02019R1009 — MT — 03.10.2022 — 002.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2019/1009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Ġunju 2019

li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 170 25.6.2019, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1768 tat-23 ta’ Ġunju 2021

  L 356

8

8.10.2021

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2086 tal-5 ta’ Lulju 2021

  L 427

120

30.11.2021

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2087 tas-6 ta’ Lulju 2021

  L 427

130

30.11.2021

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2088 tas-7 ta’ Lulju 2021

  L 427

140

30.11.2021

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1171 tat-22 ta’ Marzu 2022

  L 183

2

8.7.2022

►M6

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1519 tal-5 ta’ Mejju 2022

  L 236

5

13.9.2022


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 302, 22.11.2019, p.  129 (2019/1009)

►C2

Rettifika, ĠU L 161, 16.6.2022, p.  121 (2019/1009)

►C3

Rettifika, ĠU L 266, 13.10.2022, p.  22 (2019/1009)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2019/1009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Ġunju 2019

li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament japplika għal prodotti fertilizzanti tal-UE.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) 

prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 meta jitpoġġew għad-dispożizzjoni fis-suq;

(b) 

prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.  

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-atti legali li ġejjin:

(a) 

id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE;

(b) 

id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE;

(c) 

id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE;

(d) 

id-Direttiva 2000/60/KE;

(e) 

id-Direttiva 2001/18/KE;

(f) 

ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(g) 

ir-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(h) 

ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006;

(i) 

ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(j) 

ir-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(k) 

ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(l) 

ir-Regolament (UE) Nru 98/2013;

(m) 

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014;

(n) 

ir-Regolament (UE) 2016/2031;

(o) 

id-Direttiva (UE) 2016/2284;

(p) 

ir-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

"prodott fertilizzanti" tfisser sustanza, taħlita, mikroorganiżmu jew kwalunkwe materjal ieħor, applikat jew intenzjonat li jiġi applikat fuq pjanti jew fuq ir-riżosfera tagħhom jew fuq faqqiegħ jew il-mikosfera tagħhom, jew intenzjonat li jikkostitwixxi r-riżosfera jew il-mikosfera, waħdu jew inkella imħallat ma' materjal ieħor, għall-fini li jipprovdi n-nutrijenti lill-pjanti jew lill-faqqiegħ jew itejjeb l-effiċjenza nutrittiva tagħhom;

(2) 

"prodott fertilizzanti tal-UE" tfisser prodott fertilizzanti li jkollu t-tikketta CE meta jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq;

(3) 

"sustanza" tfisser sustanza kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(4) 

"taħlita" tfisser taħlita kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(5) 

"mikroorganiżmu" tfisser mikroorganiżmu kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(6) 

"forma likwida" tfisser sospensjoni jew soluzzjoni, fejn sospensjoni tkun dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u s-soluzzjoni tkun likwidu mingħajr partiċelli solidi, jew ġel u jinkludi pastes;

(7) 

"forma solida" tfisser forma kkaratterizzata minn riġidità strutturali u reżistenza għal bidliet ta' sura jew ta' volum u fejn l-atomi jkunu marbuta strettament ma' xulxin, f'arranġament ġeometriku regolari (solidi kristallini) jew b'mod irregolari (solidu amorfu);

(8) 

"% skont il-massa" tfisser perċentwali tal-massa tal-prodott fertilizzanti tal-UE kollu fil-forma li fiha jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq;

(9) 

"tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq" tfisser kwalunkwe forniment ta' prodott fertilizzanti tal-UE għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas;

(10) 

"tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel darba li prodott fertilizzanti tal-UE jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni;

(11) 

"manifattur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott fertilizzanti tal-UE jew li jkollha prodott fertilizzanti tal-UE ddisinjat jew immanifatturat, u tikkummerċjalizza dak il-prodott fertilizzanti tal-UE f'isimha jew id-ditta kummerċjali tagħha;

(12) 

"rappreżentant awtorizzat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f'ismu b'rabta ma' kompiti speċifikati;

(13) 

"importatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott fertilizzanti tal-UE minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(14) 

"distributur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta' provvista, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tpoġġi prodott fertilizzanti tal-UE għad-dispożizzjoni fis-suq;

(15) 

"operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur jew id-distributur;

(16) 

"speċifikazzjoni teknika" tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn prodott fertilizzanti tal-UE, mill-proċess tal-produzzjoni tiegħu jew mill-metodi tal-kampjunar jew analiżi tiegħu;

(17) 

"standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt 1(c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(18) 

"akkreditazzjoni" tfisser akkreditazzjoni kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(19) 

"korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni" tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(20) 

"valutazzjoni tal-konformità" tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti tar-Regolament marbuta ma' prodott fertilizzanti tal-UE jkunux ġew issodisfati;

(21) 

"korp ta' valutazzjoni tal-konformità" tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità inkluż l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;

(22) 

"sejħa lura" tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn ir-ritorn ta' prodott fertilizzanti tal-UE li diġà jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni għall-utent aħħari;

(23) 

"irtirar" tfisser kwalunkwe miżura mmirata biex tipprevjeni li prodott fertilizzanti tal-UE fil-katina tal-provvista jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq;

(24) 

"leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni" tfisser kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kondizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti;

(25) 

"tikketta CE" tfisser tikketta li biha l-manifattur jindika li l-prodott fertilizzanti tal-UE huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprevedi t-twaħħil tagħha.

Artikolu 3

Moviment liberu

1.  
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu, minħabba raġunijiet relatati mal-kompożizzjoni, it-tikkettar jew aspetti oħra koperti minn dan ir-Regolament, it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-EU li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
2.  
B'deroga mill-paragrafu 1, ta' dan l-Artikolu, Stat Membru li, fl-14 ta' Lulju 2019 jibbenefika minn deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 fir-rigward ta' kontenut ta' kadmju fil-fertilizzanti mogħtija skont l-Artikolu 114(4) TFUE jista' jkompli japplika l-valuri limitu nazzjonali għall-kontenut ta' kadmju fil-fertilizzanti li jkunu applikabbli f'dak l-Istat Membru fl-14 ta' Lulju 2019 għal prodotti fertilizzanti tal-UE sa meta l-valuri limitu armonizzati għall-kontenut ta' kadmju fil-fertilizzanti fosfatiċi li jkunu ugwali jew anqas mill-valuri limitu applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat fl-14 ta' Lulju 2019 ikunu applikabbli fil-livell tal-Unjoni.
3.  
Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bil-għan li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, li jkunu f'konformità mat-Trattati, dwar l-użu tal-prodotti fertilizzanti tal-UE, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux modifika tal-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkunu f'konformità ma' dan ir-Regolament u ma jinfluwenzawx il-kondizzjonijiet biex jitpoġġew għad-dispożizzjoni fis-suq.

Artikolu 4

Rekwiżiti tal-prodotti

1.  

Prodott fertilizzanti tal-UE għandu

(a) 

jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għall-kategorija funzjonali ta' prodott rilevanti;

(b) 

jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għall-kategorija jew kategoriji rilevanti tal-materjali komponenti; u

(c) 

jkollu tikketta f'konformità mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stipulati fl-Anness III.

2.  
Għal kwalunkwe aspett mhux kopert mill-Anness I jew II, il-prodotti fertilizzanti tal-UE ma għandhomx jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent.
3.  
Sas-16 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni għandha tippubblika dokument ta' gwida għall-manifatturi u l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq b'informazzjoni ċara u eżempji dwar id-dehra viżiva tat-tikketta msemmija fl-Anness III.

Artikolu 5

Tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq

Il-prodotti fertilizzanti tal-UE għandhom biss jitpoġġew għad-dispożizzjoni fis-suq jekk jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.



KAPITOLU II

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 6

Obbligi tal-manifatturi

1.  
Meta jqiegħdu l-prodotti fertilizzanti tal-UE fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I u II.
2.  
Qabel jitqiegħdu fis-suq prodotti fertilizzanti tal-UE, il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 15, jew iqabbdu lil min iwettaqha.

Meta l-konformità ta' prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti applikabbli stipulati f'dan ir-Regolament tintwera permezz ta' dik il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, il-manifatturi għandhom iħejju dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u jwaħħlu t-tikketta CE.

3.  
Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE kopert minn dawk id-dokumenti jkun tqiegħed fis-suq.

Fuq talba, il-manifatturi għandhom iqiegħdu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni ta' operaturi ekonomiċi oħra.

4.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri għal prodotti fertilizzanti tal-UE li huma parti minn serje ta' produzzjoni sabiex jibqgħu konformi ma' dan ir-Regolament. Bidliet fil-proċess ta' produzzjoni jew fil-karatteristiċi ta' dawk il-prodotti fertilizzanti tal-UE u bidliet fl-istandards ta' armonizzazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 14 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta' prodott fertilizzanti tal-UE jew li bl-applikazzjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet tiġi vverifikata l-konformità tiegħu għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq.

Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta', jew tar-riskji ppreżentati minn, prodott fertilizzanti tal-UE, il-manifatturi għandhom iwettqu testijiet ta' kampjuni ta' tali prodotti fertilizzanti tal-UE li jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti fertilizzanti tal-UE mhux konformi u ta' sejħiet lura ta' tali prodotti fertilizzanti tal-UE, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati b'monitoraġġ bħal dan.

5.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-imballaġġ tal-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkunu qiegħdu fis-suq ikollu numru tat-tip, numru tal-lott jew xi element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom jew, fejn il-prodotti fertilizzanti tal-UE jiġu fornuti mingħajr imballaġġ, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata f'dokument li jakkumpanja kull prodott fertilizzanti.
6.  
Il-manifatturi għadhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali li fih ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti tal-UE jew, fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti tal-UE. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Tali informazzjoni għandha tkun b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u għandha tkun ċara, tinftiehem u tinqara.
7.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti fertilizzanti tal-UE jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III. Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fornut f'pakkett, l-informazzjoni għandha tidher fuq tikketta li tkun imwaħħla ma' dak il-pakkett. Fejn il-pakkett ikun żgħir wisq biex jinkludi l-informazzjoni kollha, l-informazzjoni li ma tistax tingħata fuq it-tikketta għandha tingħata f'fuljett separat li jakkumpanja dak il-pakkett. Tali fuljett għandu jitqies bħala parti mit-tikketta. Meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fornit mingħajr imballaġġ, l-informazzjoni kollha għandha tiġi pprovduta f'fuljett. It-tikketta u l-fuljett għandhom ikunu aċċessibbli għal finijiet ta' spezzjoni meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq. L-informazzjoni għandha tkun b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli.
8.  
Il-manifatturi li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott fertilizzanti tal-UE li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx f'konformità ma' dan ir-Regolament, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji immedjatament biex dak il-prodott fertilizzanti tal-UE jinġieb f'konformità, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-manifatturi jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott fertilizzanti tal-UE li jkunu qiegħdu fis-suq jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, huma għandhom jinformaw immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu poġġew il-prodott fertilizzanti tal-UE għad-dispożizzjoni fis-suq b'dan, u jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar kwalunkwe nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
9.  
Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, fuq karta jew f'forma elettronika, li tkun neċessarja biex juru l-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE ma' dan ir-Regolament, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn prodott fertilizzanti tal-UE li jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 7

Rappreżentant awtorizzat

1.  
Permezz ta' mandat bil-miktub, manifattur jista' jaħtar rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stipulati fl-Artikolu 6(1) u l-obbligu li titħejja d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 6(2) ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.  

Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat riċevuti mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat sabiex tal-inqas jagħmel dan li ġej:

(a) 

iżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq nazzjonali għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE kopert minn dawk id-dokumenti jkun tqiegħed fis-suq;

(b) 

fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni neċessarja kollha biex juri l-konformità ta' prodott fertilizzanti tal-UE;

(c) 

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda sabiex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-prodotti fertilizzanti tal-UE koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat;

Artikolu 8

Obbligi tal-importaturi

1.  
L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq prodotti fertilizzanti tal-UE li huma konformi biss.
2.  
Qabel ma jqiegħdu prodott fertilizzanti tal-UE fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa msemmija fl-Artikolu 15 tkun twettqet mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun mexa f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6).

Meta importatur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott fertilizzanti tal-UE ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, l-importatur ma għandux ipoġġi l-prodott fertilizzanti tal-UE fis-suq qabel ma dan jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq b'dan.

3.  
L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti tal-UE jew, fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti tal-UE. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.
4.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti fertilizzanti tal-UE jkunu akkumpanjati bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III. Meta prodott fertilizzanti tal-UE jkun fornut f'pakkett, l-informazzjoni għandha tidher fuq tikketta li tkun imwaħħla ma' dak il-pakkett. Fejn il-pakkett ikun żgħir wisq biex jinkludi l-informazzjoni kollha, l-informazzjoni li ma tistax tingħata fuq it-tikketta għandha tingħata f'fuljett separat li jakkumpanja dak il-pakkett. Tali fuljett għandu jitqies bħala parti mit-tikketta. Meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fornit mingħajr imballaġġ, l-informazzjoni kollha għandha tiġi pprovduta f'fuljett. It-tikketta u l-fuljett għandhom ikunu aċċessibbli għal finijiet ta' spezzjoni meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq. L-informazzjoni għandha tkun b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin, kif determinat mill-Istat Membru konċernat.
5.  
L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott fertilizzanti tal-UE jkun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar- rekwiżiti stipulati fl-Anness I jew III.
6.  
Fejn ikun meqjus xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni jew tar-riskji ppreżentati mill-prodott fertilizzanti tal-UE, l-importaturi għandhom iwettqu testijiet ta' kampjuni ta' tali prodotti fertilizzanti tal-UE li jitpoġġew għad-dispożizzjoni fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru tal-ilmenti ta', prodotti fertilizzanti tal-UE mhux konformi u sejħiet lura ta' tali prodotti fertilizzanti tal-UE, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'monitoraġġ bħal dan.
7.  
L-importaturi li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott fertilizzanti tal-UE li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji immedjatament sabiex dak il-prodott fertilizzanti tal-UE jinġieb f'konformità, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif xieraq. Barra minn hekk, fejn l-importaturi jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott fertilizzanti tal-UE li jkunu qiegħdu fis-suq jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, dawn għandhom jinformaw immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu poġġew il-prodott fertilizzanti tal-UE għad-dispożizzjoni fis-suq dwar dan, u jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar kwalunkwe nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
8.  
L-importaturi għandhom, għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista' ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba min-naħa tagħhom.

Fuq talba, l-importaturi għandhom iqiegħdu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni ta' operaturi ekonomiċi oħra.

9.  
L-importaturi għandhom, fuq talba motivata mingħand awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, fuq karta jew f'forma elettronika, li tkun neċessarja sabiex turi l-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE ma' dan ir-Regolament b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn prodott fertilizzanti tal-UE li jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 9

Obbligi tad-distributuri

1.  
Meta jpoġġu prodott fertilizzanti tal-UE għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bil-kawtela dovuta b'rabta mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2.  
Qabel ipoġġu prodott fertilizzanti tal-UE għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li dan ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, inkluż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(7) jew l-Artikolu 8(4) provduta bil-mod speċifikat fihom, b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru li fih il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun ser jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6) u l-Artikolu 8(3) rispettivament.

Meta distributur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott fertilizzanti tal-UE ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, id-distributur ma għandux ipoġġi l-prodott fertilizzanti tal-UE għad-dispożizzjoni fis-suq sakemm dan ma jkunx inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott fertilizzanti tal-EU jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur b'dan, kif ukoll lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

3.  
Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li prodott fertilizzanti tal-UE jkun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport tiegħu ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I jew III.
4.  
Id-distributuri li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott fertilizzanti tal-UE li jkunu poġġew għad-dispożizzjoni fis-suq ma jkunx f'konformità ma' dan ir-Regolament, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji immedjatament biex dak il-prodott fertilizzanti tal-UE jinġieb f'konformità, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif xieraq. Barra minn hekk, fejn id-distributuri jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodotti fertilizzanti tal-UE li jkunu poġġew għad-dispożizzjoni fis-suq jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, huma għandhom jinformaw immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu poġġew l-prodott fertilizzanti tal-UE għad-dispożizzjoni fis-suq dwar dan, u jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar kwalunkwe nonkonformità u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
5.  
Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata mingħand awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha, fuq karta jew f'forma elettronika, li tkun neċessarja sabiex turi l-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE ma' dan ir-Regolament. Għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn prodotti fertilizzanti tal-UE li jkunu poġġew għad-dispożizzjoni fis-suq.

Artikolu 10

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 6, fejn dak l-importatur jew distributur jqiegħed prodott fertilizzanti tal-UE fis-suq f'ismu jew taħt trademark tiegħu jew jimmodifika prodott fertilizzanti tal-UE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b'tali mod li l-konformità ma' dan ir-Regolament tista' tiġi affettwata.

Artikolu 11

Imballaġġ u imballaġġ mill-ġdid minn importaturi u distributuri

Fejn importatur jew distributur jimballa jew jimballa mill-ġdid prodott fertilizzanti tal-UE u ma jitqiesx bħala manifattur skont l-Artikolu 10,dak l-importatur jew distributur għandu:

(a) 

jiżgura li l-imballaġġ għandu fuqu ismu, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trademark reġistrata u l-indirizz postali tiegħu preċedut bil-kliem "imballat minn" jew "imballat mill-ġdid minn"; u

(b) 

iżomm kampjun tal-informazzjoni oriġinali msemmija fl-Artikolu 6(7) jew l-Artikolu 8(4) għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal ħames snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq.

Artikolu 12

Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

1.  

L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq:

(a) 

kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott fertilizzanti tal-UE;

(b) 

kwalunkwe operatur ekonomiku li lilu jkunu fornew prodott fertilizzanti tal-UE.

2.  
L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal ħames snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott fertilizzanti tal-UE u għal ħames snin wara li jkunu fornew il-prodott fertilizzanti tal-UE.



KAPITOLU III

KONFORMITÀ TA' PRODOTTI FERTILIZZANTI TAL-UE

Artikolu 13

Preżunzjoni ta' konformità

1.  
Il-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkunu f'konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I, II u III koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
2.  
It-testijiet għall-verifika tal-konformità ta' prodotti fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I, II u III għandhom isiru b'mod affidabbli u riproduċibbli. It-testijiet li jkunu konformi mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma affidabbli u riproduċibbli sa fejn huma koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 14

Speċifikazzjonijiet komuni

1.  

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stipulat fl-Anness I, II u III jew testijiet imsemmija fl-Artikolu 13(2) fejn:

(a) 

dawk ir-rekwiżiti jew testijiet ma jkunx koperti mill-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(b) 

il-Kummissjoni tosserva dewmien żejjed fl-adozzjoni tal-istandards rikjesti; jew

(c) 

il-Kummissjoni tkun iddeċidiet f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li żżomm b'restrizzjoni jew li tneħħi r-referenzi għall-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li bihom ikunu koperti dawk ir-rekwiżiti jew testijiet,

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 45(3).

2.  
Il-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkunu f'konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom għandhom jitqiesu li huma f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I, II u III koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
3.  
It-testijiet għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I, II u III li jkunu konformi mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom għandhom jitqiesu li huma affidabbli u riproduċibbli sa fejn huma koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.

Artikolu 15

Proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità

1.  
Il-valutazzjoni tal-konformità ta' prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament għandha titwettaq skont il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli f'konformità mal-Anness IV.
2.  
Ir-rekords u l-korrispondenza li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat li jwettaq il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, jew b'lingwa aċċettata minn dan il-korp.

Artikolu 16

Dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE

1.  
Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tindika li jkun intwera li r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament ġew issodisfati.
2.  
Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness V, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness IV u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi mitluba mill-Istat Membru li fih il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed jew tpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq.
3.  
Meta prodott fertilizzanti tal-UE jkun soġġett għal aktar minn att tal-Unjoni wieħed li jkun jirrikjedi dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandha titħejja dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE unika fir-rigward ta' tali atti tal-Unjoni kollha. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiddikjara l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati u r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom. Tista' tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE individwali rilevanti.
4.  
Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Prinċipji ġenerali tat-tikketta CE

It-tikketta CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 18

Regoli u kondizzjonijiet għat-twaħħil tat-tikketta CE

1.  
It-tikketta CE għandha titwaħħal mal-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti tal-UE b'mod viżibbli, leġġibbli u li ma titħassarx jew, fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, titwaħħal ma' dokument li jakkumpanja […] l-prodott fertilizzanti tal-UE.
2.  
It-tikketta CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott fertilizzanti tal-UE jitqiegħed fis-suq.
3.  
It-tikketta CE għandha tkun segwita bin-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat, fejn meħtieġ skont l-Anness IV.

In-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq l-istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.  
L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-reġim li jirregola t-tikketta CE u għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa fil-każ ta' użu mhux korrett ta' dik it-tikketta.

Artikolu 19

Tmiem tal-istatus ta' skart

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji li skonthom materjal li huwa skart, kif definit fid-Direttiva 2008/98/KE, jista' ma jibqax skart, jew ikun fi prodott fertilizzanti tal-UE konformi. F'każijiet bħal dawn, l-operazzjoni ta' rkupru skont dan ir-Regolament għandha titwettaq qabel ma l-materjal isir skart, u l-materjal għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva u għalhekk li ma għadux skart mill-mument tat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.



KAPITOLU IV

NOTIFIKA TAL-KORPI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 20

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-korpi awtorizzati biex iwettqu kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi skont dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Awtoritajiet tan-notifika

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità tan-notifika li għandha tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri neċessarji għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi nnotifikati, inkluża l-konformità mal-Artikolu 26.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru minn korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni skont it-tifsira ta' u f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
3.  
Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità legali u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22. Barra minn hekk, dak il-korp għandu jkollu arranġamenti sabiex ikopri obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu.
4.  
L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 22

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.  
Awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b'tali mod li ma toħloqx kunflitti ta' interess ma' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità.
2.  
Awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b'tali mod li tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.
3.  
Awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b'tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.
4.  
Awtorità tan-notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi attivitajiet li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jwettqu jew servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
5.  
Awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.
6.  
Awtorità tan-notifika għandu jkollha biżżejjed persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha għall-prestazzjoni korretta tal-kompiti tagħha.

