhom strapazz żejjed bħala parti minn attivitajiet sportivi, minħabba l-użu ta’ tastiera, u prodotti li sempliċiment itaffu l-uġigħ fil-parti difettuża jew diżabbli tal-ġisem, pereżempju uġigħ ikkawżat minn infjammazzjoni).
It-“tagħmir ortopediku” għandu jipprevjeni kompletament moviment speċifiku tal-parti difettuża jew diżabbli tal-ġisem (pereżempju, ġogi, ligamenti jew għeruq) biex jiġu evitati aktar korrimenti jew (aggravament ta’) deformitajiet tal-ġisem b’differenza minn prodotti ordinarji li jippermettu movimenti mhux mixtieqa, iżda li jevitaw movimenti tar-rifless (jiġifieri movimenti mwettqa subkonxjament) minħabba l-inflessibbiltà relattiva tagħhom ikkawżata minn, pereżempju, qassaba flessibbli, kuxxinetti tal-pressjoni, materjali tessili mhux elastiċi, restrizzjonijiet permezz ta’ strixxi bil-qafla tat-tip velkro”.
Ara wkoll in-Nota 6 tal-Kapitolu 90 u s-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-260/00 sa C-263/00, Lohmann GmbH & Co. KG u Medi Bayreuth Weihermüller & Voigtmann GmbH & Co. KG v Oberfinanzdirektion Koblenz, il-paragrafi 36, 37, 39, 40, 43 u 45, (ECLI:EU:C:2002:637).
Eżempji ta’ prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 9021 10 10 : image image
Eżempji ta’ prodotti li jaqgħu taħt it-Taqsima XI: image image

9021 39 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  pjanċi li jibqgħu b’mod permanenti fil-ġisem, pereżempju, biex jissostitwixxu parti minn għadma jew għadma sħiħa);

2.  strixxi minsuġin minn fibri magħmulin mill-bniedem, li jiddaħħlu fil-ġog tal-irkoppa minflok il-ligamenti fil-każ ta’ instabbiltajiet kroniċi fil-ligament tal-ġog tal-irkoppa.

9021 40 00

Apparat akustiku ( hearing aids ), ħlief partijiet u aċċessorji

Din is-subintestatura tinkludi apparat kopert min-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9021 , parti (IV), anki jekk fil-forma ta’ nuċċalijiet.

9021 50 00

Pacemakers biex jistimulaw il-muskoli tal-qalb, ħlief partijiet u aċċessorji

Din is-subintestatura tinkludi biss pacemakers tal-qalb proprja. Skont in-noti 1 u 2 ta’ dan il-kapitolu, parts u aċċessorji għal pacemakers bħal dawn, bħal casings, nofs casings, kisi għal casings u elettrodi jaqgħu fis-subintestatura 9021 90 90 .

Batteriji primarji u akkumulaturi elettriċi għal pacemakers preżentati separatament huma klassifikati fl-intestatura 8506 jew 8507 . Ċarġers bi primarju ta’ transformer għall-iċċarġjar tal-akkumulatur fil-pacemaker imdaħħal permezz tal-induzzjoni ta’ kurrent fis-sekondarju fil-pacemaker jaqgħu taħt l-intestatura 8504 .

9021 90 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-apparat li ġej li jikkumpensa għal difett jew diżabbiltà;

1.  apparat imqiegħed fil-ġisem uman bħala dispensers mediċi u li għandu f’kisja komuni “pompa mediċinali”, is-sors ta’ enerġija għall-pompa u għall-kompartiment għall-medikament;

2.  “prostesi annulari”, jiġifieri, ċrieki tal-azzar inossidabbli miksijin b’żewġ strati ta’ plastik u tessut tal-fibra magħmula mill-bniedem. Dawn jitqabbdu mal-valv tal-qalb permezz ta’ operazzjoni biex tkun restawrata l-abbiltà tal-valv tal-qalb li jagħlaq, pereżempju fil-każ ta’ insuffiċjenza mitrali;

3.  filtri “umbrelel” għat-tqieghid fil-vina kardijaka (vena cava inferior) sabiex jipprevenu trombożi u emboliżmi milli jimxu lejn il-qalb. Dawn jikkonsistu f’oqfsa żgħar ħafna, forma ta’ umbrella, magħmulin minn liga tal-azzar inossidabbli, li tkun miksija bi strat irqiq ta’ materjal elastiku sintetiku u tinfetaħ qisha umbrella fil-vina;

4.  Apparat għat-twessigħ (dilators) permanenti tal-ureteru magħmul mill-plastik. Dan l-apparat imxewwek, forma ta’ virga, jitqiegħed fl-ureteru biex jippermetti li l-urina timxi.

9022

Apparat ibbażat fuq l-użu ta’ raġġi X jew fuq radjazzjonijiet alfa, beta jew gamma, kemm jekk għal użi mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji jew le, inkluż apparat għal radjografija jew radjoterapija, tubi għal raġġi X u ġeneraturi oħrajn għal raġġi-X, ġeneraturi ta’ tensjoni għolja, pannelli u deskijiet għal kontroll, skrins, imwejjed, siġġijiet u affarijiet simili għal eżami jew trattament

9022 12 00

Apparat għal tomografija komputata

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tas-subintestatura 9022 12 .

Madanakollu, sistemi għar-reġistrazzjoni bil-video, li mhumiex inkorporati f’apparat ta’ raġġi X u li jiddiġitizzaw, jeditjaw u jaħżnu sinjali video analogi fornuti minn video camera esterna jaqgħu taħt l-intestatura 8543 . Dawn essenzjalment jikkonsistu minn konvertitur li jaqleb is-sinjal analogu għal sinjal diġitali, minn kompjuter għall-ipproċessar, u minn monitors u tape manjetiku jew memorja f’diska.

9022 90 20

Parts u aċċessorji ta’ tagħmir ibbażat fuq l-użu ta' X-rays

Din is-subintestatura tinkludi twieqi tal-berillju għal tubi tar-raġġi X.

9025

Idrometri u strumenti simili li jżommu f’wiċċ l-ilma, termometri, pirometri, barometri, igrometri u psikrometri, li jirrekordjaw jew le, u kwalunkwe taħlita ta’ dawn l-istrumenti

9025 11 20 u 9025 11 80

Mimlijin b’likwidu, għal qari dirett

Termometri “għal qari dirett” huma ta’ tip fejn it-temperatura tkun indikata fuq skala permezz tal-livell ta’ fluwidu fit-termometru.

9026

Strumenti u apparat għal kejl jew iċċekkjar ta’ ħruġ, livell, pressjoni jew kwantitajiet varjabbli oħra ta’ likwidi jew gassijiet (pereżempju, miters għall-ħruġ ( flow meters ), gejġis għal-livell, manometri, miters għas-sħana), ħlief strumenti u apparat tal-intestaturi 9014 , 9015 , 9028 jew 9032

9026 20 20 sa 9026 20 80

Għall-kejl jew l-iċċekkjar ta’ pressjoni

Dawn is-subintestaturi jinkludu pompi tat-tajers li fihom hemm inkorporat gejġ tal-pressjoni u li jitqiesu bħala gejġis tal-pressjoni, anki jekk huma ddisinjati biex jitqabbdu ma’ sors estern ta’ forniment iżda jinkorporaw ir-riżerva tagħhom stess ta’ arja kompressata.

9027

Strumenti u apparat għal analiżi fiżika jew kimika (pereżempju, polarimetri, rifrattometri, spettrometri, apparat għall-analiżi ta’ gass jew duħħan); strumenti u apparat għal kejl jew iċċekkjar ta’ viskożità, porożità, espansjoni, tensjoni tal-wiċċ jew bħalhom; strumenti u apparat għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet ta’ sħana, ħoss jew dawl (inklużi miters ta’ espożizzjoni ( exposure meters )); mikrotomi

9027 10 10

Elettroniċi

Din is-subintestatura tinkludi kuntjaturi ta’ partiċelli fl-arja li jaħdmu bil-laser. Dawn huma mezzi elettroniċi li jiddeterminaw jew jimmonitorjaw il-kontenut ta’ trab ta’ arja ffiltrata, pereżempju, f’impjanti industrijali jew fil-qasam mediku. Il-partikuli ta’ trab li jkun hemm f’kampjun tal-arja iwasslu biex raġġ ta’ laser joħloq dawl imferrex fil-kompartiment tal-kejl tal-apparat u li, wara li jiġi konċentrat f’raġġ permezz ta’ sistema ta’ lentijiet, jinqabad minn fotodijodu u jinqaleb f’sinjal elettriku. Bl-għajnuna ta’ data ta’ referenza programmata minn qabel il-proporzjon ta’ partikuli ta’ trab ikun determinat u r-riżultat tal-kalkolu jintwera fuq l-iskrin diġitali tal-istrument jew jiġi stampat fuq stampatriċi tat-tip tape printer. Permezz ta’ interfaċċa, ir-riżultat tal-kejl fil-forma ta’ sinjal elettriku jista’ wkoll jintbagħat permezz ta’ kejbil lejn magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-data.

9027 30 00

Spettrometri, spettrofotometri u spettrografi li jużaw radjazzjonijiet ottiċi (UV, viżibbli, IR)

Din is-subintestatura tinkludi apparat elettroniku kkontrollat minn mikroproċessuri (analizzaturi ottiċi b’diversi kanali) għall-kejl u l-analiżi tat-tulijiet tal-mewġ ta’ sinjali ottiċi għal analiżijiet spettrali. It-tulijiet tal-mewġ tas-sinjali ottiċi, imkejlin minn ditekters, jinqalbu f’sinjali elettriċi diġitali u jiġu mqabbla ma’ valuri ta’ referenza (analizzati). Ir-riżultat tat-tqabbil jiġi evalwat minn kompjuter u jintwera fuq monitors esterni li jistgħu jitqabbdu mat-tagħmir.

