02019R1715 — MT — 14.10.2019 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1715

tat-30 ta’ Settembru 2019

li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 261 14.10.2019, p. 37)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 303, 25.11.2019, p.  37 (2019/1715)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1715

tat-30 ta’ Settembru 2019

li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Kapitolu 1

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a) 

il-kundizzjonijiet u l-proċeduri speċifiċi li japplikaw għat-trażmissjoni ta’ notifiki u informazzjoni supplimentari għas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) li jridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b) 

il-proċeduri għall-istabbiliment u għall-użu tas-sistema kompjuterizzata biex l-Unjoni tinnotifika u tirrapporta l-mard li jridu jiġu stabbiliti u ġestiti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(c) 

ir-regoli speċifiċi, inklużi l-iskadenzi, għas-sottomissjoni tan-notifiki, li se jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2016/2031;

(d) 

ir-regoli għat-trattar u l-iskambju kkompjuterizzati ta’ informazzjoni, data u dokumenti fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali previsti fir-Regolament (UE) 2017/625, fir-rigward ta’:

(i) 

il-format tad-dokument sanitarju komuni tad-dħul (CHED) imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625, inkluż l-ekwivalenti elettroniku tiegħu, u l-istruzzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-użu tiegħu;

(ii) 

l-arranġamenti uniformi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(iii) 

il-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi u l-użu ta’ firem elettroniċi għaċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(iv) 

il-formati standard għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-qafas tal-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattiva, kif imsemmija fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2017/625, fir-rigward ta’:

— 
talbiet għall-assistenza,
— 
notifiki u tweġibiet komuni u rikorrenti,
(v) 

l-ispeċifikazzjonijiet tal-għodod u l-proċeduri tekniċi għall-komunikazzjoni bejn il-korpi ta’ kollegament magħżula f’konformità mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(vi) 

it-tħaddim tajjeb tal-IMSOC imsemmi fil-Kapitolu IV tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“komponent” tfisser sistema elettronika integrata fl-IMSOC;

(2) 

“netwerk” tfisser grupp ta’ membri li għandhom aċċess għal komponent speċifiku;

(3) 

“membru tan-netwerk” tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni, aġenzija tal-UE, awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li għandha aċċess għal mill-inqas komponent wieħed;

(4) 

“punt ta’ kuntatt” tfisser il-punt ta’ kuntatt magħżul mill-membru tan-netwerk biex jirrappreżentah;

(5) 

“sistema nazzjonali ta’ Stat Membru” tfisser sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata li tkun proprjetà ta’ Stat Membru u stabbilita minnu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/625 għall-finijiet tal-ġestjoni, tal-ittrattar u tal-iskambju ta’ data, informazzjoni u dokumenti dwar il-kontrolli uffiċjali, u li tkun kapaċi tiskambja d-data b’mod elettroniku mal-komponent rilevanti;

(6) 

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser kwalunkwe wieħed mill-korpi rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt (g) tal-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) 2017/625, jew organizzazzjonijiet intergovernattivi simili;

(7) 

“iRASFF” tfisser is-sistema elettronika li timplimenta l-proċeduri tal-RASFF u tal-AAC deskritti fl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikoli 102 sa 108 tar-Regolament (UE) 2017/625 rispettivament;

(8) 

“riskju” tfisser kwalunkwe riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem b’rabta mal-ikel, mal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew mal-għalf f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jew riskju serju għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent b’rabta mal-għalf, inkluż l-għalf għall-annimali li ma jinżammux għall-produzzjoni tal-ikel, f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005;

(9) 

“in-netwerk RASFF” tfisser is-Sistema ta’ Twissija Rapida għan-notifika tar-riskji ddefiniti fil-punt 8, stabbilita bħala netwerk permezz tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(10) 

“in-netwerk AAC” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni u mill-korpi ta’ kollegament magħżula mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 bil-għan li tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(11) 

“in-netwerk kontra l-frodi alimentari” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni, mill-Europol u mill-korpi ta’ kollegament maħtura mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 bil-għan speċifiku li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar notifiki ta’ frodi alimentari kif iddefinit fil-punt (21);

(12) 

“in-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni” tfisser netwerk kompost mill-RASFF, mill-AAC u min-netwerks kontra l- frodi alimentari;

(13) 

“punt uniku ta’ kuntatt” tfisser punt ta’ kuntatt magħmul mill-punti ta’ kuntatt tal-RASFF u tal-AAC f’kull Stat Membru, kemm jekk jinsab fiżikament fl-istess unità amministrattiva kif ukoll jekk le;

(14) 

“notifika dwar nuqqas ta’ konformità” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ nuqqas ta’ konformità li ma jippreżentax riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, iżda jirrappreżenta riskji mhux serji għas-saħħa tal-annimali u riskji għas-saħħa tal-pjanti jew għat-trattament xieraq tal-annimali;

(15) 

“notifika ta’ twissija” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ riskju serju dirett jew indirett li jkun ġej mill-ikel, mill-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew mill-għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, li jirrikjedi jew jista’ jirrikjedi azzjoni rapida minn membru ieħor tan-netwerk tal-RASFF;

(16) 

“notifika ta’ informazzjoni” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ riskju dirett jew indirett li jkun ġej mill-ikel, mill-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew mill-għalf f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u mal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, li ma jeħtieġx azzjoni rapida minn membru ieħor tan-netwerk tal-RASFF;

(17) 

“notifika ta’ informazzjoni għas-segwitu” tfisser notifika ta’ informazzjoni relatata ma’ prodott li jinsab jew jista’ jitqiegħed fis-suq f’pajjiż membru ieħor tan-network tal-RASFF;

(18) 

“notifika ta’ informazzjoni għall-attenzjoni” tfisser notifika ta’ informazzjoni relatata ma’ prodott li:

(i) 

jew ikun preżenti biss fil-pajjiż tal-membru tan-netwerk li qed jinnotifika; jew

(ii) 

ma jkunx tqiegħed fis-suq; jew

(iii) 

ma għadux fis-suq;

(19) 

“notifika ta’ aħbar” tfisser notifika fl-iRASFF dwar riskju li jkun ġej mill-ikel, mill-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel jew mill-għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, li jkollha sors informali, li jkun fiha informazzjoni mhux ivverifikata jew li tikkonċerna prodott li attwalment ma jkunx għadu ġie identifikat;

(20) 

“notifika ta’ rifjut fil-fruntiera” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ rifjut minħabba riskju kif, iddefinit fil-punt 8, ta’ lott, ta’ kontejner jew ta’ merkanzija ta’ ikel, ta’ materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel, jew ta’ għalf, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(21) 

“notifika ta’ frodi alimentari” tfisser notifika fl-iRASFF ta’ nuqqas ta’ konformità dwar suspett li azzjoni kienet intenzjonata minn negozji jew minn individwi bil-fini li jqarrqu bix-xerrejja u b’hekk jiksbu vantaġġ żejjed, bi ksur tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(22) 

“notifika oriġinali” tfisser notifika ta’ nuqqas ta’ konformità, notifika ta’ twissija, notifika ta’ informazzjoni, notifika ta’ aħbar, notifika ta’ frodi alimentari jew notifika ta’ rifjut fil-fruntiera;

(23) 

“notifika ta’ segwitu” tfisser notifika fl-iRASFF li jkun fiha informazzjoni addizzjonali relatata ma’ notifika oriġinali;

(24) 

“talba” tfisser talba fl-iRASFF għall-assistenza amministrattiva bbażata fuq notifika oriġinali jew fuq notifika ta’ segwitu u li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 104 sa 108 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(25) 

“reazzjoni” tfisser reazzjoni għal talba għall-assistenza amministrattiva fl-iRASFF ibbażata fuq notifika oriġinali jew fuq notifika ta’ segwitu u li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 104 sa 108 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(26) 

“membru tan-netwerk jew punt ta’ kuntatt li jinnotifika” tfisser membru tan-netwerk jew punt ta’ kuntatt li jindirizza notifika lil membru tan-netwerk ieħor jew lil punt ta’ kuntatt ieħor;

(27) 

“membru jew punt ta’ kuntatt tan-netwerk notifikat” tfisser il-membru tan-netwerk jew il-punt ta’ kuntatt li lilu tiġi indirizzata notifika minn membru tan-netwerk ieħor jew minn punt ta’ kuntatt ieħor;

(28) 

“membru jew punt ta’ kuntatt tan-netwerk mitlub” tfisser il-membru tan-netwerk jew il-punt ta’ kuntatt li lilu tiġi indirizzata notifika minn membru ieħor tan-netwerk jew minn punt ta’ kuntatt ieħor, bl-iskop li jirċievi tweġiba;

(29) 

“ADIS” tfisser is-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika u għar-rapportar ta’ mard, li għandha tiġi stabbilita u ġestita mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(30) 

“in-netwerk ADIS” tfisser in-netwerk magħmul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għat-tħaddim tal-ADIS;

(31) 

“EUROPHYT” tfisser is-sistema ta’ notifika elettronika li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni u li għandha tkun konnessa mal-IMSOC u tkun kompatibbli magħha, għat-tressiq ta’ notifiki fil-EUROPHYT dwar tifqigħat f’konformità mal-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(32) 

“notifika fil-EUROPHYT dwar tifqigħa” tfisser notifika li għandha tiġi sottomessa fil-EUROPHYT dwar kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-preżenza kkonfermata b’mod uffiċjali fit-territorju tal-Unjoni ta’ pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(b) 

il-preżenza kkonfermata b’mod uffiċjali ta’ pest mhux inkluż fil-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(c) 

il-preżenza jew il-periklu imminenti ta’ dħul jew ta’ tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ pest mhux inkluż fil-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(d) 

il-preżenza kkonfermata b’mod uffiċjali ta’ pest ta’ kwarantina f’żona protetta, kif imsemmi fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(33) 

“notifika ta’ interċezzjoni fil-EUROPHYT” tfisser notifika li għandha tiġi sottomessa fi TRACES fil-każ ta’ xi waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, fl-Artikolu 40(4), fl-Artikolu 41(4), fl-Artikolu 46(4), fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 49(6), fl-Artikolu 53(4), fl-Artikolu 54(4), fl-Artikolu 77(2) u fl-Artikolu 95(5) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(34) 

“in-netwerk tal-EUROPHYT-interċezzjoni” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għan-notifiki ta’ interċezzjoni tal-EUROPHYT;

(35) 

“in-netwerk tal-EUROPHYT għat-tifqigħat” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għat-tħaddim tal-EUROPHYT;

(36) 

“TRACES” tfisser is-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 għall-finijiet ta’ skambju ta’ data, informazzjoni u dokumenti;

(37) 

“in-netwerk tat-TRACES” tfisser in-netwerk magħmul mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għat-tħaddim tas-sistema TRACES;

(38) 

“firma elettronika” tfisser firma elettronika kif iddefinita fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(39) 

“firma elettronika avvanzata” tfisser firma elettronika li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1506;

(40) 

“firma elettronika kkwalifikata” tfisser firma elettronika kif iddefinita fil-punt (12) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(41) 

“siġill elettroniku avvanzat” tfisser siġill elettroniku li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1506;

(42) 

“siġill elettroniku kkwalifikat” tfisser siġill elettroniku kif iddefinit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(43) 

“kronogramma elettronika kwalifikata” tfisser kronogramma elettronika kif definit fil-punt (34) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(44) 

“punt ta’ kontroll” tfisser punt ta’ kontroll kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(45) 

“unità ta’ kontroll” tfisser unità li għandha t-teknoloġija u t-tagħmir meħtieġa għat-tħaddim effiċjenti tal-komponent ikkonċernat u msejħa kif ġej għal dak il-għan:

(a) 

“unità ċentrali ta’ kontroll” għall-awtorità kompetenti ċentrali ta’ Stat Membru;

(b) 

“unità ta’ kontroll reġjonali” għal kwalunkwe awtorità kompetenti reġjonali ta’ Stat Membru;

(c) 

“unità ta’ kontroll lokali” għal kwalunkwe awtorità kompetenti lokali ta’ Stat Membru.

Kapitolu 2

Prinċipji ġenerali u protezzjoni tad-data

Artikolu 3

Komponenti IMSOC

1.  L-IMSOC għandu jkun kompost mill-komponenti li ġejjin:

(a) 

l-iRASFF;

(b) 

l-ADIS;

(c) 

il-EUROPHYT;

(d) 

it-TRACES.

2.  Il-komponenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jaħdmu f’konformità mal-prinċipji ġenerali u mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 4

Komponenti, netwerks, u punti ta’ kuntatt

1.  Kull komponent għandu jkollu netwerk li l-Kummissjoni għandha tagħmel parti minnu.

2.  Kull membru tan-netwerk għandu jagħżel mill-inqas punt ta’ kuntatt wieħed u jikkomunika dik l-għażla u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni. Għandu jgħarraf minnufih lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni dwar kull tibdil f’dan ir-rigward.

3.  Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jżomm u jaġġorna lista tal-punti ta’ kuntatt u jagħmilha disponibbli għall-membri kollha tan-netwerk.

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi struttura ta’ governanza biex tidderieġi l-iżvilupp, tidentifika l-prijoritajiet u timmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-IMSOC. L-istruttura ta’ governanza għandha tkun magħmula minn:

(a) 

bord ta’ ġestjoni tal-ħidmiet, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, biex mill-inqas darba fis-sena jiddiskuti l-prijoritajiet għal kull komponent u l-iżvilupp ta’ kull komponent;

(b) 

sottogruppi fi ħdan il-bord ta’ ġestjoni tal-operazzjonijiet li jiddiskutu b’mod regolari l-prijoritajiet għall-kull komponent u l-iżvilupp tal-funzjonalitajiet speċifiċi ta’ kull komponent.

Artikolu 5

Sjieda u responsabbiltajiet għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti

1.  Kull membru tan-netwerk għandu jkun il-proprjetarju u jkun responsabbli għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti li l-punt ta’ kuntatt jew l-utenti li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu jkunu daħħlu jew ipproduċew fil-komponent ikkonċernat.

2.  Kull firmatarju, awtorità kompetenti li għaliha jappartjeni firmatarju jew awtorità kompetenti li toħloq siġill elettroniku għandhom ikunu l-proprjetarji tal-parti mid-dokument li jiffirmaw jew jissiġillaw fit-TRACES u jkunu responsabbli minnha.

3.  Meta aktar minn firmatarju wieħed jiffirma dokument fit-TRACES, kull firmatarju għandu jkun il-proprjetarju tal-parti tad-dokument li jiffirma u jkun responsabbli minnha.

Artikolu 6

Links bejn il-komponenti

1.  Il-links bejn il-komponenti għandhom jimmiraw biex:

(a) 

jikkompletaw id-data, l-informazzjoni jew id-dokumenti f’komponent wieħed jew aktar b’data, informazzjoni jew dokumenti diġà preżenti f’komponent ieħor; kif ukoll

(b) 

jipprovdu l-informazzjoni rilevanti u aġġornata lil kull membru tan-netwerk għat-twettiq tal-kompiti tiegħu f’konformità mar-regoli stabbiliti għal kull komponent f’dan ir-Regolament; kif ukoll

(c) 

jappoġġjaw u jħaddmu l-proċeduri

(i) 

ta’ determinazzjoni u ta’ modifikar tar-rati tal-frekwenza tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi li jridu jitwettqu fuq kunsinni tal-kategoriji tal-annimali u l-oġġetti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(ii) 

ta’ applikazzjoni tal-frekwenza tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi li jridu jitwettqu fuq kunsinni tal-kategoriji tal-annimali jew l-oġġetti msemmija fil-punti (d), (e) u (f) ta’ dak l-Artikolu;

(iii) 

ta’ implimentazzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti tal-kontrolli uffiċjali intensifikati f’każ ta’ suspetti ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 65(6) ta’ dak ir-Regolament.