Artikolu 23

Obbligu ta' informazzjoni fuq l-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ tal-korpi ta' notifika, u dwar kwalunkwe bidla fihom.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 24

Rekwiżiti marbuta mal-korpi nnotifikati

1.  
Għall-finijiet tan-notifika, korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.
2.  
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.
3.  
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp li jkun parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodotti fertilizzanti tal-UE li jivvaluta.
4.  
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment fl-ogħla livelli tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, ix-xerrej, is-sid jew l-utent tal-prodotti fertilizzanti jew ir-rappreżentant ta' waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta' prodotti fertilizzanti li mhumiex neċessarji għall-operat tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' prodotti fertilizzanti għal użu personali.

Korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment fl-ogħla livelli tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni ta' konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni jew l-użu ta' prodotti fertilizzanti jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Ma għandhomx jieħdu sehem fl-ebda attività li tista' toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b'mod partikolari għas-servizzi ta' konsulenza.

Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.  
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu liberi minn kull pressjoni u tentazzjoni, b'mod partikolari dawk finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.
6.  
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness IV u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità stess kif ukoll jekk isiru f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F'kull ħin u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u kull tip jew kategorija ta' prodotti fertilizzanti tal-UE, li fir-rigward tagħhom ikun ġie nnotifikat, korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:

(a) 

persunal b'għarfien tekniku u b'esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

deskrizzjonijiet ta' proċeduri li f'konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta' riproduzzjoni ta' dawk il-proċeduri. Għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħra;

(c) 

proċeduri għall-prestazzjoni ta' attivitajiet li jqisu b'mod dovut id-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.

Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità b'mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.  

Il-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a) 

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità li għalihom il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b) 

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnhom u awtorità adegwata biex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet;

(c) 

għarfien u fehim xieraq tar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I, II u III, tal-istandards armonizzati applikabbli msemmija fl-Artikolu 13 u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 14 u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni u tal-leġislazzjoni nazzjonali;

(d) 

il-kapaċità meħtieġa biex ifasslu ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.  
Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta' maniġment tagħhom u tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni ta' konformità.

Ir-rimunerazzjoni tal-maniġment fl-ogħla livell u tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet imwettqa jew mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.

9.  
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu polza tal- assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma titteħidx mill-Istat f'konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta' konformità.
10.  
Il-persunal ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Anness IV, ħlief f'rabta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru li fih l-attivitajiet tiegħu jitwettqu. Għandhom jitħarsu d-drittijiet ta' proprjetà.
11.  
Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal tagħhom responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità jiġu infurmati bl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbiliti skont l-Artikolu 36 u għandhom japplikaw, bħala gwida ġenerali, id-deċiżjonijiet u d-dokumenti amministrattivi prodotti b'riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.

Artikolu 25

Preżunzjoni ta' konformità ta' korpi nnotifikati

Fejn korp ta' valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 26

Sussidjarji ta' korpi nnotifikati u sottokuntrattar minnhom

1.  
Meta korp innotifikat jagħti b'sottokuntratt kompiti speċifiċi konnessi mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.
2.  
Il-korpi nnotifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.
3.  
L-attivitajiet jistgħu jingħataw b'sottokuntratt jew jitwettqu minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.
4.  
Il-korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Anness IV.

Artikolu 27

Applikazzjoni għal notifika

1.  
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissottometti applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.
2.  
L-applikazzjoni għal notifika għandha tiġi akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' valutazzjoni ta' konformità, il-modulu jew moduli ta' valutazzjoni ta' konformità u l-prodott jew prodotti fertilizzanti tal-UE li għalihom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll permezz ta' ċertifikat ta' akkreditazzjoni maħruġ minn korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali li juri li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24.

Artikolu 28

Proċedura tan-notifika

1.  
L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24.
2.  
Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-għodda elettronika ta' notifika żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni.
3.  
In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli ta' valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew il-prodotti fertilizzanti tal-UE kkonċernati u ċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni msemmi fl-Artikolu 27(2).
4.  
Il-korp ikkonċernat jista' jwettaq l-attivitajiet ta' korp innotifikat biss jekk ma jitqajmu l-ebda oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew minn Stati Membri oħra fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' notifika.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

5.  
L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 29

Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi nnotifikati

1.  
Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta' identifikazzjoni lil korp innotifikat.

Għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni li jkunu ġew assenjati lilhom u l-attivitajiet li dwarhom ikunu ġew innotifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikoli 30

Tibdil fin-notifiki

1.  
Meta awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp innotifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.
2.  
Fil-każ ta' restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' notifika, jew fejn il-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta' dak il-korp jiġu pproċessati minn korp innotifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq responsabbli, fuq talba tagħhom.

Artikolu 31

Kontestazzjoni tal-kompetenza ta' korpi nnotifikati

1.  
Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew fejn issir taf b'dubju dwar il-kompetenza ta' korp innotifikat jew jekk korp innotifikat għadux jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa suġġett.
2.  
L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew iż-żamma tal-kompetenza tal-korp innotifikat ikkonċernat.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.
4.  
Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp innotifikat ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jirrikjedi lill-Istat Membru tan-notifika sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 45(2).

Artikolu 32

Obbligi operattivi tal-korpi nnotifikati

1.  
Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità f'konformità mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità previsti fl-Anness IV.
2.  
Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b'mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'kunsiderazzjoni xierqa għad-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess ta' produzzjoni.

Meta jagħmlu dan għandhom, madankollu, jirrispettaw il-livell ta' dixxiplina u l-livell ta' protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE ma' dan ir-Regolament.

3.  
Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, II jew III, jew l-istandards armonizzati korrispondenti, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 14 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn, ma jkunux intlaħqu minn manifattur, dan għandu jitlob lill-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni.
4.  
Fejn, waqt il-monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni, korp innotifikat isib li prodott fertilizzanti tal-UE ma jkunx għadu konformi, għandu jitlob lill-manifattur biex jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta' approvazzjoni, jekk dan ikun neċessarju.
5.  
Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kwalunkwe ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni, kif xieraq.

Artikolu 33

Appell minn deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta' appell mid-deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati.

Artikolu 34

Obbligu ta' informazzjoni dwar korpi nnotifikati

1.  

Il-korpi nnotifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat jew deċiżjoni ta' approvazzjoni;

(b) 

kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq l-ambitu tan-notifika jew il-kondizzjonijiet għaliha;

(c) 

kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità;

(d) 

fuq talba, l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li jsiru fil-kamp ta' applikazzjoni tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra mwettqa, inklużi attivitajiet transfruntiera u sottokuntrattar.

2.  
Il-korpi nnotifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħrajn innotifikati skont dan ir-Regolament li jwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni ta' konformità li jkopru l-istess prodotti fertilizzanti tal-UE b'informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbutin ma' riżultati ta' valutazzjoni ta' konformità negattivi jew, fuq talba, pożittivi.

Artikolu 35

Skambju ta' esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta' skambji ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 36

Koordinazzjoni ta' korpi nnotifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu implimentati u operati kif xieraq koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament fil-forma ta' grupp settorjali ta' korpi nnotifikati.

Il-korpi nnotifikati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma ta' dak il-grupp, direttament jew permezz ta' rappreżentanti maħtura.



KAPITOLU V

SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAL-PRODOTTI FERTILIZZANTI TAL-UE LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-PROĊEDURA TA' SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 37

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll ta' prodotti fertilizzanti tal-UE li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikoli minn 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti fertilizzanti tal-UE.

Artikolu 38

Proċedura fil-livell nazzjonali biex tittratta prodotti fertilizzanti tal-UE li jippreżentaw riskju

1.  
Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott fertilizzanti tal-EU jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott fertilizzanti tal-UE kkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott fertilizzanti tal-UE ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, mingħajr dewmien għandhom jitolbu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu kull azzjoni korrettiva xierqa, fi żmien raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u proporzjonat għan-natura tar-riskju sabiex iġibu l-prodott fertilizzanti tal-UE f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti, biex jirtiraw il-prodott fertilizzanti tal-UE mis-suq jew biex isejħuh lura.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp innotifikat rilevanti b'dan.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.  
Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq iqisu li n-nonkonformità mhijiex ristretta biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma talbu biex jittieħdu mill-operatur ekonomiku.
3.  
L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti fertilizzanti tal-UE kkonċernati kollha li l-operatur ekonomiku jkun poġġa għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.
4.  
Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fi żmien il-perijodu msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodott fertilizzanti tal-UE milli jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-prodott fertilizzanti tal-UE minn dak is-suq jew biex isejħuh lura.

L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawk il-miżuri.

5.  

L-informazzjoni msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott fertilizzanti tal-UE li mhux konformi, l-oriġini ta' dak il-prodott fertilizzanti tal-UE, in-natura tan-nonkonformità allegata u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta' żmien tal-miżuri nazzjonali meħudin u l-argumenti mressqin mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nonkonformità tkunx dovuta għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) 

in-nuqqas tal-prodott fertilizzanti tal-UE li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, II jew III

(b) 

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13;

(c) 

nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 14.

6.  
L-Istati Membri, barra l-Istat Membru li jagħti bidu għall-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri mingħajr dewmien b'kull miżura adottata u b'kull informazzjoni addizzjonali fid-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nonkonformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE kkonċernat u, f'każ ta' nuqqas ta' qbil mal-miżura nazzjonali adottata, bl-oġġezzjonijiet tagħhom.
7.  
Fejn, fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.
8.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri xierqa restrittivi, bħall-irtirar tal-prodott fertilizzanti tal-UE mis-suq, jittieħdu mingħajr dewmien fir-rigward tal-prodott fertilizzanti tal-UE kkonċernat.
9.  
L-obbligi tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq skont dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-Istati Membri jirregolaw il-prodotti fertilizzanti li ma jkunux prodotti fertilizzanti tal-UE.

Artikolu 39

Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni

1.  
Fejn, ladarba titlesta l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38(3) u (4), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni fil-forma ta' deċiżjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, id-deċiżjoni għandha tordna lill-Istati Membri kollha jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-prodott fertilizzanti tal-UE mhux konformi jiġi irtirat mis-suq tagħhom, u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhijiex ġustifikata, id-deċiżjoni għandha tordna lill-Istat Membru kkonċernat jirtira dik il-miżura.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha immedjatament lilhom u lill-operatur ekonomiku jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.  
Fejn il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata u n-nonkonformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE tiġi attribwita għan-nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(5) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
3.  
Fejn il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata u n-nonkonformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE tiġi attribwita għan-nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 38(5), il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jemendaw jew iħassru l-ispeċifikazzjonijiet komuni kkonċernati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 45(3).

Artikolu 40

Prodotti fertilizzanti tal-UE konformi li jippreżentaw riskju

1.  
Fejn, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 38(1), Stat Membru jsib li għalkemm prodott fertilizzanti tal-UE jkun konformi ma' dan ir-Regolament, jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, dan għandu jitlob mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha fi żmien raġonevoli li tippreskrivi l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u li jkunu proporzjonati għan-natura tar-riskju, sabiex jiżgura li l-prodott fertilizzanti tal-UE konċernat, meta jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq, ma jibqax jippreżenta dak ir-riskju, biex jirtira l-prodott fertilizzanti tal-UE mis-suq jew biex isejħu lura.
2.  
L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li l-azzjoni korrettiva tittieħed fir-rigward tal-prodotti fertilizzanti tal-UE kollha li l-operatur ekonomiku jkun poġġa għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.
3.  
L-Istat Membru għandu jgħarraf immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott fertilizzanti tal-UE kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta' provvista ta' dak il-prodott fertilizzanti tal-UE, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta' żmien tal-miżura nazzjonali meħuda.
4.  
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni fil-forma ta' deċiżjoni li tiddetermina jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tordna miżuri adegwati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 45(3).

F'każijiet li jkunu ġġustifikati minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza marbutin mas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, mas-sikurezza jew mal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(4).

5.  
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha immedjatament lilhom u lill-operatur ekonomiku jew operaturi ekonomiċi rilevanti.

Artikolu 41

Nonkonformità formali

1.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mis-sejbiet li ġejjin rigward prodott fertilizzanti tal-UE, għandu jesiġi lill-operatur ekonomiku rilevanti itemm in-nonkonformità kkonċernata:

(a) 

it-tikketta CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament;

(b) 

in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 18 jew ma jkunx twaħħal, fejn meħtieġ permezz tal-Artikolu 18;

(c) 

id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma tkunx tfasslet jew ma tkunx tfasslet b'mod korrett;

(d) 

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompleta;

(e) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(6) jew fl-Artikolu 8(3) tkun nieqsa, falza jew mhux kompluta;

(f) 

kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 8 ma jkunx issodisfat.

2.  
Fejn in-nonkonformità msemmija fil-paragrafu 1 tippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi l-prodott fertilizzanti tal-UE milli jitpoġġa għad-dispożizzjoni fis-suq jew jiżgura li dan jissejjaħ lura jew jiġi irtirat mis-suq.

L-obbligi tal-Istati Membri f'dan ir-rigward għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibilità tagħhom li jirregolaw il-prodotti fertilizzanti li ma jkunux prodotti fertilizzanti tal-UE.



KAPITOLU VI

SETGĦAT DELEGATI U PROĊEDURA TA' KUMITAT

Artikolu 42

Emendi tal-Annessi

1.  

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 li jemendaw l-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu tal-kadmju u d-definizzjonijiet, jew elementi oħra marbuta mal-kamp tal-applikazzjoni, tal-kategoriji funzjonali tal-prodotti, u li jemendaw l-Annessi II, III u IV għall-finijiet li tadatta dawk l-Annessi għall-progress tekniku u li tiffaċilita l-aċċess għas-suq intern u l-moviment liberu tal-prodotti fertilizzanti tal-UE:

(a) 

li jkollhom il-potenzjal li jkunu s-suġġett ta' kummerċ sinifikanti fis-suq intern, u

(b) 

li għalihom hemm evidenza xjentifika li:

(i) 

ma jippreżentawx riskju għas-saħħa tal-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent; u

(ii) 

jiżguraw effiċjenza agronomika.

Meta tadotta atti delegati li jintroduċu valuri limitu ġodda għall-kontaminanti fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, jew iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, kif rilevanti.

Meta l-Kummissjoni tadotta atti delegati sabiex iżżid jew tirrieżamina l-kategoriji ta' materjali komponenti biex jiġu inklużi materjali li jistgħu jiġi kkunsidrati bħala skart irkuprat jew bħala prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE, dawk l-atti delegati għandhom jeskludu espliċitament tali materjali mill-Kategoriji tal-Materjali Komponenti 1 u 11 tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

Meta tadotta -atti delegati skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità b'mod partikulari lill-prodotti sekondarji mill-annimali, lill-prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE, u l-iskart irkuprat, b'mod partikulari mis-settur agrikolu u l-industrija agroalimentari, kif ukoll materjali u prodotti li diġà tqiegħdu legalment fis-suq fi Stat Membru wieħed jew aktar.

2.  
Mingħajr dewmien żejjed wara l-15 ta' Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha tevalwa prodotti bbażati fuq l-istruvite, il-faħam bijoloġiku u l-irmied. Jekk dik l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-kriterji fil-punt (b) tal-paragrafu 1 huma ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont il-paragrafu 1 biex tinkludi dawk il-materjali fl-Anness II.
3.  
Il-Kummissjoni tista' biss tadotta atti delegati skont bis-saħħa tal-paragrafu 1 li jemendaw l-Anness II għal dan ir-Regolament biex tinkludi fil-kategoriji tal-materjali komponenti dawk il-materjali li ma jibqgħux skart wara operazzjoni ta' rkupru jekk ir-regoli ta' rkupru f'dak l-Anness, adottati mhux iktar tard mill-inklużjoni, jiżguraw li l-materjali jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.
4.  

Il-Kummissjoni tista' biss tadotta atti delegati bis-saħħa tial-paragrafu 1 li jemendaw l-Anness II biex iżżid mikroorganiżmi ġodda jew varjanti ta' mikroorganiżmi, jew metodi tal-ipproċessar addizzjonali fil-kategorija ta' materjali komponenti għal tali organiżmi wara li tkun ivverifikat liema varjanti tal-mikroorganiżmi addizzjonali jissodisfaw il-kriterji fil-punt (b) tal-paragrafu 1, abbażi tad-data li ġejja:

(a) 

isem tal-mikroorganiżmu;

(b) 

klassifikazzjoni tassonomika tal-mikroorganiżmu: il-ġenus, l-ispeċi, il-varjant u l-metodu tal-akkwist;

(c) 

letteratura xjentifika li tirrapporta dwar il-produzzjoni, il-konservazzjoni u l-użu sikuri tal-mikroorganiżmu;

(d) 

relazzjoni tassonomika ma' speċijiet ta' mikroorganiżmi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal Preżunzjoni Kwalifikata tas-Sikurezza kif stabbilit mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel;

(e) 

informazzjoni dwar il-proċess ta' produzzjoni, inkluż, fejn rilevanti, il-metodi tal-ipproċessar bħat-tnixxif b'atomizzazzjoni, it-tnixxif b'sodda fluwidizzata, it-tnixxif statiku, iċ-ċentrifugazzjoni, id-diżattivazzjoni permezz tas-sħana, il-filtrazzjoni u t-tħin;

(f) 

informazzjoni dwar l-identità u l-livelli ta' residwi ta' intermedjarji tar-residwi, tossini jew metaboliti mikrobjali fil-materjal komponenti; u

(g) 

l-okkorrenza naturali, is-sopravivenza u l-mobbilità fl-ambjent.

5.  
Il-Kummissjoni tista' biss tadotta atti delegati bis-saħħa tal-paragrafu 1 li jemendaw l-Anness II għal dan ir-Regolament biex iżżid prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fil-kategoriji tal-materjali komponenti fejn ikun ġie determinat punt aħħari fil-katina tal-manifattura f'konformità mal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa tali prodotti derivati fir-rigward tal-aspetti mhux meqjusa għall-fini tad-determinazzjoni ta' punt aħħari fil-katina tal-manifattura f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Jekk dik l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-kriterji fil-punt(b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bis-saħħa tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex tinkludi dawk il-materjali fit-tabella tal-kategorija ta' materjali komponenti 10 fil-Parti II tal-Anness II għal dan ir-Regolament mingħajr dewmien żejjed meta tali punt aħħari jiġi determinat.

6.  
Sas-16 ta' Lulju 2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kriterji tal-bijodegradabbiltà għall-polimeri msemmija fil-punt 2 tal-kategorija ta' materjali komponenti 9 fil-Parti II tal-Anness II u l-metodi tal-ittestjar biex tiġi vverifikata l-konformità ma' dawk il-kriterji u, fejn xieraq, għandha tadotta att delegat bis-saħħa tal-paragrafu 1 li jistabbilixxi dawk il-kriterji.

Tali kriterji għandhom jiżguraw li:

(a) 

l-polimeru ikun kapaċi jiddekomponi fiżikament u bijoloġikament f'kundizzjonijiet naturali fil-ħamrija u fl-ambjenti akwatiċi madwar l-Unjoni, biex finalment jiddekomponi biss f'diossidu tal-karbonju, bijomassa u ilma;

(b) 

l-polimeru jkollu tal-anqas 90 % tal-karbonju organiku kkonvertit f'diossidu tal-karbonju f'perijodu massimu ta' 48 xahar wara tmiem il-perijodu tal-funzjonalità pretiża tal-prodott fertilizzanti tal-EU indikat fuq it-tikketta, meta mqabbel ma' standard xieraq waqt it-test tal-bijodegradazzjoni; u

(c) 

l-użu ta' polimeri ma jwassalx għal akkumulazzjoni ta' plastik fl-ambjent.

7.  
Sas-16 ta' Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bis-saħħa tal-Artikolu 44 li jissupplimentaw il-punt 3 tal-kategorija ta' materjali komponenti 11 fil-Parti II tal-Anness II għal dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji dwar l-effiċjenza agronomika u s-sikurezza għall-użu tal-prodotti fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE fil-prodotti fertilizzanti tal-UE. Tali kriterji għandhom jirriflettu l-prattiċi attwali tal-manifattura tal-prodott, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-aħħar evidenza xjentifika.
8.  
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44li jemendaw l-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu tal-kadmju, u l-Annessi II, III u IV fid-dawl ta' evidenza xjentifika ġdida. Il-Kummissjoni għandha tuża din is-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, fejn ikun hemm bżonn ta' emenda sabiex tiżgura li kwalunkwe prodott fertilizzanti tal-UE li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, taħt kundizzjonijiet normali ta' użu, ma jippreżentax riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent.

Artikolu 43

Atti delegati separati għal kategoriji tal-materjali komponenti separati

Meta teżerċita s-setgħa tagħha li tadotta atti delegati bis-saħħa tal-Artikolu 42, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta' kull kategorija ta' materjali komponenti fl-Anness II. Dawk l-atti delegati għandhom jinkludu kwalunkwe emenda tal-Annessi I, III u IV li tkun meħtieġa bħala konsegwenza tal-emenda tal-Anness II.

Artikolu 44

Eżerċitar tad-delega

1.  
Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 42 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-15 ta' Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
6.  
Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 42 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perijodu għandu jiġġedded bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 45

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar il-prodotti fertilizzanti. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.