9027 50 00

Strumenti u apparat ieħor li jużaw radjazzjonijiet ottiċi (UV, viżibbli, IR)

Din is-subintestatura tinkludi mezzi elettroniċi li jintużaw f’laboratorji kimiċi fi sptarijiet għall-analiżi kompletament awtomatika tas-seri tad-demm. Dawn essenzjalment jikkonsistu fl-analizzatur proprju (b’mezz għat-tħejjija tal-kampjuni, mekkaniżmu għad-dożaġġ ta’ reaġenti u sistema ta’ kejl fotometriku bl-użu ta’ lampa aloġena bħala s-sors ta’ dawl u b’fotodijodi bħala ditekters), mezz ta’ kontroll u evalwazzjoni (b’mikroproċessuri u skrin biex jintwerew ir-riżultati tal-kejl) u stampatriċi għall-irrekordjar tar-riżultati. Dawn it-tliet biċċiet ta’ apparat ikunu mqabbdin ma’ xulxin permezz ta’ kejbils tal-elettriku.

9027 80 99

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi armarji għall-ittestjar tal-klima mgħammrin b’kompartiment ta’ pressjoni, heater tal-elettriku, umidifikatur tal-arja u unità elettrika, fejn il-komponenti elettroniċi jkunu esposti għal kundizzjonijiet speċifiċi ta’ pressjoni, temperatura u umdità, li jissimulaw l-influwenzi u l-kundizzjonijiet ambjentali li jinħolqu mill-użu sussegwenti tagħhom, sabiex jiġu ttestjati l-ħajja operattiva, l-iżolament tagħhom, eċċ.

9030

Oxxilloskopji, analizzaturi tal-ispettru u strumenti u apparat ieħor għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi, ħlief miters tal-intestatura 9028 ; strumenti u apparat għal kejl jew qbid ta’ radjazzjonijiet ta’ raġġi alfa, beta, gamma, raggi-X, kosmiċi jew oħrajn li jonizzaw

Skont ir-Regola Ġenerali 3(b) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, strumenti u apparat li jistgħu jintużaw għall-kejl u l-iċċekkjar kemm ta’ kwantitajiet elettriċi kif ukoll mhux elettriċi xorta jaqgħu fl-intestatura 9030 jekk in-natura tagħhom tiddetermina li dawn jintużaw prinċipalment għall-kejl jew għall-iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi. Dan huwa l-każ, pereżempju, għal oxxilloskopji u oxxillografi katodiċi u għal oxxillografi ta’ raġġi tad-dawl u ta’ raġġi UV (subintestatura 9030 20 00 ).

Madanakollu, strumenti u apparat li l-karattru essenzjali tagħhom ma jistax ikun deċiż minħabba li jintużaw għall-kejl jew għall-iċċekkjar kemm ta’ kwantitajiet elettriċi kif ukoll mhux elettriċi wkoll ma jaqgħux f’din l-intestatura. Bl-istess mod, skont ir-Regola Ġenerali 3(c) għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, strumenti għall-ittestjar ta’ magni u ta’ sistemi ta’ tqabbid ta’ vetturi bil-mutur permezz tal-kejl ta’ kwantitajiet elettriċi bħall-vultaġġ u r-resistenza u kwantitajiet mhux elettriċi bħall-veloċità ta’ rotazzjoni, l-angolu ta’ kuntatt u l-istat ta’ punti tal-qtugħ tal-kuntatt (contact breaker points) jaqgħu fl-intestatura 9031 .

9030 20 00

Oxxilloskopji u oxxillografi

Din is-subintestatura tinkludi oxxillografi ta’ raġġi tad-dawl u ta’ raġġi UV għall-kejl u r-reġistrazzjoni ta’ varjazzjonijiet rapidi ta’ kwantitajiet elettriċi. Dawn l-istrumenti, magħrufin ukoll bħala reġistraturi ta’ raġġi tad-dawl, reġistraturi UV jew oxxillografi loop, jirreġistraw is-sinjali li jirriżultaw mill-fenomeni perijodiċi taħt studju permezz ta’ raġġ tad-dawl jew raġġ tal-UV fuq karta fotosensittiva.

9030 39 00

Oħrajn, b’mezz ta’ rrekordjar

Din is-subintestatura tinkludi apparat jew sistemi għall-ittestjar tal-elettriku li jiddeterminaw is-servizzabbiltà ta’ ċirkwiti stampati jew ta’ komponenti elettroniċi oħra u juru kwalunkwe difetti bħal xort fiċ-ċirkwiti jew interruzzjonijiet permezz tal-kejl jew l-iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi bħall-kapaċitanza, l-induttanza, l-impedenza, ir-reżistenza u l-vultaġġ.

Dawn il-mezzi jew sistemi s-soltu jinkludu unità għall-kejl u l-iċċekkjar (b’tastiera għall-input, memorja għall-programm u terminal CRT), li twettaq il-kejl u tqabbel ir-riżultati ma’ valuri ta’ referenza u turihom, unità ta’ kontroll (b’magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-data jew mikroproċessuri), stampatriċi għall-output tar-riżultati tat-testijiet u mezz li jqassam il-komponenti ttestjati skont valuri speċifiċi proprji filwaqt li jissepara dawk li huma difettużi.

Madanakollu, is-subintestatura ma tinkludix apparat elettriku li jiċċekkja jekk il-pakketti ta’ komponenti elettroniċi humiex ermetikament issiġillati (intestatura 9031 ).

9030 82 00

Għall-kejl jew iċċekkjar ta’ wejfers jew mezzi semikondutturi

Din is-subintestatura tkopri mezzi jew sistemi elettriċi ta’ ttestjar li jkejlu jew jiċċekkjaw kwantitajiet elettriċi bħall-vultaġġ, il-frekwenza, eċċ., biex jiddeterminaw is-servizzabbiltà ta’ wejfers, ċipep u mezzi semikondutturi oħra u biex juru kwalunkwe difetti bħal devjazzjonijiet minn valuri stabbiliti minn qabel.

Il-mezzi jew sistemi s-soltu jinvolvu unità għall-kejl jew l-iċċekkjar (b’tastiera għall-input, memorja għall-programm u terminal CRT), li twettaq il-kejl u tqabbel ir-riżultati ma’ valuri ta’ referenza u turihom, unità ta’ kontroll (b’magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-data jew mikroproċessuri), stampatriċi għall-output tar-riżultati tat-testijiet u mezz li jqassam il-komponenti ttestjati skont valuri speċifiċi proprji filwaqt li jissepara dawk li huma difettużi.

Madanakollu, is-subintestatura ma tinkludix apparat elettriku li jiċċekkja jekk il-pakketti ta’ ċirkwiti integrati jew ta’ komponenti elettroniċi oħrajn humiex ermetikament issiġillati (intestatura 9031 ).

9031

Strumenti, tagħmir u magni għal kejl jew iċċekkjar, mhux imsemmijin jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitolu; proġekters għal profili

9031 20 00

Bankijiet għal eżaminar ( test benches )

Bankijiet tat-test għall-iċċekkjar ta’ pompi tal-injezzjoni tal-fjuwil ta’ magni tad-diżil għandhom, bħala komponenti essenzjali li huma kollha mwaħħlin mal-istess appoġġ, mutur tal-elettriku u mezz li jinkludi injetturi u tubi ta’ ħġieġ immarkat bi gradi għall-iċċekkjar tal-output tal-elementi tal-pompa tal-injezzjoni; dawn jistgħu ikunu mgħammrin ukoll b’apparat awżiljarju (stroboskopju) għall-iċċekkjar tal-kronometraġġ eżatt tal-injezzjonijiet ta’ fjuwil.

9031 80 20

Għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet ġeometriċi

Eżempji ta kwantitajiet ġeometriċi huma: tul, distanza, dijametru, radjus, kurvatura, angolu, inklinazzjoni, volum u ħruxija tas-superfiċje.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll invelli.

Din is-subintestatura ma tinkludix interferometri għall-iċċekkjar ta' superfiċji ċatti li jintużaw fil-laboratorji (subintestatura 9027 50 00 ).

KAPITOLU 91

ARLOĠĠI U ARLOĠĠI TAL-IDEJN JEW TAL-BUT U PARTIJIET TAGĦHOM



9102

Arloġġi tal-idejn, arloġġi tal-but u arloġġi oħrajn, inklużi stopwatches , ħlief dawk tal-intestatura 9101

Din l-intestatura tinkludi kombinamenti ta’ arloġġ u kalkulatriċi elettronika, li flimkien ikollhom id-dehra ta’ arloġġ tal-idejn jew arloġġ tal-but.

Din ma tinkludix kalkulaturi elettroniċi bi skrin li juri l-ħin u d-data u b’allarm (subintestatura 8470 10 00 , 8470 21 00 jew 8470 29 00 ).

9111

Kaxex ta’ arloġġi tal-idejn u tal-but u partijiet tagħhom

Strixxi, ċineġ u brazzuletti ta’ arloġġi mwaħħlin ma’ cases ta’ arloġġi huma kklassifikati mal-cases tal-arloġġ. Madankollu, meta jiġu ppreżentati mal-cases tal-arloġġi iżda ma jkunux imwaħħlin magħhom, dawn jiġu klassifikati taħt l-intestatura rispettiva tagħhom bl-istess mod bħal strixxi, ċineg u brazzuletti ta’ arloġġi ppreżentati separatament (intestatura 9113 ).

9114

Partijiet oħrajn ta’ arloġġi jew ta’ arloġġi ta’ l-idejn jew tal-but

9114 10 00

Molol, inklużi molol irqaq ( hair-springs )

Din is-subintestatura tkopri l-molol kollha li jintużaw għall-mekkaniżmi f’arloġġi jew f’arloġġi tal-idejn.

Pereżempju, barra molol prinċipali u molol irqaq (hairsprings), hemm ukoll:

1.  molol ta’ frizzjoni;

2.  molol ta’ kontroll;

3.  molol ratchet, molol għal bilanċ, molol ta’ tensjoni u molol salib.