2.  Il-links imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu minn links bejn:

(a) 

l-iRASFF u t-TRACES, li jippermettu l-iskambju ta’ data dwar notifiki ta’ rifjut mal-fruntiera u dokumenti sanitarji komuni tad-dħul;

(b) 

il-EUROPHYT u t-TRACES, li jippermettu l-iskambju tad-data dwar in-notifiki ta’ tifqigħat u ta’ interċezzjoni EUROPHYT;

(c) 

l-iRASFF, il-EUROPHYT u t-TRACES, li jippermettu l-iskambju ta’ data dwar ir-rekords tal-passat tal-operaturi fir-rigward tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 7

Skambju ta’ data elettronika bejn il-komponenti u sistemi elettroniċi oħrajn

1.  L-iskambji tad-data bejn is-sistemi IMSOC u sistemi elettroniċi oħra, inklużi s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, għandhom:

(a) 

ikunu bbażati fuq standards internazzjonali li jkunu rilevanti għall-formati XML, CMS jew PDF;

(b) 

jużaw dizzjunarji tad-data u r-regoli tan-negozju speċifiċi previsti fil-komponent rilevanti.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri:

(a) 

il-frekwenza tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-punt (c)(i) tal-Artikolu 6(1);

(b) 

ir-rati tal-frekwenza u l-eżitu tal-implimentazzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti tal-kontrolli uffiċjali intensifikati msemmija fil-punt (c)(iii) tal-Artikolu 6(1);

(c) 

id-dizzjunarji tad-data u r-regoli tan-negozju msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.  B’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tfassal ftehim dwar il-livell ta’ servizz li jirregola l-ġestjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn il-komponent ikkonċernat u sistemi elettroniċi oħra, inklużi s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri.

Artikolu 8

Obbligi u drittijiet tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura t-tħaddim, il-manutenzjoni, l-appoġġ u kull aġġornament jew żvilupp meħtieġ tas-softwer u tal-infrastruttura tal-IT tal-komponenti.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti kollha f’kull komponent sabiex timmonitorja l-iskambju tad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti mdaħħla jew prodotti fihom għall-identifikazzjoni tal-attivitajiet li huma, jew li jidhru li huma, mhux konformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u

(a) 

jew ikollhom, jew jista’ jkollhom, ramifikazzjonijiet f’aktar minn Stat Membru wieħed; jew

(b) 

ikunu qed iseħħu, jew ikunu jidhru li qed iseħħu, f’aktar minn Stat Membru wieħed.

Artikolu 9

Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ aċċess parzjali għall-IMSOC lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  Malli tirċievi applikazzjoni debitament ġustifikata, il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tagħti lill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali l-aċċess parzjali għall-funzjonalitajiet ta’ komponent wieħed jew aktar, u għal data, informazzjoni u dokumenti speċifiċi mdaħħlin jew prodotti fihom, sakemm l-applikant juri, fir-rigward tal-komponent(i) inkwistjoni, li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ikollu l-kapaċità legali u operattiva li jipprovdi, mingħajr dewmien żejjed, l-assistenza meħtieġa biex jippermetti t-tħaddim tajjeb tal-komponent li għalih jintalab l-aċċess parzjali;

(b) 

ikun għażel punt ta’ kuntatt għal dak il-għan;

2.  L-aċċess parzjali msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jinkludi l-aċċess għad-data personali pproċessata fil-komponent(i) li għalih/għalihom jingħata l-aċċess parzjali.

3.  B’deroga mill-paragrafu 2, l-aċċess parzjali jista’ jinkludi aċċess għal data personali meta l-kundizzjonijiet għal trasferimenti legali ta’ data personali stabbiliti permezz tar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 jiġu ssodisfati mill-pajjiż terz jew mill-organizzazzjoni internazzjonali applikanti.

Artikolu 10

Ipproċessar tad-data personali

1.  Id-data personali għandha tiġi pproċessata f’kull komponent bl-iskop li jitwettqu l-verifiki uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra. B’mod partikolari, id-data personali għandha tappartjeni għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

punti ta’ kuntatt, operaturi, importaturi, esportaturi, trasportaturi u persunal tekniku tal-laboratorji meta d-data personali tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni;

(b) 

utenti ta’ kull kompenent.

2.  Huma u jipproċessaw id-data personali skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Kummissjoni għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 11

Kontrolluri tad-data u l-kontroll konġunt

1.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu kontrolluri konġunti ta’ operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data f’kull wieħed mill-komponenti.

2.  Il-Kummissjoni hija responsabbli milli:

(a) 

tiddetermina u timplimenta l-mezzi tekniċi biex tippermetti lis-suġġetti tad-data jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u tiżgura li dawk id-drittijiet qed jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725;

(b) 

tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar f’kull komponent skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2018/1725;

(c) 

tiddetermina l-kategoriji tal-persunal tagħha u tal-fornituri esterni li jistgħu jingħataw aċċess għall-komponenti;

(d) 

tinnotifika u tikkomunika kull ksur ta’ data personali tal-komponenti lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u lis-suġġett tad-data skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament rispettivament;

(e) 

tiżgura li l-persunal u l-fornituri esterni tagħha jkunu mħarrġa b’mod adegwat biex iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli milli:

(a) 

jiżguraw li d-drittijiet tas-suġġett tad-data jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u ma’ dan ir-Regolament;

(b) 

jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data personali skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679;

(c) 

jaħtru l-persunal li jkun se jkollu aċċess għal kull komponent;

(d) 

jiżguraw li l-persunal li jaċċessa kull komponent huwa mħarreġ b’mod adegwat biex iwettaq il-kompiti tiegħu f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u, meta rilevanti, mad-Direttiva (UE) 2016/680.

4.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħżlu kontrolluri konġunti differenti fl-istess Stat Membru bil-għan li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 3.

Kapitolu 3

Komponenti, netwerks, u punti ta’ kuntatt

Taqsima 1

iRASFF

Artikolu 12

Korpi ta’ kollegament responsabbli mill-iskambju ta’ ċerti tipi ta’ informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jindikaw liema mill-korpi ta’ kollegament magħżula f’konformità mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 huma responsabbli mill-iskambju ta’ informazzjoni dwar notifiki ta’ frodi alimentari.

Artikolu 13

Punt uniku ta’ kuntatt

1.  Il-punt uniku ta’ kuntatt f’kull Stat Membru għandu jkun responsabbli milli:

(a) 

jistabbilixxi arranġamenti effettivi għall-iskambju bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha fil-ġurisdizzjoni tiegħu, li jippermettu t-trażmissjoni immedjata ta’ notifiki, talbiet jew tweġibiet lill-awtoritajiet kompetenti biex dawn jieħdu l-azzjoni xierqa, u jarkivja b’mod korrett dawn in-notifiki, it-talbiet jew it-tweġibiet;

(b) 

jiddetermina r-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħu u dawk tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward tat-tħejjija u tat-trażmissjoni ta’ notifiki, talbiet u tweġibiet, u jivvaluta u jiddistribwixxi in-notifiki, it-talbiet u t-tweġibiet minn membri oħra tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni.

2.  L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-punt ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari tagħhom fil-punt uniku ta’ kuntatt tagħhom.

3.  Il-komunikazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-RASFF għandha ssir permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt.

Artikolu 14

Dmirijiet tal-membri tan-network ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni

1.  Il-membri tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw it-tħaddim effiċjenti tan-netwerks tagħhom fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

2.  Kull punt ta’ kuntatt magħżul tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandu jikkomunika informazzjoni dettaljata dwar il-persuni li qed joperawh u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni. It-tali informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-użu ta’ mudell ta’ informazzjoni tal-punti ta’ kuntatt ipprovdut mill-Kummissjoni.

3.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom jiżguraw li dejjem, jiġifieri 24 siegħa tas-sebat ijiem kollha tal-ġimgħa, ikun hemm disponibbli uffiċjal fuq ix-xogħol għall-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza.

Artikolu 15

Informazzjoni skambjata fl-iRASFF

1.  Għandhom isiru skambji ta’ informazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u kooperazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2017/625 fl-iRASFF biss u fil-forma ta’ notifiki, talbiet u tweġibiet.

2.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandhom jimlew l-partijiet rilevanti minn notifika sabiex jippermettu l-identifikazzjoni ċara tal-prodott, tar-riskju/i, tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u tas-suspett ta’ frodi kkonċernat, jipprovdu l-informazzjoni dwar it-traċċabilità meta possibbli u jidentifikaw il-punti ta’ kuntatt responsabbli għal kwalunkwe segwitu għal notifika jew tweġiba għal talba.

3.  In-notifiki jistgħu jiġu trażmessi fil-forma ta’ notifiki oriġinali jew notifiki ta’ segwitu.

4.  It-talbiet u t-tweġibiet għandhom jindikaw il-punt(i) ta’ kuntatt ta’ netwerk ta’ twissija u kooperazzjoni li lilu/lilhom hija indirizzata t-talba jew it-tweġiba.

Artikolu 16

Notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità

1.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandhom jiskambjaw, mingħajr dewmien żejjed, notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

l-isem tal-awtorità kompetenti li qed tittratta n-notifika, jekk tkun differenti mill-punt ta’ kuntatt;

(b) 

deskrizzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità possibbli;

(c) 

l-identifikazzjoni, meta possibbli, tal-operaturi assoċjati man-nuqqas ta’ konformità possibbli;

(d) 

dettalji dwar l-annimali jew l-oġġetti involuti;

(e) 

kull informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji suspettati;

(f) 

indikazzjoni dwar jekk in-notifika tkunx relatata ma’ każ possibbli ta’ nuqqas ta’ konformità mwettaq permezz ta’ prattiki frodulenti.

2.  Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika kull notifika ta’ nuqqas ta’ konformità wara li tkun ġiet skambjata, mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 17

Notifiki ta’ twissija

1.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ twissija lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 48 siegħa minn meta jkun ġie rrapurtat ir-riskju lilhom.

2.  In-notifiki ta’ twissija għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha disponibbli meħtieġa mill-Artikolu 16(1) u kwalunkwe informazzjoni dwar ir-riskju u l-prodott li minnu jkun ġej it-tali riskju. Madankollu, il-fatt li ma tkunx inġabret l-informazzjoni rilevanti kollha ma għandux idewwem wisq it-trażmissjoni tan-notifiki ta’ twissija.

3.  Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika n-notifiki ta’ twissija u jibgħathom lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni fi żmien 24 siegħa minn meta jirċevihom.

4.  Barra l-ħinijiet tal-uffiċċju tal-Kummissjoni, il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk tal-RASFF għandhom iħabbru t-trażmissjoni ta’ notifika ta’ twissija jew ta’ segwitu għal notifika ta’ twissija permezz ta’ telefonata lin-numru tat-telefon ta’ emerġenza tal-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni u jispeċifikaw liema huma l-pajjiżi tal-membru tan-netwerk RASFF ikkonċernati. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jinforma lill-kuntatti tan-netwerk tal-RASFF ikkonċernati permezz ta’ telefonata lin-numri ta’ emerġenza tagħhom.

Artikolu 18

Notifiki ta’ informazzjoni

1.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ informazzjoni lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

2.  In-notifiki ta’ informazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha disponibbli meħtieġa mill-Artikolu 16(1) u kwalunkwe informazzjoni dwar ir-riskju u l-prodott li minnu jkun ġej it-tali riskju.

3.  Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika n-notifiki ta’ informazzjoni u jibgħathom mingħajr dewmien żejjed hekk kif jirċevihom, lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni.

Artikolu 19

Notifiki ta’ aħbarijiet

1.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni jistgħu jippreżentaw in-notifiki ta’ aħbarijiet lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni.

2.  In-notifiki tal-aħbargħandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 16(1), meta din tkun disponibbli.

3.  Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika n-notifiki tal-aħbarijiet u hekk kif jirċevihom jibgħathom mingħajr dewmien żejjed lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni.

Artikolu 20

Notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera

1.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom jittrażmettu n-notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni mingħajr dewmien żejjed.

2.  In-notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 16(1) u kull informazzjoni disponibbli dwar ir-riskju u l-prodott li minnu jkun ġej it-tali riskju.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi trażmessa permezz tas-sistema TRACES lill-postijiet kollha ta’ kontroll fil-fruntiera.

4.  Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika kull notifika ta’ rifjut fil-fruntiera wara li tkun ġiet trażmessa.

Artikolu 21

Notifiki ta’ frodi alimentari

1.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari għandhom jiskambjaw in-notifiki dwar il-frodi alimentari li jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 16(1);

(b) 

deskrizzjoni tal-prattika ta’ frodi suspettata;

(c) 

l-identifikazzjoni, meta possibbli, tal-operaturi involuti;

(d) 

informazzjoni dwar jekk hemmx investigazzjonijiet tal-pulizija jew ġudizzjarji għaddejjin dwar il-prattika ta’ frodi suspettata;

(e) 

informazzjoni dwar kwalunkwe istruzzjoni mill-pulizija jew mill-awtorità ġudizzjarja hekk kif tkun disponibbli u tista’ tiġi żvelata.

2.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari għandhom jikkomunikaw kull informazzjoni li jkollhom dwar ir-riskji għas-saħħa lill-punt ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF tagħhom mingħajr dewmien żejjed.

3.  Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jivverifika kull notifika ta’ frodi tal-ikel wara li tkun ġiet skambjata, mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 22

Notifiki ta’ segwitu

1.  Meta membru tan-netwerk ta’ twissija u kooperazzjoni jkollu xi informazzjoni addizzjonali relatata ma’ notifika oriġinali, il-punt(i) ta’ kuntatt ikkonċernat(i) għandu(hom) jittrażmetti(u) minnufih notifika ta’ segwitu lil dak in-netwerk.

2.  Meta punt ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun talab informazzjoni ta’ segwitu relatata ma’ notifika oriġinali, in-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandu jiġi pprovdut b’tali informazzjoni sa fejn ikun possibbli u mingħajr dewmien żejjed.

3.  Meta membru tan-netwerk tal-RASFF jieħu azzjoni mal-wasla ta’ notifika oriġinali f’konformità mal-Artikolu 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-punt ta’ kuntatt tiegħu għandu jittrażmetti immedjatament notifika dettaljata ta’ segwitu lin-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni.

4.  Meta l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tikkonsisti mid-detenzjoni ta’ prodott li jintbagħat lura lejn dispaċer fil-pajjiż ta’ membru ieħor tan-netwerk tal-RASFF,

(a) 

il-membru tan-netwerk li qiegħed jieħu l-azzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti dwar il-prodott li ntbagħat lura permezz ta’ notifika ta’ segwitu ħlief jekk dik l-informazzjoni tkun diġà ddaħħlet kollha fin-notifika oriġinali;

(b) 

il-membru tan-netwerk l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni f’notifika ta’ segwitu dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet fuq il-prodott irritornat.