KAPITOLU VII

EMENDI

Artikolu 46

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"2.  
Fir-rigward tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 32, 35 u 36 li ma jkunux għadhom ta' riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, jista' jiġi determinat punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li lil hinn minnu ma jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Sussegwentement, dawn il-prodotti derivati jistgħu jitqiegħdu fis-suq bla restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament u m'għandhomx jibqgħu suġġetti għal kontrolli uffiċjali f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddeterminaw punt aħħari fil-katina tal-manifattura, li lil hinn minnu l-prodotti derivati msemmija f'dan il-paragrafu ma jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

3.  
Fil-każ ta' riskji għas-saħħa pubblika jew dik tal-annimali, l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar miżuri ta' emerġenza għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 32, 33 u 36 ta' dan ir-Regolament.
4.  
Fi żmien sitt xhur wara l-15 ta' Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha tibda l-ewwel evalwazzjoni tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 32 li għandhom użu mifrux fl-Unjoni bħala fertilizzanti u prodotti li jtejbu l-ħamrija. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri mill-anqas il-prodotti li ġejjin: il-frakass tal-laħam, il-frakass tal-għadam, il-frakass tal-laħam u tal-għadam, id-demm tal-annimali, il-proteini idrolizzati tal-materjali fil-Kategorija 3, id-demel proċessat, il-kompost, ir-residwi tad-diġestjoni għall-bijogass, il-frakass tar-rix, il-gliċerina u prodotti oħra minn materjali fil-Kategorija 2 jew 3 derivati mill-produzzjoni tal-bijodiżil u ta' karburanti rinnovabbli, kif ukoll l-ikel għall-annimali tad-dar, l-għalf u l-magħda tal-klieb li kienu rifjutati għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba falliment tekniku, u l-prodotti derivati mid-demm tal-annimali, mill-ġlud, mid-dwiefer u l-qrun, mill-gwanu tal-friefet il-lejl u l-għasafar, mis-suf u x-xagħar, mir-rix, u mil-lanżit tal-ħnieżer. Fejn l-evalwazzjoni tikkonkludi li dawk il-prodotti derivati ma jkunux għadhom ta' riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, il-Kummissjoni tista' tiddetermina punt aħħari fil-katina tal-manifattura skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-finalizzazzjoni tal-evalwazzjoni.";
(2) 

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 51a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-15 ta' Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. ( *1 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma kinux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 47

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 2(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) 

l-influwenza fuq il-proċessi tal-ħajja tal-pjanti, bħal sustanzi li jinfluwenzaw it-tkabbir tagħhom, minbarra nutrijent jew bijostimulant tal-pjanti;";

(2) 

fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:

"34. 

"bijostimulant tal-pjanti" tfisser prodott li jistimola l-proċessi ta' nutrizzjoni ta' pjanta indipendentement mill-kontenut tan-nutrijenti tal-prodott, bl-għan esklużiv li titjieb karatteristika waħda jew aktar tal-pjanta jew ir-riżosfera tal-pjanta:

(a) 

effiċjenza tal-użu tan-nutrijent;

(b) 

tolleranza għall-istress abijotiku;

(c) 

xejriet tal-kwalità;

(d) 

id-disponibbiltà tan-nutrijenti konfinati fil-ħamrija jew fir-riżosfera.";

(3) 

fl-Artikolu 80, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"8.  
Għal prodott li ġie mogħti awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 32(1) abbażi ta' applikazzjoni ppreżentata qabel il-15 ta' Lulju 2019, u li wara dik id-data jaqa' taħt id-definizzjoni fil-punt 34 tal-Artikolu 3, dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għat-tul ta' żmien previst fl-awtorizzazzjoni.".



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

Artikolu 48

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 49

Rapport

Sas-16 ta' Lulju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-impatt kumplessiv tiegħu fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, inkluż l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Dan ir-rapport għandu jinkludi:

(a) 

valutazzjoni tal-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti fertilizzanti, inkluż il-valutazzjoni tal-konformità u l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq u analiżi tal-effetti ta' armonizzazzjoni fakultattiva fuq il-produzzjoni, l-ishma mis-suq u l-flussi kummerċjali tal-prodotti fertilizzanti tal-UE u l-prodotti fertilizzanti li jitqiegħdu fis-suq skont ir-regoli nazzjonali;

(b) 

reviżjoni tal-valuri limitu tal-kontenut tal-kadmju fil-fosfat fertilizzant, bil-ħsieb tal-valutazzjoni tal-fattibbiltà tat-tnaqqis ta' dawn il-valuri limitu għal livell xieraq aktar baxx abbażi tat-teknoloġiji disponibbli u tal-evidenza xjentifika dwar l-esponiment għall-kadmju u l-akkumulazzjoni tiegħu fl-ambjent, b'kont meħud tal-fatturi ambjentali, b'mod partikulari fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, il-fatturi tas-saħħa, kif ukoll fatturi soċjoekonomiċi, inkluż il-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà tal-provvista;

(c) 

valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-livelli tal-kontaminanti kif indikat fl-Anness I u valutazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni xjentifika rilevanti ġdida rigward it-tossiċità u l-karċinoġeniċità tal-kontaminanti jekk dik issir disponibbli, inkluż ir-riskji ta' kontaminazzjoni mill-uranju fi prodotti fertilizzanti.

Ir-rapport għandu jqis kif dovut il-progress u l-innovazzjoni teknoloġiċi kif ukoll il-proċessi ta' standardizzazzjoni li jaffettwaw il-produzzjoni u l-użu tal-prodotti fertilizzanti. Dan għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.

Artikolu 50

Reviżjoni tal-bijodegradabbiltà

Sas-16 ta' Lulju 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami sabiex tivvaluta l-possibbiltà tad-determinazzjoni tal-kriterji tal-bijodegradabbiltà tas-saffi ta' mulch, u l-possibbiltà li dawn jiġu inkorporati fil-kategorija ta' materjali komponenti 9 fil-Parti II tal-Anness II.

Artikolu 51

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jitħassar b'effett mis-16 ta' Lulju 2022.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 52

Dispożizzjonijiet transizzjonali

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti li tqiegħdu fis-suq bħala fertilizzanti deżinjati "fertilizzant tal-KE" f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 qabel is-16 ta' Lulju 2022. Madankollu, il-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għal tali prodotti.

Artikolu 53

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta' Lulju 2022.

Madanakollu:

(a) 

l-Artikoli 4(3), 14, 42, 43, 44, 45, 46 u 47 għandhom japplikaw mill-15 ta' Lulju 2019; u

(b) 

l-Artikoli 20 sa 36 għandhom japplikaw mis-16 ta' April 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Kategoriji Funzjonali tal-Prodott ('PFCs') ta' prodotti fertilizzanti tal-UE

PARTI I

DEŻINJAZZJONI TAL-PFCS

1.   Fertilizzant

A.   Fertilizzant organiku

I. Fertilizzant organiku solidu

II. Fertilizzant organiku likwidu

B.   Fertilizzant organominerali

I. Fertilizzant organominerali solidu

II. Fertilizzant organominerali likwidu

C.   Fertilizzant inorganiku

I. Fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti

(a) 

Fertilizzant inorganiku solidu b'makronutrijenti

(i) 

Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b'makronutrijenti

(A) 

Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju, b'kontenut għoli ta' nitroġenu

(ii) 

Fertilizzant inorganiku solidu kompost b'makronutrijenti

(A) 

Fertilizzant inorganiku solidu kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju, b'kontenut għoli ta' nitroġenu

(b) 

Fertilizzant inorganiku likwidu b'makronutrijenti

(i) 

Fertilizzant inorganiku likwidu sempliċi b'makronutrijenti

(ii) 

Fertilizzant inorganiku likwidu kompost b'makronutrijenti

II. Fertilizzant inorganiku b'mikronutrijenti

(a) 

Fertilizzant inorganiku sempliċi b'mikronutrijenti

(b) 

Fertilizzant inorganiku kompost b'mikronutrijenti

2.   Materjal għat-trattament bil-ġir

3.   Tejjieb tal-ħamrija

A. Tejjieb organiku tal-ħamrija

B. Tejjieb inorganiku tal-ħamrija

4.   Materjal għat-tkabbir

5.   Inibitur

A. Inibitur tan-nitrifikazzjoni

B. Inibitur tad-denitrifikazzjoni

C. Inibitur tal-ureażi

6.   Bijostimulant tal-pjanti

A. Bijostimulant mikrobiku tal-pjanti

B. Bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti

7.   Taħlita ta' prodotti fertilizzanti

PARTI II

REKWIŻITI RELATATI MAL-PFCS

1. Din il-Parti tistipula r-rekwiżiti relatati mal-PFCs li għalihom jappertjenu l-prodotti fertilizzanti tal-UE skont il-funzjoni dikjarata tagħhom.

2. Ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Anness għal PFC partikolari japplikaw għall-prodotti fertilizzanti tal-UE fis-sottokategoriji kollha ta' dik il-PFC.

3. Id-dikjarazzjoni li prodott fertilizzanti tal-UE jikkonforma mal-funzjoni li tinsab f'dan l-Anness għall-PFC rilevanti għandha tkun appoġġata mill-mod ta' azzjoni tal-prodott, il-kontenut relattiv tal-komponenti varji tiegħu, jew kwalunkwe parametru rilevanti ieħor.

4. Fejn il-konformità ta' rekwiżit partikolari (bħan-nuqqas ta' kontaminant partikolari) issegwi b'mod ċert u li ma jistax jiġi kontestat min-natura jew il-proċess ta' manifattura ta' prodott fertilizzanti tal-UE, dik il-konformità tista' tiġi preżunta fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità mingħajr verifika (bħall-ittestjar), fejn ir-responsabbiltà tkun f'idejn il-manifattur.

▼M1

5. Ir-residwi ta’ sustanza farmakoloġikament attiva fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jistgħu jkunu preżenti fi prodott fertilizzanti tal-UE biss jekk dik is-sustanza tkun jew:

— 
inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 ( 2 ), jew
— 
kellha punt ta’ referenza għal azzjoni stabbilit f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 ( 3 ), u s-sustanza jew ir-residwi tagħha jkunu preżenti fil-prodott fertilizzanti tal-UE f’livell taħt dak il-punt ta’ referenza.

▼M1

5a. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih sustanza attiva fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biss jekk dak il-prodott fertilizzanti tal-UE ma jkollux funzjoni ta’ protezzjoni tal-pjanti fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament.

▼B

6. Il-fosfonati ma għandhom jinżdiedu b'mod intenzjonali ma' ebda prodott fertilizzanti tal-UE. Il-preżenza mhux intenzjonata ta' fosfonati ma għandhiex tkun aktar minn 0,5 % skont il-massa.

7. Ir-rekwiżiti f'dan l-Anness huma espressi f'forma ossidata għal ċerti nutrijenti. Fejn il-konformità tiġi valutata abbażi tal-preżenza tan-nutrijent inkwistjoni fil-forma elementali tiegħu, għandhom jintużaw il-fatturi ta' konverżjoni li ġejjin:

fosforu (P)

=

pentossidu tal-fosforu (P2O5) × 0,436;

potassju (K)

=

ossidu tal-potassju (K2O) × 0,830;

kalċju (Ca)

=

ossidu tal-kalċju (CaO) × 0,715;

manjeżju (Mg)

=

ossidu tal-manjeżju (MgO) × 0,603;

sodju (Na)

=

ossidu tas-sodju (Na2O) × 0,742;

kubrit (S)

=

triossidu tal-kubrit (SO3) × 0,400.

8. Ir-rekwiżiti f'dan l-Anness huma espressi b'referenza għal karbonju organiku (Corg). Fejn il-konformità tiġi valutata abbażi ta' materja organika japplika l-fattur ta' konverżjoni li ġej:

karbonju organiku (Corg) = materja organika × 0,56.

PFC 1: FERTILIZZANT

Fertilizzant għandu jkun prodott fertilizzanti tal-UE li l-funzjoni tiegħu hi li jipprovdi n-nutrijenti lill-pjanti jew lill-faqqiegħ.

PFC 1(A): FERTILIZZANT ORGANIKU

1. Fertilizzant organiku għandu jkun fih:

— 
karbonju organiku (Corg) u
— 
nutrijenti

ta' oriġini unikament bijoloġika.

Fertilizzant organiku jista' jkun fih il-pit, il-leonardite u l-linjite, iżda ebda materjal ieħor li jkun fossilizzat jew inkorporat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi.

2. Il-kontaminanti f'fertilizzant organiku ma ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:

(a)

kadmju (Cd): 1,5 mg/kg materja niexfa,

(b)

kromu eżavalenti (Cr VI): 2 mg/kg materja niexfa,

(c)

merkurju (Hg): 1 mg/kg materja niexfa,

(d)

nikil (Ni): 50 mg/kg materja niexfa,

(e)

ċomb (Pb): 120 mg/kg materja niexfa, u

(f)

arseniku inorganiku (As): 40 mg/kg materja niexfa.

Il-biuret (C2H5N3O2) ma jistax ikun preżenti f’fertilizzant organiku.

3. Il-kontenut tar-ram (Cu) f'fertilizzant organiku ma jistax ikun aktar minn 300 mg/kg materja niexfa, u l-kontenut taż-żingu (Zn) ma jistax ikun aktar minn 800 mg/kg materja niexfa.

4. Il-patoġeni f'fertilizzant organiku ma jistgħux ikunu aktar mil-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġi ttestjati

Pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f'1 g jew 1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta' kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta' kampjuni fejn l-għadd ta' batterji espress f'unitajiet li jifformaw kolonja (CFU) hu bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji espress f'CFU.

PFC 1(A)(I): FERTILIZZANT ORGANIKU SOLIDU

1. Fertilizzant organiku solidu għandu jkun f'forma solida.

2. Fertilizzant organiku solidu għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijenti primarji dikjarati li ġejjin: nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O).

Meta il-prodott fertilizzant organiku solidu ikun fih nutrijent primarju dikjarat wieħed biss, dak il-kontenut tan-nutrijent għandu jkun mill-inqas dan li ġej:

(a) 

2,5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(b) 

2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(c) 

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

Fejn fertilizzant organiku solidu ikun fih aktar minn nutrijent primarju dikjarat wieħed, dawk il-kontenuti tan-nutrijenti għandhom ikunu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

1 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(b) 

1 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(c) 

1 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O).

Is-somma ta' dawk il-kontenuti in-nutrijenti għandha tkun mill-inqas 4 % skont il-massa.

3. Il-kontenut ta' karbonju organiku (Corg) f'fertilizzant organiku solidu għandu jkun mill-inqas 15 % skont il-massa.

PFC 1(A)(II): Fertilizzant organiku likwidu

1. Fertilizzant organiku likwidu għandu jkun f'forma likwida.

2. Fertilizzant organiku likwidu għandu jkun fih tal-inqas wieħed min-nutrijenti primarji dikjarati li ġejjin: nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O).

Fejn fertilizzant organiku likwidu ikun fih nutrijent primarju dikjarat wieħed biss, dak il-kontenut tan-nutrijent għandu jkun mill-inqas dan li ġej:

(a) 

2 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(b) 

1 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(c) 

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

Fejn fertilizzant organiku likwidu ikollu aktar minn nutrijent wieħed, dawk il-kontenuti tan-nutrijenti għandhom ikunu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

1 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(b) 

1 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(c) 

1 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali

Is-somma ta' dawk il-kontenuti tan-nutrijenti għandha tkun mill-inqas 3 % skont il-massa.

3. Il-kontenut tal-karbonju organiku (Corg) f'fertilizzant organiku likwidu għandu jkun mill-inqas 5 % skont il-massa.

PFC 1(B): FERTILIZZANT ORGANOMINERALI

1. Fertilizzant organominerali għandu jkun koformulazzjoni ta':

(a) 

fertilizzant inorganiku wieħed jew iktar, kif speċifikat fil-PFC 1(C), u

(b) 

materjal wieħed jew aktar li jkun fihom:

— 
karbonju organiku (Corg); u
— 
nutrijenti

ta' oriġini unikament bijoloġika.

Fertilizzant organominerali jista' jkollu l-pit, il-leonardite u l-linjite, iżda ebda materjal ieħor li jkun fossilizzat jew inkorporat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi.

2. Fejn wieħed jew iktar mill-fertilizzanti inorganiċi fil-koformulazzjoni huwa fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat fil-PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), fertilizzant organominerali ma għandux ikun fih 16 % jew iktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).

3. Il-kontaminanti f'fertilizzant organominerali ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:

(a)

kadmju (Cd):

(i) 

fejn fertilizzant organominerali jkollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal inqas minn 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) skont il-massa: 3 mg/kg materja niexfa, jew

(ii) 

fejn fertilizzant organominerali jkollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew iktar skont il-massa (''fertilizzant fosfatiku''): 60 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5);

(b)

kromu eżavalenti (Cr VI): 2 mg/kg materja niexfa;

(c)

merkurju (Hg): 1 mg/kg materja niexfa;

(d)

nikil (Ni): 50 mg/kg materja niexfa;

(e)

ċomb (Pb): 120 mg/kg materja niexfa;

(f)

arseniku inorganiku (As): 40 mg/kg materja niexfa; u

(g)

biuret (C2H5N3O2): 12 mg/kg materja niexfa.

4. Il-kontenut tar-ram (Cu) f'fertilizzant organominerali ma jistax ikun aktar minn 600 mg/kg materja niexfa, u l-kontenut taż-żingu (Zn) f'fertilizzant organominerali ma jistax ikun aktar minn 1 500  mg/kg materja niexfa. Madankollu, dawn il-valuri limitu ma għandhomx japplikaw fejn ir-ram (Cu) jew iż-żingu (Zn) jkun inżied b'mod intenzjonali mal-fertilizzant organominerali għall-fini ta' korrezzjoni ta' nuqqas ta' mikronutrijenti fil-ħamrija u jkun iddikjarat f'konformità mal-Anness III.

5. Il-patoġeni f'fertilizzant organominerali f'konċentrazzjoni ma jistgħux ikunu aktar mil-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġi ttestjati

Pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f'1 g jew 1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta' kampjuni li għandhom jiġu ttestjati,

c

=

għadd ta' kampjuni fejn l-għadd ta' batterji espress f'CFU huwa bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji espress f'CFU.

PFC 1(B)(I): FERTILIZZANT ORGANOMINERALI SOLIDU

1. Fertilizzant organominerali solidu għandu jkun f'forma solida.

2. Fertilizzant organominerali solidu għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijenti primarji dikjarati li ġejjin: nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O).

Fejn fertilizzant organominerali solidu ikun fih nutrijent dikjarat wieħed biss, il-kontenut ta' dak in-nutrijent għandu jkun mill-inqas dan li ġej:

(a) 

2,5 % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali, li minnu 1 % skont il-massa għandu jkun nitroġenu organiku (Norg),

(b) 

2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

(c) 

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

Fejn fertilizzant organominerali solidu jkun fih aktar minn nutrijent primarju dikjarat wieħed, dawk il-kontenuti tan-nutrijenti għandhom ikunu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

2 % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali, li minnu 0,5 % skont il-massa għandu jkun nitroġenu organiku (Norg),

(b) 

2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(c) 

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

Is-somma ta' dawk il-kontenuti tan-nutrijenti għandha tkun mill-inqas 8 % skont il-massa.

3. Il-kontenut tal-karbonju organiku (Corg) f'fertilizzant organominerali solidu għandu jkun mill-inqas 7,5 % skont il-massa.

4. F'fertilizzant organominerali solidu, kull unità fiżika għandu jkun fiha l-karbonju organiku (Corg) u n-nutrijenti kollha fil-kontenut dikjarat tagħhom. Unità fiżika tirreferi għal waħda mill-partijiet komponenti ta' prodott, bħalma huma granuli jew griebeb.

PFC 1(B)(II): FERTILIZZANT ORGANOMINERALI LIKWIDU

1. Fertilizzant organominerali likwidu għandu jkun f'forma likwida.

2. Fertilizzant organominerali likwidu għandu jkun fih tal-inqas wieħed min-nutrijenti primarji dikjarati li ġejjin: nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O).

Fejn fertilizzant organominerali likwidu ikun fih nutrijent primarju dikjarat wieħed biss, dak il-kontenut tan-nutrijent għandu jkun mill-inqas dan li li ġej:

(a) 

2 % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali, li minnu 0,5 % skont il-massa għandu jkun nitroġenu organiku (Norg),

(b) 

2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(c) 

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

Fejn fertilizzant organominerali likwidu ikun fih aktar minn nutrijent primarju dikjarat wieħed, dawk il-kontenuti tan-nutrijenti għandhom ikunu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

2 % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali, li minnu 0,5 % skont il-massa għandu jkun nitroġenu organiku (Norg),

(b) 

2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(c) 

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

Is-somma ta' dawk il-kontenuti tan-nutrijenti għandha tkun mill-inqas 6 % skont il-massa.

3. Il-kontenut tal-karbonju organiku (Corg) f'fertilizzant organominerali likwidu għandu jkun mill-inqas 3 % skont il-massa.

PFC 1(C): FERTILIZZANT INORGANIKU

1. Fertilizzant inorganiku għandu jkun fertilizzant li jkun fih jew jirrilaxxa nutrijenti f'forma minerali, għajr fertilizzant organiku jew organominerali.

2. Flimkien mar-rekwiżiti tal-PFC 1(C)(I) jew inkella tal-PFC 1 (C) II, fertilizzant inorganiku li jkun fih aktar minn 1 % skont il-massa ta' karbonju organiku (Corg), għajr karbonju organiku (Corg) minn:

— 
aġenti kelanti jew kumplessanti msemmija fil-punt 3 ta' kategorija ta' materjali komponenti (CMC) 1 fil-Parti II tal-Anness II,

▼M6

— 
komposti inibituri tan-nitrifikazzjoni, tad-denitrifikazzjoni jew tal-ureażi kif imsemmi fil-punt 4 ta’ CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II,

▼B

— 
aġenti tal-kisi msemmija fil-punt 1(a) ta' CMC 9 fil-Parti II tal-Anness II,
— 
urea (CH4N2O), jew
— 
ċjanamid tal-kalċju (CaCN2)

għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit li:il-patoġeni f'fertilizzant inorganiku ma jistgħux ikunu aktar mil-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni

Limitu

n

c

M

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f'1 g jew 1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta' kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta' kampjuni fejn l-għadd ta' batterji espress f'CFU jkun bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji espress f'CFU.

PFC 1(C)(I): FERTILIZZANT INORGANIKU B'MAKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti għandu jkun immirat li jipprovdi l-pjanti jew faqqiegħ b'wieħed jew iktar mill-makronutrijenti li ġejjin:

(a) 

makronutrijenti primarji: nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), u

(b) 

makronutrijenti sekondarji: kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na) jew kubrit (S).