Din is-subintestatura ma tinkludix molol għal oqfsa ta’ arloġġi u għal oqfsa ta’ tip simili li jikkostitwixxu parts għal użu ġenerali skont it-tifsira tan-nota 2 tat-Taqsima XV.

Molol prinċipali (mainsprings) mmuntati fiċ-ċilindri tagħhom jaqgħu fis-subintestatura 9114 90 00 .

9114 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  assemblaġġi ta’ komponenti elettriċi jew elettroniċi li jiffurmaw parti li tingħaraf ta’ arloġġ — pereżmpju, qanpiena elettronika;

2.  oġġetti magħrufin bħala “viti għall-bilanċ” jew “viti balance cup”;

3.  kunjardi, ġeneralment magħmula mill-plastik, imqegħdin bejn il-case u l-mekkaniżmu ta’ arloġġ;

4.  kristalli tal-kwarz għall-arloġġi (reżonaturi tal-kwarz imqabbdin ma’ ċirkwit mikroelettroniku biex jinżammu l-oxxillazzjonijiet).

KAPITOLU 92

STRUMENTI MUŻIKALI; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ OĠĠETTI BĦAL DAWN



9207

Strumenti mużikali, li l-ħoss tagħhom huwa magħmul, jew għandu jkun amplifikat, bl-elettriku (pereżempju, orgnijiet, kitarri, akkordjins)

9207 10 30

Pjanijiet diġitali

B’kuntrast ma’ sintesajżers u tastieri mużikali, il-firxa u l-wisa’ tat-tasti ta’ pjanijiet diġitali jikkorrispondu b’mod eżatt ma’ dawk ta’ pjanijiet akustiċi (intestatura 9201 ). Dawn jużaw sistema ta’ sampling ta’ ħsejjes biex jirriproduċu l-ħsejjes ta’ pjanijiet akustiċi bl-aktar mod akkurat possibbli. L-azzjoni, inkluża dik tal-pedali, tikkorrispondi għal dik ta’ pjanijiet akustiċi. Bħala regola, dawn ikollhom amplifikaturi u loudspeakers inkorporati fihom.

9207 10 50

Sintesajżers

Sintesajżers huma differenti minn strumenti mużikali oħra tas-subintestatura 9207 10 minħabba li, apparti li jkollhom ħsejjes programmati minn qabel (jew “issettjati minn qabel”) li jistgħu wkoll jiġu modulati, jippermettu lil min idoqq jipprogramma l-ħsejjes tiegħu stess. Sintesajżers jista’ wkoll ikollhom komponenti elettroniċi oħra inkorporati bħal kampjunaturi, amplifikaturi, loudspeakers, sequencers, effett ta’ eku, effett ta’ flanger, effett ta’ distorsjoni u unitajiet għal effetti oħrajn, kif ukoll perkussjoni elettronika.

9207 10 80

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi tastieri mużikali li huma strumenti li jippermettu lil min idoqq juża ħsejjes programmati minn qabel (jew “issettjati minn qabel”) biss. Min idoqq ma jistax jiġġenera u jipprogramma l-ħsejjes tiegħu stess. Tastieri mużikali jista’ wkoll ikollhom amplifikaturi u loudspeakers inkorporati.

TAQSIMA XIX

ARMI U MUNIZZJON; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

KAPITOLU 93

ARMI U MUNIZZJON; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM



9305

Partijiet u aċċessorji ta’ oġġetti tal-intestaturi 9301 sa 9304

9305 91 00

Ta’ armi militari tal-intestatura 9301

Din is-subintestatura tkopri l-parts imsemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9305 , (1) sa (7), sakemm, skont it-tip u l-manifattura tagħhom, dawn mhumiex xierqa b’mod evidenti għal parts ta' armi tal-kaċċa, għall-isport, għall-isparar lejn bersall jew għal armi oħrajn tal-intestaturi 9302 00 00 , 9303 u 9304 00 00 .

9306

Bombi, granati, torpidows, mini, missili u munizzjonijiet simili tal-gwerra u partijiet tagħhom; skrataċ u munizzjon u projettili oħrajn u partijiet tagħhom, inklużi stopop tat-tiri u tal-iskrataċ

9306 21 00

Skrataċ

Skartoċċ jikkostitwixxi oġġett sħiħ magħmul minn projettili (tir jew balla) li jiġi sparat minn arma tan-nar, fejn il-qoxra jkun fiha l-karga splussiva, u l-bażi tal-metall ikun fiha l-kapsuli tad-detonazzjoni.

9306 30 10

Għal rivolvers u pistoli tal-intestatura 9302 u għal maxinganns ħfief tal- intestatura 9301

Skrataċ li jaqgħu f’din is-subintestatura u intiżi għal użu f’armi tan-nar għandhom il-karatteristika komuni li jkunu qosra u kumpatti.

Eżempji ta’ parts huma: qxur, kemm jekk jinkorporaw kapsula tal-perkussjoni jew le; bażijiet, tar-ram; balal. Parts mhux maħdumin jew iffurmati biss b’mod mhux irfinut jaqgħu wkoll f’din is-subintestatura.

9306 30 30

Għal armi militari

Din is-subintestatura tinkludi skrataċ għall-azzarini u għall-karabini (għajr skrataċ għall-prattika u simili, mingħajr karga ta’ porvli (subintestatura 9306 30 90 )), b’balla, inbjank, inċendjarji, li jippenetraw il-korazzi, eċċ.

TAQSIMA XX

OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI

KAPITOLU 94

GĦAMARA; FRIEX, IMTIERAĦ, IRFID GĦAL IMTIERAĦ, KUXXINI U TAGĦMIR (FURNISHING) SIMILI MIMLI; LAMPI U TAGĦMIR (FITTINGS) TAD-DAWL MHUX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BAND’OĦRA; SINJALI MDAWLIN, PJANĊI TAL-ISMIJIET IMDAWLIN U SIMILI; BINI PREFABBRIKAT

Ġenerali

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, it-terminu “għamara” jimplika li dawn il-prodotti ġeneralment huma ddisinjati biex jinżammu f’abitazzjonijiet privati jew ġonna eċċ. Ara wkoll id-definizzjoni tat-terminu “għamara” fin-Nota ta’ Spegazzjoni tas-SA tal-Kapitolu 94, Ġenerali, it-tieni paragrafu, (A).

Għalhekk, l-oġġetti li jintnefħu (bħal siġġijiet li jintnefħu, pultruni li jintnefħu eċċ.) li huma ġeneralment iddisinjati biex jinġarru u jittieħdu f’postijiet differenti (pereżempju, postijiet għall-ikkampjar, fejn il-baħar, eċċ.) u li huma maħsuba biex jintużaw hemm temporanjament, mhumiex għamara fis-sens tal-Kapitolu 94, iżda skont il-materjal kostitwenti tagħhom, oġġetti tal-ikkampjar tal-intestatura 6306 inkella oġġetti tal-Kapitoli 39 jew 40.

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tagħhom dawn il-prodotti li jintnefħu jiġu ttrasportati faċilment, għax huma ħfief u wkoll jintramaw u jiġu stivati faċilment u malajr.

Eżempji ta’ wħud minn dawn l-oġġetti li jintnefħu:

image

image

image



9401

Sits (seats)(ħlief dawk tal-intestatura 9402 ), kemm jekk jinbidlu f’sodod jew le, u partijiet tagħhom
Din l-intestatura tinkludi settijiet ta’ mejda u siġġijiet, li l-imwejjed tagħhom huma magħmulin għal finijet oħra għajr dak biex wieħed jiekol fuqhom waqt li jkun bilqiegħda fuq is-sits (siġġijiet, banketti, deckchairs, pultruni, sufani, eċċ.). Normalment dawn l-imwejjed ikunu żgħar wisq biex dak li jkun jużahom waqt li jkun qed jiekol u ġeneralment ikunu iżgħar mis-sits. Minħabba f’hekk, huma s-sits li jagħtu l-karattru essenzjali lis-settijiet fit-tifsira ta’ GIR 3(b). (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tal-intestatura 9403 ).
Eżempji ta’ settijiet koperti mill-intestatura 9401 : image image image

 

Għall-finijiet ta’ din l-intestatura, kull referenza għall-bambù tapplika biss għall-materjali veġetali tal-intestatura 1401 . Min-naħa l-oħra, għall-finijiet ta’ din l-intestatura, kull referenza għall-injam tapplika biss għall-pjanċi tal-bambù tal-intestatura 4412 . (Ara wkoll in-nota 1(b) u nota 6 tal-Kapitolu 44).

9401 10 00

Sits ( seats ) ta’ tip użat fuq inġenji tal-ajru

Sits ta’ din is-subintestatura s-soltu jkunu manifatturati minn materjali ħfief iżda reżistenti għall-użu (eż. duralumin).

F’ħafna każijiet dawn jistgħu jintgħarfu minn sits intiżi għall-mezzi oħra tat-trasport mid-differenzi fil-kostruzzjoni tagħhom (pożizzjoni aġġustabli, mezzi speċjali għall-iffissar ma’ soqfa jew ħitan, ċinturini tas-sikurezza jew postijiet maħsubin għall-installazzjoni tagħhom, eċċ.).

Sits li jisparaw 'il barra (ejector seats) għall-inġenji tal-ajru ma jitqisux bħala sits tal-intestatura 9401 u huma klassifikati bħala parts ta' inġenji tal-ajru (intestatura 8803 ).

9401 90 10

Ta’ sits ( seats ) ta’ tip użat fuq inġenji tal-ajru

Din is-subintestatura ma tkoprix attwaturi b’pożizzjonar u llokkjar idrawliku li jintuża għall-aġġustament tal-pożizzjoni ta’ sits għall-ekwipaġġ tal-inġenji tal-ajru (subintestatura 8412 21 20 jew 8412 21 80 ).

