02019R2016 — MT — 01.05.2021 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2016

tal-11 ta’ Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 315 5.12.2019, p. 102)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020

  L 68

62

26.2.2021


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 050, 24.2.2020, p.  21 (2019/2016)




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2016

tal-11 ta’ Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u l-forniment ta’ informazzjoni supplimentari dwar apparat refriġeranti li jaħdem bil-mejns tal-elettriku li jkollu kapaċità ta’ ħżin ta’ bejn 10 litri u 1 500 litru.
2.  

Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) 

kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali u kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, bl-eċċezzjoni ta’ chest freezers professjonali;

(b) 

apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett;

(c) 

apparat refriġeranti mobbli;

(d) 

apparat li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-refriġerazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grid ta’ 230 (± 10 %) Volt ta’ AC b’ 50HZ;

(2) 

“apparat refriġeranti” tfisser kabinett insulat b’kompartiment wieħed jew aktar b’temperatura speċifika kkontrollata, imkessħa b’konvezzjoni naturali jew sfurzata fejn it-tkessiħ jinkiseb b’mezz wieħed jew aktar li jikkonsma l-enerġija;

(3) 

“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti, separat minn kompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti;

(4) 

“bieba esterna” hija l-parti tal-kabinett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal jew tinħareġ mill-kabinett;

(5) 

“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu medda tat-temperatura tat-tħaddim differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu;

(6) 

“volum totali” (V) tfisser il-volum tal-ispazju fuq ġewwa tal-kisi intern tal-apparat refriġeranti, ekwivalenti għall-ammont totali tal-volumi tal-kompartiment, espress f’dm3 jew litri;

(7) 

“volum tal-kompartiment” (Vc ) tfisser il-volum tal-ispazju fuq ġewwa tal-kisi intern tal-kompartiment, espress f’dm3 jew litri;

(8) 

“kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali” tfisser apparat refriġeranti insulat li jintegra kabinett wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta’ bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm kontinwament it-temperatura tal-oġġetti tal-ikel fil-limiti preskritti f’temperatura tat-tħaddim ta’ tkessiħ jew iffriżar, bl-użu taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, u li jintuża għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel f’ambjenti mhux domestiċi iżda mhux għall-wiri jew għall-aċċess għall-konsumaturi, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 ( 1 );

(9) 

“kabinett ta’ refriġerazzjoni rapida” tfisser apparat refriġeranti insulat primarjament intenzjonat biex ikessaħ b’mod rapidu oġġetti tal-ikel sħan għal temperatura aktar baxxa minn 10 °C fil-każ ta’ tkessiħ u għal temperatura aktar baxxa minn -18 °C fil-każ ta’ ffriżar, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095;

(10) 

“chest freezer professjonali” tfisser freezer li l-kompartiment(i) tiegħu ikun(u) aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tal-apparat jew li għandu kemm kompartimenti tat-tip li jinfetħu minn fuq kif ukoll tat-tip wieqaf, iżda li l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetħu minn fuq ikun aktar minn 75 % tal-volum gross totali tal-apparat, li jintuża għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel f’ambjenti mhux domestiċi;

(11) 

“freezer” tfisser apparat refriġeranti li jkollu kompartimenti 4-star biss;

(12) 

“kompartiment ta’ freezer” jew “kompartiment 4-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C u li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kapaċità tal-iffriżar;

(13) 

“kompartiment tal-friża” tfisser tip ta’ kompartiment b’temperatura mira ta’ 0 °C jew aktar baxxa; li jkun kompartiment 0-star, 1-star, 2-star, 3-star jew 4-star, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(14) 

“tip ta’ kompartiment” tfisser it-tip ta’ kompartiment iddikjarat konformi mal-parametri tal-prestazzjoni tar-refriġerazzjoni Tmin, Tmax, Tc u ma’ parametri oħra kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(15) 

“temperatura mira” (Tc) tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar, kif stabbilita fit-Tabella 3 tal-Anness IV, u hija t-temperatura għall-ittestjar tal-konsum tal-enerġija espressa bħala l-medja fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri;

(16) 

“temperatura minima” (Tmin) tfisser it-temperatura minima ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar tal-ħżin, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(17) 

“temperatura massima” (Tmax) tfisser it-temperatura massima ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar tal-ħżin, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(18) 

“kompartiment 0-star” u “kompartiment li jagħmel is-silġ” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ 0 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(19) 

“kompartiment 1-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -6 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(20) 

“kompartiment 2-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -12 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(21) 

“kompartiment 3-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(22) 

“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser apparat refriġeranti li jintuża għall-funzjonijiet ta’ wiri u bejgħ ta’ oġġetti b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali lill-konsumaturi, li jkun direttament aċċessibbli minn ġnub li jinfetħu jew minn bieba waħda jew aktar, jew minn kxaxen, jew mit-tnejn, inklużi wkoll il-kabinetti b’żoni speċifiċi għall-ħżin jew għas-servizz assistit ta’ oġġetti mhux aċċessibbli għall-konsumaturi u esklużi l-minibars u l-apparat għall-ħżin tal-inbid, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 ( 2 );

(23) 

“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali massimu ta’ 60 litru, li huwa primarjament intenzjonat għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u fi stabbilimenti simili;

(24) 

“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti ddedikat għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u tat-temperatura mira ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, kif definit fit-Tabella 3 tal-Anness IV, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet;

(25) 

“apparat refriġeranti ddedikat” tfisser apparat refriġeranti b’tip ta’ kompartiment wieħed biss;

(26) 

“kompartiment għall-ħżin tal-inbid” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 12 °C, b’medda ta’ umdità interna ta’ bejn 50 % u 80 % u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 5 °C u 20 °C, kif definit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(27) 

“kompartiment mhux tal-friża” tfisser tip ta’ kompartiment b’temperatura mira ta’ 4 °C jew ogħla; li jkun kompartiment pantry, għall-ħżin tal-inbid, kantina jew għall-ikel frisk b’kundizzjonijiet ta’ ħżin u temperaturi mira, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(28) 

“kompartiment pantry” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 17 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 14 °C u 20 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(29) 

“kompartiment kantina” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 12 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 2 °C u 14 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(30) 

“kompartiment għall-ikel frisk” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 4 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 0 °C u 8 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

▼M1

(31) 

“apparat refriġeranti mobbli” tfisser apparat refriġeranti li jista’ jintuża meta ma jkunx hemm aċċess għall-grid tal-mejns tal-elettriku u li juża elettriku b’voltaġġ baxx ħafna (< 120 V DC) jew fjuwils fossili jew it-tnejn bħala s-sors ta’ enerġija għall-funzjoni tar-refriġerazzjoni, inkluż apparat refriġeranti li, minbarra li jitħaddem bl-elettriku b’voltaġġ baxx ħafna jew bi fjuwils fossili, jew bit-tnejn, jista’ jitħaddem ukoll bil-mejns tal-elettriku permezz ta’ konvertitur estern AC/DC li għandu jinxtara separatament. L-apparat imqiegħed fis-suq u li jkollu konvertitur AC/DC mhuwiex apparat refriġeranti mobbli;

▼B

(32) 

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra primarjament użati għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati;

(33) 

“punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn l-apparat refriġeranti jitqiegħed għall-wiri jew jiġi offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtara bin-nifs.