5.  B’deroga mill-paragrafu 1, meta notifika ta’ segwitu tibdel il-klassifikazzjoni ta’ notifika oriġinali għal notifika ta’ twissija jew ta’ informazzjoni, il-membru tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandu jippreżentaha lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni biex tiġi vverifikata u trażmessa lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 17 jew fl-Artikolu 18.

Artikolu 23

Aċċess għan-notifiki tal-iRASFF

1.  Il-membri kollha tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandu jkollhom aċċess għall-avviżi ta’ twissija, ta’ informazzjoni, ta’ aħbar jew ta’ rifjut fil-fruntiera.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2), il-membri tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni li jinnotifikaw, li jkunu ġew innotifikati jew li jkunu ntalbu biss għandu jkollhom aċċess għan-notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità. Madankollu, membri oħra tan-netwerk għandu jkollhom l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (e) tal-Artikolu 16(1).

3.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2), il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari li nnotifikaw, li ġew innotifikati jew li ntalbu biss għandu jkollhom aċċess għan-notifiki ta’ frodi alimentari.

Artikolu 24

Verifika u pubblikazzjoni ta’ notifiki

1.  Il-verifika tan-notifiki ta’ punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandha tkopri:

(a) 

il-kompletezza u l-leġibbiltà tan-notifika;

(b) 

il-korrettezza tal-bażi ġuridika li tappoġġja n-notifika; madankollu bażi ġuridika żbaljata ma għandhiex tipprevjeni t-trażmissjoni tan-notifika jekk ikun ġie identifikat riskju;

(c) 

jekk in-notifika taqax fl-ambitu tan-netwerk tal-RASFF;

(d) 

jekk l-informazzjoni essenzjali fin-notifika tkunx ingħatat b’lingwa li l-punt ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni jista’ jifhem faċilment;

(e) 

il-konformità ma’ dan ir-Regolament;

(f) 

rikorrenzi possibbli tal-istess operatur u/jew perikolu u/jew pajjiż ta’ oriġini.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, il-verifiki għan-nuqqas ta’ konformità, għall-frodi alimentari u tan-notifiki ta’ rifjut fil-fruntiera għandhom ikopru l-punti (b), (c) u (e) ta’ dak il-paragrafu.

3.  Ladarba tiġi vverifikata notifika f’konformità mal-paragrafu 1 jew 2, il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni jista’ jippubblika sommarju tan-notifiki ta’ twissija, ta’ informazzjoni, ta’ rifjut fil-fruntiera u ta’ nuqqas ta’ konformità, b’informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u l-istatus tan-notifika, il-prodott u r-riskju(i) identifikat(i), il-pajjiż ta’ oriġini, il-pajjiżi fejn ikun tqassam il-prodott, il-membru tan-netwerk li jinnotifika, il-bażi għan-notifika u l-miżuri li jkunu ttieħdu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar in-notifiki trażmessi fl-iRASFF.

Artikolu 25

Irtirar u modifika ta’ notifika

1.  Meta l-azzjoni li għandha tittieħed tidher li tkun ibbażata fuq informazzjoni mingħajr bażi jew in-notifika tkun ġiet trażmessa bi żball, kwalunkwe punt ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni jista’ jitlob:

(a) 

lill-punt ta’ kuntatt ta’ notifika biex jirtira notifika ta’ nuqqas ta’ konformità, notifika ta’ frodi alimentari jew notifika ta’ segwitu;

(b) 

lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni, bi qbil mal-punt ta’ kuntatt notifikanti, biex jirtira notifika ta’ twissija, notifika ta’ informazzjoni, notifika ta’ rifjut fil-fruntiera jew notifika ta’ aħbar.

2.  Kwalunkwe punt ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni jista’ jitlob li jsiru emendi għal notifika bi ftehim mal-punt ta’ kuntatt li jinnotifika.

3.  Notifika ta’ segwitu ma għandhiex titqies bħala emenda għal notifika u għalhekk tista’ tiġi trażmessa mingħajr il-qbil ta’ kwalunkwe membru tan-netwerk ieħor, sakemm tali notifika ta’ segwitu ma tibdilx il-klassifikazzjoni tan-notifika.

Artikolu 26

Għeluq ta’ notifika u perjodu ta’ ħżin tad-data personali

1.  Notifika tingħalaq awtomatikament f’iRASFF jekk

(a) 

ma jkunx hemm talbiet ta’ segwitu pendenti; jew

(b) 

it-talbiet kollha jkunu rċevew risposta; jew

(c) 

ma tingħata l-ebda tweġiba għall-aħħar talba fi żmien 6 xhur mit-trażmissjoni tagħha.

2.  Id-data personali minn notifiki magħluqa għandha tinħażen għal mhux aktar minn 10 snin.

Artikolu 27

Skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.  Meta notifika ta’ twissija, ta’ informazzjoni jew ta’ rifjut fil-fruntiera tikkonċerna prodott li joriġina minn pajjiż terz jew jitqassam lil pajjiż terz li ma jkollux aċċess għall-iRASFF jew għat-TRACES, il-Kummissjoni għandha tinforma lil dak il-pajjiż terz mingħajr dewmien żejjed.

2.  Meta notifika dwar nuqqas ta’ konformità jew ta’ frodi tal-ikel tikkonċerna prodott li joriġina minn pajjiż terz jew jitqassam lil pajjiż terz li ma jkollux aċċess għall-iRASFF jew għat-TRACES, il-Kummissjoni tista’ tinforma lil dak il-pajjiż terz.

Artikolu 28

Arranġamenti ta’ kontinġenza għall-iRASFF

1.  Meta l-iRASFF ma jkunx disponibbli:

(a) 

il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk RASFF għandhom iħabbru t-trażmissjoni ta’ notifika ta’ twissija jew jagħtu segwitu għal notifika ta’ twissija permezz ta’ telefonata lin-numru ta’ emerġenza tal-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jinforma lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk tal-RASFF li jkunu mmarkati għas-segwitu permezz ta’ telefonata lin-numri ta’ emerġenza tagħhom.

(b) 

il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk AAC għandhom jiskambjaw l-informazzjoni permezz tal-posta elettronika;

(c) 

Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk kontra l-frodi alimentari għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar in-notifiki ta’ frodi alimentari permezz ta’ email;

(d) 

l-iskambji msemmija fil-punti (b) u (c) ma għandhomx jiskattaw il-mekkaniżmu tat-talba u r-reazzjoni.

2.  Ladarba l-iRASFF terġa’ ssir disponibbli, il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ twissija u ta’ kooperazzjoni għandhom idaħħlu fiha l-informazzjoni skambjata barra mis-sistema.

Taqsima 2

ADIS

Artikolu 29

In-netwerk ADIS

1.  Kull membru tan-netwerk tal-ADIS jista’ jagħzel aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed għas-sottomissjoni fl-ADIS ta’

(a) 

notifiki ta’ tifqigħat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(b) 

rapporti kif previsti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2016/429.

2.  Kull punt ta’ kuntatt tan-netwerk ADIS għandu jżomm u jaġġorna fl-ADIS il-lista ta’ reġjuni li jinnotifikaw u jirrapportaw stabbiliti mill-Istat Membru tiegħu għall-finijiet ta’ notifika u rapportar previsti fl-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2016/429.

Taqsima 3

EUROPHYT

Artikolu 30

In-netwerk EUROPHYT

Kull membru tan-netwerk EUROPHYT għandu jaħtar:

(a) 

punt ta’ kuntatt responsabbli għas-sottomissjoni tan-notifiki ta’ tifqigħat EUROPHYT fin-netwerk ta’ tifqigħat EUROPHYT;

(b) 

punt ta’ kuntatt responsabbli milli:

(i) 

jissorvelja s-sottomissjoni tan-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT lin-netwerk ta’ interċezzjoni EUROPHYT, f’konformità mal-Artikolu 33, għall-kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni;

(ii) 

jissottometti notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT lill-pajjiżi terzi u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, għall-kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni;

(iii) 

jissottometti notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT lin-netwerk ta’ interċezzjoni EUROPHYT, għall-kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra nnegozjati fl-Unjoni.

Artikolu 31

Aċċess għan-notifiki ta’ interċezzjoni u tat-tifqigħat EUROPHYT

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2), in-netwerk EUROPHYT ikkonċernat biss għandu jkollu aċċess għan-notifiki ta’ tifqigħ jew interċezzjoni EUROPHYT.

Artikolu 32

Sottomissjoni tan-notifiki tat-tifqigħat EUROPHYT lin-netwerk tat-tifqigħat EUROPHYT

1.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk EUROPHYT għandhom jippreżentaw notifika ta’ tifqigħa fil-EUROPHYT, li jkun fiha tal-anqas l-informazzjoni indikata fil-punti 1.1, 1.3, 2.1, 2.2, 3.1, 4.1, 5.1, 5.2, 6.4 u 8 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn tmint ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha l-korp uffiċjali responsabbli jkun ħareġ il-konferma uffiċjali tal-preżenza ta’ pest kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

2.  Meta l-preżenza ta’ pest tkun ikkonfermata uffiċjalment skont il-paragrafu 1, in-notifika għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni indikata fil-punt 5.6 tal-Anness I.

3.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk għandhom jippreżentaw notifika fil-EUROPHYT li jkun fiha l-informazzjoni indikata fil-punti 1.2, 3.2, 4.2, 4.3, 4.4, 5.3 sa 5.6, 6.1, 6.2, 6.3, 6.5, 6.6, 6.7, 7.1 sa 7.6, 9 u 10 tal-Anness I mhux aktar tard minn tletin jum wara d-data rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk EUROPHYT għandhom jaġġornaw in-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 3 malli jkunu vverifikaw kull informazzjoni ġdida rilevanti li tkun saret disponibbli għalihom jew malli l-awtorità kompetenti tkun ħadet miżuri ġodda.

Artikolu 33

L-użu ta’ TRACES għas-sottomissjoni ta’ notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT lin-netwerk EUROPHYT-interċezzjonijiet

1.  L-uffiċjal tas-saħħa tal-pjanti uffiċjali li jieħu d-deċiżjoni dwar kunsinni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu fl-Unjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 55(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandu jippreżenta n-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT dwar dawk il-kunsinni fi TRACES fi żmien jumejn ta’ xogħol mill-interċezzjoni tagħhom.

2.  In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata fiċ-CHED imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 40(1);

(b) 

informazzjoni addizzjonali dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu dwar il-kunsinna;

(c) 

informazzjoni dwar il-kwarantina imposta;

(d) 

kull informazzjoni oħra dwar l-interċezzjoni meta tkun disponibbli.

3.  Meta jiġu interċettati kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra li jkunu nnegozjati fl-Unjoni, il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk EUROPHYT għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT dwarhom fit-TRACES fi żmien jumejn tax-xogħol mill-interċezzjoni. Dawn in-notifiki għandhom jinkludu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 34

Perjodu ta’ ħżin tad-data personali għan-notifiki ta’ tifqigħat EUROPHYT

Id-data personali li tkun ġiet min-notifiki ta’ tifqigħat EUROPHYT ma għandhiex tinħażen mill-EUROPHYT għal aktar minn 10 snin.

Taqsima 4

TRACES

Artikolu 35

In-netwerk TRACES

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2), kull membru tan-netwerk tat-TRACES għandu jagħżel punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar għall-funzjonalitajiet previsti fil-punt (d) tal-Artikolu 132 u fl-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) 2017/625 jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirreferi għat-TRACES.

2.  Il-punti ta’ kuntatt magħżula għas-sottomissjoni tan-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT għandhom jitqiesu wkoll bħala punti ta’ kuntatt għal dik il-funzjonalità fit-TRACES.

Artikolu 36

Aċċess għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti fit-TRACES

1.  Kull operatur għandu jkollu aċċess għad-data, għall-informazzjoni jew għad-dokumenti li jittratta, jipproduċi jew jittrażmetti fit-TRACES.

2.  Kull awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-data, għall-informazzjoni jew għad-dokumenti ttrattati, prodotti jew trażmessi fil-qasam ta’ responsabbiltà tagħha fit-TRACES, kemm jekk dawn ikunu ġew ittrattati mill-persunal tagħhakif ukoll jekk ikunu ġew ittrattati mill-operaturi li timmaniġġja fit-TRACES.

3.  Meta aktar minn awtorità kompetenti waħda tittratta, tipproduċi jew tittrażmetti d-data, l-informazzjoni jew id-dokumenti fit-TRACES, dawn għandu jkollhom l-aċċess għat-tali data, informazzjoni jew dokumenti kollha.

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(2), l-entitajiet li ma jkunux ikkontribwixxew għat-trattament, għall-produzzjoni jew għat-trażmissjoni ta’ data, informazzjoni jew dokumenti fit-TRACES, jew li mhumiex involuti fit-tqegħid fis-suq jew fil-moviment ikkonċernat, ma għandux ikollhom aċċess għat-tali data, informazzjoni jew dokumenti.

5.  B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jikkonċernaw deċiżjoni li jiġi rrifjutat id-dħul ta’ kunsinna jew ordni biex tittieħed azzjoni, irreġistrati fit-TRACES skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 37

Skambji bejn it-TRACES u sistemi oħra elettroniċi

1.  L-iskambji tad-data bejn it-TRACES u sistemi elettroniċi oħra, inklużi s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, għandhom ikunu sinkroniċi, reċiproċi u bbażati fuq l-istandards tal-UN/CEFACT, l-IPPC u l-OIE.

2.  L-iskambji tad-data bejn it-TRACES u s-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jużaw id-data ta’ referenza li tinsab fit-TRACES.

Artikolu 38

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri marbuta mal-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni

1.  Għall-finijiet tal-kooperazzjoni prevista fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi u għad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu abbażi tal-kontrolli uffiċjali mwettqa f’konformità mal-Kapitolu V tat-Titolu II ta’ dak ir-Regolament, permezz ta’:

(a) 

it-TRACES jew is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom; jew

(b) 

l-ambjent tas-Sistema ta’ Punt Uniku ta’ Kuntatt tal-UE għad-dwana bbażat fuq is-sistemi doganali elettroniċi msemmija fid-Deċiżjoni 70/2008/KE u interkonness mat-TRACES.

2.  Meta l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mingħajr dewmien żejjed li l-awtoritajiet doganali u kompetenti tagħhom jiskambjaw b’mod tempestiv, id-data, l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti.

Artikolu 39

Ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali elettroniċi u l-użu ta’ firem elettroniċi

1.  Iċ-ċertifikati uffiċjali elettroniċi għall-kunsinni ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

għandhom jinħarġu f’waħda mis-sistemi li ġejjin:

(i) 

fit-TRACES

(ii) 

f’sistema nazzjonali ta’ Stat Membru;

(iii) 

f’sistema ta’ ċertifikazzjoni elettronika ta’ pajjiż terz jew f’sistema ta’ ċertifikazzjoni elettronika ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tkun kapaċi tiskambja d-data mat-TRACES;

(iv) 

f’sistema ta’ ċertifikazzjoni elettronika ta’ pajjiż terz jew f’sistema ta’ ċertifikazzjoni elettronika ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tkun kapaċi tiskambja d-data mas-sistema nazzjonali ta’ Stat Membru;

(b) 

għandhom ikunu ffirmati minn uffiċjal awtorizzat b’firma elettronika avvanzata jew kwalifikata;

(c) 

għandu jkollhom is-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti emittenti, jew il-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tar-rappreżentant legali tagħha;

(d) 

għandha tintuża għalihom kronogramma elettronika kwalifikata.