9403

Għamara oħra u partijiet tagħha
Imwejjed magħmula minn materjali differenti huma klassifikati skond il-materjal li minnu hu magħmul is-support (saqajn u qafas), għajr meta, b'applikazzjoni tar-Regola Ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-materjal li minnu hu magħmul il-wiċċ jagħti l-karattru meħtieġ lill-mejda, pereżempju billi jkun ta' valur ogħla (dan jista' jkun il-każ jekk il-wiċċ ikun magħmul minn metall prezzjuż, ħġieġ, irħam, injam rari.).
Din l-intestatura tinkludi settijiet ta’ mejda u siġġijiet, li l-imwejjed tagħhom huma magħmulin biex wieħed jiekol fuqhom (“imwejjed tal-ikel”) waqt li jkun bilqiegħda fuq is-sits (siġġijiet, banketti, deck-chairs, pultruni, sufani eċċ.). Dawn is-settijiet huma kklassifikati fit-tifsira ta’ GIR 3(c), għaliex la l-mejda u lanqas is-siġġijiet ma jistgħu jitqiesu li huma aktar essenzjali minn xulxin għas-set fit-tifsira ta’ GIR 3(b). (Ara wkoll l-Opinjoni tal-Klassifikazzjoni tal-Istandards Armonizzati tas-subintestatura 9403 60 u n-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tal-intestatura 9401 ).
Eżempji ta’ settijiet koperti mill-intestatura 9403 : image image image

 

Din l-intestatura tinkludi wkoll kubi għall-ħżin magħmula minn diversi materjali, pereżempju, tal-injam jew tal-kartun, li jistgħu jkunu miksija, pereżempju, b’imitazzjoni tal-ġilda jew materjali tessili, sew jekk jistgħu jintwew kif ukoll jekk le, b’għatu. Huma ddiżinjati biex jitqiegħdu mal-art, biex jiġu stivati l-oġġetti fihom u biex jintużaw bħala post fejn tpoġġi bilqiegħda.
Eżempji: image

 

Din l-intestatura ma tinkludix il-basktijiet u l-boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil. Għall-finijiet tal-Kapitolu 94, it-terminu “għamara” jfisser kull oġġett “mobbli” (li mhux inkluż taħt intestatura oħra aktar speċifika tan-Nomenklatura), li jinħoloq biex jitqiegħed fl-art u li jintuża l-aktar għal finijiet utilitarji fil-binjiet privati, lukandi, teatri, eċċ.
Il-basktijiet u l-boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil huma klassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom. Pereżempju, il-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil magħmulin mill-ħadid jew mill-azzar huma klassifikati bħala oġġetti oħrajn tad-dar taħt l-intestatura 7323 (li tinkludi l-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil, ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 7323 (A) (3)), u l-basktijiet tal-ħwejjeġ għall-ħasil bi drappijiet tad-dafar huma klassifikati taħt l-intestatura 4602 (li tinkludi l-basktijiet ta‘ kull tip, ara l-NSSA tal-intestatura 4602 (1)).
Eżempji ta’ basktijiet u boroż tal-ħwejjeġ għall-ħasil li huma klassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom: image

 

In-Nota ta’ Spjega għall-intestatura 9401 dwar ir-referenzi għall-“bambù” u għall-“injam” tapplika mutatismutandis.

 

Din l-intestatura ma tinkludix “skrins ta” informazzjoni’ bħal “avviżieri għal barra” u “avviżieri li jitremblu”.
Dawn għandhom jiġu kklassifikati f’intestaturi oħra tan-Nomenklatura fejn jiġu inklużi aktar speċifikament (pereżempju, l-avviżieri għal barra mal-uċuħ għall-kitba jew għad-disinjar li jikkorrispondu għall-prodotti tal-intestatura 9610 ) jew skont il-materjal li huma magħmulin minnu:
(a)  taħt intestatura li tkopri speċifikament dawn l-oġġetti (pereżempju, il-pjanċi ta’ metall ta’ valur baxx li jikkorrispondu għall-prodotti tal-intestatura 8310 huma kklassifikati taħt din l-intestatura), jew
(b)  taħt intestatura li tkopri diversi oġġetti ta’ dan il-materjal (pereżempju l-intestaura 3926 jew l-intestatura 7616 ).
Eżempju ta’ avviżiera għal barra li jrid jiġi kklassifikat fl-intestaura 9610 : image
Avviżiera għal barra b’wiċċ tal-blekbord.
Eżempju ta’ avviżiera għal barra li jrid jiġi kklassifikat fl-intestaura 8310 : image
Avviżiera għal barra magħmul biss minn metall ta’ valur baxx.
Eżempji ta’ “avviżieri għal barra” li għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal li huma magħmulin minnu, taħt intestatura li tkopri diversi oġġetti ta’ dan il-materjal: image

9404

Irfid għal imtieraħ; oġġetti ta’ friex u tagħmir ( furnishing ) simili (pereżempju, imtieraħ, kwilts, kutri mimlijin bir-rix tal-edredun, kuxxini, pouffes u mħaded) iffittjati b’molol jew mimlijin jew iffittjati minn ġewwa bi kwalunkwe materjal jew tal-lastiku jew plastiks ċellulari, kemm jekk miksijin jew le

9404 10 00

Irfid għal imtieraħ

Ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9404 , (A).

9404 90 10 u 9404 90 90

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu l-oġġetti elenkati fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9404 , (B), (2).

Dawn is-subintestaturi jkopru wkoll kuxxini interni msaħħnin bl-elettriku mgħammrin bi plastik jew fowm espanduti, lastiku sponża, suf tat-tajjar, feltru jew flanella.

9405

Lampi u tagħmir ( fittings ) tad-dawl inklużi serċlajts u spotlajts u partijiet tagħhom, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra; sinjali mdawwlin, pjanċi tal-ismijiet imdawwlin u simili, li għandhom sors ta’ dawl imwaħħal b’mod fiss, u partijiet tagħhom mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra

9405 40 10

Serċlajts u spotlajts

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9405 , (I), it-tielet u r-raba’ paragrafi.

9405 50 00

Bozoz u tagħmir ( fittings ) tad-dawl mhux tal-elettriku
Ara wkoll in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9405 , il-partijiet (I) (5) u (I)(6).
Din is-subintestatura tinkludi l-fanali ta’ kwalunkwe materjal (ħlief dawk il-materjali msemmija fin-Nota 1 tal-Kapitolu 71) kemm jekk dawn ikollhom muntaġġ jew tagħmir speċifiku għaż-żamma ta’ xemgħa jew ta’ xemgħa żgħira tat-tip tea light, kemm jekk le. Dawn is-soltu jkollhom toqob għall-ventilazzjoni fin-naħa ta’ fuq u “fetħa” li fiha tista’ titqiegħed ix-xemgħa.
Din is-subintestatura tinkludi wkoll kandelabri (ara l-figuri 1 u 2), gandlieri (ara l-figuri 3 u 4) u gandlieri tal-ħajt (ara l-figura 5), inklużi l-kandelabri, il-gandlieri u l-gandlieri tal-ħajt għax-xemgħat żgħar tat-tip tea-light. Madankollu, l-hekk imsejħa “tea light holders”, magħmula minn diversi materjali (ħġieġ, ċeramika, injam, plastik, eċċ.), fil-forma ta’ kontenituri ta’ diversi għamliet, mingħajr ebda muntaġġ jew tagħmir speċifiku biex fihom toqgħod xemgħa jew xemgħa żgħira tat-tip tea light f’pożizzjoni fissa, huma esklużi minn din is-subintestatura u jridu jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom (ara l-figuri 6 sa 12). Il-fatt li xemgħa jew xemgħa żgħira tat-tip tea light tista’ titqiegħed issikkata f’daħla tal-kontenitur mhuwiex biżżejjed biex dan jiġi kklassifikat f'din is-subintestatura (ara wkoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2002 (1)u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2011 (2))).
Eżempji ta’ prodotti tas- subintestatura 9405 50 00 :
Figura 1 image
Figura 2 image
Figura 3 image
Figura 4 image
Figura 5 image
Eżempju ta’ prodotti li jridu jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom:
Figura 6 image
Figura 7 image
Figura 8 image
Figura 9 image
Figura 10 image
Figura 11 image
Figura 12 image

9406

Bini prefabbrikat
Din l-intestatura tinkludi “poly-tunnels”, magħmula minn elementi tal-bini (tipikament tubi tal-azzar jew tal-aluminju), ħitan u saqaf (tipikament tal-plastik jew tal-ħġieġ), użati fl-ortikultura, biex jitkabbru x-xtieli fihom, imħarsa mill-elementi. Huma ddiżinjati għal użu fit-tul fuq barra, huma ta’ kostruzzjoni stabbli u jifilħu għal kull xorta ta’ temp. Huma kbar biżżejjed biex persuna tkun tista’ tidħol fihom. Jistgħu wkoll ikunu ddiżinjati biex jiġu mgħammra b’karatteristiċi addizzjonali, bħat-tisħin jew l-arja kkundizzjonata.
Madankolu, il-“poly-tunnels” li jintużaw fl-ortikultura li m’għandhomx il-karattru ta’ binja prefabbrikata (eż. il-kostruzzjoni mhix ta’ natura stabbli, huma ddiżinjati għall-użu temporanju, jistgħu jiżżarmaw u jiġu mċaqilqa faċilment) għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tal-elementi tal-bini tagħhom (tipikament tubi tal-azzar jew tal-aluminju) li lill-oġġett jagħtuh il-karattru essenzjali tiegħu skont it-tifsira tar-regola ġenerali 3 (b).
Eżempji ta’ prodotti koperti mill-intestatura 9406 : image
Immaġni Nru 1 image
Immaġni Nru 2
Eżempji ta’ prodotti li għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tal-elementi tal-bini tagħhom (tubi): image
Immaġni Nru 3 image
Immaġni Nru 4 image
Immaġni Nru 5

9406 90 10

Djar mobbli

Id-djar mobbli jkollhom, pereżempju, l-karatteristiċi li ġejjin:

— is-superfiċje ta’ barra tista’ tikkonsisti f’materjali differenti (eż. injam, plastik, aluminju, eċċ.),

— ġeneralment ikollhom għoli ta’ 7 sa 11-il m, wisa’ minn 3 sa 4 m, għoli minn 3 sa 4 m u piż minn 1 sa 4,5 t,

— jistgħu jkollhom saqaf imżerżaq fuq iż-żewġ naħat,

— il-ġewwieni tagħhom ikun kompletament mgħammar għal ħtiġijiet residenzjali,

— jistgħu jkollhom fus singlu jew doppju fin-nofs, mgħammar b’roti ta’ dimensjoni żgħira u tow bar li tippermetti biss ċaqliq għal distanza żgħira fil-post fejn jitwaqqfu,

— it-trasport fuq toroq pubbliċi jsir permezz ta’ ġarr fuq trejlers jew trakkijiet minħabba li d-djar mobbli la huma mgħammrin bi dwal għal sinjali elettriċi u lanqas għandhom sistema ta’ bbrejkjar u għalhekk ma jistgħux ikunu reġistrati għall-użu fit-toroq pubbliċi.