(34) 

“apparat inkorporat” tfisser apparat refriġeranti li jkun iddisinjat, ittestjat u kkummerċjalizzat b’mod esklussiv:

(a) 

biex jiġi installat f’kabinett jew imdawwar (minn fuq, taħt u l-ġnub) b’pannelli;

(b) 

biex jitwaħħal sod mal-ġnub, mal-parti ta’ fuq jew mal-parti ta’ taħt ta’ kabinett jew ma’ pannelli; u

(c) 

biex ikun mgħammar b’wiċċ integrali b’finitura tal-fabbrika jew b’pannell frontali magħmul għall-esiġenzi tal-individwu;

(35) 

“Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva tal-apparat refriġeranti, espress bħala perċentwali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness IV.

Għall-finijiet tal-Annessi, defnizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Obbligi tal-fornituri

1.  

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a) 

kull apparat refriġeranti jkollu miegħu tikketta stampata fil-format stabbilit fl-Anness III;

▼M1

(b) 

il-valuri tal-parametri inklużi fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;

▼B

(c) 

jekk speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata;

(d) 

il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott;

(e) 

kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti jkollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta f’konformità mal-Anness VII u l-Anness VIII;

(f) 

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti, inkluż materjal promozzjonali tekniku fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, ikun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

(g) 

tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ apparat refriġeranti;

(h) 

skeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V tkun disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta’ apparat refriġeranti.

2.  
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għanda tkun ibbażata fuq l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika li jiġi kkalkulat skont l-Anness II.

Artikolu 4

Obbligi għan-negozjanti

In-negozjanti għandhom jiżguraw li:

(a) 

kull apparat refriġeranti, fil-punt tal-bejgħ, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollu t-tikketta mogħtija mill-fornituri skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 3, u li għall-apparati inkorporati t-tikketta tintwera b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar, filwaqt li għall-apparati refriġeranti l-oħra kollha b’tali mod li tkun viżibbli b’mod ċar fuq in-naħa ta’ barra ta’ quddiem jew ta’ fuq tal-apparat refriġeranti;

(b) 

fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott jingħataw skont l-Annessi VII u VIII;

(c) 

kwalunkwe reklamar viżiv għal mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti, inkluż fuq l-Internet, ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

(d) 

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ apparat refriġeranti, inkluż materjal promozzjonali tekniku fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII.

Artikolu 5

Obbligi ta’ pjattaformi ta’ hosting tal-Internet

Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ dirett ta’ apparat refriġeranti fuq is-sit tal-Internet tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott elettroniku mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu ta’ display skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjant bl-obbligu li jurihom.

Artikolu 6

Metodi ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness IX meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

Artikolu 8

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, ta’ dan rieżami lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mill-25 ta' Diċembru 2025. Dan ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta l-possibbiltà li:

(a) 

jindirizza aspetti tal-ekonomija ċirkolari;

(b) 

jintroduċi ikoni għal kompartimenti li jistgħu jgħinu biex titnaqqas il-ħela tal-ikel; u

(c) 

jintroduċi ikoni għall-konsum tal-enerġija annwali.

Artikolu 9

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1060/2010 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.

Artikolu 10

Miżuri tranżizzjonali

Minn mill-25 ta' Diċembru 2019 sat-28 ta’ Frar 2021, l-iskeda tal-prodott meħtieġa skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1060/2010 tista’ tiġi magħmula disponibbli permezz tal-bażi tad-data tal-prodott minflok ma tiġi pprovduta fil-forma stampata mal-prodott. F’dak il-każ il-fornitur għandu jiżgura li jekk jiġi speċifikament rikjest min-negozjant, l-iskeda tal-prodott tkun disponibbli fil-forma stampata.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 10 għandu japplika mill-25 ta’ Diċembru 2019, il-punt 1(a), (b) u (c) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2020, u l-obbligu li tiġi pprovduta l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għall-parametri tas-sorsi tad-dawl imsemmija fit-tabella 6 tal-Anness V għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“kodiċi ta’ rispons rapidu (Kodiċi QR - Quick Response)” tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodott;

(2) 

“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena) espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/sena), kif ikkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness IV;

(3) 

“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-elettriku li jintuża minn apparat refriġeranti f’24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta’ referenza espress f’kilowatt-siegħa kull 24 siegħa (kWh/24h), ikkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness IV;

(4) 

“kapaċità tal-iffriżar” tfisser l-ammont ta’ prodotti tal-ikel frisk li jista’ jiġi ffriżat f’kompartiment ta’ freezer f’ 24 siegħa; din ma għandhiex tkun inqas minn 4,5 kg/24 h kull 100 litru ta’ volum ta’ kompartiment ta’ freezer, b’minimu ta’ 2,0 kg/24h;

(5) 

“kompartiment chiller” tfisser kompartiment li kapaċi jikkontrolla t-temperatura medja tiegħu f’medda speċifika mingħajr aġġustamenti tal-kontroll tiegħu mill-utent, b’temperatura mira ta’ 2 °C, u b’kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn -3 °C u 3 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(6) 

“emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja” tfisser il-livell tal-qawwa tal-ħoss ta’ apparat refriġeranti, espress f’dB(A) re 1 pW (b’ponderazzjoni-A);

(7) 

“ħiter antikondensazzjoni” tfisser ħiter li jippreveni l-kondensazzjoni fuq l-apparat refriġeranti;

(8) 

“ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali” tfisser ħiter li jippreveni l-kondensazzjoni u li l-kapaċità tat-tisħin tiegħu tiddependi fuq it-temperatura ambjentali jew fuq l-umdità ambjentali jew fuq it-tnejn li huma;

(9) 

“enerġija awżiljari” (Eaux ) tfisser l-enerġija li tintuża minn ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali, espressa f’kilowatt-siegħa per annum (kWh/a);

(10) 

“distributur” tfisser komponent li jiddistribwixxi tagħbija mkessħa jew iffriżata minn apparat refriġeranti, bħalma huma d-distributuri tas-silġ jew id-distributuri tal-ilma mkessaħ;

(11) 

“kompartiment b’temperatura varjabbli” tfisser kompartiment maħsub għall-użu bħala żewġ (jew aktar) tipi ta’ kompartimenti alternattivi (pereżempju, kompartiment li jista’ jservi bħala kompartiment għall-ikel frisk jew bħala kompartiment ta’ freezer) u li jkun jista’ jiġi ssettjat mill-utent biex iżomm il-medda tat-temperatura tat-tħaddim applikabbli b’mod kontinwu għal kull tip ta’ kompartiment iddikjarat. Kompartiment li jkun maħsub għall-użu bħala tip ta’ kompartiment singolu li jista’ jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ tipi ta’ kompartimenti oħra (pereżempju, kompartiment chiller li jista’ jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ kompartiment 0-star) mhuwiex kompartiment b’temperatura varjabbli;

(12) 

“netwerk” tfisser infrastruttura ta’ komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);

(13) 

“żona 2-star” tfisser parti minn kompartiment 3-star jew 4-star li ma jkollhiex bieba jew għatu tal-aċċess individwali tagħha stess u b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ - 12 °C;

(14) 

“klassi klimatika” tfisser il-medda ta’ temperaturi ambjentali, kif stabbilita fil-punt 1(j) tal-Anness IV, li l-apparati refriġeranti huma maħsuba li jintużaw fiha, u li għaliha jiġu ssodisfati simultanjament fil-kompartimenti kollha l-kundizzjonijiet ta’ ħżin meħtieġa speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(15) 

“perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru” tfisser il-perjodu minn meta jinbeda ċ-ċiklu ta’ kontroll tad-defrost sakemm jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tat-tħaddim stabbli;

(16) 

“defrost awtomatiku” tfisser funzjoni li permezz tagħha l-kompartimenti jiġu defrostjati mingħajr l-intervent tal-utent biex tinbeda t-tneħħija tal-akkumulazzjoni tas-silġ fil-konfigurazzjonijiet kollha tal-kontroll tat-temperatura jew biex jiġi stabbilit mill-ġdid it-tħaddim normali, fejn ir-rimi tal-ilma tad-defrost isir b’mod awtomatiku;

(17) 

“tip ta’ defrost” tfisser il-metodu li bih titneħħa l-akkumulazzjoni tas-silġ minn fuq l-evaporatur(i) ta’ apparat refriġeranti; jiġifieri defrost awtomatiku jew defrost manwali;

(18) 

“defrost manwali” tfisser li ma jkunx hemm defrost awtomatiku;

(19) 

“apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju” tfisser apparat refriġeranti mingħajr kompressjoni tal-fwar u b’emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ inqas minn 27 decibel b’ponderazzjoni A b’referenza għal 1 picowatt (dB(A) re 1 pW);

(20) 

“konsum tal-enerġija elettrika f’kundizzjonijiet stabbli” (P ss) tfisser il-konsum tal-enerġija medju f’kundizzjonijiet stabbli, espress f’watts (W);

(21) 

“konsum tal-enerġija inkrementali għad-defrost u għall-irkupru” (ΔΕ d-f ) tfisser il-konsum tal-enerġija medju supplimentari għal funzjoni ta’ defrost jew ta’ rkupru, espress f’watt hour (Wh);

(22) 

“intervall ta’ defrost” (td-f ) tfisser l-intervall medju rappreżentattiv, espress f’sigħat (h), ta’ bejn il-ħin tal-attivazzjoni tal-ħiter tad-defrost u tal-attivazzjoni sussegwenti tiegħu, f’żewġ ċikli sussegwenti ta’ defrost u ta’ rkupru; jew jekk ma jkunx hemm ħiter tad-defrost, l-intervall ta’ bejn il-ħin tad-diżattivazzjoni tal-kumpressur u tad-diżattivazzjoni sussegwenti tiegħu, f’żewġ ċikli sussegwenti ta’ defrost u ta’ rkupru;

(23) 

“fattur ta’ tagħbija” (L) tfisser fattur li jqis it-tagħbija ta’ tkessiħ supplimentari (aktar milli diġà antiċipata bl-ogħla temperatura ambjentali medja għall-ittestjar) dovuta għall-introduzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel sħan, bil-valuri kif stabbilit fil-punt 3(a) tal-Anness IV;

(24) 

“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta’ referenza ta’ apparat refriġeranti espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), kif ikkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness IV;

(25) 

“parametru ta’ kombinament” (C) tfisser parametru ta’ mmudellar li jqis l-effett ta’ sinerġija ta’ meta tipi ta’ kompartimenti differenti jkunu kkombinati f’apparat wieħed, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

(26) 

“fattur ta’ telf tas-sħana mill-bieba” (D) tfisser fattur ta’ kumpens għal apparati kkombinati skont in-numru ta’ kompartimenti b’temperaturi differenti jew in-numru ta’ bibien esterni, liema minnhom ikun l-iżgħar u kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness IV. Għal dan il-fattur, “kompartiment” ma tirreferix għal subkompartiment;

(27) 

“apparat ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti li jkollu aktar minn tip wieħed ta’ kompartimenti, u li mill-inqas wieħed minnhom ikun kompartiment mhux tal-friża;

(28) 

“fattur tad-defrost” (Ac ) tfisser fattur ta’ kumpens li jqis jekk l-apparat refriġeranti jkollux defrost awtomatiku jew defrost manwali, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness IV;

(29) 

“fattur ta’ apparat inkorporat” (Bc ) tfisser fattur ta’ kumpens li jqis jekk l-apparat refriġeranti jkunx inkorporat jew awtonomu, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness IV;

(30) 

“apparat awtonomu” tfisser apparat refriġeranti li ma jkunx apparat inkorporat;

(31) 

“Mc” u “Nc” ifissru parametri ta’ mmudellar li jqisu d-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

(32) 

“parametru termodinamiku” (rc ) tfisser parametru ta’ mmudellar li jikkoreġi l-konsum tal-enerġija annwali standard għal temperatura ambjentali ta’ 24 °C, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness IV;

(33) 

“dimensjonijiet kumplessivi” tfisser l-ispazju okkupat mill-apparat refriġeranti (għoli, wisa’ u fond) bil-bibien jew għotjien magħluqa, espress f’millimetri (mm);

(34) 

“ħin li jittieħed sabiex togħla t-temperatura” tfisser il-ħin li jittieħed, wara li t-tħaddim tas-sistema ta’ refriġerazzjoni jkun ġie interrott, biex it-temperatura ġewwa kompartiment 3-star jew 4-star titla’ minn – 18 għal – 9 °C, espress f’sigħat (h);

(35) 

“konfigurazzjoni tax-xitwa” tfisser funzjoni ta’ kontroll għal apparat ikkombinat b’kumpressur wieħed u termostat wieħed, li skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur jista’ jintuża f’temperaturi ambjentali ta’ inqas minn +16 °C, u li jkun magħmul minn komponent tal-iswiċċjar jew funzjoni tal-iswiċċjar li jiggarantixxi, anke jekk dan ma jkunx meħtieġ għall-kompartiment ta’ fejn jinstab it-termostat, li l-kumpressur ikompli jaħdem biex jinżammu t-temperaturi tal-ħżin xierqa fil-kompartimenti l-oħra;

(36) 

“iffriżar rapidu” tfisser funzjoni li l-utent aħħari jista’ jattiva skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur biex inaqqas it-temperatura tal-ħżin tal-kompartiment(i) tal-freezer biex jiffriża l-oġġetti tal-ikel mhux iffriżati fi żmien iqsar;

(37) 

“kompartiment ta’ freezer” jew “kompartiment 4-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C u li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kapaċità tal-iffriżar;

(38) 

“mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrins tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti;

(39) 

“skrin tattili” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin ta’ tablets, ta’ kompjuters tat-tip slate jew ta’ smartphones;

(40) 

“displej ta’ immaġni f’oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew sett tad-data billi jagħfas fuq immaġni oħra jew sett tad-data ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-immaġni l-oħra jew fuq dak is-sett tad-data l-ieħor jew billi jwessa’ dik l-immaġni l-oħra jew dak is-sett tad-data l-ieħor fuq l-iskrin tattili;

(41) 

“test alternattiv” tfisser test provdut bħala alternattiva għal grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista’ jtella’ l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju fejn jakkumpanja applikazzjonijiet b’sinteżi tal-vuċi;

▼M1

(42) 

“valuri ddikjarati” tfisser il-valuri mogħtija mill-fornitur għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejla, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u f’konformità mal-Artikolu 3(1)(d) u l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

▼B




ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika u klassijiet tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-apparati refriġeranti għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) kif stabbilit fit-Tabella 1.