2. Il-kontaminanti f'fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:

(a)

kadmju (Cd):

(i) 

fejn fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti jkollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal inqas minn 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) skont il-massa: 3 mg/kg materja niexfa, jew

(ii) 

fejn fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti jkollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew iktar skont il-massa (''fertilizzant fosfatiku''): 60 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5);

(b)

kromu eżavalenti (Cr VI): 2 mg/kg materja niexfa,

(c)

merkurju (Hg): 1 mg/kg materja niexfa,

(d)

nikil (Ni): 100 mg/kg materja niexfa,

(e)

ċomb (Pb): 120 mg/kg materja niexfa,

(f)

arseniku (As): 40 mg/kg materja niexfa,

(g)

biuret (C2H5N3O2): 12 g/kg materja niexfa,

(h)

perklorat (ClO4-): 50 mg/kg materja niexfa.

3. Il-kontenut tar-ram (Cu) f'fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti ma jistax ikun aktar minn 600 mg/kg materja niexfa, u l-kontenut taż-żingu (Zn) f'fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti ma jistax ikun aktar minn 1 500  mg/kg materja niexfa. Madankollu, dawn il-valuri limitu ma għandhomx japplikaw fejn ir-ram (Cu) jew iż-żingu (Zn) jkun inżied b'mod intenzjonali mal-fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti għall-fini ta' korrezzjoni ta' nuqqas ta' mikronutrijenti fil-ħamrija u jkun iddikjarat f'konformità mal-Anness III.

PFC 1(C)(I)(a): FERTILIZZANT INORGANIKU SOLIDU B'MAKRONUTRIJENTI

Fertilizzant inorganiku solidu b'makronutrijenti għandu jkun f'forma solida.

PFC 1(C)(I)(a)(i): FERTILIZZANT INORGANIKU SOLIDU SEMPLIĊI B'MAKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b'makronutrijenti għandu jkollu kontenut ta':

(a) 

makronutrijent wieħed biss (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K), kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)), jew

(b) 

makronutrijent primarju wieħed biss (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)) u wieħed jew iktar mill-makronutrijenti sekondarji (kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)).

2. Fejn fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b'makronutrijenti jkun fih makronutrijent dikjarat wieħed biss (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K), kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)), dak il-kontenut tal-makronutrijent għandu jkun mill-inqas dan li ġej:

(a) 

10 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(b) 

12 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

(c) 

6 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,

(d) 

5 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

(e) 

12 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

(f) 

10 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

(g) 

1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

Madankollu, il-kontenut ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali ma jistax ikun aktar minn 40 % skont il-massa.

Fejn fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b'makronutrijenti fih makronutrijent primarju wieħed biss (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)) u wieħed jew iktar mill-makronutrijenti sekondarji dikjarati (kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)):

(a) 

il-kontenut ta' dak il-makronutrijent primarju għandu jkun mill-inqas dan li ġej:

(i) 

3 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(ii) 

3 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(iii) 

3 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O), totali;

(b) 

il-kontenuti ta' dak il-makronutrijent sekondarju jew dawk il-makronutrijenti sekondarji għandhom ikunu mill-inqas dan li ġej:

(i) 

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

(ii) 

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

(iii) 

1,5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

(iv) 

1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

Madankollu, il-kontenut tal-ossidu tas-sodju (Na2O) totali ma jistax tkun aktar minn 40 % skont il-massa.

Is-somma tal-kontenuti tal-makronutrijenti primarji u sekondarji dikjarati kollha għandha tkun mill-inqas 18 % skont il-massa.

PFC 1(C)(I)(A)(II): FERTILIZZANT INORGANIKU SOLIDU KOMPOST B'MAKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku solidu kompost b'makronutrijenti għandu jkollu kontenut dikjarat ta':

(a) 

aktar minn makronutrijent primarju wieħed (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)), jew

(b) 

aktar minn makronutrijent sekondarju wieħed (kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)) u l-ebda makronutrijent primarju (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)).

2. Fertilizzant inorganiku solidu kompost b'makronutrijenti għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti dikjarati f'kontenuti li jkunu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

3 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(b) 

3 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

(c) 

3 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,

(d) 

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

(e) 

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

(f) 

1,5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

(g) 

1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

Madankollu, il-kontenut tal-ossidu tas-sodju (Na2O) totali ma għandhiex tkun aktar minn 40 % skont il-massa.

Is-somma tal-kontenuti tan-nutrijenti dikjarati kollha għandha tkun mill-inqas 18 % skont il-massa.

PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A): Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b'kontenut għoli ta' nitroġenu

1. Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b'kontenut għoli ta' nitroġenu għandu jkun ibbażat fuq in-nitrat tal-ammonju (NH4NO3) u jkun fih 28 % jew aktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) b'riżultat tan-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).

2. Kwalunkwe materja oħra barra min-nitrat tal-ammonju (NH4NO3) għandha tkun inerta lejn in-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).

3. Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-utent aħħari fil-forma ta' pakkett biss. Il-pakkett għandu jingħalaq b'tali mod jew permezz ta' tagħmir li, meta jinfetaħ, il-qafla, is-siġill tal-qafla jew il-pakkett innifsu jġarrab dannu irriversibbli. Jistgħu jintużaw xkejjer b'valv.

4. Ir-ritensjoni taż-żejt ta' fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu, wara żewġ ċikli termali kif deskritt taħt il-punt 4.1 fil-Modulu A1 fil-Parti II tal-Anness IV, ma tistax tkun aktar minn 4 % skont il-massa.

5. Ir-reżistenza għad-detonazzjoni ta' fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu għandha tkun tali li:

— 
wara ħames ċikli termali kif deskritt taħt il-punt 4.3 fil-Modulu A1 fil-Parti II tal-Anness IV,
— 
f'żewġ testijiet ta' reżistenza għad-detonazzjoni kif deskritt taħt il-punt 4.4 fil-Modulu A1 fil-Parti II tal-l-Anness IV,

wieħed jew iktar miċ-ċilindri ta' sostenn taċ-ċomb jitgħaffeġ b'anqas minn 5 %.

6. Il-% skont il-massa tal-materjal kombustibbli mkejjel bħala karbonju (C) ma jistax ikun aktar minn:

— 
0,2 % għal fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu prodotti fertilizzanti tal-UE li għandhom kontenut ta' nitroġenu (N) ta' mill-inqas 31,5 % skont il-massa, u
— 
0,4 % għal fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu li għandhom kontenut ta' nitroġenu (N) ta' mill-inqas 28 % iżda inqas minn 31,5 % skont il-massa.

7. Soluzzjoni ta' 10 g ta' fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu f'100 ml ta' ilma għandu jkollha pH ta' mill-inqas 4,5.

8. Mhux aktar minn 5 % skont il-massa ma għandu jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 1 mm, u mhux aktar minn 3 % skont il-massa ma għandu jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 0,5 mm.

9. Il-kontenut tar-ram (Cu) ma għandux ikun ogħla minn 10 mg/kg, u l-kontenut tal-kloru (Cl) ma għandux ikun ogħla minn 200 mg/kg.

PFC 1(C)(I)(B)(i): FERTILIZZANT INORGANIKU LIKWIDU B'MAKRONUTRIJENTI

Fertilizzant inorganiku likwidu b'makronutrijenti għandu jkun f'forma likwida.

PFC 1(C)(I)(B)(i): FERTILIZZANT INORGANIKU LIKWIDU SEMPLIĊI B'MAKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku likwidu sempliċi b'makronutrijenti għandu jkollu kontenut dikjarat ta':

(a) 

makronutrijent wieħed biss (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K), kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)), jew

(b) 

makronutrijent primarju wieħed biss (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)) u wieħed jew iktar mill-makronutrijenti sekondarji (kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)).

2. Fejn fertilizzant inorganiku likwidu sempliċi b'makronutrijenti jkun fih makronutrijent dikjarat wieħed biss (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K), kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)), il-kontenut ta' dak il-makronutrijenti għandu jkun mill-inqas dan li ġej:

(a) 

5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(b) 

5 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

(c) 

3 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,

(d) 

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

(e) 

6 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

(f) 

5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

(g) 

1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

Madankollu, il-kontenut tal-ossidu tas-sodju (Na2O) totali ma għandhiex tkun aktar minn 40 % skont il-massa.

Fejn fertilizzant inorganiku likwidu sempliċi b'makronutrijenti ikun fih makronutrijent primarju wieħed biss (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)) u wieħed jew iktar mill-makronutrijenti sekondarji dikjarati (kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)), dan għandu jkun fih:

(a) 

dak il-kontenut tal-makronutrijent primarju għandu jkun mill-inqas dan li ġej:

(i) 

1,5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(ii) 

1,5 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

(iii) 

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali; u

(b) 

il-kontenuti ta' dak il-makronutrijent sekondarju jew dawk il-makronutrijenti sekondarji għandhom ikunu mill-inqas dan li ġej:

(i) 

0,75 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

(ii) 

0,75 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

(iii) 

0,75 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

(iv) 

0,5 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

Madankollu, il-kontenut tal-ossidu tas-sodju (Na2O) totali ma jistax ikun aktar minn 20 % skont il-massa.

Is-somma tal-kontenuti tal-makronutrijenti primarji u sekondarji dikjarati kollha għandha tkun mill-inqas 7 % skont il-massa.

PFC 1(C)(I)(B)(II): FERTILIZZANT INORGANIKU LIKWIDU KOMPOST B'MAKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku likwidu kompost b'makronutrijenti għandu jkollu kontenut dikjarat ta':

(a) 

aktar minn nutrijent primarju wieħed (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)),

(b) 

aktar minn makronutrijent sekondarju wieħed (kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), kubrit (S)) u l-ebda makronutrijent primarju (nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K)).

2. Fertilizzant inorganiku likwidu kompost b'makronutrijenti għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti dikjarati f'kontenuti li jkunu mill-inqas dan li ġej:

(a) 

1,5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

(b) 

1,5 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

(c) 

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,

(d) 

0,75 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

(e) 

0,75 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

(f) 

0,75 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

(g) 

0,5 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

Madankollu, il-kontenut tal-ossidu tas-sodju (Na2O) totali ma jistax ikun aktar minn 20 % skont il-massa.

Is-somma tal-kontenuti tan-nutrijenti dikjarati kollha għandha tkun mill-inqas 7 % skont il-massa.

PFC 1(C)(II): FERTILIZZANT INORGANIKU B'MIKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku b'mikronutrijenti għandu jkun fertilizzant inorganiku għajr fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti maħsub biex jipprovdi lill-pjanti jew faqqiegħ b'wieħed jew aktar mill-mikronutrijenti li ġejjin: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) jew żingu (Zn).

2. Il-fertilizzanti inorganiku b'mikronutrijenti għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-utent aħħari fil-forma ta' pakkett biss.

3. Il-kontaminanti f'fertilizzant inorganiku b'mikronutrijenti ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:



Kontaminant

Valuri limitu ta' kontaminanti espressi f'mg, b'rabta mal-kontenut ta' mikronutrijenti totali espressi f'kg

(mg/kg ta' kontenut totali ta' mikronutrijenti, li jfisser boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn))

Arseniku (As)

1 000

Kadmju (Cd)

200

Ċomb (Pb)

600

Merkurju (Hg)

100

Nikil (Ni)

2 000

PFC 1(C)(II)(A): FERTILIZZANT INORGANIKU SEMPLIĊI B'MIKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku sempliċi b'mikronutrijenti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn mikronutrijent wieħed.

2. Il-prodott fertilizzanti tal-UE għandu jappartjeni għal waħda mit-tipoloġiji, u għandu jikkonforma mad-deskrizzjoni u r-rekwiżiti tal-kontenut minimu ta' nutrijenti korrispondenti fit-tabella li ġejja:



Tipoloġija

Deskrizzjoni

Kontenut minimu ta' mikronutrijenti

▼M1

Fertilizzant b’mikronutrijenti fil-forma ta’ melħ

Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b’mikronutrijenti li jkun inkiseb b’mezzi kimiċi u li jkollu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu melħ minerali f’forma jonika

10 % skont il-massa ta’ fertilizzant b’mikronutrijenti fil-forma ta’ melħ għandu jikkonsisti minn mikronutrijent

▼B

Fertilizzant b'mikronutrijenti f'forma ta' ossidu jew idrossidu

Fertilizzant inorganiku solidu sempliċi b'mikronutrijenti li jkun inkiseb b'mezzi kimiċi u li jkollu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu ossidu jew idrossidu

10 % skont il-massa ta' fertilizzant b'mikronutrijenti f'forma ta' ossidu jew idrossidu għandu jikkonsisti minn mikronutrijenti

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti

Fertilizzant inorganiku sempliċi b'mikronutrijenti li jikkombina fertilizzant b'mikronutrijenti fil-forma ta' melħ ma' fertilizzant b'mikronutrijenti fil-forma ta' melħ wieħed ieħor jew iktar u/jew mikronutrijent kelat wieħed

5 % skont il-massa ta' fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti għandu jikkonsisti minn mikronutrijenti

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti f'soluzzjoni

Soluzzjoni milwiema ta' forom differenti ta' fertilizzant inorganiku sempliċi b'mikronutrijenti

2 % skont il-massa ta' fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti f'soluzzjoni għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti f'sospensjoni

Sospensjoni ta' forom differenti ta' fertilizzant inorganiku sempliċi b'mikronutrijenti

2 % skont il-massa ta' fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti f'sospensjoni għandu jikkonsisti minn mikronutrijenti

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti kelati

Fertilizzant inorganiku sempliċi b'mikronutrijenti solubbli fl-ilma li jkollu l-mikronutrijent dikjarat ikkombinat b'mod kimiku ma' aġent(i) kelanti li jissodisfa(w) ir-rekwiżiti ta' CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II

— 5 % skont il-massa ta' fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti kelati għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma, u

— tal-inqas 80 % tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkun kelat permezz ta' aġent kelanti li jissodisfa r-rekwiżiti ta' CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II

▼M1

Mikronutrijenti kelati UVCB (1)

Fertilizzant inorganiku sempliċi b’mikronutrijenti solubbli fl-ilma li jkollu l-mikronutrijent dikjarat ikkombinat b’mod kimiku ma’ aġent(i) kelanti li jissodisfa(w) ir-rekwiżiti ta’ CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II

— 5 % skont il-massa ta’ mikronutrijenti kelati UVCB għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma, u tal-anqas 80 % tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkun kelat (frazzjoni kelata) u tal-anqas 50 % tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkun kelat permezz ta’ aġenti kelanti speċifiċi li jissodisfaw r-rekwiżiti ta’ CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II

▼B

Fertilizzant kumpless abbażi ta' mikronutrijenti

Fertilizzant inorganiku sempliċi b'mikronutrijenti solubbli fl-ilma li jkollu l-mikronutrijent dikjarat ikkombinat b'mod kimiku ma' aġent(i) kumplessanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II

— 5 % skont il-massa ta' fertilizzant kumpless abbażi ta' mikronutrijenti għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma, u

— tal-inqas 80 % tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkunu kumplessat permezz ta' aġent kumplessanti li jissodisfa r-rekwiżiti ta' CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II

(1)   

UVCB: Sustanza ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti ta' reazzjoni kumplessa jew materjali bijoloġiċi.

PFC 1(C)(II)(b): FERTILIZZANT INORGANIKU KOMPOST B'MIKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku kompost b'mikronutrijenti komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' aktar minn mikronutrijent wieħed.

▼C3

2. Is-somma tal-kontenuti tal-mikronutrijenti dikjarati kollha f'fertilizzant inorganiku kompost b'mikronutrijenti għandha tkun mill-inqas:

(a) 

2 % skont il-massa għal fertilizzanti f'forma likwida;

(b) 

5 % skont il-massa għal fertilizzanti f'forma solida.

▼B

PFC 2: MATERJAL GĦAT-TRATTAMENT BIL-ĠIR

1. Materjal għat-trattament bil-ġir għandu jkun prodott fertilizzanti tal-UE li l-funzjoni tiegħu tkun li jikkoreġi l-aċidità tal-ħamrija.

Materjal għat-trattament bil-ġir għandu jkollu ossidi, idrossidi, karbonati jew silikati tan-nutrijenti kalċju (Ca) jew manjeżju (Mg).

2. Il-kontaminanti f'materjal għat-trattament bil-ġir ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:

(a)

kadmju (Cd): 2 mg/kg materja niexfa,

(b)

kromu eżavalenti (Cr VI): 2 mg/kg materja niexfa,

(c)

merkurju (Hg): 1 mg/kg materja niexfa,

(d)

nikil (Ni): 90 mg/kg materja niexfa,

(e)

ċomb (Pb): 120 mg/kg materja niexfa,

(f)

arseniku (As): 40 mg/kg materja niexfa

3 Il-kontenut tar-ram (Cu) f'materjal għat-trattament bil-ġir ma jistax ikun aktar minn 300 mg/kg materja niexfa, u l-kontenut taż-żingu (Zn) f'materjal għat-trattament bil-ġir ma jistax ikun aktar minn 800 mg/kg materja niexfa.

4. Għandhom jiġu ssodisfati l-parametri li ġejjin determinati abbażi tal-massa ta' materjal għat-trattament bil-ġir:

(a) 

valur newtralizzanti minimu: 15 (ekwivalenti CaO) jew 9 (ekwivalenti HO-),

(b) 

reattività minima: 10 % (test tal-aċidu idrokloriku) jew 50 % wara 6 xhur (test tal-inkubazzjoni), u

(c) 

daqs minimu tal-granuli: mill-inqas 70 % < 1 mm, ħlief ġir maħruq, materjal għat-trattament bil-ġir granulat u ġibs (mill-inqas 70 % tal-materjal għat-trattament bil-ġir għandu jgħaddi minn għarbiel ta' 1 mm).

PFC 3: TEJJIEB TAL-ĦAMRIJA

Tejjieb tal-ħamrija għandu jkun prodott fertilizzanti tal-UE li l-funzjoni tiegħu tkun li jmantni, itejjeb jew jipproteġi l-proprjetajiet fiżiċi jew kimiċi, l-istruttura jew l-attività bijoloġika tal-ħamrija li jitpoġġa fiha.

PFC 3(A): TEJJIEB ORGANIKU TAL-ĦAMRIJA

1. Tejjieb organiku tal-ħamrija għandu jikkonsisti minn materjal li 95 % minnu jkun ta' oriġini bijoloġika biss, bħalma hu l-pit.

Tejjieb organiku tal-ħamrija jista' jkun fih il-pit, il-leonardite u l-linjite, iżda ebda materjal ieħor li jkun fossilizzat jew inkorporat f'formazzjonijiet ġeoloġiċi.

2. Il-kontaminanti f'tejjieb organiku tal-ħamrija ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:

(a)

kadmju (Cd): 2 mg/kg materja niexfa,

(b)

kromu eżavalenti (Cr VI): 2 mg/kg materja niexfa,

(c)

merkurju (Hg): 1 mg/kg materja niexfa,

(d)

nikil (Ni): 50 mg/kg materja niexfa,

(e)

ċomb (Pb): 120 mg/kg materja niexfa, u

(f)

arseniku inorganiku (As): 40 mg/kg materja niexfa.

3. Il-kontenut tar-ram (Cu) f'tejjieb organiku tal-ħamrija ma jistax ikun aktar minn 300 mg/kg materja niexfa, u l-kontenut taż-żingu (Zn) f'tejjieb organiku tal-ħamrija ma jistax ikun aktar minn 800 mg/kg materja niexfa.

4. Il-patoġeni f'tejjieb organiku tal-ħamrija f'konċentrazzjoni ma jistgħux ikunu aktar mil-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġi ttestjati

Pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f'1 g jew 1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta' kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta' kampjuni fejn l-għadd ta' batterji espress f'CFU jkun bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji espress f'CFU.

5. Tejjieb organiku tal-ħamrija għandu jkun fih 20 % jew iktar materja niexfa.

6. Il-kontenut tal-karbonju organiku (Corg) f'tejjieb organiku tal-ħamrija għandu jkun mill-inqas 7,5 % skont il-massa.

PFC 3(B): TEJJIEB INORGANIKU TAL-ĦAMRIJA

1. Tejjieb inorganiku tal-ħamrija għandu jkun tejjieb tal-ħamrija għajr tejjieb organiku tal-ħamrija.

2. Il-kontaminanti f'tejjieb inorganiku tal-ħamrija ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:

(a)

kadmju (Cd): 1,5 mg/kg materja niexfa,

(b)

kromu eżavalenti (Cr VI): 2 mg/kg materja niexfa,

(c)

merkurju (Hg): 1 mg/kg materja niexfa,

(d)

nikil (Ni): 100 mg/kg materja niexfa,

(e)

ċomb (Pb): 120 mg/kg materja niexfa,

(f)

arseniku inorganiku (As): 40 mg/kg materja niexfa.

3. Il-kontenut tar-ram (Cu) f'tejjieb inorganiku tal-ħamrija ma jistax ikun aktar minn 300 mg/kg materja niexfa, u l-kontenut taż-żingu (Zn) f'tejjieb inorganiku tal-ħamrija ma jistax ikun aktar minn 800 mg/kg materja niexfa.

▼M1

4. Il-patoġeni f’tejjieb inorganiku tal-ħamrija li jkun fih aktar minn 1 % skont il-massa ta’ karbonju organiku (Corg) ma jridux jaqbżu l-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet ta’ teħid ta’ kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f’25 g jew f’25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f’1 g jew f’1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta’ kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta’ kampjuni fejn l-għadd ta’ batterji espress f’CFU jkun bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta’ batterji espress f’CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji espress f’CFU.

▼B

PFC 4: MATERJAL GĦAT-TKABBIR

1. Materjal għat-tkabbir għandu jkun prodott fertilizzanti tal-UE għajr ħamrija in situ li l-funzjoni tiegħu hi li jkun materjal li jikbru fih il-pjanti jew il-faqqiegħ.