(1)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2002 tal-25 ta’ Jannar 2002 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 24, 26.1.2002, p. 11).

(2)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2011 tat-2 ta’ Awwissu 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 201, 4.8.2011, p. 6).

KAPITOLU 95

ĠUGARELLI, LOGĦOB U REKWIŻITI TAL-ISPORTS; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM



Nota 4

Kombinamenti li għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9503 bis-saħħa ta' din in-nota jikkonsistu minn artikolu wieħed jew aktar tal-intestatura 9503 ikkombinati ma' komponent wieħed jew aktar minn intestaturi oħra li jkunu tqiegħdu flimkien għall-bejgħ bl-imnut u l-kombinamenti ikollhom il-karattru essenzjali ta' ġugarelli.

Kombinamenti bħal dawn jieħdu l-karattru essenzjali ta' ġugarelli mhux biss mill-imballaġġ tagħhom iżda wkoll mill-importanza, il-valur u l-użu tal-komponenti tagħhom.

Il-klassifikazzjoni ta' kombinamenti bħal dawn fis-subintestatura relevanti hija determinata mill-komponenti tal-intestatura 9503 li hemm fil-kombinament; il-komponenti l-oħra ma jitqisux.

Pereżempju:

— pupa tal-plastik li tkun mimlija bil-ħelu għandha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 9503 00 21 ,

— figurin li jirrappreżenta buffu, tinda taċ-ċirklu, annimali tal-logħob u anella taċ-ċwievet għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 9503 00 70 bħala sett ta’ ġugarelli li jikkonsisti minn figurin, tinda u annimali tal-logħob.



9503 00

Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karrozzelli tal-pupi; pupi; ġugarelli oħra; mudelli f’qies imċekken (“skala”) u mudelli ta’ rikreazzjoni simili, jaħdmu jew le; logħob ta’ taħbil il-moħħ ta’ kull tip

Għandha ssir distinzjoni bejn il-ġugarelli li jirrappreżentaw bnedmin u l-ġugarelli li jirrappreżentaw annimali jew kreaturi mhux umani, l-ebda kunsiderazzjoni m’għandha tittieħed ta:

— lewnhom (pereżempju, ġilda ta’ kulur vjola jew aħdar tagħtihomx il-karattru ta’ kreaturi mhux umani), u

— l-isfond tal-karattri rappreżentat minnhom jew il-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom (pereżempju, il-post fejn twieldu jew il-kapaċità li jtiru).

Meta ġugarell jilbes maskra (sew jekk ikollha, pereżempju, widnejn ta’ annimal jew le) li tħalli partijiet kbar jew li jintgħarfu tal-wiċċ uman li jkun viżibbli jew identifikabbli, jew jekk il-maskra tista’ titneħħa u jinkixfu karatteristiċi umanojdi, dan għandu jitqies bħala ġugarell li jirrappreżenta bniedem.

Din l-intestatura tinkludi:

1.  oġġetti li jintnefħu, f'forom u daqsijiet differenti, intiżi għal-logħob fl-ilma, bħal tajers għal mal-qadd, forom ta' annimali eċċ, imżejna jew le, kemm jekk iddisinjati biex tpoġġi bilqiegħda fihom jew fuqhom kif ukoll, jekk le,

2.  dgħajjes li jintnefħu maħsubin biex jilagħbu fihom it-tfal,

3.  ħelikopters multirotor (l-hekk imsejħa “drones”) ta' daqsijiet differenti. Wieħed jiddistingwi bejn dawn u l-oġġetti tat-titolu 8802 pereżempju minħabba l-ħeffa fil-piż tagħhom, u minħabba l-għoli, id-distanza jew il-ħin limitat tat-titjir, il-veloċità massima tagħhom, il-fatt li mhumiex kapaċi jtiru b’mod awtonomu, u l-fatt li mhumiex kapaċi jerfgħu tagħbija jew merkanzija.

Dawn jiġu kkontrollati mill-bogħod faċilment u mhumiex mgħammra b’apparat elettroniku sofistikat (eż. Sistemi ta’ lokalizzazzjoni bis-satellita (GPS), rekwiżiti għal titjiriet billejl/viżibbiltà billejl).

Din l-intestatura ma tinkludix:

(a)  ċrieki għal mal-idejn, ċrieki għal mal-għonq, ċintorini jew oġġetti simili li jintnefħu, mhux mibnija għal finijiet ta' sigurtà jew salvataġġ, li jżommu persuna f'wiċċ l-ilma, pereżempju waqt li qed titgħallem tgħum (intestatura 9506 );

(b)  saqqijiet li jintnefħu (materjal kostitwenti),

(ċ)  oġġetti li, minħabba d-disinn tagħhom, maħsuba esklussivament għall-annimali (ġrieden tad-drapp li jkun fihom il-kalaminta, żraben magħmula mill-ġild tal-buflu “biex jintmagħdu”, għadam tal-plastik).

Ara n-nota 5 ta' dan il-kapitlu.

(d)  kombinamenti komposti minn keyring u ġugarell, li huma magħqudin b’mod li jiffaċilita l-immaniġġjar taċ-ċwievet mehmuża (pereżempju, katina jew klipep li jduru (swivel clips)), u li, skont il-qies/in-natura u d-disinn tagħhom, huma prinċipalment maħsuba biex iżommu ċ-ċwievet u li normalment jinġarru fil-but jew fil-handbag (ġeneralment, ikklassifikat skont il-materjal kostitwenti tal-keyring).

9503 00 10

Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karrozzelli tal-pupi

Din is-subintestatura tinkludi ġugarelli bir-roti li jaħdmu b’magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni, iddisinjati biex jintrikbu mit-tfal, hekk imsejħin “Quads”, sakemm il-limiti li ġejjin ma jinqabżux:

— veloċita’ li ma taqbiżx l-20 km/h,

— piż nett li ma jaqbiżx il-50 kg,

— ċilindrata li ma taqbiżx id-49 cm3,

— trażmissjoni b'ger wieħed,

— sistema ta’ bbrejkjar waħda fuq ir-roti ta’ wara

Bil-kontra ta’ ħafna mill-ġugarelli bir-roti klassifikati f'din is-subintestatura “quad” huwa ddiżinjat biex jintuża fl-imħarbat.

Kull meta wieħed minn dawn il-kriterji ma jintlaħaqx, il-“quads” għandhom ikunu klassifikati fl-intestatura 8703 .

Din is-subintestatura tinkludi wkoll skuters mgħammra b'mutur awżiljari, bil-kundizzjoni li l-limiti li ġejjin ma jinqabżux:

— veloċità li ma taqbiżx l-20 km fis-siegħa,

— piż nett li ma jaqbiżx it-12 kg,

— trażmissjoni b'ger wieħed,

— sistema ta’ bbrejkjar waħda fuq ir-roti ta’ wara, attivata bis-saqajn jew bl-idejn.

Jekk xi wieħed minn dawn il-kriterji ma jkunx issodisfat, l-iskuters mgħammra b’mutur awżiljarju jridu jiġu klassifikati taħt l-intestatura 8711 .

9503 00 21

Pupi

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9503 , (C) l-ewwel żewġ paragrafi.

Ara wkoll in-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestaturi 9503 00 81 sa 9503 00 99 .

Din is-subintestatura tinkludi, bl-applikazzjoni tar-regola ġenerali interpretattiva 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, pupi mhux assemblati, inkella pupi żarmati.

9503 00 29

Partijiet u aċċessorji

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9503 , (C) it-tielet paragrafu.

9503 00 35 u 9503 00 39

Settijiet oħrajn ta’ kostruzzjoni u ġugarelli ta’ kostruzzjoni

Dawn is-subintestaturi jinkludu settijiet tal-kostruzzjoni u ġugarelli tal-kostruzzjoni għajr kittijiet għall-assemblaġġ ta’ mudelli ta’ daqs imnaqqas (“skala”), li għandhom il-karattru ta’ ġugarelli. Oġġetti bħal dawn għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

— jikkonsistu f’żewġ komponenti individwali jew aktar miġburin flimkien f’pakkett;

— il-komponenti individwali jikkumplimentaw lil xulxin u m’humiex tajbin biex wieħed jilgħab bihom waħedhom. Ma' dawn is-settijiet tal-kostruzzjoni jistgħu jiġu pprovduti struzzjonijiet għall-assemblaġġ.

9503 00 41 u 9503 00 49

Ġugarelli li jirrapreżentaw annimali jew ħlejjaq mhux-umani

Dawn is-subintestaturi jinkludu, bl-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali Interpretattiva 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, ġugarelli mhux assemblati inkella ġugarelli żarmati li jirrapreżentaw annimali jew ħlejjaq mhux umani.

9503 00 70

Ġugarelli oħrajn, ippreżentati f’settijiet jew f’tagħmir

“Settijiet” f'din is-subintestatura jikkonsistu f'żewġ tipi differenti ta' oġġetti jew iktar (prinċipalment għad-divertiment), imqiegħda fl-istess pakkett għall-bejgħ bl-imnut mingħajr ma jerġgħu jiġu ppakkjati.

