02019R1602 — MT — 15.04.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1602

tat-23 ta' April 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul li jakkumpanja l-kunsinni ta' annimali u oġġetti sad-destinazzjoni tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 250 30.9.2019, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/950 tal-15 ta’ Jannar 2024

  L 950

1

26.3.2024




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1602

tat-23 ta' April 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul li jakkumpanja l-kunsinni ta' annimali u oġġetti sad-destinazzjoni tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp tal-applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-każijiet fejn u l-kundizzjonijiet li fihom id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625 (“CHED”) irid jakkumpanja sal-post tad-destinazzjoni kull kunsinna tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 li tkun maħsuba biex titqiegħed fis-suq (“kunsinna”).
2.  
Dan ir-Regolament ma japplikax għal kunsinni fi tranżitu.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “post tad-destinazzjoni” tfisser il-post fejn titwassal il-kunsinna biex tinħatt għall-aħħar darba, kif ikun iddikjarat fiċ-CHED.

Artikolu 3

Każijiet fejn iċ-CHED għandu jakkumpanja l-kunsinni sal-post tad-destinazzjoni tagħhom

Kull kunsinna għandha tiġi akkumpjanjata b'CHED irrispettivament minn jekk tinqasamx fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera jew wara li titlaq mill-post tal-kontroll fuq il-fruntiera iżda qabel ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għaċ-CHED li jakkumpanjaw kunsinni li ma jkunux maqsuma

Meta kunsinna ma tinqasamx qabel ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-operatur responsabbli minn kunsinna għandu jiżgura li kopja taċ-CHED, stampata jew f'forma elettronika, takkumpanja lill-kunsinna sal-post tad-destinazzjoni u sakemm tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(b) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jindika n-numru ta' referenza taċ-CHED fid-dikjarazzjoni doganali ppreżentata lill-awtoritajiet doganali u għandu jżomm kopja ta' dak iċ-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali f'konformità mal-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

▼M1

(c) 

l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw lill-IMSOC l-informazzjoni dwar il-kwantità tal-kunsinna ddikjarata fid-dikjarazzjoni doganali u għandhom jippermettu biss it-tqegħid tal-kunsinna taħt proċedura doganali meta l-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED ma tkunx inqabżet. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta l-kunsinna tkun se titqiegħed taħt il-proċeduri doganali msemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

▼B

Artikolu 5

Kundizzjonijiet għaċ-CHED li jakkumpanja kunsinni maqsuma fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera

1.  

Meta kunsinna tkun se tinqasam fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

meta jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiddikjara l-post tal-kontroll fuq il-fruntiera bħala l-post tad-destinazzjoni taċ-CHED għall-kunsinna kollha;

(b) 

mal-finalizzazzjoni taċ-CHED għall-kunsinna sħiħa mill-awtorità kompetenti fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jitlob li l-kunsinna tinqasam u għandu jippreżenta, permezz tal-IMSOC, CHED għal kull parti tal-kunsinna maqsuma, u jiddikjara fih il-kwantità, il-mezzi ta' trasport u l-post ta' destinazzjoni għall-parti rilevanti tal-kunsinna maqsuma;

(c) 

l-awtorità kompetenti fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera għandha tiffinalizza ċ-CHEDs għall-partijiet individwali tal-kunsinna maqsuma skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, diment li s-somma tal-kwantitajiet iddikjarati f'dawk iċ-CHEDs ma taqbiżx il-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED għall-kunsinna kollha kemm hi.

(d) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li kopja taċ-CHED, stampata jew f'forma elettronika, għal kull parti tal-kunsinna maqsuma takkumpanja l-parti rilevanti tal-kunsinna maqsuma lejn il-post tad-destinazzjoni ddikjarat fih u sakemm tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(e) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jindika n-numru ta' referenza taċ-CHED għal kull parti tal-kunsinna maqsuma fid-dikjarazzjoni doganali ppreżentata lill-awtoritajiet doganali u għandu jżomm kopja ta' dak iċ-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

▼M1

(f) 

l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw lill-IMSOC l-informazzjoni dwar il-kwantità tal-parti rilevanti tal-kunsinna maqsuma ddikjarata fid-dikjarazzjoni doganali u għandhom jippermettu biss it-tqegħid ta’ dik il-parti taħt proċedura doganali meta l-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED għall-parti tal-kunsinna maqsuma ma tkunx inqabżet. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta l-kunsinna tkun se titqiegħed taħt il-proċeduri doganali msemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

▼B

2.  

Fil-każ ta' kunsinna mhux konformi li trid tinqasam fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera, meta l-awtorità kompetenti tal-post tal-kontroll fuq il-fruntiera tordna lill-operatur biex jieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward ta' parti mill-kunsinna biss, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

mal-finalizzazzjoni taċ-CHED għall-kunsinna kollha kemm hi, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jippreżenta CHED għal kull parti tal-kunsinna maqsuma u għandu jiddikjara fih il-kwantità, il-mezzi tat-trasport u l-post tad-destinazzjoni għal dik il-parti;

(b) 

l-awtorità kompetenti fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera għandha tiffinalizza ċ-CHEDs għall-partijiet individwali tal-kunsinna maqsuma skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, filwaqt li tqis id-deċiżjoni meħuda għal kull parti tal-kunsinna maqsuma;

(c) 

il-paragrafu 1 (d), (e) u (f) għandu japplika għal kull parti tal-kunsinna maqsuma.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għaċ-CHED li jakkumpanja kunsinni taħt superviżjoni doganali maqsuma wara li telqu mill-post tal-kontroll fuq il-fruntiera

Meta kunsinna għandha tiġi maqsuma wara li titlaq mill-post tal-kontroll fuq il-fruntiera u qabel ma tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li kopja taċ-CHED, stampata jew f'forma elettronika, takkumpanja lil kull parti tal-kunsinna maqsuma sakemm tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625;

(b) 

għal kull parti tal-kunsinna maqsuma, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jindika n-numru ta' referenza taċ-CHED fid-dikjarazzjoni doganali ppreżentata lill-awtoritajiet doganali u għandu jżomm kopja ta' dak iċ-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali skont l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

▼M1

(c) 

għal kull parti tal-kunsinna maqsuma, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw lill-IMSOC l-informazzjoni dwar il-kwantità ddikjarata fid-dikjarazzjoni doganali għal dik il-parti u jippermettu biss it-tqegħid ta’ dik il-parti taħt proċedura doganali meta l-kwantità totali stabbilita fiċ-CHED ma tkunx inqabżet. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta l-kunsinna tkun se titqiegħed taħt il-proċeduri doganali msemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

▼B

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

▼M1

Madankollu, l-Artikolu 4(c), l-Artikolu 5(1)(f) u l-Artikolu 6(c) għandhom japplikaw mid-data li fiha t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data doganali msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 isiru operazzjonali jew mhux aktar tard mit-3 ta’ Marzu 2025.

▼B

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data li fiha dawk it-tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data jsiru operazzjonali.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.