▼M1



Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika ta’ apparati refriġeranti

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI)

A

EEI ≤ 41

B

41 < EEI ≤ 51

C

51 < EEI ≤ 64

D

64 < EEI ≤ 80

E

80 < EEI ≤ 100

F

100 < EEI ≤ 125

G

EEI > 125

▼B

L-EEI ta’ apparat refriġeranti għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 5 tal-Anness IV.



Tabella 2

Klassijiet tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

Emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

Klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

< 30 dB(A) re 1 pW

A

≥ 30 dB(A) re 1 pW u < 36 dB(A) re 1 pW

B

≥ 36 dB(A) re 1 pW u < 42 dB(A) re 1 pW

C

≥ 42 dB(A) re 1 pW

D




ANNESS III

Tikketta għal apparati refriġeranti

1.   TIKKETTA GĦAL APPARATI REFRIĠERANTI, GĦAJR GĦAL APPARATI GĦALL-ĦŻIN TAL-INBID

1.1.   Tikketta:

image

1.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I. 

il-kodiċi QR;

II. 

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III. 

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV. 

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V. 

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI. 

il-konsum tal-enerġija annwali (AE), espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII. 

— 
l-ammont totali tal-volumi tal-kompartiment(i) tal-friża, espress f’litri u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;
— 
jekk l-apparat refriġeranti ma fihx kompartiment(i) tal-friża, il-pittogramma u l-valur f’litri tal-punt VII għandhom jitħallew barra;
VIII. 

— 
l-ammont totali tal-volumi tal-kompartiment(i) chiller u tal-kompartiment(i) mhux tal-friża, espress f’litri u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;
— 
jekk l-apparat refriġeranti ma fihx kompartiment(i) mhux tal-friża u kompartiment(i) chiller, il-pittogramma u l-valur f’litri tal-punt VIII għandhom jitħallew barra;
IX. 

l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ. Il-klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja, kif stabbilit fit-Tabella 2;

X. 

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri 2019/2016.

2.   TIKKETTA GĦAL APPARATI GĦALL-ĦŻIN TAL-INBID

2.1.   Tikketta:

image

2.2.   It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

I. 

il-kodiċi QR;

II. 

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

III. 

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

IV. 

l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

V. 

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II;

VI. 

AE, espress f’kWh fis-sena u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ;

VII. 

in-numru ta’ fliexken tal-inbid standard li jistgħu jiġu maħżuna fl-apparat għall-ħżin tal-inbid;

VIII. 

l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW u mqarrba sal-eqreb numru sħiħ. Il-klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja, kif stabbilit fit-Tabella 2;

IX. 

in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri 2019/2016

3.   DISINJI TAT-TIKKETTA

3.1.   Disinn tat-tikketta għal apparati refriġeranti, għajr għal apparati għall-ħżin tal-inbid

image

3.2.   Disinn tat-tikketta għal apparati għall-ħżin tal-inbid

image

3.3.   Fejn:

(a) 

It-tikketti għandu jkollom wisa’ ta’ mill-inqas 96 mm u għoli ta’ mill-inqas 192 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

(b) 

L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.

(c) 

It-tipi tal-karattri għandhom ikunu Verdana u Calibri.

(d) 

Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta għall-apparati refriġeranti u għall-apparati għall-ħżin tal-inbid.

(e) 

Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(f) 

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figuri ta’ hawn fuq):

image

il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

— 
l-isfond: 100,80,0,0;
— 
l-istilel: 0,0,100,0;

image

il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

image

il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

image

l-isem tal-fornitur għandu jkun 100 % iswed u b’tipa grassa Verdana, 9 pt;

image

l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 9 pt;

image

il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:

— 
l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 19 pt; l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi li jkun 4,5 mm min-naħa tax-xellug tal-vleġeġ;
— 
il-kuluri tal-vleġeġ tal-iskala minn A sa G għandhom ikunu kif ġej:
— 
Klassi-A: 100,0,100,0;
— 
Klassi-B: 70,0,100,0;
— 
Klassi-C: 30,0,100,0;
— 
Klassi-D: 0,0,100,0;
— 
Klassi-E: 0,30,100,0;
— 
Klassi-F: 0,70,100,0;
— 
Klassi-G: 0,100,100,0;

image

id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt u l-kulur għandu jkun 100 % iswed;

image

l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun b’kulur 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, 33 pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fl-iskala minn A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandha tkun b’kulur 100 % iswed;

image

il-valur tal-konsum tal-enerġija annwali għandu jkun b’tipa grassa Verdana, 28 pt; “kWh/sena” għandha tkun b’tipa regolari Verdana, 18 pt. Il-valur u l-unità għandhom ikunu ċċentrati u b’kulur 100 % iswed;

image

il-pittogrammi għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta u kif ġej:

— 
il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1,2 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu b’kulur 100 % iswed;
— 
it-test ta’ taħt il-pittogramma/i għandu jkun b’tipa grassa Verdana, 16 pt, u l-unità b’tipa regolari Verdana, 12 pt, u dan għandu jkun iċċentrat taħt il-pittogramma;
— 
għal apparat refriġeranti, għajr għal apparat għall-ħżin tal-inbid: jekk l-apparat ikun fih kompartiment(i) tal-friża biss jew kompartiment(i) mhux tal-friża biss, għandha tintwera biss il-pittogramma rilevanti fir-ringiela ta’ fuq, kif stabbilit fil-punti 1.2, VII u VIII, u din għandha tkun iċċentrata bejn iż-żewġ borduri vertikali tat-tikketta tal-enerġija;
— 
il-pittogramma tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: in-numru ta’ decibels fil-loudspeaker għandu jkun b’tipa grassa Verdana, 12 pt, u l-unità “dB” b’tipa regolari Verdana, 9 pt; il-medda tal-klassijiet tal-istorbju (A sa D) għandha tkun iċċentrata taħt il-pittogramma, bl-ittra tal-klassi tal-istorbju applikabbli b’tipa grassa Verdana, 16 pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-istorbju b’tipa regolari Verdana, 10 pt;

image

in-numru tar-regolament għandu jkun b’kulur 100 % iswed u b’tipa regolari Verdana, 6 pt.




ANNESS IV

Metodi tal-kejl u kalkoli

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

1.   Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:

(a) 

għall-apparati refriġeranti b’ħiters antikondensazzjoni li jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, il-ħiters antikondensazzjoni għandhom jinxtegħlu u — jekk ikunu aġġustabbli — jiġu ssettjati fuq it-tisħin massimu u inklużi fil-konsum tal-enerġija annwali (AE) bħala konsum tal-enerġija kuljum (Edaily );

▼M1

Meta parametru jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u f’konformità mat-Tabella 7 tal-Anness VI, il-valur dikjarat tiegħu għandu jintuża mill-fornitur għall-kalkoli f’dan l-Anness.