Oġġetti tal-istess subintestatura, eskluż dawk li huma koperti bis-subintestatura 9503 00 95 jew 9503 00 99 (ladarba dawn is-subintestaturi jistgħu jinkludi oġġetti mixellanji ta’ tipi differenti), m’għandhomx ikunu ikkunsidrati oġġetti ta' tipi differenti.

Apparti dawk l-oġġetti li jiffurmaw sett, aċċessorji sempliċi jew oġġetti ta’ importanza minuri maħsuba biex jiġu użati mal-oġġetti (pereżempju, karrotta tal-plastik jew xkupilja għal animali tal-logħob) jistgħu jkunu preżenti.

Skont in-nota 4 tal-Kapitolu 95, din is-subintestatura tinkludi settijiet intiżi għad-divertiment tat-tfal, li jikkonsistu f’oġġetti tal-intestatura 9503 flimkien ma oġġett jew iktar li, jekk preżentati weħedhom, ikunu kklassifikati taħt intestaturi oħrajn, sakemm il-kombinamenti jkollhom essenzjalment il-karattru ta’ ġugarell. Eżempji huma:

— settijiet li jikkonsistu f’ġugarelli f’għamla ta’ forom għall-injezzjoni u forom għall-pastes għall-immudellar flimkien ma oġġetti oħra bħall tubi jew blokok taż-żebgħa, pastes għall-immudellar, lapsijiet u ġibs,

— settijiet kożmetiċi għat-tfal li fihom oġġetti tal-intestatura 9503 flimkien ma preparati tal-intestatura 3304 .

Madanakollu, settijiet kożmetiċi għat-tfal li fihom preparati tal-intestatura 3304 li ma fihomx oġġetti mill-intestatura 9503 huma esklużi (intestatura 3304 ).

“Kostum” f’din is-subintestatura jikkonsisti f’żewġ oġġetti differenti jew iktar imqiegħda fl-istess pakkett għall-bejgħ bl-imnut mingħajr ma jerġgħu jiġu ppakjati, u huma speċifiċi għal tip partikolari ta’ rikreazzjoni, xogħol, persuna jew professjoni, bħall ġugarelli ta' struzzjoni u edukattivi.

9503 00 75 u 9503 00 79

Ġugarelli u mudelli oħrajn, li fihom mutur

Għall-finijiet ta’ dawn is-subintestatura, it-terminu “mutur” jfisser kwalunkwe mutur jew magna tal-intestatura 8406 sa 8408 , 8410 sa 8412 jew 8501 , pereżempju, magni u muturi b’saħħa pnewmatika, flywheels, magni li jaħdmu permezz ta’ molla jew li jaħdmu permezz ta’ piż.

9503 00 81 sa 9503 00 99

Oħrajn

Dawn is-subintestaturi jinkludu figurini umanojdi, eż., fil-forma ta’ karattri minn films, ħrejjef, kotba tal-komiks, Indjani, astronawti jew suldati, li m’għandhomx partijiet jiċċaqalqu u li m’għandhomx ħwejjeġ jinqalgħu, fissi fuq pjanċa bażi, pedestall jew bażi simili, li tippermetti l-figurini jżommu l-pożizzjoni tagħhom mingħajr ebda support.

Figurini bħal dawn spiss jiffurmaw parti minn serje ta’ kollezzjoni. Minħabba li huma żgħar, ħfief u magħmulin b’mod robust, madanakollu, is-soltu jintużaw mit-tfal bħala ġugarelli. Il-funzjoni rikrejattiva tagħhom għalhekk taqbeż il-valur ornamentali tagħhom.

Dawn is-subintestaturi jinkludu, bl-applikazzjoni tar-regola interpretattiva ġenerali 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, figurini umanojdi mhux assemblati inkella żarmati (suldati tal-landa u simili).

9503 00 87

Apparati elettroniċi portabbli interattivi għall-edukazzjoni primarjament iddisinjati għat-tfal

Din is-subintestatura tinkludi apparat portabbli (li ma jiżinx aktar minn 10 kg) li ġeneralment ikun iddisinjat b’tali mod li jixbah l-hekk imsejħa laptops, tablets, smartphones u oġġetti simili. B’mod partikolari, dawn huma maħsuba biex jintużaw mit-tfal għal attivitajiet li fihom jitgħallmu permezz tal-logħob minħabba d-disinn u l-użu sempliċi tagħhom.

Dawn l-apparati jappoġġaw it-tagħlim permezz tal-interazzjoni bejn it-tifel jew it-tifla u l-apparat stess. It-tifel jew it-tifla jkunu jistgħu jagħżlu bejn id-diversi għażliet ta’ input ibbażati fuq għadd differenti ta’ suġġetti, temi, eċċ. L-appparati kapaċi jwieġbu għal dawn l-inputs u jipprovdu feedback abbażi ta’ informazzjoni programmata minn qabel. Għalhekk, it-tifel jew it-tifla jkunu jistgħu jivvalutaw il-livell ta’ suċċess tagħhom stess u jitgħallmu mill-esperjenza.

9504

Pannelli għall-kontroll (consoles) ta' logħob tal-vidjow, oġġetti għal fieri, logħob tal-mejda jew tas-salott, inklużi mwejjed tal- pinball , biljards, imwejjed speċjali għal logħob tal-każino u tagħmir awtomatiklu tal-korsija tal-brilli ( bowling )

9504 90 10

Settijiet ta’ karozzi tat-tlielaq tal-elettriku, li għandhom ix-xeħta ta’ logħob kompetittiv

Il-prodotti ta’ din is-subintestatura jinkludu tracks li fihom żewġ korsiji jew aktar għal tlielaq simultanji ta’ żewġ karozzi jew aktar.

9505

Oġġetti festivi, tal-karnival jew divertiment ieħor, inklużi logħob tal- bużullotti u ċajt ta’ innovazzjoni ( novelty jokes )

Apparti n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9505 , (A), biex ikunu kklassifikati bħala oġġetti festivi, il-prodotti jridu jkunu ta' valur dekorattiv (disinn u ornament) u ddisinjati, manifatturati u rikonoxxuti esklussivament bħala oġġetti festivi. Dawn il-prodotti jintużaw matul ġurnata jew perjodu speċifiku matul is-sena.

Dawn il-prodotti, huma intenzjonati biex jintużaw għal festività speċifika skond il-kostruzzjoni u d-disinn tagħhom (l-istampar, l-ornamenti, is-simboli jew l-iskrizzjonijiet).

"Festività” hija ġurnata jew perjodu speċfiku matul is-sena li tkun distinta minn komunità permezz ta' simboli karatteristiċi u użanzi assoċjati. Xi wħud minn dawn il-festi bdew fl-antikità bl-osservanza ritwali ta' avvenimenti reliġjużi speċifiċi; oħrajn ikunu ċċelebrati bil-kbir u huma importanti fil-ħajja nazzjonali. Eżempji ta' avvenimenti bħal dawn huma l-Milied, l-Għid, Halloween,San Valentinu, għeluq is-snin u tiġijiet.

Il-prodotti li ġejjin jitqiesu bħala oġġetti festivi wkoll:

— figurini mżejna b'kostumi festivi, li jirrapreżentaw temi staġjonali jew li jkunu involuti f'attivitajiet staġjonali;

— qargħa ħamra aħmar artifiċjali għall-Halloween (sew jekk b'wiċċ jitbissem kif ukoll jekk le);

— oġġetti li tradizzjonalment jintużaw fil-festi tal-Għid (pereżempju, bajd tal-Għid (li ma jintużax għal finijiet ta' ppakkjar), flieles sofor tal-Għid u fniek tal-Għid) artifiċjali;

— tiżjin tal-karti stampati, assoċjati ma' festività partikolari, li jitqiegħed madwar il-kejkijiet;

— oġġetti taċ-ċeramika li jkollhom disinni festivi u funzjonijiet dekorattivi.

Oġġetti b'funzjonijiet utilitarji huma esklużi, anke jekk għandhom id-disinn jew it-tiżjin ornamentali xieraq għal festività speċifika.

Din l-intestatura ma tinkludix:

(a)  ġugarelli, li jinkludu annimali mimlijin u logħob;

(b)  kalamiti permanenti mżejnin ('l hekk imsejħa “kalamiti tal-friġġ”);

(ċ)  gwarniċi għar-ritratti;

(d)  bajd artifiċjali tal-Għid li jintuża għal finijiet ta' ppakkjar;

(e)  statwi ta' anġli;

(f)  tiżjin f'forma ta' mudell (pereżempju fl-għamla ta' handbag jew qanpiena) li jintuża biex fih ikunu ppakkjati ċikkulata jew ħelu;

(g)  kontenituri u kaxxi (per eżempju fl-għamla ta' siġra tal-Milied jew Father Christmas);

(h)  gandlieri b'tiżjin festiv;

(ij)  oġġetti taċ-ċeramika li jkollhom disinni festivi u funzjonijiet utilitarji;

(k)  tvalji,għata għall-imwejjedu srievet b'tiżjin festiv;

(l)  ħwejjeġ u kostumi.

9506

Oġġetti u tagħmir għal eżerċizzju fiżiku ġenerali, ġinnastika, atletika, sports ieħor (inkluż tejbiltenis) jew logħob ta’ barra, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitolu; pixxini għall-għawmu pixxini għall- għawm mhux fondi ( paddling pools )
Din l-intestatura ma tinkludix ċineg tal-lasktu għar-resistenza, ċineg tal-lasktu għall-forma fiżika jew prodotti simili mingħajr manku. Ġeneralment jiġu ppakkjati b’mod individwali jew f’pakketti ta’ tnejn jew aktar għall-bejgħ bl-imnut. Dawn jiġu f’kuluri u daqsijiet differenti u fuqhom jista’ jkollhom xi stampar. Skont il-karatteristiċi oġġettivi tagħhom, dawn iċ-ċineg mhumiex identifikabbli bħala oġġetti għall-eżerċizzju fiżiku ġenerali. Għalhekk, għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal li huma magħmulin minnu, pereżempju fl-intestatura 4008 bħala “vireg ta” gomma mhux ċellulari’ (ara wkoll in-Nota 1 u n-Nota 9 tal-Kapitolu 40). image

9506 11 10

Skis għall- cross - sountry

Il-prodotti ta’ din is-subintestatura huma ħfief ħafna u idjeq minn skis għal niżliet.