2.  Meta jinħarġu ċertifikati elettroniċi uffiċjali f’konformità mal-punt (a) (iii) jew (iv) tal-paragrafu 1, it-TRACES jew is-sistema nazzjonali tal-Istat Membru għandha tirrikonoxxi l-iskambju tad-data permezz tas-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, jew il-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tar-rappreżentant legali tagħha.

F’każijiet bħal dawn, il-firma tal-uffiċjal awtorizzat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 mhijiex meħtieġa.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata bil-quddiem dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali elettroniċi f’konformità mal-punt (a)(iv) tal-paragrafu 1.

4.  L-awtorità kompetenti għandha taċċetta ċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi, kif meħtieġ għall-introduzzjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/2031, biss meta dawn jinħarġu f’konformità mal-punt (a)(i) jew (iii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 40

Il-format taċ-CHED u l-istruzzjonijiet għall-preżentazzjoni u għall-użu tiegħu

1.  Iċ-CHED għandu jkun fih l-entrati għall-informazzjoni stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u għandu jintuża mill-operatur u mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 f’wieħed mill-formati li ġejjin, skont il-kategorija tal-kunsinna stabbilita fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament:

(a) 

CHED-A mfassal f’konformità mal-mudell fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għal kunsinni ta’ annimali li huma:

(i) 

imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625; jew

(ii) 

soġġetti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, għall-miżuri previsti fil-punti (e) jew (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(b) 

CHED-P imfassal f’konformità mal-mudell fit-Taqsima B tal-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għall-kunsinni ta’ prodotti li huma:

(i) 

imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625; jew

(ii) 

soġġetti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, għall-miżuri previsti fil-punti (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(c) 

CHED-PP imfassal skont il-mudell fit-Taqsima C tal-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għal kunsinni ta’:

(i) 

pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/625; jew

(ii) 

pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, għal waħda mill-miżuri jew kundizzjonijiet previsti fil-punti (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625; jew

(iii) 

pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra speċifiċi ta’ oriġini jew provenjenza partikolari li għalihom huwa meħtieġ livell minimu ta’ kontrolli uffiċjali biex jirrispondu għal perikli u riskji uniformi rikonoxxuti għas-saħħa tal-pjanti kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/66;

(d) 

CHED-D imfassal f’konformità mal-mudell fit-Taqsima D tal-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għal kunsinni ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti mad-dħul tagħhom fl-Unjoni għal kwalunkwe waħda mill-miżuri jew kundizzjonijiet previsti fil-punti (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

2.  Iċ-CHED msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:

(a) 

imħejji b’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul;

(b) 

mimli kif meħtieġ b’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-dħul f’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni previsti fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, minn:

(i) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna fejn tidħol l-informazzjoni dwar id-dettalji tal-kunsinna, kif deskritt fil-Parti I tal-mudelli fit-Taqsimiet A sa D tal-Parti 2 ta’ dak l-Anness;

(ii) 

l-awtorità kompetenti f’post tal-kontroll fuq il-fruntiera jew f’punt ta’ kontroll fejn tidħol l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda dwar il-kunsinna, kif deskritt fil-Parti II tal-mudelli fit-Taqsimiet A sa D tal-Parti 2 ta’ dak l-Anness;

(iii) 

l-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ħruġ jew tad-destinazzjoni finali, jew mill-awtorità kompetenti lokali fejn tidħol l-informazzjoni dwar il-miżuri ta’ segwitu meħuda fir-rigward tal-kunsinna wara li tkun ittieħdet deċiżjoni, kif deskritt fil-Parti III tal-mudelli fit-Taqsimiet A sa D tal-Parti 2 ta’ dak l-Anness.

3.  B’deroga mill-paragrafu 2(a), Stat Membru jista’ jaċċetta li CHED jitfassal b’lingwa uffiċjali tal-UE differenti minn dik tal-Istat Membru tad-dħul.

Artikolu 41

Użu ta’ CHED elettroniku

1.  L-użu ta’ CHED f’format elettroniku min-naħa ta’ operatur jew ta’ awtorità kompetenti għandu jkun permezz ta’ waħda mis-sistemi li ġejjin:

(a) 

it-TRACES, dment li ċ-CHED jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

ikun iffirmat mill-operatur responsabbli mill-kunsinna bil-firma elettronika tiegħu;

(ii) 

ikun iffirmat mill-uffiċjal li jiċċertifika fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew il-punti ta’ kontroll bil-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tiegħu;

(iii) 

ikollu s-siġill elettroniku kwalifikat jew avvanzat tal-awtorità kompetenti emittenti;

(iv) 

ikun issiġillat minn TRACES b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat;

(b) 

is-sistema nazzjonali ta’ Stat Membru, sakemm iċ-CHED jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

ikun iffirmat mill-operatur responsabbli mill-kunsinna bil-firma elettronika tiegħu;

(ii) 

ikun iffirmat mill-uffiċjal li jiċċertifika fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew il-punti ta’ kontroll bil-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tiegħu;

(iii) 

ikollu s-siġill elettroniku kwalifikat jew avvanzat tal-awtorità kompetenti emittenti;

(iv) 

jintbagħat lit-TRACES mhux aktar tard minn meta tittieħed id-deċiżjoni fuq il-bażi tal-kontrolli uffiċjali, u t-trażmissjoni tiġi ssiġillata permezz tas-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti emittenti;

2.  It-TRACES għandha tirrikonoxxi t-trażmissjoni msemmija fil-punt (b)(iv) tal-paragrafu 1 bis-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tagħha.

3.  Kull pass meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun ikkronogrammat bi kronogramma elettronika kwalifikata.

Artikolu 42

Perjodi ta’ ħżin ta’ ċertifikati elettroniċi u CHEDs u data personali mid-data tal-kronogramma ’l quddiem

1. 

Sabiex tinżamm l-integrità taċ-ċertifikati u taċ-CHEDs maħruġa f’konformità mal-Artikolu 39 u mal-Artikolu 41 rispettivament, id-data rilevanti li tikkonċerna l-firem elettroniċi, is-siġilli elettroniċi, il-kronogrammi u l-iskambji elettroniċi għandha tinħażen minn TRACES u mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri għal mill-inqas tliet (3) snin.

2. 

Id-data personali miċ-ċertifikati u miċ-CHEDs imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħażen minn TRACES u mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri għal mhux aktar minn għaxar (10) snin.

3. 

Id-data personali li tiġi min-notifiki ta’ interċezzjoni EUROPHYT imsemmija fl-Artikolu 33(2) għandha tinħażen minn TRACES għal mhux aktar minn għaxar (10) snin.

Artikolu 43

Listi tal-unitajiet ta’ kontroll

Kull punt ta’ kuntatt tan-netwerk tat-TRACES għandu jżomm u jaġġorna fit-TRACES il-lista tal-unitajiet ta’ kontroll li l-Istat Membru tiegħu ikun għażel għall-finijiet tat-TRACES.

Artikolu 44

Listi tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u tal-punti ta’ kontroll

1.  Kull punt ta’ kuntatt tan-netwerk TRACES għandu jżomm u jaġġorna fi TRACES il-lista tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u tal-punti ta’ kontroll li l-Istat Membru tiegħu jkun għażel skont l-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 53(2), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2017/625 għall-finijiet tat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq waħda jew aktar mill-kategoriji ta’ annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.  Il-punt ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jdaħħal fi TRACES l-informazzjoni dwar kull post magħżul ta’ kontroll fuq il-fruntiera u kull punt ta’ kontroll billi juża

(a) 

il-format stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 ( 1 ) biex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(b) 

l-abbrevjazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

Artikolu 45

Lista ta’ stabbilimenti

1.  Kull punt ta’ kuntatt tan-netwerk TRACES għandu jżomm u jaġġorna l-listi ta’ stabbilimenti li ġejjin fi TRACES:

(a) 

stabbilimenti kummerċjali tal-ikel li l-Istat Membru tiegħu jkun approva f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(b) 

stabbilimenti, impjanti u operaturi li jittrattaw il-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati mill-annimali li l-Istat Membru tiegħu jkun approva jew ikun irreġistra f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.  Il-punt ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jdaħħal fi TRACES l-informazzjoni dwar kull stabbiliment imsemmi f’dak il-paragrafu billi juża l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-format tal-listi ta’ stabbilimenti pprovduti mill-Kummissjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex jippubblikaw il-listi msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-paġna tal-Internet tagħha jew permezz ta’ TRACES.

Artikolu 46

L-arranġamenti ta’ kontinġenza għas-sistema TRACES u għas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata jew mhux ippjanata

1.  Il-punti ta’ kuntatt tan-netwerk ta’ TRACES għandhom iżommu repożitorju pubbliku fuq l-Internet li jkun fih mudell li jista’ jimtela tad-dokumenti kollha li jistgħu jinħarġu fi TRACES jew fis-sistema nazzjonali tal-Istat Membru f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.  Meta s-sistema nazzjonali ta’ Stat Membru, it-TRACES jew waħda mill-funzjonalitajiet tagħhom ma tkunx disponibbli għal aktar minn siegħa, l-utenti tagħhom jistgħu jużaw mudell stampat jew elettroniku li jista’ jimtela’, kif imsemmi fil-paragrafu 1, biex jirreġistraw u jiskambjaw l-informazzjoni.

3.  Ladarba s-sistemi jew il-funzjonalitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 jerġgħu jsiru disponibbli, l-utenti tagħhom għandhom jużaw l-informazzjoni rreġistrata f’konformità mal-paragrafu 2 biex jipproduċu elettronikament id-dokumenti meħtieġa skont dan ir-Regolament.

4.  Meta t-TRACES, is-sistema nazzjonali ta’ Stat Membru jew waħda mill-funzjonalitajiet tagħhom ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jipproduċu b’mod temporanju u jiskambjaw b’mod elettroniku d-dokumenti meħtieġa kollha fis-sistema disponibbli, u l-obbligi fir-rigward tal-funzjonalitajiet tat-TRACES ma għandhomx japplikaw. Il-Kummissjoni u s-sidien tas-sistemi nazzjonali għandhom iwettqu skambju massiv ad hoc ta’ dawk id-dokumenti hekk kif terġa’ tinkiseb id-disponibbiltà.

5.  Id-okumenti prodotti f’konformità mal-paragrafi 2 u 4 għandu jkollhom fuqhom it-test “magħmul waqt kontinġenza”.

6.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-utenti permezz ta’ TRACES ġimagħtejn qabel kull nuqqas ta’ disponibbiltà ippjanat, kemm se jdum u r-raġuni għal dan in-nuqqas.

Kapitolu 4

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 47

Tħassir

1.  Id-Direttiva 94/3/KE, id-Deċiżjonijiet 92/486/KEE, 2003/24/KE, 2003/623/KE, 2004/292/KE, 2004/675/KE u 2005/123/KE, ir-Regolament (UE) Nru 16/2011, u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/917/UE, (UE) 2015/1918 u (UE) 2018/1553 jitħassru mill-14 ta’ Diċembru 2019.

2.  Ir-referenzi għal dawk l-atti mħassra għandhom ifissru referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019, minbarra t-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3, li għandha tapplika mill-21 ta’ April 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Kontenut tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 32

1.  Tagħrif ġenerali

1.1. Titolu — daħħal l-isem xjentifiku tal-pest ikkonċernat, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 30(1) u fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, ikteb isem il-post, u jekk din hijiex l-ewwel preżenza tal-pest hemmhekk jew le. L-isem xjentifiku jrid ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) 

l-isem xjentifiku tal-pest, inkluż, jekk ikun il-każ, il-pathovar; jew,

(2) 

jekk il-punt (1) ma jkunx japplika, l-isem xjentifiku approvat minn organizzazzjoni internazzjonali, inkluż il-patovar, u l-isem ta’ dik l-organizzazzjoni; jew,

(3) 

jekk la l-punt (1) u lanqas il-punt (2) ma jkunu japplikaw, l-isem xjentifiku mill-iktar sors affidabbli ta’ informazzjoni, b’referenza għal dak is-sors.

Jekk trid, tista’ tippreżenta noti ta’ spjegazzjoni.

1.2. Sommarju eżekuttiv — sommarju tal-informazzjoni fil-punti 3 sa 7.

1.3. Daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

notifika parzjali f’konformità mal-Artikolu 32(1) or (2);

(2) 

notifika f’konformità mal-Artikolu 32(3);

(3) 

aġġornament ta’ notifika f’konformità mal-Artikolu 32(4):

(4) 

nota ta’ għeluq dwar it-terminazzjoni tal-miżuri u r-raġuni għat-terminazzjoni.

2.  Awtorità unika u persuni responsabbli

2.1. Isem l-awtorità unika li tippreżenta n-notifika — daħħal il-kliem “Notifika mingħand”, segwit bl-isem tal-awtorità unika u l-Istat Membru tagħha.

2.2. Kuntatt uffiċjali mal-awtorità unika — daħħal l-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-persuna msemmija mill-awtorità unika bħala l-kuntatt uffiċjali għan-notifika. Meta tissemma aktar minn persuna waħda, agħti r-raġunijiet.

3.  Lokalizzazzjoni taż-żona fejn jinsab il-pest

3.1. Indika, bl-aktar mod preċiż possibbli, il-lokalizzazzjoni taż-żona fejn jinsab il-pest, b’referenza tal-inqas għal reġjun amministrattiv (eż. muniċipalità, belt, provinċja).

3.2. Ehmeż mappa waħda jew iktar tal-post

4.  Raġuni għan-notifika, l-istatus tal-pest fiż-żona u fl-Istat Membru kkonċernat

4.1. Daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

l-ewwel preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-pest fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat;

(2) 

il-presenza kkonfermata jew issuspettata tal-pest f’parti mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, fejn il-preżenza tiegħu ma kinitx magħrufa qabel. (Jekk japplika, indika li l-pest deher f’parti mit-territorju li fih kien preżenti qabel iżda imbagħad inqered).

4.2. L-istatus fitosanitarju taż-żona ( 2 ) li fiha jkun instab il-pest, wara konferma uffiċjali — daħħal, b’nota ta’ spjegazzjoni, waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

preżenti fil-partijiet kollha taż-żona;

(2) 

preżenti biss f’partijiet speċifiċi taż-żona;

(3) 

preżenti f’partijiet speċifiċi taż-żona, fejn l-għelejjel ospitanti ma jitkabbrux;

(4) 

preżenti: qed jiġi eradikat;

(5) 

preżenti: qed jitrażżan;

(6) 

preżenti: bi prevalenza baxxa;

(7) 

assenti: il-pest nstab iżda ġie eradikat;

(8) 

assenti: il-pest nstab iżda ma għadux preżenti għal raġunijiet għajr l-eradikazzjoni;

(9) 

tranżitorju (il-preżenza tal-pest mhix mistennija li twassal għall-istabbiliment tiegħu): mhux azzjonabbli;

(10) 

tranżitorju: azzjonabbli, taħt sorveljanza;

(11) 

tranżitorju: azzjonabbli, qed jiġi eradikat;

(12) 

status ieħor.