▼B

(b) 

għall-apparat refriġeranti b’ħiters antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali, il-ħiters antikondensazzjoni tal-elettriku b’kontroll ambjentali għandhom jintfew jew jiġu diżattivati, fejn possibbli, waqt il-kejl tal-konsum tal-enerġija;

(c) 

għall-apparati refriġeranti b’distributuri li jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, id-distributuri għandhom jinxtegħlu waqt it-test tal-konsum tal-enerġija, iżda ma jkunux qed jaħdmu;

(d) 

għall-kejl tal-konsum tal-enerġija, il-kompartimenti b’temperatura varjabbli għandhom ikunu qed jaħdmu bl-aktar temperatura baxxa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari biex tinżamm il-medda tat-temperatura, kif stabbilit fit-Tabella 3, tat-tip ta’ kompartiment li jkollu l-aktar temperatura baxxa;

(e) 

għall-apparati refriġeranti li jistgħu jiġu konnessi man-netwerk, il-modulu ta’ komunikazzjoni għandu jkun attivat iżda waqt it-test tal-konsum tal-enerġija mhux meħtieġ li jkun hemm xi tip speċifiku ta’ komunikazzjoni u/jew ta’ skambju ta’ data. Waqt it-test tal-konsum tal-enerġija jrid jiġi żgurat li l-unità tkun konnessa man-netwerk;

(f) 

għall-prestazzjoni ta’ kompartimenti chillers:

(1) 

għal kompartiment b’temperatura varjabbli kklassifikat bħala kompartiment għall-ikel frisk u/jew kompartiment chiller, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għandu jiġi ddeterminat għal kull kundizzjoni ta’ temperatura u għandu jiġi applikat l-ogħla valur;

(2) 

kompartiment chiller għandu jkun kapaċi jikkontrolla t-temperatura medja tiegħu f’medda speċifika mingħajr l-aġġustament tal-kontrolli tiegħu mill-utent aħħari; dan jista’ jiġi vverifikat waqt it-testijiet tal-konsum tal-enerġija f’temperatura ambjentali ta’ 16 °C u ta’ 32 °C;

(g) 

għal kompartimenti b’volum aġġustabbli, meta l-volumi ta’ żewġ kompartimenti jkunu jistgħu jiġu aġġustati wieħed relattivament mal-ieħor mill-utent aħħari, il-konsum tal-enerġija u l-volum għandhom jiġu ttestjati meta l-volum tal-kompartiment bl-ogħla temperatura mira jkun aġġustat għall-volum minimu tiegħu;

▼M1

(h) 

il-kapaċità tal-iffriżar ta’ kompartiment tiġi kkalkulata bħala l-piż tat-tagħbija ħafifa ta’ dak il-kompartiment, immultiplikat bi 24 u diviż bil-ħin tal-iffriżar meħtieġ biex it-temperatura tat-tagħbija ħafifa titbaxxa minn +25 għal 18 °C f’temperatura ambjentali ta’ 25 °C, espressa f’kg/24h u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali;

(i) 

għall-kompartimenti 4-star, il-ħin tal-iffriżar meħtieġ biex it-temperatura tat-tagħbija ħafifa titbaxxa minn +25 għal - 18 °C f’temperatura ambjentali ta’ 25 °C, għandu jkun tali li l-kapaċità tal-iffriżar li tirriżulta tikkonforma mar-rekwiżiti fil-punt 4 tal-Anness I;

▼B

(j) 

biex jiġu ddeterminati l-klassijiet klimatiċi, l-akronimu għall-medda ta’ temperaturi ambjentali, jiġifieri SN, N, ST jew T:

(1) 

il-klassi “temperatura estiża” (SN) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 10 °C sa 32 °C;

(2) 

il-klassi “temperatura moderata” (N) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 32 °C;

(3) 

il-klassi “subtropikali” (ST) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 38 °C; u

(4) 

il-klassi “tropikali” (T) għandha medda ta’ temperaturi ta’ minn 16 °C sa 43 °C;

▼M1

(k) 

il-piż tat-tagħbija ħafifa għal kull kompartiment 4-star għandu jkun:

— 
3,5 kg/100 l tal-volum tal-kompartiment 4-star evalwat, imqarreb għall eqreb 0,5 kg; u,
— 
2 kg għal kompartiment 4-star b’volum li għalih 3,5 kg/100 l iwassal għal valur inqas minn 2 kg;

fil-każ li l-apparat refriġeranti jinkludi kombinazzjoni ta’ kompartimenti 3-star u 4-star, it-total tal-piżijiet tat-tagħbija ħafifa għandu jiżdied biex it-total tal-piżijiet tat-tagħbija ħafifa għall-kompartiment 4-star kollha jkun:

— 
3,5 kg/100 l tal-volum tal-kompartimenti 4-star u 3-star kollha, imqarreb għall eqreb 0,5 kg; u,
— 
2 kg għall-volum totali tal-kompartiment kollha 4-star u 3-star li għalihom 3,5 kg/100 l iwassal għal valur inqas minn 2 kg.

▼B

2.   Il-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperaturi mira għal kull tip ta’ kompartiment:

It-Tabella 3 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperatura mira għal kull tip ta’ kompartiment.

3.   Determinazzjoni tal-AE:

(a) 

Għall-apparati refriġeranti kollha, għajr għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju:

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ ttestjar f’temperatura ambjentali ta’ bejn 16 °C u 32 °C.

Biex jiġi ddeterminat il-konsum tal-enerġija, it-temperaturi medji tal-arja f’kull kompartiment għandhom ikunu daqs jew inqas mit-temperaturi mira speċifikati fit-Tabella 3 għal kull tip ta’ kompartiment kif iddikjarati mill-manifattur. Valuri ogħla jew aktar baxxi mit-temperaturi mira jistgħu jintużaw biex jiġi stmat il-konsum tal-enerġija bit-temperatura mira għal kull kompartiment rilevanti permezz ta’ interpolazzjoni, fejn ikun xieraq.

Il-komponenti ewlenin tal-konsum tal-enerġija li jridu jiġu ddeterminati huma:

— 
sett ta’ valuri tal-konsum tal-enerġija elettrika f’kundizzjonijiet stabbli (Pss ) f’W u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali, kull wieħed b’temperatura ambjentali speċifika u b’sett ta’ temperaturi tal-kompartiment, li mhux neċessarjament ikunu t-temperaturi mira;
— 
il-konsum tal-enerġija inkrementali rappreżentattiv għad-defrost u għall-irkupru (ΔΕ d-f ), f’Wh u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, għal prodotti b’sistema waħda jew aktar ta’ defrost awtomatiku (kull waħda biċ-ċiklu ta’ kontroll tad-defrost tagħha) imkejjel b’temperatura ambjentali ta’ 16 °C (ΔΕ d-f16 ) u ta’ 32 °C (ΔΕ d-f32 );
— 
l-intervall ta’ defrost (td-f ), espress f’sigħat (h) u mqarreb sa tliet pożizzjonijiet deċimali, għal prodotti b’sistema waħda jew aktar ta’ defrost awtomatiku (kull waħda biċ-ċiklu ta’ kontroll tad-defrost tagħha) imkejjel b’temperatura ambjentali ta’ 16 °C (td-f16 ) u ta’ 32 °C (td-f32 ). td-f għandu jiġi ddeterminat għal kull sistema f’medda speċifika ta’ kundizzjonijiet;
— 
għal kull test imwettaq, il-valuri ta’ Pss u ΔΕ d-f għandhom jingħaddu flimkien biex jifformaw il-konsum tal-enerġija kuljum f’temperatura ambjentali speċifika ET = 0,001 × 24 × (Pss + ΔΕ d-f /td-f ), espress f’kWh/24h, specifiku għall-konfigurazzjonijiet applikati;
— 
Eaux , espress f’kWh/a u mqarreb sa tliet pożizzjonijiet deċimali. E aux huwa limitat għall-ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali u jiġi ddeterminat mill-konsum tal-enerġija tal-ħiter f’għadd ta’ kundizzjonijiet ta’ temperatura ambjentali u umdità ambjentali, immultiplikat bil-probabbiltà li din il-kundizzjoni ta’ temperatura ambjentali u umdità ambjentali sseħħ u magħdud; sussegwentement, dan ir-riżultat jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ telf ta’ sħana biex jikkompensa għat-tnixxija ta’ sħana fil-kompartiment u t-tneħħija sussegwenti tagħha permezz tas-sistema ta’ refriġerazzjoni.