Għall-fini ta' dan il-punt 1, pjanti jinkludu l-alka.

2. Il-kontaminanti f'materjal għat-tkabbir ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:

(a)

kadmju (Cd): 1,5 mg/kg materja niexfa,

(b)

kromu eżavalenti (Cr VI): 2 mg/kg materja niexfa,

(c)

merkurju (Hg): 1 mg/kg materja niexfa,

(d)

nikil (Ni): 50 mg/kg materja niexfa,

(e)

ċomb (Pb): 120 mg/kg materja niexfa, u

(f)

Arseniku inorganiku (As): 40 mg/kg materja niexfa.

▼M1

2a. B’deroga mill-punt 2(d), il-valur ta’ limitu għan-nikil (Ni) f’materjal għat-tkabbir magħmul totalment minn kostitwenti minerali u offrut għall-użu professjonali fl-ortikultura, fis-soqfa ħodor jew fil-ħitan ħodor, għandu japplika għall-kontenut bijodisponibbli tal-kontaminant.

▼B

3. Il-kontenut tar-ram (Cu) f'materjal għat-tkabbir ma jistax ikun aktar minn 200 mg/kg materja niexfa, u l-kontenut taż-żingu (Zn) f'materjal għat-tkabbir ma jistax ikun aktar minn 500 mg/kg materja niexfa.

4. Il-patoġeni f'materjal għat-tkabbir ma jistgħux ikunu aktar mil-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġi ttestjati

Pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f'1 g jew 1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta' kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta' kampjuni fejn l-għadd ta' batterji espress f'CFU jkun bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji espress f'CFU.

PFC 5: INIBITUR

Inibitur għandu jkun prodott fertilizzanti tal-UE li l-funzjoni tiegħu tkun li jtejjeb ir-ritmu tar-rilaxx tan-nutrijenti ta' prodott li jipprovdi nutrijenti lill-pjanti billi jittardja jew iwaqqaf l-attività ta' gruppi speċifiċi ta' mikroorganiżmi jew enzimi.

PFC 5(A): INIBITUR TAN-NITRIFIKAZZJONI

1. Inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jwaqqaf l-ossidazzjoni bijoloġika tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) f'nitroġenu f'forma ta' nitrit (NO2-), u b'hekk il-formazzjoni tan-nitroġenu f'forma ta' nitrat (NO3-) issir aktar bil-mod.

2. Ir-rata ta' ossidazzjoni tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) għandha titkejjel permezz ta'

(a) 

l-għajbien tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N), jew

(b) 

is-somma tal-produzzjoni tan-nitroġenu f'forma ta' nitrit (NO2-) u tan-nitroġenu f'forma ta' nitrat (NO3-) imqabbel mal-ħin.

Meta mqabbel ma' kampjun ta' kontroll fejn ma jkunx inżied inibitur tan-nitrifikazzjoni, kampjun ta' ħamrija li jkun fih l-inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu juri tnaqqis ta' 20 % fir-rata ta' ossidazzjoni tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) abbażi ta' analiżi 14-il jum wara l-applikazzjoni fil-livell ta' kunfidenza ta' 95 %.

PFC 5(B): INIBITUR TAD-DENITRIFIKAZZJONI

1. Inibitur tad-denitrifikazzjoni għandu jwaqqaf il-formazzjoni ta' ossidu nitruż (N2O) billi jnaqqas ir-ritmu ta l-konverżjoni tan-nitrat (NO3-) f'dinitroġenu (N2) jew jimblokka dik il-konverżjoni mingħajr ma jinfluwenza l-proċess ta' nitrifikazzjoni kif deskritt f'PFC 5(A).

2. Meta mqabbel ma' kampjun ta' kontroll fejn ma jkunx inżied inibitur tad-denitrifikazzjoni, test in vitro li jkun fih l-inibitur tad-denitrifikazzjoni għandu juri tnaqqis ta' 20 % fir-rata tar-rilaxx tal-ossidu nitruż (N2O) abbażi ta' analiżi li tkun saret 14-il jum wara l-applikazzjoni fil-livell ta' kunfidenza ta' 95 %.

PFC 5(C): INIBITUR TAL-UREAŻI

1. Inibitur tal-ureażi għandu jwaqqaf l-azzjoni idrolitika fuq l-urea (CH4N2O) permezz tal-enzima ureażi, primarjament bil-ħsieb lil titnaqqas il-volatilizzazzjoni tal-ammonijaka.

2. Meta mqabbel ma' kampjun ta' kontroll fejn ma jkunx inżied inibitur tal-ureażi, test in-vitro li jkun fih l-inibitur tal-ureażi għandu juri tnaqqis ta' 20 % fir-rata tal-idroliżi tal-urea (CH4N2O) abbażi ta' analiżi li tkun saret 14-il jum wara l-applikazzjoni fil-livell ta' kunfidenza ta' 95 %.

PFC 6: BIJOSTIMULANT TAL-PJANTI

1. Bijostimulant tal-pjanti għandu jkun prodott fertilizzanti tal-UE li l-funzjoni tiegħu tkun li jistimula l-proċessi ta' nutrizzjoni tal-pjanti indipendentement mill-kontenut tan-nutrijenti tal-prodott, bl-għan uniku li jtejjeb waħda jew aktar mill-karatteristiċi li ġejjin tal-pjanta jew tar-riżosfera tal-pjanta:

(a) 

l-effiċjenza tal-użu tan-nutrijent,

(b) 

tolleranza għall-istress abijotiku,

(c) 

xejriet tal-kwalità, jew

(d) 

disponibbiltà ta' nutrijenti konfinati fil-ħamrija jew fir-riżosfera.

2. Il-kontaminanti f'bijostimulant tal-pjanti ma jistgħux ikunu aktar mill-valuri limitu li ġejjin:

(a)

kadmju (Cd): 1,5 mg/kg materja niexfa,

(b)

kromu eżavalenti (Cr VI): 2 mg/kg materja niexfa,

(c)

ċomb (Pb): 120 mg/kg materja niexfa,

(d)

merkurju (Hg): 1 mg/kg materja niexfa,

(e)

nikil (Ni): 50 mg/kg materja niexfa, u

(f)

arseniku inorganiku (As): 40 mg/kg materja niexfa.

3. Il-kontenut tar-ram (Cu) f'bijostimulant tal-pjanti ma jistax ikun aktar minn 600 mg/kg materja niexfa, u l-kontenut taż-żingu (Zn) f'bijostimulant tal-pjanti ma jistax ikun aktar minn 1 500  mg/kg materja niexfa.

4. Il-bijostimulant tal-pjanti għandu jkollu l-effetti li jkunu ddikjarati fuq it-tikketta għall-pjanti speċifikati fuqha.

PFC 6(A): BIJOSTIMULANT MIKROBIKU TAL-PJANTI

1. Bijostimulant mikrobiku tal-pjanti għandu jikkonsisti minn mikroorganiżmu jew konsorzju ta' mikroorganiżmi msemmija f'CMC 7 fil-Parti II tal-Anness II.

2. Il-patoġeni f'bijostimulant mikrobiku tal-pjanti ma jistgħux ikunu aktar mil-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi/it-tossini tagħhom, metaboliti

Pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni

Limitu

n

c

Salmonella spp.

5

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Escherichia coli

5

0

Nuqqas f'1 g jew 1 ml

Listeria monocytogenes

5

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Vibrio spp.

5

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Shigella spp.

5

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Staphylococcus aureus

5

0

Nuqqas f'25 g jew 25 ml

Enterococaceae

5

2

10 CFU/g

L-għadd tal-kolonji anaerobiċi sakemm il-bijostimulant mikrobiku tal-pjanti ma jkunx batterja aerobika

5

2

105 CFU/g jew ml

L-għadd ta' ħmira u moffa sakemm il-bijostimulant mikrobiku tal-pjanti ma jkunx fungus

5

2

1 000  CFU/g jew ml

Fejn:

n

=

in-numru ta' unitajiet li jagħmlu l-kampjun,

c

=

in-numru ta' unitajiet ta' kampjuni li jagħtu valuri ikbar mil-limitu definit.

3. Fejn il-bijostimulant mikrobiku tal-pjanti jkun f'forma likwida, il-bijostimulant tal-pjanti għandu jkollu pH ottimali għall-mikroorganiżmi kontenuti fih u għall-pjanti.

PFC 6(B): BIJOSTIMULANT NONMIKROBIKU TAL-PJANTI

1. Bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti għandu jkun bijostimulant tal-pjanti għajr bijostimulant mikrobiku tal-pjanti.

2. Il-patoġeni f'bioistimulant nonmikrobiku tal-pjanti f'konċentrazzjoni ma jistgħux ikunu aktar mil-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f' 25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f' 1 g jew 1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta' kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta' kampjuni fejn l-għadd ta' batterji espress f'CFU jkun bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta' batterji espress f'CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji espress f'CFU.

PFC 7: TAĦLITA TA' PRODOTTI FERTILIZZANTI

1. Taħlita ta' prodotti fertilizzanti għandha tkun prodott fertilizzanti tal-UE magħmul minn żewġ prodotti fertilizzanti tal-UE jew aktar ta' PFC 1 sa PFC 6 li għalihom tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ta' kull prodott fertilizzanti tal-UE komponenti fit-taħlita f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għal dak il-prodott fertilizzanti komponenti tal-UE.

2. It-taħlit ma għandux jibdel in-natura ta' kull wieħed mill-prodotti fertilizzanti komponenti tal-UE u ma għandux ikollu effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq is-sikurezza, jew fuq l-ambjent, taħt kundizzjonijiet prevedibbli b'mod raġonevoli ta' ħżin jew użu tat-taħlita ta' prodotti fertilizzanti.

▼M6

2a. Għandu jkun preżenti kompost inibitur f’taħlita b’konċentrazzjoni, li tkun fi ħdan firxa ta’ konċentrazzjonijiet li jiżguraw il-kisba tar-rati ta’ tnaqqis fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-PFC 5 fil-Parti II ta’ dan l-Anness u, rispettivament, fil-punt 4 tas-CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II, fil-livell tat-taħlita.

▼B

3.  ►M6  Il-manifattur tat-taħlita għandu jivvaluta l-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti stipulati fil-punti 1, 2 u 2a ta’ dan il-PFC, għandu jiżgura l-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness III, u jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 16(4) ta’ dan ir-Regolament, għall-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament billi: ◄

(a) 

ifassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għat-taħlita ta' prodotti fertilizzanti f'konformità mal-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, u

(b) 

ikollu fil-pussess tiegħu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ta' kull wieħed mill-prodotti fertilizzanti komponenti tal-UE.

4. L-operaturi ekonomiċi li jpoġġu għad-dispożizzjoni fis-suq it-taħlitiet tal-prodotti fertilizzanti għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan ir-Regolament fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ta' kull prodott fertilizzanti komponenti tal-UE, kif ukoll tat-taħlita:

(a) 

l-Artikolu 6(3) (l-obbligu tal-manifatturi li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);

(b) 

il-punt (a) tal-Artikolu 7(2)(a) (l-obbligu tar-rappreżentanti awtorizzati li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);

(c) 

L-Artikolu 8(8) (l-obbligu tal-importaturi li jżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq).




ANNESS II

Kategoriji tal-Materjal Komponenti (CMCs)

Prodott fertilizzanti tal-UE għandu jikkonsisti biss minn materjali komponenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti għal waħda jew aktar mis-CMCs elenkati f'dan l-Anness.

Il-materjali komponenti, u l-materjali ta' input użati biex jipproduċuhom, ma għandu jkun fihom l-ebda waħda mis-sustanzi li għalihom il-valuri limitu massimi huma indikati fl-Anness I f'tali kwantitajiet li jistgħu jippreġudikaw il-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti applikabbli ta' dak l-Anness.

PARTI I

DEŻINJAZZJONI TA' CMCS

CMC 1: Sustanzi u taħlitiet minn materjal verġni

CMC 2: Pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti

CMC 3: Kompost

CMC 4: Diġestat tal-għelejjel friski

CMC 5: Diġestat għajr diġestat tal-għelejjel friski

CMC 6: Prodotti sekondarji tal-industrija alimentari

CMC 7: Mikroorganiżmi

CMC 8: Polimeri nutrijenti

CMC 9: Polimeri li mhumiex polimeri nutrijenti

CMC 10: Prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

CMC 11: Prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE

▼M2

CMC 12: Imlieħ tal-fosfat preċipitati u d-derivati tagħhom

▼M3

CMC 13: Materjali tal-ossidazzjoni termali u d-derivati tagħhom

▼M4

CMC 14: Materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni

▼M5

CMC 15: Materjali ta’ purità għolja rkuprati

▼B

PARTI II

REKWIŻITI RELATATI MAS-CMSS

Din il-Parti tiddefinixxi l-materjali komponenti li minnhom għandhom jikkonsistu b'mod esklużiv il-prodotti fertilizzanti tal-UE.

CMC 1: SUSTANZI U TAĦLITIET MINN MATERJAL VERĠNI

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih sustanzi u taħlitiet, minbarra ( 4 ):

(a) 

skart fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE,

(b) 

is-sustanzi jew it-taħlitiet li ma baqgħux skart f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri bis-saħħa tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE,

(c) 

is-sustanzi ffurmati minn prekursuri li ma baqgħux skart f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri bis-saħħa tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn,

(d) 

prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE,

(e) 

prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,

▼M1

(f) 

polimeri, għajr:

— 
polimeri li jkunu r-riżultat ta’ proċess ta’ polimerizzazzjoni li jkun seħħ fin-natura, indipendentement mill-proċess ta’ estrazzjoni li bih dawn ikunu ġew estratti, u li ma jkunux ġew immodifikati b’mod kimiku fis-sens tal-Artikolu 3(40) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,
— 
polimeri bijodegradabbli, jew
— 
polimeri b’solubbiltà fl-ilma ogħla minn 2 g/L fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
— 
temperatura ta’ 200 C
— 
pH 7
— 
tagħbija: 10 g/1 000 mL
— 
żmien tat-test: 24 siegħa,

▼B

(g) 

kompost, ►M2  ————— ◄

(h) 

diġestat,

▼M2

(i) 

imlieħ tal-fosfat preċipitati jew id-derivati tagħhom, li jiġu rkuprati mill-iskart jew li huma prodotti sekondarji skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE,

▼M3

(j) 

materjali tal-ossidazzjoni termali jew id-derivati tagħhom, li jiġu rkuprati mill-iskart jew li huma prodotti sekondarji skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE, ►M5  ————— ◄

▼M4

(k) 

materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni, li jiġu rkuprati mill-iskart jew li huma prodotti sekondarji skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE ►M5  , jew ◄

▼M5

(l) 

l-imluħa tal-ammonju, l-imluħa tas-sulfat, l-imluħa tal-fosfat, il-kubrit elementali, il-karbonat tal-kalċju jew l-ossidu tal-kalċju, li jiġu rkuprati mill-iskart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.

▼M6

2. Is-sustanzi kollha inkorporati fil-prodott fertilizzanti tal-UE, waħedhom jew f’taħlita, ħlief il-polimeri, għandhom ikunu ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ( 5 ), b’dossier li jkun fih:

(a) 

l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(b) 

rapport tas-sigurtà kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert b’mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew mill-punti 6, 7, 8, 9 jew 10 tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament.

▼B

3. Meta s-sustanza jew waħda mis-sustanzi fit-taħlita tkun maħsuba biex ittejjeb id-disponibbiltà fit-tul għall-pjanti tal-mikronutrijenti fil-prodott fertilizzanti tal-UE, dik is-sustanza għandha tkun aġent kelanti jew aġent kumplessanti, u għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) 

L-aġent kelanti għandu jkun sustanza organika li tikkonsisti minn molekula li

(i) 

ikollha żewġ siti jew aktar li jagħtu pari ta' elettroni lil katjon ta' metall ta' transizzjoni ċentrali (żingu (Zn), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), manjeżju (Mg), kalċju (Ca) jew kobalt (Co)), u

(ii) 

tkun kbira biżżejjed biex tifforma struttura ċiklika b'ħames jew sitt membri.

▼M1

Il-prodott fertilizzanti tal-UE għandu jibqa’ stabbli għal mill-inqas tlett ijiem f’soluzzjoni li jkollha kwalunkwe pH fil-firxa dikjarata bħala li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli.

▼B

(b) 

L-aġent kumplessanti għandu jkun sustanza organika li tifforma struttura ċatta jew sterika b'katjon ta' metall ta' tranżizzjoni b'valenza waħda, bi tnejn jew bi tlieta (żingu (Zn), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn) jew kobalt (Co)).

Il-prodott fertilizzanti tal-UE għandu jibqa' stabbli f'soluzzjoni ta' ilma b'pH 6 u 7 għal mill-inqas ġurnata.

▼M6

4. Meta s-sustanza jew waħda mis-sustanzi fit-taħlita tkun maħsuba biex ittejjeb il-mudelli tar-rilaxx tan-nutrijenti tal-prodott fertilizzanti tal-UE billi tittardja jew twaqqaf l-attività ta’ gruppi speċifiċi ta’ mikroorganiżmi jew enzimi, dik is-sustanza għandha tkun kompost inibitur tan-nitrifikazzjoni, tad-denitrifikazzjoni jew tal-ureażi, u għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) 

Il-kompost inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jinibita l-ossidazzjoni bijoloġika tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) li jinsab fil-prodott fertilizzanti tal-UE f’nitroġenu f’forma ta’ nitrit (NO2 -), u għalhekk idewwem il-formazzjoni tan-nitroġenu f’forma ta’ nitrat (NO3 -).

Ir-rata ta’ ossidazzjoni tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) għandha titkejjel permezz ta’ waħda mit-tnejn li ġejjin:

(i) 

l-għajbien tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N);

(ii) 

is-somma tal-produzzjoni tan-nitroġenu f’forma ta’ nitrit (NO2 -) u tan-nitroġenu f’forma ta’ nitrat (NO3 -) imqabbel mal-ħin.

Meta mqabbel ma’ kampjun ta’ kontroll fejn ma jkunx żdied kompost inibitur tan-nitrifikazzjoni, kampjun ta’ ħamrija li jkun fih l-inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu juri tnaqqis ta’ 20 % fir-rata ta’ ossidazzjoni tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) abbażi ta’ analiżi mwettqa 14-il jum wara l-applikazzjoni fil-livell ta’ affidabbiltà ta’ 95 %.

Il-kompost inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti tal-UE b’konċentrazzjoni, li tkun fi ħdan il-firxa ta’ konċentrazzjonijiet li tiżgura l-kisba ta’ tali tnaqqis.

Mill-inqas 50 % tal-kontenut totali tan-nitroġenu (N) tal-prodott fertilizzanti tal-UE għandu jikkonsisti minn nitroġenu (N) f’forma ta’ ammonju (NH4 +) u ta’ urea (CH4N2O).

(b) 

Il-kompost inibitur tad-denitrifikazzjoni għandu jwaqqaf il-formazzjoni ta’ ossidu nitruż (N2O) billi jnaqqas ir-ritmu tal-konverżjoni tan-nitrat (NO3 -) f’dinitroġenu (N2), jew jimblokkaha, mingħajr ma jinfluwenza l-proċess ta’ nitrifikazzjoni kif deskritt f’PFC 5(A).

Meta mqabbel ma’ kampjun ta’ kontroll fejn ma jkunx żdied kompost inibitur tad-denitrifikazzjoni, test in vitro li jkun fih il-kompost inibitur tad-denitrifikazzjoni għandu juri tnaqqis ta’ 20 % fir-rata tar-rilaxx tal-ossidu nitruż (N2O) abbażi ta’ analiżi mwettqa 14-il jum wara l-applikazzjoni fil-livell ta’ affidabbiltà ta’ 95 %.

Il-kompost inibitur tad-denitrifikazzjoni għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti tal-UE b’konċentrazzjoni, li tkun fi ħdan il-firxa ta’ konċentrazzjonijiet li tiżgura l-kisba ta’ tali tnaqqis.

(c) 

Il-kompost inibitur tal-ureażi għandu jwaqqaf l-azzjoni idrolitika fuq l-urea (CH4N2O) li tinsab fil-prodott fertilizzanti tal-UE permezz tal-enzima ureażi, primarjament bil-ħsieb li titnaqqas il-volatilizzazzjoni tal-ammonijaka.

Meta mqabbel ma’ kampjun ta’ kontroll fejn ma jkunx żdied kompost inibitur tal-ureażi, test in vitro li jkun fih il-kompost inibitur tal-ureażi għandu juri tnaqqis ta’ 20 % fir-rata tal-idroliżi tal-urea (CH4N2O) abbażi ta’ analiżi mwettqa 14-il jum wara l-applikazzjoni fil-livell ta’ affidabbiltà ta’ 95 %.

Il-kompost inibitur tal-ureażi għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti tal-UE b’konċentrazzjoni, li tkun fi ħdan il-firxa ta’ konċentrazzjonijiet li tiżgura l-kisba ta’ tali tnaqqis.

Mill-inqas 50 % tal-kontenut totali tan-nitroġenu (N) tal-prodott fertilizzanti tal-UE għandu jikkonsisti min-nitroġenu (N) f’forma ta’ urea (CH4N2O).

▼B

CMC 2: PJANTI, PARTIJIET TAL-PJANTI JEW ESTRATTI TAL-PJANTI

▼M1

Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti li ma jkunu għaddew minn ebda proċess ieħor ħlief il-qtugħ, it-tħin, il-maċinazzjoni, it-tgħarbil, it-tnaqqih, iċ-ċentrifugazzjoni, l-ippressar, it-tnixxif, it-trattament bl-iffriżar, il-lijofilizzazzjoni, l-estrazzjoni bl-ilma, l-estrazzjoni superkritika ta’ CO2, jew l-isfibratura f’temperatura ta’ mhux aktar minn 100 °C u mingħajr ebda addittiv għajr l-ilma.

▼B

Għall-finijiet ta' dan il-punt, il-pjanti jinkludu l-faqqiegħ u l-alka u jeskludu alka kaħlanija-ħadra (ċjanobatterji).