9506 11 80

Skis oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi skis għal ski-jumpers. Dawn huma itwal b’mod konsiderevoli. u usa minn skis tas-silġ ordinarji. Il-wiċċ li m’għandu l-ebda truf, għandu diversi kanali maqtugħin fih.

9506 29 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi ċrieki għal mal-idejn, ċrieki għal mal-għonq, ċintorini jew oġġetti simili li jintnefħu, mhux mibnija għal finijiet ta’ sigurta’ jew salvataġġ, li jżommu persuna f’wiċċ l-ilma waqt li tkun qed titgħallem tgħum.

Din is-subintestatura ma tinkludix:

(a)  ċintorini tas-sigurta’ u ġkieket tas-salvataġġ (materjal kostitwenti),

(b)  oġġetti li jintnefħu magħmulin għal-logħob (intestatura 9503 ).

9506 31 00

Stikek, kompluti

Il-mazez tal-golf għandhom virga tal-azzar, tal-aluminju jew tal-fibra tal-karbonju, b'maqbad tal-ġilda jew lastiku fuq tarf wieħed u, fuq l-ieħor, ir-ras tal-azzar jew tal-injam. L-irjus varji għandhom inklinazzjoni differenti biex jipproduċu trajettorja differenti.

9506 32 00

Blalen

-blalen tal-golf għandhom kanali emisferiċi biex il-ballun ikun jista' jżomm it-trajettorja. Il-blalen ta’ kompetizzjoni jkollhom piż massimu ta’ 45.93 g u dijametru ta’ mill-inqas 42.67 mm.

9506 40 00

Oġġetti u tagħmir għat-tejbiltenis

Il-blalen tat-table tennis, li huma sferiċi, huma magħmulin minn ċellulojde jew materjal simili, jiżnu 2,7 g u għandhom dijametru ta’ 40 mm u ċirkonferenza ta’ madwar 12,6 cm.

Ix-xbieki tat-table tennis ikunu 15,25 cm għoljin u 183 cm wiesgħa.

9506 59 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi rakketti tal-badminton li huma iżgħar u eħfef minn rakketti tat-tennis; huma għandhom vireg irqaq u huma flessibli ħafna.

Din is-subintestatura tinkludi wkoll rakketti tal-isquash.

9506 61 00

Blalen tal- lawn-tennis

Il-blalen tal-lawn-tennis, li huma ta’ lastiku miksi bil-feltru, m'għandhomx ħjata. Għandhom dijametru ta’ bejn 6.35 cm u 7.30 cm. Għandhom piż minimu ta’ 56.00 g u piż massimu ta’ 59.40 g.

9506 62 00

Li jintefħu

Din is-subintestatura tinkludi wkoll blalen tal-ġinnastika li jintnefħu intiżi għall-eżerċizzju fiżiku ġenerali.

9506 69 10

Blalen tal-krikit u tal-pulu

Il-blalen tal-cricket jikkonsistu f'casing tal-ġilda li fiha stoppa, serratura u sufra kompressata. Huma għandhom ċirkonferenza ta' bejn 20,50 u 22,90 cm. Jiżnu bejn 133 sa 163 g.

Il-blalen tal-polo huma magħmulin minn injam, bambù jew plastik; għandhom dijametru ta’ bejn 76 u 89 cm u jiżnu bejn 120 u 135 g.

9506 69 90

Oħrajn
Din is-subintestatura tinkludi “blalen tal-ħeffa tal-id (juggling balls)” ta’ kull daqs, disinn u piż, sew għat-tfal kif ukoll għall-adulti.
Din is-subintestatura tinkludi wkoll l-hekk imsejħa “blalen ta' kontra l-istress”, li għandhom il-forma ta' ballun u jistgħu jiżżejnu b'diversi modi. Is-soltu dawn ikunu magħmula mill-plastik jew mil-lastiku u huma intenzjonati li joqogħdu jitgħaffġu fl-idejn. image image image
Madankollu, “oġġetti ta' kontra l-istress” oħra intenzjonati li joqogħdu jitħaddmu fl-idejn, iżda li ma jkunux fil-forma ta' ballum, huma kklassifikati fl-intestatura 9503 . image image image image

9506 70 10

Skejz tas-silg

Din is-subintestatura tinkludi bwiez għall-iskezjar, fejn il-pattini jkunu mwaħlin magħhom.

9506 70 30

Skejz bir-roti

Din is-subintestatura tinkludi wkoll bwiez għall-iskejzjar li magħhom ikunu mqabbid ir-roti.

9506 91 10

Apparat ta’ eżerċizzju b’mekkaniżmi ta’ reżistenza aġġustabbli

Din is-subintestatura tjkopri apparat għall-eżerċizzju bħal, pereżempju, magni għall-qdif, roti ergometriċi, stepper u treadmills, li jistgħu jkunu aġġustati permezz ta’ mekkaniżmu skond l-isforz li min ser jużaha jixtieq jagħmel.

9506 99 10

Tagħmir ta’ krikit u pulu, ħlief blalen

Dini s-subintestatura tinkludi pali tal-cricket (ta’ injam iebes, b’wisa’ massimu ta’ 10,8 cm u tul massimu ta’ 96,5 cm) u mazez tal-polo.

9506 99 90

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi “frisbees” kemm jekk għal użu minn tfal kif ukoll minn adulti.

9507

Qasab tas-sajd, snanar u tagħmir ieħor tas-sajd bil-lenza; xbieki biex jittella’ l-ħut, xbieki għall-friefet u xbieki simili; “għasafar” tan-nasba (ħlief dawk tal-intestatura 9208 jew 9705 ) u rekwiżiti simili tal-kaċċa jew tal-isparar.

9507 10 00

Qasab tas-sajd

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9507 , (3).

9507 90 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi:

1.  xbieki biex jittella’ l-ħut, xbieki għall-friefet u xbieki simili msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9507 , (2);

2.  apparat ieħor għas-sajd (għajr qasab) imsemmi fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9507 , (3);

3.  ħajjara għal ikkaċċjar u sparar u rekwiżiti msemmijin fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9507 , (4).

KAPITOLU 96

OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI



9601

Avorju, għadam, qoxra tal-fekruna, qrun, qrun imsaġġrin, qroll, madreperla u materjal ieħor ta’ annimali għall-intaljar maħdum, u oġġetti ta’ dawn il-materjali (inklużi oġġetti magħmulin bil-forma)

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9601 , it-tieni paragrafu.

9602 00 00

Materjal veġetali jew minerali għall-intaljar maħdum u oġġetti ta’ dawn il- materjali; oġġetti ffurmati jew intaljati ta’ xemgħa, ta’ stearina, ta’ gomom naturali jew ta’ reżini naturali jew ta’ pasti tal-immudellar, u oġġetti ffurmati jew intaljati oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra; ġelatina maħduma, mhux imwebbsa (ħlief ġelatina tal-intestatura 3503 ) u oġġetti tal-ġelatina mhux imwebbsa

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9601 , tieni paragrafu, li tapplika, mutatis mutandis.

Meerschaum agglomerat u ambra agglomerata ppreżentati fil-forma ta’ pjanċi, vireg, stikek u forom simili, mhux maħdumin aktar milli sempliċiment iffurmata, jaqgħu fl-intestatura 2530 .

9603

Xkupi, xkupilji/pniezel (inklużi xkupilji li jagħmlu parti minn magni, tagħmir jew vetturi), tagħmir mekkaniku biex jiknes l-art imħaddem bl- idejn, mhux motorizzat, moppijiet u xkupilji tar-rix għat-tfarfir; għoqod u trofof tax-xagħar ippreparati għall-manifattura ta’ xkupi jew xkupilji/ pniezel; kuxxinnetti u rombli għaż-żebgħa; squeegees (ħlief squeegees bir- romblu)

9603 10 00

Xkupi u xkupilji, magħmulin minn friegħi żgħar jew minn materjali veġetali oħrajn marbutin flimkien, b’manki jew mingħajrhom

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 9603 , (A).

9603 21 00 sa 9603 29 80

Xkupilji tas-snien, pniezel tal-leħja, xkupilji tax-xagħar, xkupilji tad-dwiefer, pniezel tax-xagħar tal-għajnejn u xkupilji oħrajn għal użu ta' twaletta għal użu fuq il- persuna, inklużi dawk l-ixkupilji li jagħmlu parti minn tagħmir

Il-pniezel tax-xagħar tal-għajnejn ġeneralment jikkonsistu f’diversi trofof ta’ xagħar imqabbdin f’angolu rett mal-manku.

Xkupilji tal-ħwejjeġ u xkupilji taż-żraben m’humiex inklużi f’dawn is-subintestaturi (subintestatura 9603 90 91 ).

9603 40 90

Kuxxinetti u rombli għaż-żebgħa

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal –intestatura 9603 , (F), l-ewwel żewġ paragrafi.

9603 90 10

Tagħmir mekkaniku biex jiknes l-art imħaddem bl-idejn, mhux motorizzat

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9603 , (C).

9606

Buttuni, molol bil-pressa, molol jingħafsu u buttuni bil-pressa, forom tal- buttuni u partijiet oħrajn ta’ dawn l-oġġetti; buttuni mhux maħdumin ( blanks )

9606 30 00

Forom tal-buttuni u partijiet oħrajn ta’ buttuni; buttuni mhux maħdumin ( blanks )

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9606 , ir-raba’ paragrafu, (1), (2) u (3).