Tabella 3

Il-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperatura mira għal kull tip ta’ kompartiment

Grupp

Tip ta’ kompartiment

Nota

Kundizzjonijiet tal-ħżin

Tc

Tmin

Tmax

Isem

Isem

nru.

°C

°C

°C

Kompartimenti mhux tal-friża

Pantry

 (1)

+ 14

+ 20

+ 17

Għall-ħżin tal-inbid

 (2) (6)

+ 5

+ 20

+ 12

Kantina

 (1)

+ 2

+ 14

+ 12

Għall-ikel frisk

 (1)

0

+ 8

+ 4

Kompartiment chiller

Chiller

 (3)

-3

+ 3

+ 2

Kompartimenti tal-friża

0-star u li fih isir is-silġ

 (4)

m.a.

0

0

1-star

 (4)

m.a.

-6

-6

2-star

 (4) (5)

m.a.

-12

-12

3-star

 (4) (5)

m.a.

-18

-18

freezer (4-star)

 (4) (5)

m.a.

-18

-18

(1)   

Tmin u Tmax huma l-valuri medji mkejla fuq il-perjodu tat-test (medja fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri).

(2)   

Il-varjazzjoni medja tat-temperatura fuq il-perjodu tat-test għal kull sensur m’għandhiex tkun ta’ aktar minn ± 0,5 Kelvin (K). Waqt perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru, il-medja tas-sensuri kollha mhix permessa titla’ aktar minn 1,5 K ogħla mill-valur medju tal-kompartiment.

(3)   

Tmin u Tmax huma valuri istantanji ta’ waqt il-perjodu tat-test.

(4)   

Tmax hija l-valur massimu mkejjel fuq il-perjodu tat-test (massimu fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri).

(5)   

Jekk il-kompartiment ikun tat-tip b’defrost awtomatiku, it-temperatura (definita bħala t-temperatura massima tas-sensuri kollha) mhix permessa titla’ aktar minn 3,0 K waqt il-perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru.

(6)   

Tmin u Tmax huma l-valuri medji mkejla fuq il-perjodu tat-test (medja fuq perjodu ta’ żmien għal kull sensur) u jiddefinixxu l-medda tat-temperatura tat-tħaddim massima permessa

m.a. = mhux applikabbli

Kull wieħed minn dawn il-parametri għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ test separat jew sett ta’ testijiet separati. Il-valur medju tad-data tal-kejl jittieħed fuq perjodu tat-test, fejn il-kejl jittieħed wara li t-tagħmir ikun ilu jaħdem għal ċertu żmien. Biex jiżdiedu l-effiċjenza u l-preċiżjoni tal-ittestjar, it-tul tal-perjodu tat-test ma għandux ikun wieħed fiss; dan għandu jkun tali li, waqt il-perjodu tat-test, l-apparat ikun f’kundizzjonijiet stabbli. Dan jiġi vvalidat billi d-data kollha miġbura fi żmien dan il-perjodu tat-test tiġi eżaminata fuq sett ta’ kriterji ta’ stabbiltà u wkoll billi jiġi eżaminat jekk kienx possibbli li tinġabar biżżejjed data f’dawn il-kundizzjonijiet stabbli.
AE, espress f’ kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
AE = 365 × Edaily /L + Eaux
fejn
— 
il-fattur ta’ tagħbija L = 0,9 għall-apparati refriġeranti b’kompartimenti tal-friża biss, u L = 1,0 għall-apparati l-oħra kollha; u
— 
Edaily, espressa f’kWh/24h u mqarrba sa’ tliet pożizzjonijiet deċimali kkalkulata minn ET b’temperatura ambjentali ta’ 16 °C (E16 ) u b’temperatura ambjentali ta’ 32 °C (E32 ) kif ġej:
Edaily = 0,5 × (E16 + E32 )
fejn E16 u E32 jiġu derivati permezz ta’ interpolazzjoni tat-test tal-enerġija bit-temperaturi mira stabbiliti fit-Tabella 3.
(b) 

Għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju:

Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat kif previst fil-punt 3(a), iżda b’temperatura ambjentali ta’ 25 °C minflok ta’ 16 °C u ta’ 32 °C.

Edaily , espressa f’kWh/24h u mqarrba sa tliet pożizzjonijiet deċimali għall-kalkolu tal-AE imbagħad isir kif ġej:

Edaily = E25

fejn E25 hija ET b’temperatura ambjentali ta’ 25 °C u tiġi derivata permezz ta’ interpolazzjoni tat-testijiet tal-enerġija bit-temperaturi mira stabbiliti fit-Tabella 3.

4.   Determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija annwali standard (SAE):

(a) 

Għall-apparati refriġeranti kollha:

SAE, espress f’kWh/a, u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej:

▼C1

SAE = C × D × Σ n c = 1 Ac × Bc ×[Vc/V] × (Nc + V × rc × Mc)

▼B

fejn

— 
“c” huwa n-numru tal-indiċi għal tip ta’ kompartiment u li jvarja minn 1 sa “n”, fejn “n” huwa n-numru totali ta’ tipi ta’ kompartimenti;
— 
Vc , espress f’dm3 jew litri u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali huwa l-volum tal-kompartiment;
— 
V, espress f’dm3 jew litri u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ huwa l-volum bi

image

;
— 
r c , Nc, Mc u C huma parametri ta’ mmudellar speċifiċi għal kull kompartiment bil-valuri tagħhom kif stabbilit fit-Tabella 4; u
— 
Ac, Bc u D huma l-fatturi ta’ kumpens bil-valuri tagħhom kif stabbilit fit-Tabella 5.

Waqt it-twettiq tal-kalkoli ta’ hawn fuq, għall-kompartimenti b’temperatura varjabbli, jintgħażel it-tip ta’ kompartiment bl-aktar temperatura mira baxxa li jkun iddikjarat xieraq għaliha.

(b) 

Parametri ta’ mmudellar għal kull tip ta’ kompartiment għall-kalkolu ta’ SAE:

Il-parametri ta’ mmudellar huma stabbiliti fit-Tabella 4.



Tabella 4

Il-valuri tal-parametri ta’ mmudellar għal kull tip ta’ kompartiment

Tip ta’ kompartiment

rc  ()

Nc

Mc

C

Pantry

0,35

75

0,12

bejn 1,15 u 1,56 għalapparati kkombinati b’kompartimenti 3- jew 4-star (), 1,15 għal apparati kkombinati oħra, 1,00 għal apparati refriġeranti oħra

Għall-ħżin tal-inbid

0,60

Kantina

0,60

Għall-ikel frisk

1,00

Chiller

1,10

138

0,12

0-star u li fih isir is-silġ

1,20

138

0,15

1-star

1,50

2-star

1,80

3-star

2,10

Freezer (4-star)

2,10

(1)   

rc = (Ta-Tc)/20; fejn Ta = 24 °C u Tc bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 3.