CMC 3: KOMPOST

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih kompost miksub mill-kompostjar aerobiku ta' esklussivament wieħed jew aktar mill-materjali ta' input li ġejjin:

(a) 

bijoskart fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors;

▼M1 —————

▼M1

(c) 

organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux ipproċessati jew li jkunu pproċessati biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief:

(i) 

materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat,”;

(ii) 

ħama tad-drenaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil, u

(iii) 

prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

▼B

(d) 

addittivi tal-kompostjar li huma neċessarji sabiex itejbu l-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess ta' kompostjar sakemm:

▼M6

(i) 

l-addittiv jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 f’CMC 1 u

▼B

(ii) 

il-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma tkunx aktar minn 5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew

(e) 

▼M1

kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a) jew (c) jew fil-punt 1a li:

▼B

(i) 

qabel ikun ġie kompostat jew iddiġerit, u

(ii) 

ma jkunx fih iktar minn 6 mg/kg materja niexfa ta' PAH16 ( 6 ).

▼M1

1a. Minkejja l-punt 1, prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih kompost miksub permezz ta’ kompostjar aerobiku tal-materjali fil-Kategorija 2 jew fil-Kategorija 3 jew ta’ prodotti dderivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, waħdu jew imħallat mal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1, sakemm:

(a) 

il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u

(b) 

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti 2 u 3.

▼B

2. Il-kompostjar għandu jsir f'impjant

▼M1

(a) 

fejn il-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali ta’ input imsemmija fil-punti 1 u 1a huma sseparati b’mod ċar mil-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali ta’ input għajr dawk imsemmija fil-punti 1 u 1a, u

▼B

(b) 

fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output għandhom jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.

3. Il-kompostjar aerobiku għandu jikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement aerobika u li tippermetti l-iżvilupp ta' temperaturi adatti għall-batterji termofili b'riżultat tas-sħana prodotta bijoloġikament. Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu jew imċaqalqa u mqallba regolarment u sewwa jew soġġetti għal ventilazzjoni sfurzata sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omoġeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess ta' kompostjar, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed minn dawn il-profili tat-temperatura maż-żmien:

— 
70 °C jew iktar għal tal-inqas tlett ijiem,
— 
65 °C jew iktar għal tal-inqas ħamest ijiem,
— 
60 °C jew iktar għal tal-inqas sebgħat ijiem, jew
— 
55 °C jew iktar għal tal-inqas erbatax-il jum.

4. Il-kompost għandu jkun fih

(a) 

mhux iktar minn 6 mg/kg materja niexfa ta' PAH16 ( 7 );

(b) 

mhux iktar minn 3 g/kg materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi ta' aktar minn 2 mm fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin: ħġieġ, metall jew plastik; u

(c) 

mhux aktar minn 5 g/kg materja niexfa mis-somma tal-impuritajiet makroskopiċi msemmija fil-punt (b).

Mis-16 ta’ Lulju 2026, il-preżenza ta' plastiks ta' aktar minn 2 mm fil-valur limitu massimu msemmi fil-punt (b) ma għandhiex tkun aktar minn 2,5 g/kg materja niexfa. Sas-16 ta’ Lulju 2029, il-valur limitu ta' 2,5 g/kg materja niexfa għall-plastiks ta' aktar minn 2 mm għandu jiġi vvalutat mill-ġdid sabiex jitqies il-progress li jkun sar fir-rigward tal-ġbir separat tal-bijoskart.

5. Il-kompost għandu jissodisfa tal-anqas wieħed mill-kriterji ta' stabbiltà li ġejjin:

(a) 

Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:

— 
Definizzjoni: indikatur tal-punt sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perijodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adatt għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet tal-partiċelli > 10 mm li jkun aktar minn 20 %,
— 
Kriterju: massimu ta' 25 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew
(b) 

Fattur ta' awtotisħin:

— 
Definizzjoni: it-temperatura massima milħuqa minn kompost f'kundizzjonijiet standardizzati bħala indikatur tal-istat tal-attività aerobika bijoloġika tiegħu,
— 
Kriterju: minimu Rottegrad III.

CMC 4: DIĠESTAT TAL-GĦELEJJEL FRISKI

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih diġestat miksub esklussivament permezz ta' diġestjoni anaerobika ta' wieħed jew iktar mill-materjali ta' input li ġejjin:

(a) 

pjanti jew partijiet tal-pjanti mkabbra għall-produzzjoni tal-bijogass. Għall-finijiet ta' dan il-punt, il-pjanti jinkludu l-alka u jeskludu alka kaħlanija-ħadra (ċjanobatterji);

(b) 

addittivi tad-diġestjoni li huma meħtieġa biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess tad-diġestjoni sakemm:

▼M6

(i) 

l-addittiv jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 f’CMC 1 u

▼B

(ii) 

il-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma tknux aktar minn 5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew

(c) 

kwalunkwe materjal imsemmi fil-punt (a) li jkun ġie diġerit qabel.

2. Id-diġestjoni anaerobika għandha ssir f'impjant

(a) 

fejn il-linji ta' produzzjoni għall-ipproċessar ta' materjali ta' input imsemmija fil-punt 1 hawn fuq li huma separati b'mod ċar mil-linji ta' produzzjoni għall-ipproċessar ta' materjali ta' input għajr dawk imsemmija fil-punt 1, u

(b) 

fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output għandhom jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.

3. Id-diġestjoni anaerobika għandha tikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement anaerobika u f'temperaturi adatti għall-batterji meżofili jew termofili. Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu mċaqalqa u mqallba regolarment u sewwa sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omoġeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess tad-diġestjoni, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed mill-profili li ġejjin tat-temperatura maż-żmien:

(a) 

Diġestjoni anaerobika termofila f'55 °C għal tal-anqas 24 siegħa segwita minn żmien ta' ritenzjoni idrawlika ta' mill-anqas 20 jum;

(b) 

diġestjoni anaerobika termofila f'55 °C bi proċess ta' trattament inkluż il-pasturizzazzjoni kif deskritt fil-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 ( 8 );

(c) 

diġestjoni anaerobika termofila f'55 °C segwita minn kompostjar fi:

— 
70 °C jew iktar għal tal-inqas tlett ijiem,
— 
65 °C jew iktar għal tal-inqas ħamest ijiem,
— 
60 °C jew iktar għal tal-inqas sebgħat ijiem, jew
— 
55 °C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum;
(d) 

diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40 °C bi proċess ta' trattament inkluż il-pasturizzazzjoni kif deskritt fil-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V għar-Regolament (UE) Nru 142/2011; jew

(e) 

diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40 °C segwita minn kompostjar fi

— 
70 °C jew iktar għal tal-inqas tlett ijiem,
— 
65 °C jew iktar għal tal-inqas ħamest ijiem,
— 
60 °C jew iktar għal tal-inqas sebgħat ijiem, jew
— 
55 °C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum.

▼M6

3a. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkollu frazzjoni solida jew likwida, miksuba permezz tas-separazzjoni mekkanika ta’ diġestat li jkun konformi mal-punti 1 sa 3.

3b. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih diġestat konformi mal-punti 1 sa 3, jew frazzjoni konformi mal-punt 3a, li minnhom l-ammonju u/jew il-fosfat solubbli kollu jew parti minnu jkun tneħħa biex jiġi rkuprat in-nitroġenu u/jew il-fosforu, mingħajr l-intenzjoni li b’xi mod ieħor jiġi mmodifikat id-diġestat jew il-frazzjoni.

3c. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih diġestat konformi mal-punti 1 sa 3 jew mal-punt 3b, kif ukoll frazzjoni konformi mal-punt 3a, li jkunu għaddew biss minn ipproċessar fiżiku biex jitneħħa l-ilma mingħajr l-intenzjoni li b’xi mod jiġu mmodifikati d-diġestat jew il-frazzjoni.

3d. L-addittivi meħtieġa wara l-ipproċessar ta’ diġestat jew ta’ frazzjoni f’konformità mal-punti 3a, 3b u 3c jistgħu jintużaw dment li:

(a) 

l-addittiv jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 tas-CMC 1;

(b) 

il-konċentrazzjoni tal-addittivi meħtieġa f’kull wieħed mill-proċessi ma taqbiżx il-5 % tal-piż tad-diġestat jew tal-frazzjoni użati bħala input fil-proċess rispettiv.

▼B

4.  ►M6  Id-diġestat jew il-frazzjoni msemmija fil-punti 3a, 3b u 3c għandhom jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji ta’ stabbiltà li ġejjin: ◄

(a) 

Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:

— 
Definizzjoni: indikatur tal-punt sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perijodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adatt għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet tal-partiċelli > 10 mm li jkun aktar minn 20 %;
— 
Kriterju: massimu ta' 25 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew
(b) 

Potenzjal tal-bijogass residwu:

— 
Definizzjoni: indikatur tal-gass rilaxxat minn diġestat f'perijodu ta' 28 jum u mkejjel fi tqabbil mas-solidi volatili li jinsabu fil-kampjun. It-test isir tliet darbiet, u r-riżultat medju jintuża biex juri l-konformità mal-kriterju. Is-solidi volatili huma dawk is-solidi f'kampjun ta' materjal li jintilfu meta s-solidi niexfa jitqabbdu f'550 °C.
— 
Kriterju: massimu ta' 0,25 l bijogass/g solidi volatili.

CMC 5: DIĠESTAT GĦAJR DIĠESTAT TAL-GĦELEJJEL FRISKI

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih diġestat miksub esklussivament permezz ta' diġestjoni anaerobika ta' wieħed jew iktar mill-materjali ta' input li ġejjin:

(a) 

bijoskart fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors;

▼M1 —————

▼M1

(c) 

organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux ipproċessati jew li jkunu pproċessati biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief:

(i) 

materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat,”;

(ii) 

ħama tad-drenaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil, u

(iii) 

prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

▼B

(d) 

addittivi tad-diġestjoni li huma meħtieġa biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess tad-diġestjoni sakemm:

▼M6

(i) 

l-addittiv jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 f’CMC 1 u

▼B

(ii) 

il-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma tkunx aktar minn 5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew

(e) 

▼M1

kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a) jew (c) jew fil-punt 1a li:;

▼B

(i) 

qabel ikun ġie kompostat jew iddiġerit, u

(ii) 

ma jkunx fih iktar minn 6 mg/kg materja niexfa ta' PAH16 ( 9 ).

▼M1

1a. Minkejja l-punt 1, prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih diġestat miksub permezz ta’ diġestjoni anaerobika tal-materjali fil-Kategorija 2 jew fil-Kategorija 3 jew ta’ prodotti dderivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, waħdu jew imħallat mal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1, sakemm:

(a) 

il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u

(b) 

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti 2 u 3.

▼B

2. Id-diġestjoni anaerobika għandha ssir f'impjant

▼M1

(a) 

fejn il-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali ta’ input imsemmija fil-punti 1 u 1a huma sseparati b’mod ċar mil-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali ta’ input għajr dawk imsemmija fil-punti 1 u 1a, u

▼B

(b) 

fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.

3. Id-diġestjoni anaerobika għandha tikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement anaerobika u f'temperaturi adatti għall-batterji meżofili jew termofili. Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu mċaqalqa u mqallba regolarment u sewwa sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omoġeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess tad-diġestjoni, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed mill-profili li ġejjin tat-temperatura maż-żmien:

(a) 

diġestjoni anaerobika termofila f'55 °C għal tal-anqas 24 siegħa segwita minn żmien ta' ritenzjoni idrawlika ta' mill-anqas 20 jum;

(b) 

diġestjoni anaerobika termofila f'55 °C bi proċess ta' trattament inkluż il-pasturizzazzjoni kif deskritt fil-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V għar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(c) 

diġestjoni anaerobika termofila f'55 °C segwita minn kompostjar fi

— 
70 °C jew iktar għal tal-inqas tlett ijiem,
— 
65 °C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,
— 
60 °C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew
— 
55 °C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum;
(d) 

diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40 °C bi proċess ta' trattament inkluż il-pasturizzazzjoni kif deskritt fil-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V għar-Regolament (UE) Nru 142/2011; jew

(e) 

diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40 °C segwita minn kompostjar fi

— 
70 °C jew iktar għal tal-inqas tlett ijiem,
— 
65 °C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,
— 
60 °C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew
— 
55 °C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum.

▼M6

3a. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkollu frazzjoni solida jew likwida, miksuba permezz tas-separazzjoni mekkanika ta’ diġestat li jkun konformi mal-punti 1 sa 3.

3b. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih diġestat konformi mal-punti 1 sa 3, jew frazzjoni konformi mal-punt 3a, li minnhom l-ammonju u/jew il-fosfat solubbli kollu jew parti minnu jkun tneħħa biex jiġi rkuprat in-nitroġenu u/jew il-fosforu, mingħajr l-intenzjoni li b’xi mod ieħor jiġi mmodifikat id-diġestat jew il-frazzjoni.

3c. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih diġestat konformi mal-punti 1 sa 3 jew mal-punt 3b, kif ukoll frazzjoni konformi mal-punt 3a, li jkunu għaddew biss minn ipproċessar fiżiku biex jitneħħa l-ilma mingħajr l-intenzjoni li b’xi mod jiġu mmodifikati d-diġestat jew il-frazzjoni.

3d. L-addittivi meħtieġa wara l-ipproċessar ta’ diġestat jew ta’ frazzjoni f’konformità mal-punti 3a, 3b u 3c jistgħu jintużaw dment li:

(a) 

l-addittiv jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 tas-CMC 1;

(b) 

il-konċentrazzjoni tal-addittivi meħtieġa f’kull wieħed mill-proċessi ma taqbiżx il-5 % tal-piż tad-diġestat jew tal-frazzjoni użati bħala input fil-proċess rispettiv.

▼M6

4. Id-diġestat jew il-frazzjoni msemmija fil-punti 3a, 3b u 3c ma għandux ikollhom iktar minn 6 mg/kg ta’ materja niexfa ta’ PAH16 ( 10 ).

▼B

5.  ►M6  Id-diġestat jew il-frazzjoni msemmija fil-punti 3a, 3b u 3c għandu jkun fihom: ◄

(a) 

mhux iktar minn 3 g/kg materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi ta' aktar minn 2 mm fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin: ħġieġ, metall jew plastik; u

(b) 

mhux aktar minn 5 g/kg materja niexfa mis-somma tal-impuritajiet makroskopiċi msemmija fil-punt (a).

Mis-16 ta’ Lulju 2026, il-preżenza ta' plastiks ta' aktar minn 2 mm fil-valur limitu massimu msemmi fil-punt (a) ma għandhiex tkun aktar minn 2,5 g/kg materja niexfa. Sas-16 ta’ Lulju 2029 il-valur limitu ta' 2,5 g/kg ta' materja niexfa għall-plastiks ta' aktar minn 2mm għandu jiġi vvalutat mill-ġdid sabiex iqis il-progress li jkun sar fir-rigward tal-ġbir separat tal-bijoskart.

6.  ►M6  Id-diġestat jew il-frazzjoni msemmija fil-punti 3a, 3b u 3c għandhom jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji ta’ stabbiltà li ġejjin: ◄

(a) 

Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:

— 
Definizzjoni: indikatur tal-punt sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perijodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adatt għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet tal-partiċelli > 10 mm li jkun aktar minn 20 %.
— 
Kriterju: massimu ta' 25 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew
(b) 

Potenzjal tal-bijogass residwu:

— 
Definizzjoni: indikatur tal-gass rilaxxat minn diġestat f'perijodu ta' 28 jum u mkejjel fi tqabbil mas-solidi volatili li jinsabu fil-kampjun. It-test isir tliet darbiet, u r-riżultat medju jintuża biex juri l-konformità mal-kriterju. Is-solidi volatili huma dawk is-solidi f'kampjun ta' materjal li jintilfu meta s-solidi niexfa jitqabbdu f'550 °C.
— 
Kriterju: massimu ta' 0,25 l bijogass /g solidi volatili.

CMC 6: PRODOTTI SEKONDARJI TAL-INDUSTRIJA ALIMENTARI

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih materjal komponent li jikkonsisti f'waħda mis-sustanzi li ġejjin:

(a) 

ġir mill-fabbriki tal-industrija tal-ikel, jiġifieri materjal mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel miksub bil-karbonizzazzjoni ta' materja organika, li juża biss ġir maħruq minn sorsi naturali;

(b) 

melassi, jiġifieri prodott sekondarju viskuż tar-raffinar tal-kannamiela jew tal-pitravi taz-zokkor f'zokkor;

(c) 

vinassa, jiġifieri prodott sekondarju viskuż tal-proċess ta' fermentazzjoni tal-melassi f'etanol, aċidu askorbiku jew prodotti oħrajn;

(d) 

ħbub tad-distillerija, jiġifieri prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-produzzjoni ta' xorb alkoħoliku;

(e) 

pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti li jkunu għaddew minn trattament termali biss jew minn trattament termali b'żieda ma' metodi tal-ipproċessar imsemmija f'CMC 2; jew

(f) 

ġir minn produzzjoni tal-ilma tax-xorb, jiġifieri residwu li jiġi rilaxxat mill-produzzjoni tal-ilma tax-xorb minn ilma ta' taħt l-art jew ilma tas-superfiċje u jikkonsisti, prinċipalment, minn karbonat tal-kalċju.

▼M6

2. Is-sustanzi kollha inkorporati f’prodott fertilizzanti tal-UE, waħidhom jew f’taħlita, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fil-punt 2 f’CMC 1

▼B

CMC 7: MIKROORGANIŻMI

Prodott fertilizzanti tal-UE li jappartjeni għal PFC 6(A) jista' jkun fih mikroorganiżmi, inkluż mikroorganiżmi mejtin jew b'ċelloli vojta u elementi residwi li ma jagħmlux ħsara tal-materjal fejn ikunu ġew prodotti, li

— 
ma jkunu għaddew minn ebda proċess ieħor ħlief it-tnixxif jew il-lijofilizzazjoni u
— 
huma elenkati fit-tabella li ġejja:



Azotobacter spp.

Mycorrhizal fungi

Rhizobium spp.

Azospirillum spp.

CMC 8: POLIMERI NUTRIJENTI

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih polimeri li jkunu magħmulin esklużivament minn sustanzi monomeri li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-punti 1 u 2 ta' CMC 1, fejn l-għan tal-polimerizzazzjoni huwa l-kontroll tar-rilaxx tan-nutrijenti minn wieħed jew iktar mis-sustanza monomeri.

2. Mill-anqas 60 % tal-polimeri għandhom ikunu solubbli f'soluzzjoni mewwieta ta' fosfat b'pH ta' 7,5 f'100 °C.

3. Il-prodotti tad-degradazzjoni finali għandhom ikunu biss ammonjaka (NH3), ilma u diossidu tal-karbonju (CO2).

4. Il-polimeri ma għandux ikun fihom aktar minn 600 ppm ta' formaldeid liberu.

CMC 9: POLIMERI GĦAJR POLIMERI NUTRIJENTI

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih polimeri għajr polimeri nutrijenti fil-każijiet biss fejn l-iskop tal-polimeru huwa li:

(a) 

jikkontrolla l-penetrazzjoni tal-ilma fil-partiċelli tan-nutrijenti u b'hekk ir-rilaxx tan-nutrijenti (f'liema każ il-polimeru huwa magħruf bħala "aġent tal-kisi"),

(b) 

iżid il-kapaċità ta' ritenzjoni tal-ilma jew kapaċità ta' tixrib tal-prodott fertilizzanti tal-UE, jew

(c) 

jorbot il-materjal fi prodott fertilizzanti tal-UE li jappartjeni għal PFC 4.

2. Mis-16 ta’ Lulju 2026 il-polimeri msemmija fil-punt 1(a) u (b) għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-bijodegradabbiltà stabbiliti permezz ta' atti legali msemmija fl-Artikolu 42(6). Fin-nuqqas ta' tali kriterji, prodott fertilizzanti tal-UE li tqiegħed fis-suq wara dik id-data ma għandux ikun fih tali polimeri.

3. Għall-polimeri msemmija fil-punt 1(a) u (b), la l-polimeru bijodegradabbli, u lanqas il-prodotti sekondarji tad-degradazzjoni tiegħu, ma għandhom juru effett negattiv b'mod ġenerali fuq is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, jew fuq l-ambjent, taħt kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli ta' użu fil-prodott fertilizzanti tal-UE. Il-polimeru għandu jgħaddi b'suċċess test tat-tossiċità akuta għat-tkabbir tal-pjanti, test tat-tossiċità akuta għall-ħniex u test ta' inibizzjoni tan-nitrifikazzjoni bil-mikroorganiżmi tal-ħamrija kif ġej:

(a) 

Fit-test tat-tossiċità akuta għat-tkabbir tal-pjanti, ir-rata ta' ġerminazzjoni u l-bijomassa tal-pjanti tal-ispeċi tal-pjanta ttestjata mkabbra fil-ħamrija esposta għall-materjal tat-test għandha tkun iktar minn 90 % tar-rata ta' ġerminazzjoni u l-bijomassa tal-pjanta tal-istess speċi tal-pjanta mkabbra fuq ħamrija korrispondenti vojta li ma ġietx esposta għall-materjal tat-test.