9608

Bajrows; pinen bil-ponta tal-feltru u pinen u markers bil-ponta poruża; pinen funtana ( fountain pens ), pinen stilografiċi u pinen oħrajn; pinen stilografiċi li jidduplikaw; lapsijiet li tista’ tinbidlilhom il-ponta jew bil- ponta tiżżerżaq ( sliding ); tokok tal-pinen, tokok tal-lapsijiet u tokok simili; partijiet (inklużi kapep u klipep) tal-oġġetti msemmija hawn fuq, ħlief dawk tal-intestatura 9609

9608 10 10 sa 9608 10 99

Bajrows

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 9608 , (1).

Oġġetti li jaqgħu f’dawn is-subintestaturi jistgħu jinkorporaw arloġġ elettroniku (is-soltu b’display diġitali).

9608 30 00

Pinen funtana ( fountain pens ), pinen stilografiċi u pinen oħrajn

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 9608 , (3).

Din is-subintestatura tinkludi l-hekk imsejħa “touch pens”, li huma styluses għall-iskrins tal-mess ta’ kwalunkwe materjal. Ġeneralment hemm żewġ gruppi ta’ styluses: dawk għall-iskrins reżistenti u dawk għal skrins kapaċitattivi.

9608 40 00

Lapsijiet li tista’ tinbidlilhom il-ponta jew bil-ponta tiżżerżaq ( sliding )

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 9608 , (5).

9608 91 00

Ponot tal-pinen u truf tal-ponot

Din is-subintestatura tkopri wkoll irjus għal pinen speċjali li jintużaw ma’ stencils.

9608 99 00

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi l-boċċi għall-ponot tal-biros; is-soltu jkunu magħmulin mill-karbidju tat-tungstenu iżda wkoll minn metalli oħrajn ukoll (ħlief dawk tal-azzar, intestatura 7326 u 8482 ) u jvarjaw minn 0,6 sa 1,25 mm fid-dijametru.

Madanakollu, il-boċċi għall-ponot tal-pinen u t-truf tal-ponot jaqgħu f’subintestatura 9608 91 00 irrispettivament mill-materjal tagħhom (ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9608 , partijiet).

9609

Lapsijiet (ħlief lapsijiet tal-intestatura 9608 ), krejons, faħam tal-lapes, pastelli, faħam tal-kannol għat-tpinġija, ġibs għall-kitba jew għat-tpinġija u ġibs tal-ħajjata

9609 10 10 u 9609 10 90

Lapsijiet u krejons, bil-faħam magħluq f’kisja riġida

Ara n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9609 , l-ewwel paragrafu, (B).

9609 20 00

Faħam tal-lapis, iswed jew ikkulurit

ra n-Nota ta' Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9609 , it-tielet paragrafu, (7).

9612

Żigarelli tat-tajprajter jew bħalhom, bil-linka jew imħejjijin mod ieħor biex jistampaw, kemm fuq irkiekel jew f’kartriġis kif ukoll jekk le; kuxxinetti tal-linka, bil-linka jew le, bil-kaxex jew le:

9612 10 10 sa 9612 10 80

Żigarelli

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 9612 , l-ewwel paragrafu, (1).

Dawn is-subintestaturi jinkludu prodotti li huma żigarelli bil-linka, sensittivi għas-sħana u lesti għall-użu, jiġifieri li huma adattati biex jintużaw f’ typewriter jew fi kwalunkwe magna li tinkorpora apparat għall-istampar mingħajr l-ebda proċess ieħor ta’ manifattura.

It-tul u l-wisa’ taż-żigarelli bil-linka li huma lesti għall-użu huma ddeterminati skont it-tip ta’ magna li jintużaw fiha.

Il-prodotti li mhumiex lesti għall-użu huma esklużi minn dawn is-subintestaturi (ġeneralment, it-Taqsimiet VI u VII).

9612 20 00

Kuxxinetti tal-linka

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 9612 , l-ewwel paragrafu, (2).

9613

Lajters tas-sigarretti u lajters oħrajn, kemm jekk mekkaniċi jew elettriċi, u partijiet tagħhom ħlief żnied u ftejjel

Din is-subintestatura tinkludi lighters li fihom mini-kalkolattriċi elettronika u/jew arloġġ elettroniku.

9614 00

Pipi tat-tipjip (inklużi bwieqi tal-pipi) u bokkini għal sigarri jew sigarretti, u partijiet tagħhom

9614 00 10

Blokki ta’ injam jew għeruq mhux raffinati, għall-manifattura ta’ pipi

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 9614 , l-ewwel paragrafu, (4).

9615

Imxat, klippijiet tax-xagħar u bħalhom; furfiċetti, furfiċetti għan-nukklar, labar għan-nukklar, ċilindri żgħar għan-nukklar tax-xagħar u bħalhom, ħlief dawk tal-intestatura 8516 , u partijiet tagħhom

Ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9615 , ir-raba’ paragrafu.

Għall-finijiet ta’ din l-intestatura, l-espressjoni “klippijiet tax-xagħar u bħalhom” tinkludi oġġetti magħmulin minn materjali solidi minħabba li l-oġġetti taħt din l-intestatura ħafna drabi jkunu magħmulin minn metalli ta’ valur baxx jew mill-plastik. Għaldaqstant, din l-intestatura ma tinkludix bands tar-ras u lastiku tax-xagħar Dawn huma klassifikati kif ġej:

(a)  Lastiku tax-xagħar u bands tar-ras li jikkonsistu, pereżempju, minn ċinga ċilindrika elastiċizzata maħduma bil-labar, (ara r-ritratt 1), jew minn ċinga tal-lastiku miksija b'tessut (ara r-ritratt 2), jew minn lastiku elastiċizzat miksi bis-sħiħ bi drapp minsuġ (ara r-ritratt 3), jew minn ċinga magħmula minn tessut elastiċċizzat (ara r-ritratt 4), huma klassifikati bħala aċċessorji ta’ lbies taħt l-intestatura 6117 jew 6217 .

Eżempji:

image

(b)  Lastiku tax-xagħar u bands tar-ras, li jikkonsistu f’ċinga jew strixxa ta’ drapp tat-tessut tas-t-Taqsima XI u li huma dekorati, pereżempju, b’żibeġ tal-injam, perli tal-plastik, jew b’elementi ta’ ġilda jew tessut, huma kkunsidrati li għandhom il-karattru essenzjali ta’ aċċessorji oħrajn ta’ lbies manifatturati u għalhekk huma klassifikati taħt l-intestatura 6117 jew 6217 , permezz tal-applikazzjoni tal-GIR (ir-Regoli Ġenerali għall-Interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda) 3(b).

Eżempji:

image

(ċ)  Lastiku tax-xagħar u bands tar-ras li prinċipalment huma magħmulin minn, pereżempju, antaċċoli tal-plastik, imwaħħlin bil-kolla jew meħjuta fuq lastiku tat-tessut mhux elastiku u li jkopri kważi l-wiċċ kollu viżibbli tal-oġġett, u għalhekk jagħtu lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu, huma klassifikati taħt l-intestatura 7117 , permezz tal-applikazzjoni ta’ GIR 3(b) u n-Noti 9(a) u 11 tal-kapitolu 71.

Eżempju:

image

(d)  Lastiku tax-xagħar u bands tar-ras li jikkonsistu totalment jew parzjalment minn perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semiprezzjuż, metalli prezzjużi jew minn metalli miksijin b’metall prezzjuż, huma klassifikati taħt l-intestaturi 7113 u 7116 , bl-applikazzjoni tan-Noti 1 u 9(a) tal-kapitolu 71. Ara wkoll ir-raba’ paragrafu tan-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9615 .

(e)  Lastiku tax-xagħar u bands tar-ras li jikkonsistu kompletament jew parzjalment minn fer jew minn fer artifiċjali huma klassifikati taħt l-intestaturi 4303 jew 4304 , bl-applikazzjoni tan-Noti 3 u 4 tal-kapitolu 43.

Eżempju:

image

(f)  Lastiku tax-xagħar u bands tar-ras li jikkonsistu minn materjali oħra, mhux miksija b’tessut, kemm jekk dekorati u kemm jekk le (bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti msemmija fil-punti d) u e)) huma klassifikati skont il-materjal li minnu hija magħmula ċ-ċinga, minħabba li l-karattru essenzjali jingħata miċ-ċinga u mill-funzjoni tagħha (pereżempju, ċinga tal-plastik hija klassifikata taħt l-intestatura 3926 (ara r-ritratti 1 u 2) filwaqt li ċinga tal-lastiku hija klassifikata taħt l-intestatura 4015 (ara r-ritratt 3), permezz tal-applikazzjoni tal-GIR 3(b)).

Eżempji:

image

(g)  Oġġetti li huma klassifikati taħt l-intestatura 7117 bħala ġojjelli artifiċjali u li jistgħu jintużaw, pereżempju, bħala brazzuletti jew brazzuletti tal-għaksa, jibqgħu klassifikati taħt dik l-intestatura anki jekk jistgħu jintużaw ukoll bħala band tar-ras jew lastiku tax-xagħar.

Eżempju:

image

9619 00

Xugamani sanitarji u tampuni, ħrieqi u qliebi għat-trabi u oġġetti simili, ta' kwalunkwe materjal

9619 00 30

Ta' ikkuttunar ta' materjali tat-tessuti

Din is-subintestatura tinkludi assorbenti sanitarjii u tampuni, ħrieqi u qliebi għat-trabi u oġġetti sanitarji simili, ta' materjal artab magħmulin minn wattiet, kemm jekk b'kisja jew le li tkun maħduma bil-labar jew b'xogħol miftuħ minsuġ b'mod maħlul.

9619 00 79

Oħrajn

Din is-subintestatura tinkludi protezzjonijiet tal-qliezet ta' taħt tal-irġiel.



( 1 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

( 2 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

( 3 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

( 4 ) ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1.

( 5 ) ĠU C 2, 4.1.2019, p. 2.

( 6 ) ĠU L 273, 31.10.2018, p. 1.

( 7 ) ĠU C 105, 11.4.2013, p. 1.