4.3. L-istatus tal-pesti fl-Istat Membru kkonċernat qabel il-konferma uffiċjali tal-preżenza, jew tal-preżenza suspettata, tal-pest — daħħal nota ta’ spjegazzjoni, waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

preżenti fil-partijiet kollha tal-Istat Membru;

(2) 

preżenti biss f’xi partijiet tal-Istat Membru;

(3) 

preżenti f’partijiet speċifiċi tal-Istat Membru, fejn l-għalla/l-għelejjel ospitanti ma titkabbarx/jitkabbrux;

(4) 

preżenti: staġjonalment;

(5) 

preżenti: qed jiġi eradikat;

(6) 

preżenti: qed jitrażżan (fejn l-eradikazzjoni ma tkunx possibbli);

(7) 

preżenti: bi prevalenza baxxa;

(8) 

assenti: ma hemmx rekords ta’ dan il-pest;

(9) 

assenti: il-pest ġie eradikat;

(10) 

assenti: il-pest ma għadux preżenti għal raġunijiet għajr l-eradikazzjoni;

(11) 

assenti: rekords dwar il-pest mhux validi;

(12) 

assenti: rekords dwar il-pest mhux affidabbli;

(13) 

assenti: interċettat biss;

(14) 

tranżitorju: mhux azzjonabbli;

(15) 

tranżitorju: azzjonabbli, taħt sorveljanza;

(16) 

tranżitorju: azzjonabbli, taħt eradikazzjoni;

(17) 

oħrajn.

4.4. L-istatus tal-pest fl-Istat Membru kkonċernat wara l-konferma uffiċjali tal-preżenza tiegħu — daħħal, b’nota ta’ spjegazzjoni, waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

preżenti fil-partijiet kollha tal-Istat Membru;

(2) 

preżenti biss f’xi partijiet tal-Istat Membru;

(3) 

preżenti f’partijiet speċifiċi tal-Istat Membru, fejn l-għalla/l-għelejjel ospitanti ma jitkabbrux;

(4) 

preżenti: staġjonalment;

(5) 

preżenti: qed jiġi eradikat;

(6) 

preżenti: qed jitrażżan (fejn l-eradikazzjoni ma tkunx possibbli);

(7) 

preżenti: bi prevalenza baxxa;

(8) 

assenti: il-pest ġie eradikat;

(9) 

assenti: il-pest ma għadux preżenti għal raġunijiet għajr l-eradikazzjoni;

(10) 

assenti: rekords mhux validi dwar il-pest;

(11) 

assenti: rekords dwar il-pest mhux affidabbli;

(12) 

assenti: interċettat biss;

(13) 

tranżitorju: mhux azzjonabbli;

(14) 

tranżitorju: azzjonabbli, taħt sorveljanza;

(15) 

tranżitorju: azzjonabbli, taħt eradikazzjoni;

(16) 

oħrajn.

5.  Sejba, kampjunar, ittestjar u konferma tal-pest

5.1. Kif instabet il-preżenza tal-pest jew kif oriġina s-suspett tal-preżenza tal-pest — daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

stħarriġ uffiċjali relatat mal-pest;

(2) 

stħarriġ relatat ma’ tifqigħa eżistenti jew eradikata ta’ pest;

(3) 

spezzjonijiet fitosanitarji ta’ kwalunkwe tip;

(4) 

spezzjoni ibbażata fuq it-traċċabilità billi jsir pass lura u wieħed ’il quddiem fil-katina tal-ikel relatata mal-preżenza speċifika tal-pest;

(5) 

spezzjoni uffiċjali għal għanijiet minbarra dawk fitosanitarji;

(6) 

informazzjoni sottomessa minn operaturi professjonali, minn laboratorji jew minn persuni oħra;

(7) 

informazzjoni xjentifika;

(8) 

oħrajn.

Tista’ tikteb aktar kummenti fil-forma ta’ test liberu jew dokumenti mehmuża.

Jekk iddaħħal l-opzjoni (8), indika speċifikazzjoni.

Għall-ispezzjonijiet, indika d-data/dati, id-deskrizzjoni tal-metodu (inklużi dettalji dwar verifiki viżwali jew oħrajn), iddeskrivi fil-qosor is-sit tal-ispezzjoni u s-sejbiet, u pprovdi r-ritratt(i).

Jekk iddaħħal l-opzjoni (3) jew (4), indika d-data tal-ispezzjoni(jiet) u ddeskrivi l-metodu ta’ spezzjoni (inklużi d-dettalji tal-verifiki viżwali jew verifiki oħrajn). Jekk trid, tista’ tiddeskrivi fil-qosor is-sit tal-ispezzjoni u s-sejbiet, u tehmeż xi ritratt(i).

5.2. Id-data tas-sejba — daħħal id-data li fiha l-korp uffiċjali responsabbli stabbilixxa l-preżenza tal-pest, beda jissuspetta jew ġie infurmat għall-ewwel darba bis-sejba tiegħu. Jekk il-pest instab minn persuna oħra għajr il-korp uffiċjali responsabbli, daħħal id-data li fiha nstab u d-data li fiha dik il-persuna nfurmat lill-korp uffiċjali responsabbli.

5.3. Il-kampjunar għall-analiżi fil-laboratorju — fejn japplika, ipprovdi l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-kampjunar għall-analiżi fil-laboratorju, inkluż id-data, il-metodu u d-daqs tal-kampjun. Jekk trid, tista’ tehmeż xi ritratti.

5.4. Il-laboratorju — fejn japplika, daħħal l-isem u l-indirizz tal-laboratorju/laboratorji involut(i) fl-identifikazzjoni tal-pest.

5.5. Metodu dijanjostiku — daħħal waħda minn dawn li ġejjin:

(1) 

skont il-protokoll rivedut mill-pari — (agħti referenza ċara għall-protokoll u, fejn xieraq, kull devjazzjoni minnu).

(2) 

oħrajn (speċifika l-metodu).

5.6. Data tal-konferma uffiċjali tal-identità tal-pest.

6.  Informazzjoni dwar iż-żona infestata u s-severità u s-sors tat-tifqigħa

6.1. Id-daqs u d-delimitazzjoni taż-żona infestata — daħħal waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin (tista’ tagħti ċifri approssimattivi, iżda spjega għaliex mhux possibbli li tkun preċiż):

(1) 

id-daqs tas-superfiċe taż-żona infestata (m2, ha, km2);

(2) 

l-għadd ta’ pjanti infestati (pjanti individwali);

(3) 

volum tal-prodotti mill-pjanti infestati (tunnellati, m3);

(4) 

koordinati ewlenin tal-GPS jew deskrizzjoni speċifika oħra (eż. unitajiet territorjali tal-Eurostat (NUTS), kodiċijiet ġeografiċi (Geocodes), ritratti mill-ajru) li jiddelimitaw iż-żona.

6.2. Karatteristiċi taż-żona infestata u tal-viċinanzi tagħha — daħħal waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

Żona ta’ produzzjoni — fil-beraħ:

(1.1) 

għalqa (ikkoltivata, bur);

(1.2) 

ġnien bis-siġar tal-frott/vinja;

(1.3) 

mixtla;

(1.4) 

foresta.

(2) 

Oħrajn — fil-beraħ:

(2.1) 

ġnien privat;

(2.2) 

siti pubbliċi;

(2.3) 

żona ta’ konservazzjoni;

(2.4) 

pjanti selvaġġi f’żoni li mhumiex ta’ konservazzjoni;

(2.5) 

oħrajn (speċifika).

(3) 

kundizzjonijiet magħluqa fiżikament:

(3.1) 

serra;

(3.2) 

konservatorji oħrajn;

(3.3) 

sit privat (li mhuwiex serra);

(3.4) 

sit privat (li mhuwiex serra);

(3.5) 

oħrajn (speċifika).

Għal kull opzjoni, indika jekk l-infestazzjoni tikkonċernax waħda jew aktar mill-opzjonijiet li ġejjin:

— 
pjanti għat-tħawwil;
— 
pjanti oħra;
— 
prodotti mill-pjanti; jew
— 
oġġetti oħra.

6.3. Il-pjanti ospitanti fiż-żona infestata u fil-viċinanzi tagħha — agħti l-isem xjentifiku tal-pjanti ospitanti f’dik iż-żona, f’konformità mal-punt 6.4. Jekk trid, tista’ tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar id-densità tal-pjanti ospitanti, b’referenza għall-prattiki ta’ kultivazzjoni karatteristiċi speċifiċi tal-ħabitats, jew dwar prodotti mill-pjanti suxxettibbli prodotti fiż-żona.

6.4. Pjant(i) infestat(i), prodott(i) mill-pjanti u oġġett(i) ieħor/oħrajn — agħti l-isem xjentifiku tal-pjant(i) ospitanti infestat(i). Jekk trid, tista’ tindika l-varjetà u, għall-prodotti mill-pjanti, it-tip tal-prodott bażiku, skont il-każ.

6.5. Il-vetturi preżenti fiż-żona — fejn japplika, daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

l-isem xjentifiku tal-vetturi mill-inqas fil-livell tal-ġeneru; jew,

(2) 

jekk il-punt (1) ma japplikax, l-isem xjentifiku approvat minn organizzazzjoni internazzjonali, u l-isem ta’ dik/dawk l-organizzazzjoni(jiet); jew,

(3) 

jekk la l-punt (1) u lanqas il-punt (2) ma jkunu japplikaw, l-isem xjentifiku mill-iktar sors affidabbli ta’ informazzjoni, b’referenza għal dak is-sors. Jekk trid, tista’ tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar id-densità tal-vetturi jew il-karatteristiċi tal-pjanti li huma importanti għall-vetturi.

6.6. Is-severità tat-tifqigħa — iddeskrivi l-firxa attwali tal-infestazzjoni, is-sintomi u l-ħsara. Meta xieraq, inkludi l-previżjonijiet hekk kif ikunu disponibbli.

6.7. Is-sors tat-tifqigħa — indika r-rotta kkonfermata tal-pest ġewwa ż-żona jew jekk il-konferma tkun għadha pendenti, ir-rotta suspettata, skont kif japplika. Jekk trid, tista’ tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-oriġini kkonfermata jew potenzjali tal-pest.

7.  Miżuri fitosanitarji uffiċjali

7.1. Adozzjoni ta’ miżuri fitosanitarji uffiċjali — daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin u pprovdi n-noti ta’ spjegazzjoni:

(1) 

ittieħdu miżuri fitosanitarji uffiċjali fil-forma ta’ trattament kimiku, bioloġiku jew fiżiku.

(2) 

ittieħdu miżuri fitosanitarji uffiċjali, minbarra l-miżuri fil-forma ta’ trattament kimiku, bioloġiku jew fiżiku.

(3) 

se jittieħdu miżuri fitosanitarji uffiċjali.

(4) 

fl-istennija ta’ deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ miżuri fitosanitarji uffiċjali;

(5) 

l-ebda miżura fitosanitarja uffiċjali (spjega għaliex).

Fil-każ li tkun ġiet stabbilita żona demarkata, indika taħt l-opzjonijiet (1), (2) u (3) jekk il-miżuri ttieħdu jew se jittieħdu ġewwa jew barra dik iż-żona.

7.2. Id-data tal-adozzjoni tal-miżuri fitosanitarji uffiċjali (jekk ikun hemm xi miżuri temporanji indika d-durata mistennija tagħhom).

7.3. L-identifikazzjoni taż-żona koperta mill-miżuri fitosanitarji uffiċjali — indika l-metodu li ntuża biex ġiet identifikata ż-żona koperta mill-miżuri fitosanitarji uffiċjali. Ipprovdi r-riżultati tal-istħarriġ li jkun sar.

7.4. L-objettiv tal-miżuri fitosanitarji uffiċjali — daħħal waħda minn dawn l-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

l-eradikazzjoni;

(2) 

it-trażżin (fil-każ li l-eradikazzjoni ma’ tkunx possibbli).

7.5. Miżuri li jaffettwaw il-moviment tal-oġġetti — daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

il-miżuri jaffettwaw l-importazzjoni ta’ oġġetti fl-Unjoni jew il-moviment ta’ oġġetti fi ħdan l-Unjoni (tista’, jekk jogħġbok, tiddeskrivi l-miżuri?);

(2) 

il-miżuri ma jaffettwawx l-importazzjoni ta’ oġġetti fl-Unjoni jew il-moviment ta’ oġġetti fi ħdan l-Unjoni.

7.6. Stħarriġ speċifiku — meta jitwettaq stħarriġ bħala parti minn miżuri fitosanitarji uffiċjali, iddeskrivi l-metodoloġija, id-durata u l-ambitu tiegħu.

8.  Il-valutazzjoni tar-riskju fitosanitarju

Daħħal waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1) 

Mhijiex meħtieġa valutazzjoni tar-riskju fitosanitarju (għal dawk il-pesti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11, jew soġġetti għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), tar-Regolament (UE) 2016/2031);

(2) 

Valutazzjoni tar-riskju tal-pest, jew valutazzjoni tar-riskju preliminari tal-pest, li tkun qed tiġi żviluppata;

(3) 

Jekk diġà teżisti valutazzjoni tar-riskju preliminari tal-pest — iddeskrivi s-sejbiet ewlenin, u ehmeż il-valutazzjoni tar-riskju preliminari tal-pest jew indika fejn tinstab;

(4) 

Jekk diġà teżisti valutazzjoni tar-riskju tal-pest — iddeskrivi fil-qosor is-sejbiet ewlenin, u ehmeż il-valutazzjoni tar-riskju tal-pest jew indika fejn tinstab.

9.  Żid il-links għas-siti web rilevanti u sorsi oħra ta’ informazzjoni.

10.  Indika jekk xi ftit mill-informazzjoni jew l-informazzjoni kollha taħt il-punti 1.1 , 1.3 , 3.1 , 4.1 sa 4.4 , 5.1 sa 5.6 , 6.1 sa 6.7 , 7.1 sa 7.6 u 8 tridx tiġi trażmessa lill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti.




ANNESS II

Dokument sanitarju komuni tad-dħul (CHEDs)

PARTI 1

Entrati fiċ-CHED u noti ta’ spjegazzjoni

Ġenerali

L-entrati speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika taċ-CHED.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jew ma jkunx stabbilit b’mod ieħor mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-entrati jew il-kaxxi kollha japplikaw għall-mudelli taċ-CHED fil-Parti 2.

Il-kopji stampati ta’ CHED elettroniku jeħtieġ li jkollhom tikketta unika ottika li tinqara mill-magni u li twassal għall-verżjoni elettronika permezz ta’ iperlink.

Għandek tagħżel kaxxa waħda mill-kaxxi I.20 sa I.26 u mill-kaxxi II.9 sa II.16; għal kull kaxxa, agħżel opzjoni waħda.

Meta kaxxa tippermettilek tagħżel opzjoni waħda jew aktar, l-opzjoni(jiet) li tagħżel biss tintwera/jintwerew fil-verżjoni elettronika taċ-CHED.

Meta kaxxa ma tridx timtela bilfors, il-kontenut tagħha jiġi jidher bħala tipa ingassata.

Is-sekwenza tal-kaxxi fil-mudell taċ-CHED fil-Parti 2 u d-daqs u l-forma ta’ dawk il-kaxxi huma indikattivi.

Meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalenti elettroniku tiegħu jkun siġill elettroniku.

Waqt l-ipproċessar tad-data personali inkluża fiċ-CHEDs, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Kummissjoni għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1725.



PARTI I — DESKRIZZJONI TAL-KUNSINNA

Kaxxa

Deskrizzjoni

I.1.

Speditur/Esportatur

 

Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż (1) tal-persuna fiżika jew ġuridika li qed tibgħat il-kunsinna. Din il-persuna għandha tkun stabbilita f’pajjiż terz, għajr f’ċerti każijiet previsti fil-liġi tal-Unjoni, fejn tista’ tkun stabbilita fi Stat Membru.