Ir-riżultati għandhom jitqiesu li huma validi biss jekk fil-kontrolli (jiġifieri l-ħamrija vojta):

— 
it-tfaċċar ta' nibbiet jkun tal-inqas 70 %;
— 
in-nibbiet ma jurix effetti fitotossiċi viżibbli (eż. klorożi, nekrożi, dbiel, deformazzjonijiet tal-weraq u taz-zkuk) u l-pjanti jesibixxu biss varjazzjoni normali fit-tkabbir u fil-morfoloġija għal dik l-ispeċi partikolari;
— 
is-sopravivenza medja tan-nibbiet ta' kontroll li jitfaċċa tkun tal-inqas ta' 90 % għat-tul tal-istudju; u
— 
– il-kundizzjonijiet ambjentali għal speċi partikolari jkunu identiċi u l-materjali tat-tkabbir ikun fihom l-istess ammont ta' matriċi tal-ħamrija, materjal ta' sostenn, jew substrat mill-istess sors.
(b) 

Fit-test tat-tossiċità akuta għall-ħniex, il-mortalità osservata u l-bijomassa tal-ħniex li jibqgħu ħajjin fil-ħamrija esposta għall-materjal tat-test ma għandhomx ivarjaw b'aktar minn 10 % meta mqabbla ma' dawk mill-ħamrija korrispondenti vojta li ma ġietx esposta għall-materjal tat-test. Ir-riżultati għandhom jitqiesu validi jekk:

— 
il-perċentwal tal-mortalità osservat fil-kontroll (jiġifieri, ħamrija vojta) ikun inqas minn 10 %, u
— 
it-telf medju tal-bijomassa (piż medju) tal-ħniex fil-ħamrija vojta ma jkunx aktar minn 20 %.
(c) 

Fit-test ta' inibizzjoni tan-nitrifikazzjoni bil-mikroorganiżmi tal-ħamrija, il-formazzjoni tan-nitrit fil-ħamrija esposta għall-materjal tat-test għandha tkun aktar minn 90 % ta' dik mill-ħamrija vojta korrispondenti mhux esposta għall-materjal tat-test. Ir-riżultati għandhom jitqiesu validi jekk il-varjazzjoni bejn il-kampjuni ta' kontroll replikati (ħamrija vojta) u l-kampjuni tat-test tkun inqas minn 20 %.

CMC 10: PRODOTTI FIS-SENS TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1069/2009

Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 meta jilħaq il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura kif iddeterminat skont dak ir-Regolament, u li huma elenkati fit-tabella li ġejja u kif speċifikat fiha ( 11 ):

CMC 11: PRODOTTI SEKONDARJI FIS-SENS TAD-DIRETTIVA 2008/98/KE

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista' jkun fih prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE, ħlief ( 12 ):

(a) 

prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,

▼M1

(b) 

polimeri, għajr:

— 
polimeri li jkunu r-riżultat ta’ proċess ta’ polimerizzazzjoni li jkun seħħ fin-natura, indipendentement mill-proċess ta’ estrazzjoni li bih dawn ikunu ġew estratti, u li ma jkunux ġew immodifikati b’mod kimiku fis-sens tal-Artikolu 3(40) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,
— 
polimeri bijodegradabbli, jew
— 
polimeri b’solubbiltà fl-ilma ogħla minn 2 g/L fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
— 
temperatura ta’ 200 C
— 
pH 7
— 
tagħbija: 10 g/1 000 mL
— 
żmien tat-test: 24 siegħa,

▼B

(c) 

kompost, ►M2  ————— ◄

(d) 

diġestat,

▼M2

(e) 

imlieħ tal-fosfat preċipitati jew derivati, li jiġu rkuprati mill-iskart jew li huma prodotti sekondarji skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE,

▼M3

(f) 

materjali tal-ossidazzjoni termali jew id-derivati tagħhom, li jiġu rkuprati mill-iskart jew li huma prodotti sekondarji skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE, ►M5  ————— ◄

▼M4

(g) 

materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni, li jiġu rkuprati mill-iskart jew li huma prodotti sekondarji skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE. ►M5  , jew ◄

▼M5

(h) 

l-imluħa tal-ammonju, l-imluħa tas-sulfat, l-imluħa tal-fosfat, il-kubrit elementali, il-karbonat tal-kalċju jew l-ossidu tal-kalċju, li jiġu rkuprati mill-iskart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.

▼M6

2. Il-prodotti sekondarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 tas-CMC 1.

▼B

3. Mis-16 ta’ Lulju 2022, il-prodotti sekondarji għandhom ikunu konformi mal-kriterji stabbiliti permezz ta' atti legali msemmija fl-Artikolu 42(7). Prodott fertilizzanti tal-UE li tqiegħdu fis-suq wara dik id-data ma għandux ikun fihom prodotti sekondarji msemmija fil-punt 1 li ma jkunux konformi ma' tali kriterji.

▼M2

CMC 12: IMLIEĦ TAL-FOSFAT PREĊIPITATI U D-DERIVATI TAGĦHOM

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih imlieħ tal-fosfat preċipitati miksuba permezz tal-preċipitazzjoni esklużivament minn wieħed jew aktar mill-materjali ta’ input li ġejjin:

(a) 

ilmijiet mormija u ħama tad-drenaġġ minn impjanti tat-trattament tal-ilma muniċipali, għajr il-prodotti sekondarji mill-annimali jew il-prodotti derivati fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b) 

ilmijiet mormija u ħama mill-ipproċessar tal-ikel, ix-xorb, l-għalf tal-annimali, jew il-prodotti tal-ħalib, għajr il-prodotti sekondarji mill-annimali jew il-prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, sakemm il-passi tal-ipproċessar ma kinux jinvolvu l-kuntatt ma prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) għajr dawk definiti bħala tip ta’ prodott 4 tal-grupp prinċipali 1 tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament;

(c) 

bijoskart skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors, għajr il-prodotti sekondarji mill-annimali jew il-prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(d) 

residwi tal-ipproċessar skont it-tifsira tal-punt (t) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) mill-produzzjoni tal-bijoetanol u l-bijodiżil derivati mill-materjali msemmija f’dan il-punt, fis-subpunti (b), (c) u (e);

(e) 

organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux ipproċessati jew li jkunu pproċessati biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, bit-taħlil fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklużivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, għajr ( 15 ):

— 
materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat,
— 
ħama tad-drenaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil,
— 
prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(f) 

sustanzi u taħlitiet, għajr (15) :

— 
dawk imsemmija fis-subpunti (a) sa (e),
— 
skart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE,
— 
sustanzi jew taħlitiet li ma baqgħux skart fi Stat Membru wieħed jew aktar bis-saħħa tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE,
— 
sustanzi ffurmati minn prekursuri li ma baqgħux skart fi Stat Membru wieħed jew aktar bis-saħħa tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew taħlitiet li fihom tali sustanzi,
— 
polimeri mhux bijodegradabbli,
— 
prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Barra minn hekk, l-imlieħ tal-fosfat preċipitati għandhom jinkisbu permezz tal-preċipitazzjoni minn kwalunkwe materjali ta’ input imsemmi fis-subpunti (a) sa (f), jew kombinazzjoni tagħhom, ipproċessati b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, bil-frazzjonament solidu-likwidu bl-użu ta’ polimeri bijodegradabbli, bit-taħlil fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklużivament biex jitneħħa l-ilma, bl-idroliżi termali, bid-diġestjoni anaerobika jew il-kompostjar. It-temperatura għal tali proċessi ma għandhiex tittella’ aktar minn 275 °C.

2. Il-proċess ta’ preċipitazzjoni għandu jseħħ f’kundizzjonijiet ikkontrollati f’reattur. Barra minn hekk, għandhom jintużaw biss materjali ta’ input li ma jkunux ikkontaminati bi flussi ta’ materjali oħra, jew materjali ta’ input, għajr prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li ġew ikkontaminati mhux intenzjonalment bi flussi oħra ta’ materjal f’inċident ta’ darba li rriżulta biss fi traċċi ta’ komposti eżoġeni.

Fl-impjant fejn isseħħ il-preċipitazzjoni, il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali tal-input u tal-output għandhom jiġu evitati wara l-proċess ta’ preċipitazzjoni, inkluż matul il-ħażna.

3. L-imlieħ tal-fosfat preċipitati għandu jkun fihom:

(a) 

kontenut minimu ta’ pentossidu tal-fosforu (P2O5) ta’ 16 % tal-kontenut ta’ materja niexfa;

(b) 

kontenut massimu ta’ karbonju organiku (Corg) ta’ 3 % tal-kontenut ta’ materja niexfa;

(c) 

mhux aktar minn 3 g/kg ta’ materja niexfa ta’ impuritajiet makroskopiċi akbar minn 2 mm fi kwalunkwe waħda minn dawn il-forom: materja organika, ħġieġ, ġebel, metall u plastik;

(d) 

mhux aktar minn 5 g/kg ta’ materja niexfa tas-somma ta’ impuritajiet makroskopiċi msemmija fis-subpunt (c).

4. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih derivati minn imlieħ tal-fosfat preċipitati prodotti permezz ta’ pass ta’ manifattura kimika wieħed jew aktar li permezz tagħhom l-imlieħ tal-fosfat preċipitati jirreaġixxu mal-materjali msemmija fis-subpunt 1(f) li jiġu kkunsmati fl-ipproċessar kimiku jew li jintużaw għalih.

Il-proċess ta’ manifattura tad-derivati għandu jitwettaq sabiex tiġi modifikata intenzjonalment il-kompożizzjoni kimika tal-imlieħ tal-fosfat preċipitati.

5. L-imlieħ tal-fosfat preċipitati użati għad-derivati għandha tikkonforma mal-punti 1, 2 u 3.

6. Minkejja l-punt 1, prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih imlieħ tal-fosfat preċipitati miksuba permezz tal-preċipitazzjoni minn materjali tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3 jew prodotti dderivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) ta’ dak ir-Regolament, waħedhom jew imħalltin mal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b) 

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti 2 u 3.

Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih ukoll derivati minn tali mlieħ tal-fosfat preċipitati, miksuba f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4.

7. L-impjant fejn isseħħ il-preċipitazzjoni, il-linji tal-produzzjoni għall-ipproċessar tal-materjali ta’ input permessi għall-imlieħ tal-fosfat preċipitati u d-derivati tagħhom imsemmija fil-punti 1, 4 u 6 għandhom ikunu separati b’mod ċar mil-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar ta’ materjali oħra ta’ input.

8. Meta fl-Anness I ma jkunx hemm rekwiżiti dwar is-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae għall-PFC ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih jew li jikkonsisti fi mlieħ tal-fosfat preċipitati jew derivati tagħhom jew it-tnejn li huma, dawk il-patoġeni ma għandhomx jaqbżu l-limiti stabbiliti fit-tabella li jmiss:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f’25 g jew f’25 ml

Escherichia coli

jew

Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f’1 g jew f’1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta’ kampjuni li għandhom jiġu ttestjati,

c

=

għadd ta’ kampjuni fejn l-għadd ta’ batterji espress f’CFU jkun bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta’ batterji espress f’CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji espress f’CFU.

9. Patoġeni fi prodott fertilizzanti tal-UE li fih jew jikkonsisti fi mlieħ tal-fosfat preċipitati miksuba mill-materjali msemmija fis-subpunt 1(a) jew derivati minn tali mlieħ tal-fosfat preċipitati jew it-tnejn li huma ma għandhomx jaqbżu l-limiti stabbiliti fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet ta’ teħid ta’ kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Clostridium perfringens

5

5

0

100 CFU f’1 g jew 1 ml

Bajd vijabbli ta’ Ascaris sp.

5

0

0

Nuqqas f’25 g jew f’25 ml

Fejn:

n

=

għadd ta’ kampjuni li għandhom jiġu ttestjati,

c

=

għadd ta’ kampjuni fejn l-għadd ta’ batterji espress f’CFU jkun bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta’ batterji espress f’CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji espress f’CFU.

10. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (8) u (9), kif ukoll ir-rekwiżiti għas-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae stipulati fil-PFC korrispondenti ta’ prodott fertilizzanti tal-UE jikkonsistu biss f’imlieħ tal-fosfat preċipitati jew id-derivati tagħhom jew it-tnejn li huma, ma għandhomx japplikaw meta dawk l-imlieħ tal-fosfat preċipitati jew il-materjali ta’ input bijoġeniċi kollha użati fil-proċess tal-preċipitazzjoni jkunu għaddew minn wieħed mill-proċessi li ġejjin:

(a) 

sterilizzazzjoni bil-pressjoni permezz tat-tisħin għal temperatura fil-qalba ta’ aktar minn 133 °C għal mill-inqas 20 minuta fi pressjoni assoluta ta’ mill-inqas 3 bars, fejn il-pressjoni għandha tiġi prodotta bl-evakwazzjoni tal-arja kollha fil-kompartiment ta’ sterilizzazzjoni u bis-sostituzzjoni tal-arja bil-fwar (“fwar saturat”);

(b) 

l-ipproċessar f’unità ta’ pasturizzazzjoni jew iġjenizzazzjoni li tilħaq temperatura ta’ 70 °C għal mill-inqas siegħa.

11. L-imlieħ tal-fosfat preċipitati miksuba mill-materjali msemmija fis-subpunt 1(a) u d-derivati miksuba minn tali mlieħ tal-fosfat preċipitati ma għandhomx ikollhom aktar minn 6 mg/kg ta’ materja niexfa ta’ PAH16 ( 16 )

12. Is-somma tal-aluminju (Al) u l-ħadid (Fe) fl-imlieħ tal-fosfat preċipitati jew id-derivati tagħhom ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-materja niexfa tal-imlieħ tal-fosfat preċipitati jew id-derivati tagħhom.

▼M6

13. L-imlieħ tal-fosfat preċipitat jew id-derivati tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 ta’ CMC 1.

▼M2

14. Għall-finijiet tal-punti 3, 11 u 12, il-materja niexfa tal-imlieħ tal-fosfat preċipitati u d-derivati tagħhom għandha titkejjel bl-użu ta’ tnixxif bil-vakwu f’temperatura ta’ 40 °C sakemm jintlaħaq piż kostanti biex jiġi evitat it-telf tal-ilma tal-kristallizzazzjoni.

▼M3

CMC 13: MATERJALI TAL-OSSIDAZZJONI TERMALI JEW ID-DERIVATI TAGĦHOM

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih materjali tal-ossidazzjoni termali miksuba permezz ta’ konverżjoni termokimika f’kundizzjonijiet li ma jillimitawx l-ossiġenu esklużivament minn wieħed jew aktar mill-materjali ta’ input li ġejjin:

(a) 

organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux ipproċessati jew li jkunu pproċessati biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, bit-taħlil fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklużivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, għajr ( 17 ):

— 
materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat,
— 
ħama tad-drenaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil, u
— 
prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(b) 

skart veġetali mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel u skart veġetali fibruż mill-produzzjoni tal-polpa verġni u mill-produzzjoni tal-karta mill-polpa verġni, jekk ma tkunx modifikata kimikament;

(c) 

frazzjoni tal-bijoskart li tirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament sussegwenti tal-bijoskart miġbur b’mod separat għar-riċiklaġġ skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE, li għalih l-inċinerazzjoni tagħti l-aqwa eżitu ambjentali skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva għajr il-prodotti sekondarji mill-annimali jew il-prodott derivat li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(d) 

materjali li jirriżultaw minn proċess ta’ konverżjoni mikrobika jew termokimika li juża esklużivament il-materjali ta’ input imsemmija fis-subpunti (a), (b), u (c);

(e) 

ħama tad-drenaġġ minn impjanti tat-trattament tal-ilma muniċipali, għajr il-prodotti sekondarji mill-annimali jew il-prodotti derivati fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(f) 

materjali mit-trattament tal-ilma mormi operat b’mod indipendenti mhux koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE ( 18 ) mill-industriji tal-ipproċessar tal-ikel, tal-ikel għall-annimali domestiċi, tal-għalf, tal-ħalib u tax-xorb, għajr il-prodotti sekondarji mill-annimali jew il-prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(g) 

skart skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE bl-eċċezzjoni (17)  ta’:

— 
materjali ta’ input imsemmija fis-subpunti (a) sa (f),
— 
skart perikoluż skont it-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE,
— 
materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat,
— 
bijoskart fi ħdan it-tifsira tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors, u
— 
prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(h) 

karburanti awżiljarji (gass naturali, gass likwifikat, kondensat tal-gass naturali, gassijiet tal-proċess u komponenti tagħhom, żejt mhux maħdum, faħam, kokk kif ukoll il-materjali derivati tagħhom), meta jintużaw għall-ipproċessar tal-materjali ta’ input imsemmija fis-subpunti (a) sa (g);

(i) 

sustanzi li jintużaw fil-proċessi ta’ produzzjoni tal-ħadid u l-azzar; jew

(j) 

sustanzi u taħlitiet, bl-eċċezzjoni (17)  ta’:

— 
materjali ta’ input imsemmija fis-subpunti (a) sa (i),
— 
skart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE,
— 
sustanzi jew taħlitiet li ma baqgħux skart fi Stat Membru wieħed jew aktar bis-saħħa tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE,
— 
sustanzi ffurmati minn prekursuri li ma baqgħux skart fi Stat Membru wieħed jew aktar bis-saħħa tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew taħlitiet li fihom tali sustanzi, u
— 
prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2. Minkejja l-punt 1, prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih materjali tal-ossidazzjoni termali miksuba permezz tal-konverżjoni termokimika f’kundizzjonijiet li ma jillimitawx l-ossiġenu minn materjali tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3 jew prodotti dderivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) ta’ dak ir-Regolament, waħedhom jew imħalltin mal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b) 

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti 3, 4 u 5.

3. L-ossidazzjoni termali għandha sseħħ f’kundizzjonijiet li ma jillimitawx l-ossiġenu b’tali mod li l-gass li jirriżulta mill-konverżjoni termokimika jittella’, wara l-aħħar injezzjoni ta’ arja tal-kombustjoni, b’mod kontrollat u omoġenju u anke taħt l-iżjed kondizzjonijiet sfavorevoli, għal temperatura ta’ mill-inqas 850 °C għal mill-inqas żewġ sekondi. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-materjali ta’ input kollha, bl-eżenzjoni ta’:

(a) 

l-materjali ta’ input msemmija fil-punti 1(a), (b) u (h), jew li jirriżultaw minn proċess ta’ konverżjoni mikrobika jew termokimika kkontrollata li juża esklużivament dak il-materjali, u

(b) 

materjali ta’ input imsemmija fil-punt 2,

li għalihom għandha tapplika temperatura ta’ mill-inqas 450 °C għal mill-inqas 0,2 sekondi;

4. L-ossidazzjoni termali għandha sseħħ f’kompartiment tal-inċinerazzjoni jew tal-kombustjoni. Il-kompartiment jista’ jipproċessa biss materjali ta’ input li ma jkunux ikkontaminati bi flussi ta’ materjali oħra, jew materjali ta’ input, għajr prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li ġew ikkontaminati mhux intenzjonalment bi flussi oħra ta’ materjal f’inċident ta’ darba li rriżulta biss fi traċċi ta’ komposti eżoġeni.

Il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha għandhom jiġu ssodisfati fl-impjant fejn isseħħ l-ossidazzjoni termali:

(a) 

il-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar tal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1 u 2 għandhom ikunu separati b’mod ċar mil-linji ta’ produzzjoni ta’ materjali ta’ input oħra,

(b) 

il-materjal ta’ input għandu jiġi ossidizzat b’tali mod li l-kontenut totali tal-karbonju organiku (Corg) tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ li jirriżultaw ikun inqas minn 3 % f’materja niexfa tal-materjal,

(c) 

il-kuntatt fiżiku bejn il-materjali ta’ input u ta’ output għandu jiġi evitat wara l-proċess ta’ konverżjoni termokimika, inkluż waqt il-ħażna.

5. Il-materjali tal-ossidazzjoni termali għandhom ikunu rmied jew gagazza, u ma għandhomx ikollhom aktar minn:

(a) 

6 mg/kg ta’ materja niexfa ta’ PAH16 ( 19 ),

(b) 

20 ng ta’ ekwivalenti tat-tossiċità tad-WHO ( 20 ) ta’ PCDD/F ( 21 )/kg ta’ materja niexfa.

6. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih derivati minn materjali tal-ossidazzjoni termali li jkunu ġew prodotti mill-materjali ta’ input imsemmija fil-punti 1 u 2 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punt 5 u li jkunu ġew immanifatturati minn proċess ta’ konverżjoni termokimika f’konformità mal-punti 3 u 4.

Il-proċess ta’ manifattura tad-derivati għandu jitwettaq sabiex tiġi modifikata intenzjonalment il-kompożizzjoni kimika tal-materjali tal-ossidazzjoni termali.

Il-proċess ta’ manifattura tad-derivati għandu jkun tat-tip li ġej:

(a) 

il-manifattura tas-sustanzi kimiċi: id-derivati jiġu prodotti permezz ta’ pass wieħed jew aktar tal-manifattura kimika li permezz tagħhom il-materjali ta’ ossidazzjoni termali jirreaġixxu mal-materjali ta’ input imsemmija fis-subpunt 1(j) li jiġu kkunsmati fl-ipproċessar kimiku jew li jintużaw għalih filwaqt li ma għandhomx jintużaw polimeri mhux bijodegradabbli;

(b) 

il-manifattura termokimika: id-derivati li jiġu prodotti permezz ta’ pass wieħed jew aktar tal-manifattura li permezz tagħhom il-materjali ta’ ossidazzjoni termali jirreaġixxu termokimikament mas-sustanzi reattivi msemmija fil-punti 1 u 2 li jiġu kkunsmati fl-ipproċessar kimiku jew li jintużaw għalih.

Il-materjali tal-ossidazzjoni termali li juru karatteristika perikoluża waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE ma għandhomx jitħalltu jew jagħmlu reazzjoni, ma’ skart, sustanzi jew materjali bl-intenzjoni li jitnaqqsu s-sustanzi perikolużi għal livelli taħt il-valuri ta’ limitu għall-proprjetà perikoluża kif stabbilit fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. Bl-użu ta’ approċċ ta’ bilanċ tal-massa, il-manifatturi li jużaw materjali ta’ ossidazzjoni termali bi proprjetajiet perikolużi jridu juru t-tneħħija jew it-trasformazzjoni tal-kontaminanti f’livelli taħt il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE.