(2)   

C għal apparati kkombinati b’kompartimenti 3- jew 4-star jiġi ddeterminat kif ġej:


fejn frzf huwa l-volum tal-kompartiment 3- jew 4-star Vfr bħala frazzjoni ta’ V bi frzf = Vfr/V:

— jekk frzf ≤ 0,3 allura C =1,3 + 0,87 × frzf;

— inkella jekk 0,3 < frzf < 0,7 allura C =1,87 – 1,0275 × frzf;

— inkella C =1,15 .

(c) 

Il-fatturi ta’ kumpens għal kull tip ta’ kompartiment għall-kalkolu ta’ SAE:

Il-fatturi ta’ kumpens huma stabbiliti fit-Tabella 5.



Tabella 5

Il-valuri tal-fatturi ta’ kumpens għal kull tip ta’ kompartiment

Tip ta’ kompartiment

Ac

Bc

D

 

Defrost manwali

Defrost awtomatiku

Apparat awtonomu

Apparat awtonomu

≤ 2 ()

()

()

> 4 ()

Pantry

1,00

1,00

1,02

1,00

1,02

1,035

1,05

Għall-ħżin tal-inbid

Kantina

Għall-ikel frisk

Chiller

1,03

0-star u li fih isir is-silġ

1,00

1,10

1,05

1-star

2-star

3-star

Freezer (4-star)

(1)   

in-numru ta’ bieben esterni jew ta’ kompartimenti, liema minnhom ikun l-iżgħar.

5.   Determinazzjoni tal-EEI:

EEI, espress bħala % u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, ikkalkulat bħala:

EEI = AE/SAE.




ANNESS V

L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

F’konformità mal-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti, l-informazzjoni kif stabbilita fit-Tabella 6. Jekk l-apparat refriġeranti jkollu diversi kompartimenti tal-istess tip, il-linji għal dawn il-kompartimenti għandhom ikunu ripetuti. Jekk ma jkunx hemm ċertu tip ta’ kompartiment, il-parametri u l-valuri tal-kompartiment għandhom jiġu indikati bi “-”.

▼M1



Tabella 6

L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu () , ():

Indirizz tal-fornitur () , ():

Identifikatur tal-mudell ():

It-tip ta’ apparat refriġeranti:

Apparat b’livell baxx ta’ storbju:

[iva/le]

It-tip ta’ diżinn:

[inkorporat/awtonomu]

Apparat għall-ħżin tal-inbid:

[iva/le]

Apparat refriġeranti ieħor:

[iva/le]

Parametri ġenerali tal-prodott:

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Dimensjonijiet kumplessivi (millimetri) () , ()

Għoli

x

Volum totali (dm3 jew l)

x

Wisa’

x

Fond

x

EEI

x

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

[A/B/C/D/E/F/G] ()

L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja (dB(A) re 1 pW)

x

Klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

[A/B/C/D] ()

Konsum tal-enerġija annwali (kWh/a)

x

Klassi klimatika:

[temperatura moderata estiża/temperatura moderata/subtropikali/tropikali]

Temperatura ambjentali minima (°C), li l-apparat refriġeranti jkun xieraq għaliha

xc

Temperatura ambjentali massima (°C), li l-apparat refriġeranti jkun xieraq għaliha

()

Konfigurazzjoni tax-xitwa

[iva/le]

 

Parametri tal-kompartiment:

Tip ta’ kompartiment

Parametri u valuri tal-kompartiment

Volum tal-Kompartiment (dm3 jew l)

Konfigurazzjoni tat-temperatura rakkomandata għall-aħjar ħżin tal-ikel (°C)

Dawn il-konfigurazzjonijiet ma għandhomx jikkontradixxu l-kundizzjonijiet ta’ ħżin stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness IV

Kapaċità tal-iffriżar (kg/24 h)

Tip ta’ defrost

(defrost awtomatiku = A,

defrost manwali = M)

Pantry

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

Għall-ħżin tal-inbid

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

Kantina

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

Għall-ikel frisk

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

Chiller

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

0-star jew li fih isir is-silġ

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

1-star

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

2-star

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

3-star

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

4-star

[iva/le]

x,x

x

x,x

[A/M]

żona 2-star

[iva/le]

x,x

x

[A/M]

Kompartiment b’temperatura varjabbli

tipi ta’ kompartimenti

x,x

x

x,x (għal kompartimenti 4-star) jew -

[A/M]

Għal kompartimenti 4-star

Funzjoni tal-iffriżar rapidu

[iva/le]

Għall-apparat għall-ħżin tal-inbid

Numru ta’ fliexken tal-inbid standard

x

Parametri tas-sors ta’ dawl () , ():

Tip tas-sors ta’ dawl

[Teknoloġija tad-dawl]

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

[A/B/C/D/E/F/G]

Id-durata minima tal-garanzija offruta mill-manifattur () , ():

Informazzjoni addizzjonali () , ():

Il-link tal-Internet li jwassal għas-sit web tal-fornitur, fejn tinsab l-informazzjoni msemmija fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 (6):

(1)   

kif iddeterminat skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 (5).

(2)   

il-bidliet għal dan il-punt ma għandhomx jitqiesu bħala rilevanti għall-finijiet tal-punt 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(3)   

jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.

(4)   

din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-fini tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

(5)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (Ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (Ara paġna 187 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

▼B




ANNESS VI

Dokumentazzjoni teknika

▼M1

1. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a) 

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell li tippermetti li jiġi identifikat b’mod ċar u faċli;

(b) 

referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards ta’ kejl oħrajn li jintużaw;

(c) 

il-prekawzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu meta jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat il-mudell;

(d) 

il-valuri għall-parametri tekniċi huma stabbiliti fit-Tabella 7; dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX;

(e) 

id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness IV;

(f) 

kondizzjonijiet ta’ ttestjar jekk ma jkunux deskritti biżżejjed fil-punt (b);

(g) 

mudelli ekwivalenti, jekk jeżistu, inklużi l-identifikaturi tal-mudell;

Dawn l-elementi għandhom jikkostitwixxu wkoll il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont il-punt 5 tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369.



Tabella 7

Parametri tekniċi tal-mudell u l-valuri ddikjarati tagħhom għall-apparat refriġeranti

Deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-apparat refriġeranti, li tkun suffiċjenti biex l-apparat jiġi identifikat bla dubji u faċilment:

Speċifikazzjonijiet tal-prodott:

 

Speċifikazzjonijiet ġenerali tal-prodott:

 

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Konsum tal-enerġija annwali (kWh/a)

x,xx

EEI (%)

x,x

Konsum tal-enerġija annwali standard (kWh/a)

x,xx

Parametru ta’ kombinament

x,xx

Il-ħin tat-tlugħ tat-temperatura (h)

x,xx

Fattur tat-tagħbija

x,x

Fattur ta’ telf tas-sħana mill-bieba

x,xxx

Klassi klimatika

[temperatura moderata estiża/temperatura moderata/subtropikali/tropikali]

Tip ta’ ħiter antikondensazzjoni

[jinxtegħel-jintefa manwalment/b’kontroll ambjentali/ieħor/ebda]

L-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja (dB(A) re 1 pW)

x

Speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-prodott għall-apparati refriġeranti, għajr għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju:

Parametru

Valur

 

Konsum tal-enerġija kuljum b’temperatura ta’ 32 °C (kWh/24h)

x,xxx

Speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-prodott għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju:

Parametru

Valur

 

Konsum tal-enerġija kuljum b’temperatura ta’ 25 °C (kWh/24h)

x,xxx

Speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-prodott għall-apparati għall-ħżin tal-inbid

Parametru

Valur

Parametru

Valur

Umdità interna (%)

[medda]

Għadd ta’ fliexken

X

Jekk l-apparat refriġeranti jkollu diversi kompartimenti tal-istess tip, il-linji għal dawn il-kompartimenti għandhom ikunu ripetuti. Jekk ma jkunx hemm ċertu tip ta’ kompartiment, il-valuri tal-parametri tal-kompartiment għandhom jiġu indikati bi “-”.