I.2

Referenza taċ-CHED

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC (ripetut fil-kaxxi II.2 u III.2).

I.3

Referenza lokali

 

Indika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-awtorità kompetenti.

I.4

Post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/unità ta’ kontroll mal-fruntiera

 

Agħżel l-isem tal-BCP jew il-punt ta’ kontroll, skont il-każ.

Indika l-post tal-ispezzjoni jekk jixraq.

Fil-każ ta’ CHED-P sussegwenti għal kunsinna li ma tikkonformax, indika l-isem tal-unità ta’ kontroll responsabbli mis-superviżjoni taż-żona ħielsa jew tal-maħżen doganali approvat għat-tali skop.

I.5

Kodiċi tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/unità ta’ kontroll

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC lill-BCP, lill-punt ta’ kontroll jew lill-unità ta’ kontroll.

I.6

Destinatarju/Importatur

 

Indika l-isem u l-indirizz, il-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha tkun iddestinata l-kunsinna, u li tidher pereżempju fuq iċ-ċertifikati uffiċjali, l-attestazzjonijiet uffiċjali jew dokumenti oħra, fosthom dokumenti ta’ natura kummerċjali maħruġa fil-pajjiż terz. Jekk din il-persuna tkun l-istess waħda indikata fil-kaxxa I.8, din il-kaxxa timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta f’dik il-kaxxa.

Din il-kaxxa hija fakultattiva fil-każ ta’ trasbord jew tranżitu.

I.7

Post tad-destinazzjoni

 

Indika l-isem u l-indirizz, il-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż, tal-post fejn qed titwassal il-kunsinna għall-ħatt finali. Jekk dan l-indirizz ikun l-istess bħal dak indikat fil-kaxxa I.6, din il-kaxxa timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta f’dik il-kaxxa.

Dan il-post għandu jkun fi Stat Membru, anki fil-każ ta’ tranżitu, kif iddefinit fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, li jinkludi l-ħażna tal-oġġetti. Fil-każ ta’ tranżitu li ma jinkludix il-ħażna tal-oġġetti, il-pajjiż terz tad-destinazzjoni jiġi indikat fil-kaxxa I.22.

Meta japplika, indika wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

Għall-kunsinni li jridu jinqasmu fil-BCP, indika l-BCP bħala l-post tad-destinazzjoni fl-ewwel CHED. F’CHEDs sussegwenti indika l-post tad-destinazzjoni għal kull parti tal-kunsinna maqsuma.

Għall-kunsinni li jridu jiġu ttrasferiti għal punt ta’ kontroll, indika l-punt ta’ kontroll bħala l-post tad-destinazzjoni. Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kaxxa I.20.

Meta l-kunsinni jintbagħtu lejn faċilità ta’ trasport suċċessiv, il-post tad-destinazzjoni jkun meħtieġ biss jekk ikun differenti mill-faċilità ta’ trasport suċċessiv.

I.8

Operatur responsabbli mill-kunsinna

 

Indika l-isem u l-indirizz, il-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-persuna fiżika jew ġuridika fl-Istat Membru li tkun inkarigata mill-kunsinna meta din tiġi ppreżentata fil-BCP u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti bħala l-importatur jew f’isem l-importatur. Dan l-operatur jista’ jkun l-istess wieħed indikat fil-kaxxa I.6 u għandu jkun l-istess wieħed indikat fil-kaxxa I.35.

Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC.

F’każ ta’ CHED sussegwenti, indika l-isem u l-indirizz tal-persuna li tkun responsabbli mill-preżentazzjoni tal-kunsinna għal aktar kontrolli uffiċjali fil-post sussegwenti.

Fil-każ ta’ CHED-P sussegwenti għal kunsinni li ma jikkonformawx, indika l-isem u l-indirizz tal-persuna li tkun inkarigata mill-proċeduri wara l-ħażna.

I.9

Dokumenti ta’ akkumpanjament

 

Agħżel it-tip ta’ dokumenti ta’ akkumpanjament meħtieġa: eż. ċertifikati uffiċjali, attestazzjonijiet uffiċjali, permessi, dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra, inklużi d-dokumenti ta’ natura kummerċjali.

Indika l-kodiċi uniku tad-dokumenti ta’ akkumpanjament u l-pajjiż tal-ħruġ. Madankollu, id-data tal-ħruġ hija fakultattiva. Jekk iċ-ċertifikat uffiċjali jkun ġie ġġenerat fl-IMSOC, indika l-kodiċi alfanumeriku uniku fil-kaxxa I.2a taċ-ċertifikat uffiċjali.

Referenzi tad-dokumenti kummerċjali: pereżempju indika n-numru tal-polza tal-ajru, in-numru tal-polza tat-tagħbija jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq.

I.10

Notifika minn qabel

 

Indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-punt tad-dħul fejn jinsab il-BCP.

CHED-D/CHED-PP

Indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-punt ta’ kontroll fil-każ ta’ CHED sussegwenti għat-trasferiment lejn punt ta’ kontroll.

I.11

Pajjiż tal-oriġini

 

Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kaxxa I.31.

CHED-A

Indika l-pajjiż ta’ residenza matul il-perjodu ta’ residenza meħtieġ indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali mehmuż.

Għaż-żwiemel irreġistrati li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 30, 60 jew 90 jum għal tiġrijiet, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali f’ċerti pajjiżi terzi, indika l-aħħar pajjiż minn fejn intbagħtu.

CHED-P

Indika l-pajjiż fejn ġew prodotti, immanifatturati jew ippakkjati l-prodotti(immarkati bil-marka ta’ identifikazzjoni).

Fil-każ ta’ prodotti li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 77(1)(h) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew prodotti li jerġgħu jidħlu fl-Unjoni wara tranżitu minn pajjiżi terzi (kif iddefinit fil-punt 44(b) tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament), indika l-Istat Membru ta’ oriġini.

CHED-PP

Indika l-pajjiż(i) ta’ oriġini fejn tkabbru, ġew prodotti, inħażnu jew ġew ipproċessati l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra, kif imsemmi fiċ-ċertifikat fitosanitarju.

CHED-D

Indika l-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti jew dak li tkabbru, inħasdu jew ġew prodotti fih.

I.12

Reġjun tal-oriġini

 

Fil-każ li annimali jew oġġetti jiġu affettwati minn miżuri ta’ reġjonalizzazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, indika l-kodiċi tar-reġjuni, taż-żoni jew tal-kompartimenti approvati. Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kaxxa I.31.

CHED-PP

Meta l-pajjiż tal-oriġini jkun iddikjara b’mod uffiċjali ċerti żoni bħala ħielsa minn pest speċifikat, indika ż-żona tal-oriġini tal-pjanta, tal-prodott mill-pjanti jew tal-oġġetti l-oħra.

I.13

Mezz tat-trasport

 

Agħżel wieħed mill-mezzi ta’ trasport li ġejjin għall-annimali li jaslu fil-BCP, u indika l-identifikazzjoni tiegħu:

— ajruplan (indika n-numru tat-titjira);

— bastiment (indika l-isem u n-numru tal-bastiment);

— indika n-numru tal-identità tat-tren u n-numru tal-vagun;

— vettura tat-triq (indika n-numru ta’ reġistrazzjoni bin-numru tat-trejler, jekk japplik).

Fil-każ ta’ trasport b’bastiment, għażel “bastiment” u identifika l-vettura(i) tat-triq permezz tan-numru tar-reġistrazzjoni (flimkien man-numru ta’ reġistrazzjoni tat-trejler, meta japplika), u l-isem tal-bastiment skedat.

CHED-PP

Mhix meħtieġa l-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport.

I.14

Pajjiż tad-dispaċċ

 

CHED-P/CHED-PP/CHED-D

Indika l-pajjiż fejn tqiegħdu l-oġġetti abbord il-mezz tat-trasport finali għall-vjaġġ lejn l-Unjoni. F’xi każijiet, meta l-moviment jinvolvi aktar minn pajjiż wieħed qabel ma jidħol fl-Unjoni (moviment triangolari), dan jista’ jkun il-pajjiż terz li fih inħareġ iċ-ċertifikat uffiċjali.

Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-A.

I.15

Stabbiliment ta’ oriġini

 

Meta meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, indika l-isem u l-indirizz, il-kodiċi tal-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-istabbiliment(i) tal-oriġini.

Meta meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni.

Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-kaxxa I.31.

I.16

Kundizzjonijiet tat-trasport

 

CHED-P/CHED-D

Indika l-kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport (ambjentali, imkessaħ, iffriżat), jekk japplika. Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss.

Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-A u għaċ-CHED-PP.

I.17

Numru tal-kontejner/Numru tas-siġill

 

Fejn japplika, indika n-numru tal-kontejner u n-numru tas-siġill (tista’ tindika iktar minn numru wieħed).

Għas-siġill uffiċjali, indika n-numru uffiċjali tas-siġill kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali u immarka “siġill uffiċjali” jew indika kwalunkwe siġill ieħor li jkun imsemmi fid-dokumenti ta’ akkumpanjament.

I.18

Ċertifikat bħala jew għal

 

Agħżel l-iskop tal-moviment tal-annimali, l-użu maħsub tal-oġġetti jew il-kategorija kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali (fejn meħtieġ) jew fid-dokument kummerċjali:

CHED-A:

Tnissil/produzzjoni, tismin, stabbilimenti konfinati, klieb/qtates/inmsa (jew f’każ li jkunu qed jinġarru aktar minn ħamest iklieb/qtates/inmsa għal skopijiet mhux kummerċjali), annimali akkwatiċi ornamentali, biċċerija, kwarantina, equidae rreġistrati, ripożizzjoni (għal annimali tal-akkwakultura biss), ċirklu li jivvjaġġa/eżibizzjoni tal-annimali, wirjiet, stokkjar mill-ġdid jew oħrajn.

CHED-P:

Konsum uman, għalf, użu farmaċewtiku, użu tekniku, kampjun kummerċjali, aktar ipproċessar jew oħrajn.

CHED-D:

Konsum mill-bniedem, konsum mill-bniedem wara aktar trattament, għalf, kampjun jew oġġett ta’ wirja, jew oħrajn.

Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-PP.

I.19

Konformità tal-oġġetti

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-P.

Immarka “konformi” meta l-oġġetti jikkonformaw mar-regoli msemmija fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Immarka “mhux konformi” meta l-oġġetti:

— ma jikkonformawx mar-regoli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625; kif ukoll

— jikkonformaw mar-regoli msemmija fil-punt (d) ta’ dak l-Artikolu; kif ukoll

— mhumiex iddestinati biex jitqiegħdu fis-suq.

I.20

Għal trasbord/trasferiment/trasport suċċessiv lejn

 

CHED-A (trasport suċċessiv)

Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni meta l-annimali jibqgħu fl-istess bastiment jew ajruplan u jkun ippjanat li se jintbagħtu direttament lejn pajjiż terz mingħajr ma jinżlu f’port jew f’ajruport ieħor tal-Unjoni.

Indika l-isem tal-BCP li jmiss fl-Unjoni li l-annimali qed ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejh fuq l-istess bastiment jew ajruplan għal aktar kontrolli uffiċjali.

CHED-P (trasbord)

Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni meta il-prodotti jiġu ttrasbordati għal bastiment jew ajruplan ieħor u huma ppjanati biex jintbagħtu direttament lejn pajjiż terz mingħajr ma jinżlu f’port jew f’ajruport ieħor tal-Unjoni.

Indika l-isem tal-BCP li jmiss fl-Unjoni fejn il-prodotti jridu jiġu ttrasbordati għal aktar kontrolli uffiċjali.

CHED-PP (trasbord/trasferiment)

Indika l-isem tal-BCP jew tal-punt tal-kontroll li jmiss fl-Unjoni fejn l-oġġetti se jiġu ttrasbordati jew trasferiti, rispettivament, għal aktar kontrolli uffiċjali.

CHED-D (trasferiment)

Indika l-isem tal-punt ta’ kontroll fl-Unjoni li fih iridu jiġu ttrasferiti l-oġġetti għal aktar kontrolli uffiċjali jekk il-kunsinna tintgħażel għall-verifiki fiżiċi u tal-identità.

I.21

Għal trasport suċċessiv

 

CHED-PP/CHED-D

Indika l-faċilità ta’ trasport suċċessiv fejn trid tittieħed il-kunsinna wara li tkun intgħażlet għall-kontrolli fiżiċi u tal-identità fil-BCP.

I.22

Għal tranżitu lejn

 

Indika l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ destinazzjoni.

Indika l-isem tal-BCP tal-ħruġ għall-kunsinni li ma jikkonformawx li qed jaqsmu t-territorju tal-Unjoni bit-triq, bil-ferrovija jew fuq l-ilma (tranżitu estern).

Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-D.

I.23

Għas-suq intern

 

Immarka din il-kaxxa meta jkun hemm l-intenzjoni li l-kunsinni jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

I.24

Għall-oġġetti li ma jikkonformawx

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-P.

Agħżel it-tip ta’ destinazzjoni fejn se tintbagħat il-kunsinna, u n-numru tar-reġistrazzjoni fejn japplika: maħżen doganali, żona ħielsa jew bastiment approvati għat-tali skop, (inkluż l-isem u l-port tal-kunsinna).

I.25

Għad-dħul mill-ġdid

 

CHED-A:

Immarka l-kaxxa fil-każ tad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati fl-Unjoni wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 30, 60 jew 90 jum għal tiġrijiet, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali f’ċerti pajjiżi terzi.

Immarka l-kaxxa fil-każ ta’ dħul mill-ġdid ta’ annimali li joriġinaw fl-Unjoni u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz.

CHED-P/CHED-PP

Immarka l-kaxxa fil-każ ta’ dħul mill-ġdid ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz.

Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-D.

I.26

Għad-dħul temporanju

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A u għaż-żwiemel irreġistrati biss.

Punt tal-ħruġ — indika l-BCP tal-ħruġ.

Data tal-ħruġ — indika d-data tal-ħruġ (din trid tkun inqas minn 90 jum wara l-ammissjoni).

I.27

Mezz ta’ trasport wara l-BCP/il-ħażna

 

Din il-kaxxa tista’ timtela wara notifika minn qabel u hija obbligatorja għal:

— l-annimali soġġetti għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (2) (CHED-A);

— oġġetti soġġetti għat-trażbord, għat-tranżitu dirett, għall-monitoraġġ, għad-dħul mill-ġdid jew soġġetti li jintbagħtu lejn id-destinazzjonijiet kollha fejn isiru l-kontrolli, inkluż faċilità ta’ trasport suċċessiv jew punt ta’ kontroll, fejn ikunu meħtieġa l-kontrolli uffiċjali addizzjonali (CHED-P, CHED-PP, CHED-D);

— oġġetti mhux konformi fi tranżitu (CHED-P).

Agħżel wieħed minn dawn il-mezzi ta’ trasport li ġejjin: ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq (ara n-nota ta’ gwida fil-kaxxa I.13).

CHED-PP

Jekk in-numru tal-kontejner ikun indikat fil-kaxxa I.17, mhix meħtieġa l-indikazzjoni tal-mezzi tat-trasport.

I.28

Trasportatur

 

Din il-kaxxa hija obbligatorja biss għal CHED-A meta tintuża l-kaxxa I.27.

Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mit-trasport.

Indika n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni fejn japplika.

I.29

Data tat-tluq

 

Din il-kaxxa hija obbligatorja biss għal CHED-A meta tintuża l-kaxxa I.27.

Indika d-data stmata u l-ħin tat-tluq mill-BCP.

I.30

Ġurnal tal-vjaġġ

 

Din il-kaxxa tapplika biss għal CHED-A u tirreferi għar-rekwiżiti fir-Regolament (KE) Nru 1/2005.

I.31

Deskrizzjoni tal-kunsinna:

 

Pereżempju, imla abbażi ta’ ċertifikati uffiċjali, attestazzjonijiet uffiċjali, dikjarazzjonijiet jew dokumenti oħra,fosthom dokumenti ta’ natura kummerċjali, sabiex tipprovdi deskrizzjoni tajba biżżejjed tal-oġġetti, li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-kalkolu tat-tariffi, pereżempju l-kodiċi u t-titolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM), il-kodiċi TARIC, il-kodiċi EPPO, l-ispeċi (informazzjoni tassonomika), jew il-piż nett (kg).

Indika l-għadd ta’ tubi straw ta’ semen, ova u embrijuni,

Indika, skont il-ħtieġa, in-natura u l-għadd ta’ imballaġġi, it-tip ta’ imballaġġ (skont l-istandards tal-UN/CEFACT), in-numru tal-lott, in-numru ta’ identifikazzjoni individwali, in-numru tal-passaport, jew it-tip ta’ prodott.

Fil-każ ta’ CHED sussegwenti, daħħal il-kwantità ta’ oġġetti li tinsab fiċ-CHED preċedenti.

CHED-P:

Immarka “konsumatur finali” meta l-prodotti jiġu ppakkjati għall-konsumaturi finali.

I.32

Għadd totali ta’ imballaġġi

 

Indika l-għadd totali ta’ imballaġġi fil-kunsinna, fejn xieraq.

I.33

Kwantità totali

 

CHED-A:

Indika l-għadd totali ta’ annimali, fejn xieraq.

CHED-P:

Indika l-għadd totali ta’ tubi straw ta’ semen, ova u embrijuni, fejn xieraq.

CHED-PP/CHED-D:

Indika n-numru ta’ biċċiet jew il-volum, fejn xieraq.

I.34

Piż totali nett (kg)/Piż gross totali (kg)

 

Dan huwa l-piż nett totali (jiġifieri l-massa tal-annimali jew tal-oġġetti waħedhom, mingħajr kontenituri immedjati u mingħajr ebda imballaġġ) ikkalkulat awtomatikament mill-IMSOC abbażi tal-informazzjoni mdaħħla fil-kaxxa I.31.

Indika l-piż gross totali (jiġifieri l-massa aggregata tal-annimali jew tal-prodotti, flimkien mal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu, iżda mingħajr il-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport). Din l-informazzjoni mhijiex meħtieġa għaċ-CHED-PP.

I.35

Dikjarazzjoni

 

Id-dikjarazzjoni trid tkun iffirmata mill-persuna fiżika responsabbli mill-kunsinna u tista’ tiġi adattata skont iċ-CHED li jintuża:

Jiena, l-operatur sottoskritt responsabbli mill-kunsinna deskritta hawn fuq, niċċertifika li fl-aħjar għarfien u twemmin tiegħi, id-dikjarazzjonijiet li saru fil-Parti I ta’ dan id-dokument huma veri u sħaħ, u naċċetta li nikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2017/625 dwar il-kontrolli uffiċjali, inkluż li nħallas tal-kontrolli uffiċjali, talli jintbagħtu lura l-kunsinni, inħallas għall-kwarantina jew għall-iżolament tal-annimali, jew l-ispejjeż tal-ewtanażja u tar-rimi, fejn meħtieġ.

Firma (il-firmatarju jintrabat li jaċċetta lura l-kunsinni fi tranżitu li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz).

PARTI II – KONTROLLI

Kaxxa

Deskrizzjoni

II.1.

CHED preċedenti

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC għaċ-CHED li jintuża qabel ma tinqasam kunsinna jew qabel it-trasbord (meta jitwettqu l-kontrolli uffiċjali), is-sostituzzjoni, il-kanċellazzjoni jew it-trasferiment għal punt ta’ kontroll.

II.2

Referenza taċ-CHED

 

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa I.2.

II.3

Verifika tad-dokumenti

 

Dawn jinkludu verifiki għall-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali għall-annimali u għall-oġġetti li l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni tagħhom mhumiex kollha rregolati mil-liġi tal-Unjoni.

II.4

Verifika tal-identità

 

Immarka “Iva” jew “Le” skont il-każ.

CHED-A

Immarka “Le”, fil-każ li l-annimali jridu jkomplu l-vjaġġ tagħhom bil-baħar jew bl-ajru fuq l-istess bastiment jew inġenju tal-ajru biex ikomplu jivvjaġġaw minn BCP għal ieħor u l-kontrolli uffiċjali jridu jitlestew fil-BCP li jmiss.

CHED-P

Immarka “Le”, fil-każ li l-oġġetti jiġu ttrasbordati minn BCP għal ieħor.

CHED-PP

Immarka “Le”, fil-każ li l-oġġetti jiġu ttrasferiti f’punt ta’ kontroll jew jiġu trasbordati minn BCP għal ieħor.

Immarka “Le” fejn hemm il-bżonn ta’ verifika mnaqqsa jew m’hemm bżonn l-ebda verifika tal-identità.

CHED-D

Immarka “Le” meta l-oġġetti jiġu ttrasferiti f’punt ta’ kontroll.

II.5

Verifika fiżika

 

Immarka “Iva” jew “Le” skont il-każ.

CHED-A

Dan jinkludi l-eżitu tal-eżami kliniku, u l-mortalità u l-morbidità tal-annimali.

Immarka “Le”, fil-każ li l-annimali jridu jkomplu l-vjaġġ tagħhom bil-baħar jew bl-ajru fuq l-istess bastiment jew inġenju tal-ajru biex ikomplu jivvjaġġaw minn BCP għal ieħor f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, u l-kontrolli uffiċjali jridu jitlestew fil-BCP li jmiss.

CHED-P

Immarka “Verifika mnaqqsa” meta, f’konformità mar-regoli li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinna ma tkunx intagħżlet għal verifika fiżika iżda titqies li ġiet ivverifikata b’mod sodisfaċenti bil-verifiki tad-dokumenti u tal-identità biss.

Immarka “Oħrajn” fejn hemm referenza għall-proċeduri ta’ dħul mill-ġdid, ta’ monitoraġġ jew ta’ tranżitu. Dan jirreferi wkoll għall-annimali u għall-oġġetti li jiġu trasbordati minn BCP għal ieħor f’konformità mar-regoli li jridu jiġu adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

CHED-PP

Immarka “Verifika mnaqqsa” meta, f’konformità mar-regoli li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinna ma tkunx intgħażlet għal verifiki tal-identità u dawk fiżiċi, iżda titqies li ġiet ivverifikata b’mod sodisfaċenti b’verifika tad-dokumenti biss.

Immarka “Oħrajn” fejn hemm referenza għall-proċeduri ta’ dħul mill-ġdid, ta’ monitoraġġ jew ta’ tranżitu. Dan jirreferi wkoll għall-oġġetti li jiġu ttrasbordati minn BCP għal ieħor f’konformità mar-regoli li jridu jiġu adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

CHED-D

Immarka“ Le” meta l-oġġetti jiġu ttrasferiti f’punt ta’ kontroll.

II.6

Testijiet fil-laboratorju

 

Immarka “Iva” jekk ikun sar test.

It-test: agħżel il-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih ikun sar test tal-laboratorju.

— immarka “Aleatorju” meta l-kunsinna ma tinżammx fil-BCP waqt li tkun qed tistenna r-riżultati tat-testijiet. Timmarkax din l-opzjoni fil-każ li l-kunsinna tiġi kkampjunata għal testijiet tal-laboratorju deskritti minn opzjonijiet oħra f’din il-kaxxa;

— immarka “Suspett” meta jkun hemm suspett li l-annimali u l-oġġetti mhumiex qed jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u qed jinżammu fil-BCP waqt li jistennew ir-riżultati tat-testijiet;

— immarka “Miżuri ta’ emerġenza” fil-każ li l-annimali u l-oġġetti jinsabu soġġetti għal miżuri ta’ emerġenza speċifiċi u qed jinżammu fil-BCP waqt li jistennew ir-riżultati tat-testijiet, sakemm ma jiġix awtorizzat it-trasport suċċessiv.

Riżultat tat-testijiet:

— immarka “Pendenti” meta l-kunsinna tista’ tħalli l-BCP mingħajr ma tistenna r-riżultati tat-testijiet.

— immarka “sodisfaċenti” jew “mhux sodisfaċenti” meta jkunu disponibbli r-riżultati tat-testijiet.

CHED-P

Immarka “Meħtieġ” fejn hemm bżonn ta’ kampjunar f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-kunsinna mhix qed tinżamm fil-BCP waqt li tistenna r-riżultati tat-testijiet.

Immarka “Kontrolli intensifikati” meta l-annimali u l-oġġetti jkunu soġġetti għar-regoli dwar il-proċeduri ta’ kontrolli intensifikati li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 65(6) tar-Regolament (UE) 2017/625, u qed jinżammu fil-BCP waqt li jistennew ir-riżultati tat-testijiet.

CHED-PP

Immarka “Kampjunar tal-infezzjoni latenti” meta jkun meħtieġ li jittieħdu l-kampjuni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-kunsinna ma tinżammx fil-BCP waqt li qed tistenna r-riżultati tat-testijiet.

CHED-D

Immarka “Żieda temporanja tal-kontrolli” meta l-oġġetti jkunu soġġetti għal miżuri li jeħtieġu żieda temporanja tal-kontrolli (il-punt (b) tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/625) u qed jinżammu fil-BCP waqt li jistennew ir-riżultati tat-testijiet, sakemm ma jiġix awtorizzat it-trasport suċċessiv.

II.7

Verifika tat-trattament xieraq

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A.

Immarka “Le” meta l-annimali ħajjin ma jitħattux fil-BCP indikat fil-kaxxa I.4 u jiġu ttrasbordati f’BCP ieħor, u ma jkunux għaddew minn verifika tat-trattament xieraq.

Immarka l-kaxxa “sodisfaċenti” jew “mhux sodisfaċenti” meta jkunu disponibbli r-riżultati tal-verifiki fuq l-annimali u fuq il-kundizzjonijiet tat-trasport.

II.8

Impatt tat-trasport fuq l-annimali

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A.

Indika kemm mietu annimali, l-għadd ta’ annimali li mhumiex fi stat li jivvjaġġaw u l-għadd ta’ wildiet jew aborti (jiġifieri l-għadd ta’ annimali nisa li welldu jew li korrew waqt it-trasport).

Fil-każ ta’ annimali li jintbagħtu f’għadd kbir (eż. flieles ta’ jum, ħut jew molluski), agħti stima tal-għadd ta’ annimali mejta jew li mhumiex fi stat tajjeb, skont il-każ.

II.9

Aċċettabbli għat-trasbord/għat-trasferiment/għat-trasport suċċessiv lejn

 

Immarka din il-kaxxa jekk il-kunsinna hija aċċettabbli għat-trasbord/trasferiment/trasport suċċessiv.

It-trasbord ma japplikax għaċ-CHED-A u għaċ-CHED-D.

II.10

Aċċettabbli għat-trasport suċċessiv

 

CHED-PP/CHED-D

Immarka din il-kaxxa jekk il-kunsinna hija aċċettabbli għat-trasport suċċessiv.

II.11

Aċċettabbli għat-tranżitu

 

Immarka din il-kaxxa jekk il-kunsinna hija aċċettabbli għat-tranżitu.

Din il-kaxxa ma tapplikax għaċ-CHED-D.

II.12

Aċċettabbli għas-Suq Intern

 

Immarka din il-kaxxa meta l-kontrolli uffiċjali jkunu favorevoli, irrispettivament minn jekk dawn jitqegħdux taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” fil-fruntiera jew fi stadju ulterjuri tal-proċedura doganali fi ħdan l-Unjoni.

CHED-A

Meta jkun awtorizzat it-tqegħid fis-suq tal-annimali taħt kundizzjonijiet speċjali (kif previst mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali), indika d-destinazzjoni fejn se jsiru l-kontrolli: biċċerija, stabbiliment konfinat, kwarantina jew użu lokali.

CHED-P

Immarka l-użu tal-prodott.

Għall-prodotti sekondarji tal-annimali li jridu jkomplu jiġu pproċessati, iżda li mhumiex taħt kundizzjonijiet ta’ monitoraġġ tat-trasport li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, imla l-kaxxa II.18.

CHED-D

Immarka l-użu tal-prodott: konsum mill-bniedem, għalf jew materjal ieħor.

II.13

Aċċettabbli għall-monitoraġġ

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A u għaċ-CHED-P, u tirreferi għal kunsinna li tkun ġiet immonitorjata f’konformità mal-kundizzjonijiet li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

II.14

Aċċettabbli għall-oġġetti li ma jikkonformawx

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-P.

Agħżel id-destinazzjoni fejn se jsiru l-kontrolli: il-maħżen doganali, iż-żona ħielsa jew il-bastiment li jkunu ġew approvati għat-tali skop.

II.15

Aċċettabbli għall-ammissjoni temporanja

 

Din il-kaxxa tapplika biss għaċ-CHED-A u għaż-żwiemel reġistrati biss.

Immarka din il-kaxxa biex tawtorizza d-dħul tal-annimali fit-territorju tal-Unjoni sad-data fil-kaxxa I.26.

II.16

Mhux aċċettabbli

 

Dan jirreferi għal kunsinni li r-riżultat tal-kontrolli uffiċjali tagħhom mhuwiex favorevoli u d-dħul fl-Unjoni huwa rrifjutat. Indika d-data sa meta għandha tittieħed l-azzjoni.

CHED-A

Immarka “Ewtanażja” meta l-laħam mill-annimali ma jistax jitħalla jintuża għall-konsum mill-bniedem.

Immarka “Ridispaċċ” meta jintbagħtu lura l-annimali.

Immarka “Qatla” meta l-laħam mill-annimali jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni favorevoli.

Immarka “Qerda” meta l-annimali jkunu mejtin meta jaslu fil-BCP.

CHED-P/CHED-D

Immarka qerda, ridispaċċ, trattament speċjali jew użu għal skopijiet oħra.

CHED-PP

Immarka trattament xieraq, rifjut ta’ dħul, kwarantina imposta, qerda, ipproċessar mill-ġdid, ipproċessar industrijali jew oħrajn.

II.17

Raġuni għar-rifjut

 

CHED-A

Immarka “Dokumenti” fil-każ ta’ ċertifikat nieqes, nuqqas ta’ ċertifikat oriġinali, mudell żbaljat, ċertifikat frodulenti, dati invalidi, firma jew timbru nieqes, awtorità invalida, rapport tal-laboratorju nieqes, nuqqas ta’ garanziji addizzjonali jew nuqqas ta’ rekwiżit nazzjonali.

Immarka “Oriġini” fil-każ ta’ pajjiż mhux awtorizzat, żona mhux awtorizzata jew stabbiliment mhux approvat.

Immarka “Identità” fil-każ ta’ diskrepanza fl-identifikazzjoni, fid-dokumenti, jew fir-rigward tal-mezz ta’ trasport, ta’ identifikazzjoni individwali nieqsa, ta’ diskrepanza fin-numru ta’ identifikazzjoni individwali jew ta’ diskrepanza tal-ispeċi.