Speċifikazzjonijiet tal-kompartiment:

 

Parametri u valuri tal-kompartiment

Tip ta’ kompartiment

Temperatura mira (°C)

Volum tal-kompartiment (dm3 jew l)

Kapaċità tal-iffriżar (kg/24 h)

Parametru termodinamiku (rc)

Nc

M c

Fattur tad-defrost (Ac )

Fattur ta’ apparat inkorporat (Bc )

Pantry

+ 17

x,x

0,35

75

0,12

1,00

x,xx

Għall-ħżin tal-inbid

+ 12

x,x

0,60

75

0,12

1,00

x,xx

Kantina

+ 12

x,x

0,60

75

0,12

1,00

x,xx

Għall-ikel frisk

+ 4

x,x

1,00

75

0,12

1,00

x,xx

Chiller

+ 2

x,x

1,10

138

0,12

1,00

x,xx

0-star jew li fih isir is-silġ

0

x,x

1,20

138

0,15

x,xx

x,xx

1-star

-6

x,x

1,50

138

0,15

x,xx

x,xx

2-star

-12

x,x

1,80

138

0,15

x,xx

x,xx

3-star

-18

x,x

2,10

138

0,15

x,xx

x,xx

4-star

-18

x,x

x,x

2,10

138

0,15

x,xx

x,xx

żona 2-star

-12

x,x

2,10

138

0,15

x,xx

x,xx

Kompartiment b’temperatura varjabbli

X

x,x

x,x (għal kompartimenti 4-star) jew -

x,xx

x

x,xx

x,xx

x,xx

It-total tal-volumi tal-kompartiment(i) chiller u tal-kompartiment(i) mhux tal-friża

[l jew dm3]

 

x

 

 

 

 

 

 

It-total tal-volumi tal-kompartiment(i) tal-friża u tal-kompartiment(i) mhux tal-friża [l jew dm3]

 

x

 

 

 

 

 

 

▼B

2. Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:

(a) 

minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta iżda huwa mudell prodott minn manifattur differenti; jew

(b) 

permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew ta’ estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti; jew tat-tnejn li huma.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex jivverifika l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.




ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tingħata fir-reklami viżivi, f’materjal promozzjonali tekniku, fil-bejgħ mill-bogħod, għajr bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

1. Fir-reklami viżivi, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt 1(c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

2. Fil-materjal promozzjonali tekniku, għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u fil-punt 1(d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

3. Kwalunkwe bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jrid jindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

4. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 1, permezz ta’:

(a) 

vleġġa, li fiha jkollha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika b’kulur 100 % abjad u b’tipa grassa Calibri, u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;

(b) 

il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;

(c) 

il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; u,

(d) 

id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura ħxuna ta’ 0,5 pt u b’kulur 100 % iswed madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

B’deroga, jekk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkunu stampati b’kulur wieħed, il-kulur tal-vleġġa f’dawk ir-reklami viżivi, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti, jista’ jkun b’kulur wieħed.

Figura 1
Vleġġa lejn il-lemin/ix-xellug ikkulurita/b’kulur wieħed, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata image

5. Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lix-xerrej dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u li x-xerrej għandu aċċess liberu u bla ħlas għat-tikketta sħiħa u għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott minn fuq is-sit web, jew billi jitlob kopja stampata.

6. Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, għandu jkun possibbli għall-konsumatur li jikseb, fuq talba, kopja stampata tat-tikketta u tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott.




ANNESS VIII

Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod permezz tal-Internet

1. It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b’mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs speċifikat fil-punti 3(1) u 3(2) tal-Anness III għall-apparati refriġeranti. It-tikketta tista’ tintwera billi jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, f’liema każ l-immaġni li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk tiġi applikata s-sistema ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.

2. L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, kif indikat fil-Figura 2, għandha:

(a) 

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott muri fuq it-tikketta;

(b) 

tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa, b’kulur 100 % abjad, b’tipa grassa Calibri u f’daqs ta’ tipa li jkun ekwivalenti għal dak tal-prezz;

(c) 

ikollha l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; u,

(d) 

ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ppożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura viżibbli b’kulur 100 % iswed ippożizzjonata madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

Figura 2
Vleġġa lejn il-lemin/ix-xellug ikkulurita, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata image

3. Fil-każ ta’ displej ta’ immaġni f’oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha kif ġej:

(a) 

l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott;

(b) 

l-immaġni għandha sservi ta’ link għat-tikketta stabbilita fl-Anness III;

(c) 

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-immaġni bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-immaġni jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili;

(d) 

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, tab ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e) 

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;

(f) 

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g) 

it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera jekk it-tikketta ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs ta’ tipa bħal dak tal-prezz.

4. L-iskeda elettronika tal-informazzjoni dwar il-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ din l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera bl-użu ta’ displej ta’ immaġni f’oħra jew billi wieħed jirreferi għall-bażi tad-data tal-prodott, f’liema każ il-link li tintuża għall-aċċess għall-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jista’ jinqara “Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża d-displej ta’ immaġni f’oħra, l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel klikk tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-immaġni fuq l-iskrin tattili.




ANNESS IX

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

▼M1

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-valuri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta’ dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew li b’xi mod ieħor tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar. Il-valuri u l-klassijiet ippubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott m’għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

▼B

Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikat f’dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformni.

►M1  Bħala parti mill-verifika ◄ tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

(1) 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

(2) 

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:

(a) 

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri ddikjarati), u, fejn applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet; u

(b) 

il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta u fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-klassi tal-emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja indikati ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi ddeterminata bil-valuri ddikjarati; u

(c) 

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri ddeterminati (jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 8.

(3) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) u (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(4) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.

(5) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 8.

(6) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

▼M1

(7) 

Wara li tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3, 6 jew it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

▼B

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 8 u għandhom jużaw biss il-proċedura stabbilita fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 8, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

▼M1



Tabella 8

It-tolleranzi tal-verifika għall-parametri mkejla

Parametri

Tolleranzi tal-verifika

Il-volum totali u l-volum tal-kompartiment

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun baxx aktar minn 3 % jew minn litru wieħed — jintuża l-ogħla valur — mill-valur iddikjarat.

Kapaċità tal-iffriżar

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

E32

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

Konsum annwali tal-enerġija

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %.

L-umdità interna tal-apparat għall-ħżin tal-inbid (%)

Il-valur iddeterminat () m’għandux jiddevja mill-medda iddikjarata b’aktar minn 10 %.

Emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 2 dB(A) re 1 pW.

Ħin biex togħla t-temperatura

Il-valur iddeterminat () m’għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’iktar minn 15 %.

(1)   

Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta’ kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ara paġna 313 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).