Immarka “Fiżiku” fil-każ tal-preżenza ta’ annimal(i) suspettat(i), annimal(i) li mhumiex fi stat li jivvjaġġaw jew annimal(i) mejjet/mejta.

Immarka “Laboratorju” fil-każ ta’ riżultat tat-test mhux sodisfaċenti.

Immarka “Trattament Xieraq tal-Annimali” fil-każ ta’ mezzi ta’ trasport mhux xierqa.

Immarka “IAS” fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli li japplikaw għall-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni.

Immarka “Oħrajn” fejn l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija qabel ma tapplika.

CHED-P

Immarka “Dokumenti” fil-każ ta’ ċertifikat nieqes, nuqqas ta’ ċertifikat oriġinali, mudell żbaljat, ċertifikat frodulenti, dati invalidi, firma jew timbru nieqes, awtorità invalida, rapport tal-laboratorju nieqes jew dikjarazzjoni addizzjonali nieqsa.

Immarka “Oriġini” fil-każ ta’ pajjiż jew reġjun mhux awtorizzat, jew stabbiliment mhux approvat

Immarka “Identità” fil-każ ta’ tikketta nieqsa, ta’ diskrepanza fit-tikketta jew fid-dokument, ta’ tikketta mhux kompleta, ta’ diskrepanza fir-rigward tal-mezz tat-trasport, ta’ diskrepanza fin-numru ta’ siġill ta’ identifikazzjoni, ta’ diskrepanza fil-marka ta’ identifikazzjoni jew ta’ diskrepanza tal-ispeċi.

Immarka “Fiżiku” fil-każ ta’ nuqqas qawwi ta’ iġjene, ta’ interruzzjoni tal-katina tal-kesħa, ta’ nuqqas ta’ konformità fiż-żamma tat-temperatura, ta’ defiċjenza fil-verifika organolettika, jew ta’ preżenza tal-parassiti.

Immarka “Laboratorju” fil-każ ta’ kontaminazzjoni kimika, ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika, ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji, ta’ esponiment għar-radjazzjoni, ta’ addittivi mhux konformi jew ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM).

Immarka “IAS” fil-każ ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni

Immarka “Oħrajn”3 fejn ma tapplika l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq.

CHED-PP

Immarka “Dokumenti” fil-każ ta’ ċertifikat jew passaport tal-pjanti nieqes jew invalidu jew xi dokument ieħor li jipprovdi l-garanziji f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Immarka “Oriġini” fil-każ li n-numru tar-reġistrazzjoni ta’ kumpanija ma jkunx magħruf, meta dan jintalab li jiġi indikat.

Immarka “Identità” fil-każ ta’ diskrepanza mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna.

Immarka “Fiżiku” f’każ ta’ preżenza ta’ pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra pprojbiti.

Immarka “Oħrajn” fil-każ li d-destinatarju ma jkunx elenkat fir-reġistru uffiċjali tal-produtturi/importaturi.

Immarka “IAS” fil-każ ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni.

CHED-D

Immarka “Dokumenti” fil-każ ta’ ċertifikat jew ta’ dokumenti oħra ta’ akkumpanjament meħtieġa nieqsa jew mhux validi.

Immarka “Identità” f’każ ta’ diskrepanza mad-dokumenti ta’ akkumpanjament.

Immarka “Laboratorju” fil-każ ta’ kontaminazzjoni kimika jew ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika.

Immarka “Fiżiku” fil-każ ta’ nuqqas ta’ iġjene fiżika.

Immarka “Oħrajn” fejn ma tapplika l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq.

II.18

Dettalji tad-destinazzjonijiet fejn saru l-kontrolli

 

Indika l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni/tal-approvazzjoni tad-destinazzjonijiet kollha fejn ikunu saru l-kontrolli msemmija fil-kaxxi II.9 sa II.16.

CHED-A

Għall-istabbilimenti li dwarhom l-awtorità kompetenti titlob li jibqgħu anonimi, indika biss in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-approvazzjoni assenjat.

CHED-PP/CHED-D

Fil-każ ta’ trasport suċċessiv, indika l-isem, l-indirizz u, fejn japplika, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-faċilità tat-trasport suċċessiv.

F’każ ta’ trasferiment għal punt ta’ kontroll, indika d-dettalji ta’ kuntatt u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mill-IMSOC lill-punt ta’ kontroll.

II.19

Siġillar mill-ġdid tal-kunsinna

 

Indika n-numru tas-siġill mehmuż wara l-kontrolli uffiċjali fil-BCP jew wara l-ħżin f’maħżen doganali approvat għat-tali skop u f’każijiet meta l-liġi tal-Unjoni teħtieġ siġill uffiċjali.

II.20

Identifikazzjoni tal-BCP

 

Applika t-timbru uffiċjali tal-BCP jew tal-punt ta’ kontroll skont il-każ.

Fil-każ ta’ CHED-P sussegwenti għal kunsinna li ma tikkonformax, indika l-isem tal-unità ta’ kontroll responsabbli mis-superviżjoni taż-żona ħielsa jew tal-maħżen doganali approvat għat-tali skop.

II.21

Uffiċjal li jiċċertifika

 

Din il-kaxxa tirreferi għad-dikjarazzjoni li trid tiġi ffirmata mill-uffiċjal li jiċċertifika intitolat li jiffirma ċ-CHED:

Jiena, l-uffiċjal li jiċċertifika sottoskritt, niċċertifika li twettqu l-verifiki fuq il-kunsinna f’konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni u fejn japplika f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

II.22

Tariffi tal-ispezzjoni

 

Din il-kaxxa tista’ tintuża biex tindika l-tariffi ta’ spezzjoni.

II.23

Referenza tad-dokument doganali

 

Din il-kaxxa tista’ tintuża mill-awtorità doganali, jew wara komunikazzjoni mill-awtorità doganali, mill-persuna responsabbli għall-kunsinna biex tiżdied l-informazzjoni rilevanti (eż. ir-referenza tad-dokument T1) fil-każ li l-kunsinni jibqgħu taħt is-superviżjoni doganali għal ċertu perjodu.

II.24

CHED sussegwenti

 

Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CHED wieħed jew aktar maħruġa fil-każijiet li jridu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 51 u l-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew wara li jinqasmu fil-BCP.

(1)   Il-kodiċi internazzjonali standard b’żewġ ittri għal pajjiż f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 3166 alpha-2; http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm

(2)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).



PARTI III – MIŻURI ADDIZZJONALI

Kaxxa

Deskrizzjoni

III.1

CHED preċedenti

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa II.1.

III.2

Referenza taċ-CHED

Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-kaxxa I.2.

III.3

CHED sussegwenti

Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CHED wieħed jew aktar indikati fil-kaxxa II.24.

III.4

Dettalji dwar ir-ridispaċċ

Indika l-mezz tat-trasport li ntuża u l-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż.

Indika d-data tar-ridispaċċ u l-isem tal-BCP tal-ħruġ, hekk kif din l-informazzjoni tkun magħrufa. Id-data tar-ridispaċċ m’għandhiex tkun aktar minn 60 jum mid-data tal-validazzjoni taċ-CHED għal deċiżjonijiet ta’ rifjut.

III.5

Miżuri addizzjonali meħuda minn

Indika l-awtorità responsabbli li tiċċertifika l-wasla u l-konformità tal-kunsinna koperta biċ-CHED: il-BCP tal-ħruġ, il-BCP tad-destinazzjoni finali jew l-unità ta’ kontroll.

CHED-A

Indika d-destinazzjoni ulterjuri u/jew ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità jew għat-tibdil fl-istatus tal-annimali (eż. destinazzjoni invalida, ċertifikat invalidu jew nieqes, diskrepanza bejn id-dokumenti, identifikazzjoni nieqsa jew mhux valida, testijiet mhux sodisfaċenti, annimal(i) suspettat(i), annimal(i) mejjet/mejta, annimal(i) mitluf(a) jew konverżjoni għal dħul permanenti).

CHED-P

Indika d-destinazzjoni ulterjuri u/jew ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità (eż. ċertifikat invalidu, ċertifikat nieqes jew mhux validu, diskrepanza bejn id-dokumenti, identifikazzjoni nieqsa jew mhux valida, kontrolli mhux sodisfaċenti, jew siġill uffiċjali nieqes, miksur jew li ma jikkorrispondix...).

CHED-PP

Fil-każ ta’ oġġetti li bħalissa jkunu fi trasport suċċessiv jew fi trasferiment lejn punt ta’ kontroll, immarka “iva” jew “le” biex tindika jekk il-kunsinna waslitx jew le.

CHED-D

Fil-każ ta’ oġġetti li bħalissa jkunu fi trasport suċċessiv jew fi trasferiment lejn punt ta’ kontroll, immarka “iva” jew “le” biex tindika jekk il-kunsinna waslitx jew le.

III.6

Uffiċjal li jiċċertifika

Dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal li jiċċertifika tal-awtorità kompetenti f’każ ta’ ridispaċċ u ta’ miżuri addizzjonali meħuda fir-rigward tal-kunsinni.

PARTI 2

Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (mudelli taċ-CHED)

Taqsima A

CHED-A

(għall-annimali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)

image

image

image

image

image

Taqsima B

CHED-P

(għall-prodotti li ma jikkonformawx mar-regoli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)

image

image

image

image

▼C1

Taqsima C

CHED-PP

(għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)

image

image

image

Taqsima D

CHED-D

(għall-għalf u għall-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625)

image

image

image

image

▼B




ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2)

1. id-Direttiva 94/3/KE



id-Direttiva 94/3/KE

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

il-Punt (33) tal-Artikolu 2

l-Artikolu 2(1) u (2)

l-Artikolu 33(1)

l-Artikolu 3

l-Artikolu 33(2)

l-Artikolu 4

_

l-Artikolu 5

il-Punt (34) tal-Artikolu 2

l-Artikolu 6

il-Punt 10 tal-Anness I

l-Artikolu 7

_

l-Artikolu 8

_

2. ir-Regolament (UE) Nru 16/2011



ir-Regolament (UE) Nru 16/2011

Dan ir-Regolament

il-Punt (1) tal-Artikolu 1

il-Punt (2) tal-Artikolu 2

il-Punt (2) tal-Artikolu 1

il-Punt (3) tal-Artikolu 2

il-Punt (3) tal-Artikolu 1

il-Punt (4) tal-Artikolu 2

il-Punt (4) tal-Artikolu 1

il-Punt (15) tal-Artikolu 2

il-Punt (5) tal-Artikolu 1

il-Punt (16) tal-Artikolu 2

il-Punt (5)(a) tal-Artikolu 1

il-Punt (17) tal-Artikolu 2

il-Punt (5)(b) tal-Artikolu 1

il-Punt (18) tal-Artikolu 2

il-Punt (6) tal-Artikolu 1

il-Punt (20) tal-Artikolu 2

il-Punt (7) tal-Artikolu 1

il-Punt (22) tal-Artikolu 2

il-Punt (8) tal-Artikolu 1

il-Punt (23) tal-Artikolu 2

il-Punt (9) tal-Artikolu 1

_

l-Artikolu 2(1)

l-Artikolu 14(1)

l-Artikolu 2(2)

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 2(3)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 2(4)

l-Artikolu 14(2)

l-Artikolu 2(5)

l-Artikolu 13

l-Artikolu 2(6)

l-Artikolu 14(3)

l-Artikolu 3(1)

l-Artikolu 17(1) u (2)

l-Artikolu 3(2)

l-Artikolu 17(3)

l-Artikolu 3(3)

l-Artikolu 17(4)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 18(1) u (2)

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 18(3)

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 20(1) u (2)

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 20(3)

l-Artikolu 6(1)

l-Artikolu 22(1)

l-Artikolu 6(2)

l-Artikolu 22(2)

l-Artikolu 6(3)

l-Artikolu 22(3)

l-Artikolu 6(4)

l-Artikolu 22(4)

l-Artikolu 6(5)

l-Artikolu 22(5)

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 15(1)

l-Artikolu 7(2)

l-Artikolu 15(2)

l-Artikolu 7(3)

l-Artikolu 15(3)

l-Artikolu 7(4)

l-Artikolu 15(4)

l-Artikolu 7(5)

-

il-Punti (a) sa (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8

il-Punti (a) sa (f) tal-Artikolu 24(1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 8

-

l-Artikolu 9(1)

l-Artikolu 25(1)(b)

l-Artikolu 9(2)

l-Artikolu 25(2) u (3)

l-Artikolu 10(1) u (2)

l-Artikolu 27(1)

 

 

il-Punt (a) tal-Artikolu 11

l-Artikolu 24(3)

il-Punt (b) tal-Artikolu 11

l-Artikolu 24(4)

l-Artikolu 12

_

3. Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2014/917/UE



Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2014/917/UE

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1(1) u (2)

_

l-Artikolu 2(1) u (3)

l-Artikolu 32(1)

l-Artikolu 2(2) u (4)

l-Artikolu 32(3)

 

 

l-Artikolu 2(5)

l-Artikolu 32(4)

l-Artikolu 3

_

l-Anness

l-Anness I

4. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1918



Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1918

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

_

l-Artikolu 2

_

 

 

 

 

l-Artikolu 3(1)

_

l-Artikolu 3(2)

_

l-Artikolu 3(3)

_

l-Artikolu 3(4)

_

l-Artikolu 4

l-Artikolu 12

l-Artikolu 5

_

l-Artikolu 6

l-Artikolu 26(1)

il-Punt (a) tal-Artikolu 7

l-Artikolu 8(1)

il-Punt (b) tal-Artikolu 7

l-Artikolu 8(2)

il-Punt (c) tal-Artikolu 7

_

il-Punt (d) tal-Artikolu 7

l-Artikolu 15(1)

l-Artikolu 8(1)

l-Artikolu 15(1)

il-Punt (a) tal-Artikolu 8(2)

l-Artikolu 16(1)(a)

il-Punt (b) tal-Artikolu 8(2)

l-Artikolu 16(1)(b)

il-Punt (c) tal-Artikolu 8(2)

l-Artikolu 16(1)(c)

il-Punt (d) tal-Artikolu 8(2)

l-Artikolu 16 (1)(d)

il-Punt (e) tal-Artikolu 8(2)

_

il-Punt (f) tal-Artikolu 8(2);

_

il-Punt (g) tal-Artikolu 8(2)

l-Artikolu 16(1)(f)

l-Artikolu 9(1)

l-Artikolu 10(1)

l-Artikolu 9(2)

-

l-Artikolu 10(1)

l-Artikolu 10(2)

l-Artikolu 10(2) u (3)

l-Artikolu 11(1)

l-Artikolu 10(4)

l-Artikolu 11(3)

l-Artikolu 10(5)

l-Artikolu 11(2)

l-Artikolu 11

l-Artikolu 26(2)

l-Artikolu 12

l-Artikolu 11(2)(b) u (3)(b)

l-Artikolu 13

_

l-Artikolu 14

_

5. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1553



Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1553

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

_

l-Artikolu 2(1)

l-Artikolu 39(1), (3) u (4)

l-Artikolu 2(2)

l-Artikolu 39(2)

l-Artikolu 2(3)

_

l-Artikolu 3

_



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10).

( 2 ) F’konformità mal-kunċett stabbilit fl-International Standards for Phytosanitary Measures, ISPM 8 (1998): Determination of pest status in an area. Ruma, IPPC, FAO (https://www.ippc.int/sites/default/files/documents//1323945129_ISPM_08_1998_En_2011-11-29_Refor.pdf)