7. Il-kontaminanti fi prodott fertilizzant tal-UE jew li jikkonsistu minn materjali tal-ossidazzjoni termali jew id-derivati tagħhom ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu li ġejjin:

(a) 

kromu totali (Cr): 400 mg/kg materja niexfa, jekk il-materjali tal-ossidazzjoni termali jew id-derivati tagħhom ikunu mill-materjali ta’ input imsemmija fis-subpunti 1(e), (g) jew (i);

(b) 

tallju (Tl): 2 mg/kg materja niexfa, jekk il-materjali tal-ossidazzjoni termali jew id-derivati tagħhom ikunu mill-materjali ta’ input imsemmija fis-subpunti 1(e), (g), (h) jew (i);

Il-kontenut tal-kloru (Cl-) ma għandux ikun ogħla minn 30 g/kg ta’ materja niexfa. Madankollu, dan il-valur limitu ma għandux japplika għall-prodotti fertilizzanti tal-UE prodotti permezz ta’ proċess ta’ manifattura fejn ikun ġie miżjud kompost li jkun fih il-Cl- bl-intenzjoni li jiġu prodotti mlieħ tal-metall alkalin jew imlieħ tal-metall alkalin tal-art, u li jkun iddikjarat f’konformità mal-Anness III;

Il-kontenut tal-vanadju (V) ma għandux ikun ogħla minn 600 mg/kg ta’ materja niexfa, jekk il-materjali tal-ossidazzjoni termali jew id-derivati tagħhom ikunu mill-materjali ta’ input imsemmija fis-subpunti 1(g) jew (i).

▼M6

8. Il-materjali tal-ossidazzjoni termali jew id-derivati tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 ta’ CMC 1.

▼M4

CMC 14: MATERJALI TA’ PIROLIŻI U TA’ GASSIFIKAZZJONI

1. Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih materjali ta’ piroliżi jew ta’ gassifikazzjoni miksuba permezz ta’ konverżjoni termokimika f’kundizzjonijiet li ma jillimitawx l-ossiġenu esklużivament minn wieħed jew aktar mill-materjali ta’ input li ġejjin:

(a) 

organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux ipproċessati jew li jkunu pproċessati biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, bit-taħlil fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklużivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, għajr ( 22 ):

— 
materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat,
— 
ħama tad-drenaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil, u
— 
prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(b) 

skart veġetali mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel u skart veġetali fibruż mill-produzzjoni tal-polpa verġni u mill-produzzjoni tal-karta mill-polpa verġni, jekk ma tkunx modifikata kimikament;

(c) 

residwi tal-ipproċessar skont it-tifsira tal-punt (t) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/28/KE mill-produzzjoni tal-bijoetanol u l-bijodiżil derivati mill-materjali msemmija fis-subpunti (a), (b) u (d);

(d) 

bijoskart skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors, għajr il-prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew

(e) 

addittivi tal-piroliżi jew tal-gassifikazzjoni li huma meħtieġa biex itejbu l-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess tal-piroliżi jew tal-gassifikazzjoni, dment li dawk l-addittivi jiġu kkunsmati fl-ipproċessar kimiku jew jintużaw għal tali pproċessar u li l-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma taqbiżx il-25 % tal-materja friska tal-materjal totali ta’ input, bl-eċċezzjoni (22)  ta’:

— 
materjali ta’ input imsemmija fis-subpunti (a) sa (d),
— 
skart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE,
— 
sustanzi jew taħlitiet li ma baqgħux skart fi Stat Membru wieħed jew aktar bis-saħħa tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE,
— 
sustanzi ffurmati minn prekursuri li ma baqgħux skart fi Stat Membru wieħed jew aktar bis-saħħa tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew taħlitiet li fihom tali sustanzi,
— 
polimeri mhux bijodegradabbli, u
— 
prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih materjali ta’ piroliżi jew ta’ gassifikazzjoni miksuba permezz ta’ konverżjoni termokimika f’kundizzjonijiet li jillimitaw l-ossiġenu ta’ kwalunkwe materjali ta’ input imsemmi fis-subpunti (a) sa (e), jew kombinazzjoni tagħhom, ipproċessati b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, bil-frazzjonament solidu-likwidu bl-użu ta’ polimeri bijodegradabbli, bit-taħlil fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklużivament biex jitneħħa l-ilma, bl-idroliżi termali, bil-kompostjar jew bid-diġestjoni anaerobika.

2. Il-proċess tal-konverżjoni termokimika għandu jseħħ f’kundizzjonijiet li jillimitaw l-ossiġenu b’tali mod li tintlaħaq temperatura ta’ mill-inqas 180 °C għal mill-inqas żewġ sekondi fir-reattur.

Ir-reattur tal-piroliżi jew tal-gassifikazzjoni jista’ jipproċessa biss materjali ta’ input li ma jkunux ikkontaminati bi flussi ta’ materjali oħra, jew materjali ta’ input, għajr prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li ġew ikkontaminati mhux intenzjonalment bi flussi oħra ta’ materjal f’inċident ta’ darba li rriżulta biss fi traċċi ta’ komposti eżoġeni.

Fl-impjant fejn iseħħu l-piroliżi jew il-gassifikazzjoni, il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali tal-input u tal-output għandhom jiġu evitati wara l-proċess termokimiku, inkluż matul il-ħażna.

3. Il-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni għandu jkollhom proporzjon molari tal-idroġenu (H) mal-karbonju organiku (H/Corg) ta’ inqas minn 0,7, bi twettiq tal-ittestjar fi frazzjoni niexfa u mingħajr irmied għall-materjali li għandhom kontenut ta’ karbonju organiku (Corg) ta’ inqas minn 50 %. Dawn m’għandux ikollhom aktar minn:

(a) 

6 mg/kg ta’ materja niexfa ta’ PAH16 ( 23 ),

(b) 

20 ng ta’ ekwivalenti tat-tossiċità tad-WHO ( 24 ) ta’ PCDD/F ( 25 )/kg ta’ materja niexfa,

▼M6 —————

▼M4

4. Minkejja l-punt 1, prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih materjali ta’ piroliżi jew gassifikazzjoni miksuba permezz tal-konverżjoni termokimika f’kundizzjonijiet li ma jillimitawx l-ossiġenu minn materjali tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3 jew prodotti dderivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) ta’ dak ir-Regolament, waħedhom jew imħalltin mal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b) 

jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti 2 u 3.

5. F’impjant fejn iseħħu l-piroliżi jew il-gassifikazzjoni, il-linji ta’ produzzjoni għall-ipproċessar tal-materjali ta’ input imsemmija fil-punt 1 u 4 għandhom ikunu separati b’mod ċar mil-linji ta’ produzzjoni ta’ materjali ta’ input oħra.

6. Fi prodott fertilizzanti tal-UE li fih jew li jikkonsisti minn materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni:

(a) 

il-kontenut tal-kloru (Cl-) ma għandux ikun ogħla minn 30 g/kg tal-materja niexfa u

(b) 

il-kontenut tat-tallju (Tl) ma għandux ikun ogħla minn 2 mg/kg tal-materja niexfa, f’każ li jkunu ġew applikati aktar minn 5 % tal-addittivi ta’ piroliżi jew ta’ gassifikazzjoni b’rabta mal-piż frisk tal-materjal ta’ input totali.

▼M6

7. Il-materjali tal-piroliżi u tal-gassifikazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 ta’ CMC 1.

▼M5

CMC 15: MATERJALI TA’ PURITÀ GĦOLJA RKUPRATI

(1) Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih materjal ta’ purità għolja rkuprat, li huwa melħ tal-ammonju, melħ tas-sulfat, melħ tal-fosfat, kubrit elementali, karbonat tal-kalċju jew ossidu tal-kalċju, jew taħlitiet tagħhom, ta’ purità ta’ mill-inqas 95 % ta’ materja niexfa tal-materjal.

(2) Il-materjal ta’ purità għolja għandu jiġi rkuprat minn skart iġġenerat minn:

(a) 

proċess ta’ produzzjoni li bħala materjali ta’ input juża sustanzi u taħlitiet għajr prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati mill-annimali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 ( 26 ), jew

(b) 

proċess ta’ purifikazzjoni tal-gass jew ta’ kontroll tal-emissjonijiet iddisinjat biex ineħħi n-nutrijenti mill-effluwenti gassużi derivati minn wieħed jew aktar mill-materjali u mill-faċilitajiet tal-input li ġejjin:

(i) 

sustanzi u taħlitiet, għajr skart perikoluż skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(ii) 

pjanti jew partijiet ta’ pjanti;

(iii) 

bijoskart skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors;

(iv) 

ilmijiet mormija urbani u domestiċi skont it-tifsira tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2, rispettivament, tad-Direttiva 91/271/KEE ( 27 );

(v) 

ħama skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 86/278/KEE ( 28 ), li ma għandha l-ebda karatteristika perikoluża elenkata fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE;

(vi) 

skart skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 3, tad-Direttiva 2008/98/KE, u karburanti mdaħħla f’impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart kif definit fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 ) u operat skont il-kundizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva, bil-kundizzjoni li dawn l-inputs ma juru l-ebda proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE;

(vii) 

Materjali tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, dment li l-effluwenti gassużi jkunu derivati minn proċess ta’ kompostjar jew diġestjoni f’konformità mas-CMCs 3 u 5, rispettivament, fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(viii) 

demel skont it-tifsira tal-punt 20 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew prodotti derivati minnu; jew

(ix) 

stalel għall-bhejjem.

Il-materjali ta’ input imsemmija fil-punti (i) sa (vi) ma għandux ikun fihom prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(3) Il-materjal ta’ purità għolja għandu jkollu kontenut ta’ karbonju organiku (Corg) ta’ mhux aktar minn 0,5 % ta’ materja niexfa tal-materjal.

(4) Il-materjal ta’ purità għolja ma għandux ikun fih aktar minn:

(a) 

6 mg/kg materja niexfa ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH16) ( 30 );

(b) 

20 ng ekwivalenti ta’ tossiċità tad-WHO ( 31 )/kg materja niexfa tad-dibenżo-para-diossini poliklorinati u tad-dibenżofurani (PCDD/PCDF) ( 32 ).

(5) Prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih jew li jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja ma għandux ikun fih aktar minn:

(a) 

400 mg/kg materja niexfa tal-kromu (Cr) totali; kif ukoll

(b) 

2 mg/kg materja niexfa tat-tallju (Tl).

(6) Meta il-konformità ma’ rekwiżit partikolari stabbilit fil-punti 4 u 5 (bħan-nuqqas ta’ kontaminant partikolari) issegwi b’mod ċert u li ma jistax jiġi kontestat min-natura jew il-proċess ta’ rkupru tal-materjal ta’ purità għolja jew il-proċess ta’ manifattura ta’ prodott fertilizzanti tal-UE, dik il-konformità tista’ tiġi preżunta fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità mingħajr verifika (bħall-ittestjar), taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.

(7) Meta għall-kategorija tal-funzjoni tal-prodott ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih jew li jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-punt 2(b) ma jkun ġie stipulat l-ebda rekwiżit rigward is-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae fl-Anness I, dawk il-patoġeni fil-prodott fertilizzanti tal-UE ma għandhomx jaqbżu l-limiti stipulati fit-tabella li ġejja:



Mikroorganiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f’25 g jew f’25 ml

Escherichia coli

jew

Enterococcaceae

5

5

0

1 000 f’1 g jew f’1 ml

Fejn:

n

=

għadd ta’ kampjuni għall-ittestjar,

c

=

għadd ta’ kampjuni fejn l-għadd ta’ batterji espress f’unitajiet li jifformaw kolonja (CFU) hu bejn m u M,

m

=

il-valur limitu għall-għadd ta’ batterji espress f’CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti,

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji espress f’CFU.

(8) Il-konformità ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li fih jew li jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-punt 2 (b) mar-rekwiżiti fil-punt (7), jew mar-rekwiżiti għas-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae stipulati fl-Anness I għall-PFC korrispondenti tal-prodott fertilizzanti tal-UE għandha tiġi vverifikata permezz ta’ ttestjar, f’konformità mal-punt 5.1.3.1 fil-Modulu D1 — assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni fil-Parti II tal-Anness IV.

Ir-rekwiżiti fil-punt (7) u r-rekwiżiti għas-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae stipulati fl-Anness I għall-PFC korrispondenti ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li jikkonsisti biss minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-punt 2(b) ma għandhomx japplikaw, meta l-materjali ta’ purità għolja jew il-materjali ta’ input bijoġeniċi kollha użati jkunu għaddew minn wieħed mill-proċessi li ġejjin:

(a) 

sterilizzazzjoni bil-pressjoni permezz tat-tisħin għal temperatura fil-qalba ta’ aktar minn 133 °C għal mill-inqas 20 minuta fi pressjoni assoluta ta’ mill-inqas 3 bars, fejn il-pressjoni għandha tiġi prodotta bl-evakwazzjoni tal-arja kollha fil-kompartiment ta’ sterilizzazzjoni u bis-sostituzzjoni tal-arja bil-fwar (“fwar saturat”);

(b) 

l-ipproċessar f’unità ta’ pasturizzazzjoni jew iġjenizzazzjoni li tilħaq temperatura ta’ 70 °C għal mill-inqas siegħa.

Ir-rekwiżiti fil-punt (7) u r-rekwiżiti għas-Salmonella spp., l-Escherichia coli jew l-Enterococcaceae stipulati fl-Anness I għall-PFC korrispondenti ta’ prodott fertilizzanti tal-UE li jikkonsisti biss minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-punt 2(b) ma għandhomx japplikaw, meta l-effluwenti gassużi jirriżultaw minn proċess ta’ inċinerazzjoni kif definit fid-Direttiva 2010/75/UE.

(9) Materjali ta’ purità għolja li jinħażnu b’mod li ma jipproteġihomx kontra l-preċipitazzjoni u d-dawl tax-xemx dirett jistgħu jiżdiedu ma’ prodott fertilizzanti tal-UE biss jekk ikunu ġew manifatturati sa massimu ta’ 36 xahar qabel l-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għall-prodott fertilizzanti rispettiv tal-UE.

▼M6

10. Il-materjal ta’ purità għolja għandu jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 2 ta’ CMC 1.

▼B




ANNESS III

Rekwiżiti tat-tikkettar

Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti tat-tikkettar għall-prodotti fertilizzanti tal-UE. Ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti II u fil-Parti III ta' dan l-Anness għal PFC partikolari, kif inhu speċifikat fl-Anness I, japplikaw għall-prodotti fertilizzanti tal-UE fis-sottokategoriji kollha ta' dik il-PFC.

PARTI I

REKWIŻITI TAT-TIKKETTAR ĠENERALI

1. Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

għall-prodotti fertilizzanti tal-UE f'PFC 1 sa PFC 6, id-deżinjazzjoni kif indikata fil-Parti I tal-Anness I tal-PFC li tikkorrispondi għall-funzjoni ddikjarata tal-prodott;

(b) 

għall-prodotti fertilizzanti tal-UE f'PFC 7, id-deżinjazzjonijiet kif indikat fil-Parti I tal-Anness I tal-PFCs kollha korrispondenti għall-funzjonijiet iddikjarati tal-prodotti fertilizzanti tal-UE komponenti;

(c) 

il-kwantità tal-prodott fertilizzanti tal-UE, indikata skont il-massa jew skont il-volum;

(d) 

struzzjonijiet għall-użu maħsub, inkluż ir-rata, iż-żmien u l-frekwenza għall-applikazzjoni, u l-pjanti jew faqqiegħ fil-mira;

(e) 

kundizzjonijiet ta' ħażna rakkomandati;

(f) 

għal prodotti li fihom polimeru li jappartjeni għal CMC 9 fil-Parti II tal-Anness II, il-perijodu taż-żmien wara l-użu li matulu qed jiġi kkontrollat ir-rilaxx tan-nutrijenti jew qed tiżdied il-kapaċità tar-ritenzjoni tal-ilma (il-"perijodu ta' funzjonalità"), li ma għandux ikun itwal mill-perijodu ta' bejn żewġ applikazzjonijiet skont l-istruzzjonijiet tal-użu msemmija fil-punt (d);

(g) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar miżuri rakkomandati għall-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent; u

▼M1

(h) 

lista tal-ingredjenti kollha ta’ aktar minn 5 % skont il-piż jew il-volum tal-prodott, jew fil-każ tal-prodotti f’forma likwida skont il-piż niexef, f’ordni dekrexxenti ta’ kobor, inkluż id-deżinjazzjonijiet tas-CMCs rilevanti kif imsemmi fil-Parti I tal-Anness II għal dan ir-Regolament. Meta l-ingredjent ikun sustanza jew taħlita, dan għandu jiġi identifikat f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Is-sustanzi li jseħħu fin-natura jistgħu jiġu identifikati mill-ismijiet tal-minerali tagħhom.

▼B

2. Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkollu funzjonijiet deskritti fi tnejn jew aktar PFCs stabbiliti fl-Anness I, huma biss dawk il-funzjonijiet li għalihom il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun ġie soġġett għal valutazzjoni tal-konformità b'suċċess skont dan ir-Regolament li jistgħu jiġu ddikjarati bl-użu tad-deżinjazzjonijiet tal-PFC korrispondenti kif indikat fil-Parti I tal-Anness I.

▼M1

3. Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkollu fih materjal komponent li, kieku tqiegħed fis-suq bħala ikel jew għalf, kien ikun soġġett għal limiti massimi ta’ residwi stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 33 ), għal livelli massimi ta’ residwi stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 34 ), jew għal livelli massimi stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 ( 35 ) jew id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 36 ), u dak il-materjal komponent ikollu fih sustanza li taqbeż il-valur(i) limitu korrispondenti (jew wieħed minnhom), għandha tiġi indikata l-konċentrazzjoni massima ta’ dik is-sustanza fil-prodott fertilizzanti tal-UE, flimkien ma’ twissija li l-prodott fertilizzanti tal-UE ma jridx jintuża b’tali mod li jirriskja li jwassal għall-qbiż ta’ dak il-limitu fl-ikel jew fl-għalf.;

▼B

4. Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għajr id-demel, l-istruzzjoni li ġejja għandha tingħata fuq it-tikketta: Annimali tar-razzett ma għandhomx jintemgħu, la direttament u lanqas billi jirgħu, b'ħaxix mill-art li fuqu jkun ġie applikat il-prodott sakemm il-qtugħ jew ir-ragħa ma jsirx wara l-iskadenza ta' perijodu ta' stennija ta' mill-anqas 21 jum.".

5. Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih ir-riċinu, l-istruzzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fuq it-tikketta: "Perikoluż għall-annimali f'każ li jittiekel".

6. Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih qxur tal-kawkaw mhux proċessati jew proċessati, l-istruzzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fuq it-tikketta: "Tossiku għall-klieb u l-qtates".

▼M1

7. Fejn il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih materjal għat-tkabbir kif imsemmi fil-punt 2a ta’ PFC 4 fil-Parti II tal-Anness I, jew ikun fih polimeru bl-iskop ta’ materjal li jorbot fil-prodott kif imsemmi fil-punt 1(c) ta’ CMC 9 fil-Parti II tal-Anness II, l-utent għandu jingħata struzzjoni biex ma jużax il-prodott f’kuntatt mal-ħamrija u, f’kollaborazzjoni mal-manifattur, biex jiżgura r-rimi kif xieraq tal-prodotti wara li jintemm l-użu.

▼M4

7a. Meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew ikun jikkonsisti f’materjali tal-ossidazzjoni termali u d-derivati tagħhom imsemmija f’CMC 13 fil-Parti II tal-Anness II jew f’materjali ta’ piroliżi jew ta’ gassifikazzjoni kif imsemmi f’CMC 14 fil-Parti II ta’ dak l-Anness u jkollu kontenut ta’ manganiż (Mn) li jaqbeż it-3,5 % skont il-massa, il-kontenut tal-manganiż għandu jiġi ddikjarat.

▼M5

7b. Meta il-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew jikkonsisti minn materjali ta’ purità għolja msemmija fil-Parti II, CMC 15, tal-Anness II u:

(a) 

għandu kontenut ta’ selenju (Se) ogħla minn 10 mg/kg ta’ materja niexfa, il-kontenut ta’ selenju għandu jiġi indikat;

(b) 

għandu kontenut ta’ klorur (Cl-) ogħla minn 30 g/kg ta’ materja niexfa, il-kontenut tal-klorur għandu jiġi indikat, sakemm il-prodott fertilizzanti tal-UE ma jiġix prodott permezz ta’ proċess ta’ manifattura fejn il-klorur li jkun fih sustanzi jew taħlitiet ikunu ntużaw bl-intenzjoni li jipproduċu jew jinkludu mluħa tal-metall alkali jew imluħa alkalini tal-metalli tal-art, u l-informazzjoni dwar dawn l-imluħa tiġi pprovduta f’konformità mal-Anness III.

Meta l-kontenut tas-selenju jew tal-klorur ikun indikat skont il-punti (a) u (b), dan għandu jkun separat b’mod ċar mid-dikjarazzjoni tan-nutrijenti u jista’ jiġi espress bħala firxa ta’ valuri

Meta il-fatt li tali prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih selenju jew klorur taħt il-valuri limitu fil-punti (a) u (b) isegwi b’mod ċert u ma jistax jiġi kkontestat min-natura jew l-operazzjoni ta’ rkupru tal-materjal ta’ purità għolja jew il-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih tali materjal, kif applikabbli, it-tikketta ma jista’ jkun fiha l-ebda informazzjoni dwar dawn il-parametri, mingħajr verifika (bħal ittestjar), taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.

▼B

8. L-nformazzjoni barra mill-informazzjoni stipulata fil-punti 1 sa 6:

(a) 

ma għandhiex tiżvija lill-utent, pereżempju billi tattribwixxi karatteristiċi għall-prodott li ma jkollux, jew billi tissuġġerixxi li l-prodott għandu karatteristiċi uniċi li prodotti simili għalih ikollhom ukoll;

(b) 

għandha tirrelata ma' fatturi verifikabbli;

(c) 

ma għandhiex tagħmel dikjarazzjonijiet bħal "sostenibbli" jew "ekoloġiċi" sakemm tali dikjarazzjonijiet ma jirreferux għal leġislazzjoni, jew linji gwida, standards jew skemi identifikati b'mod ċar, li l-prodott fertilizzanti tal-UE jikkonforma magħhom; u

(d) 

ma għandhiex tagħmel dikjarazzjonijiet permezz ta' stqarrijiet jew rappreżentazzjonijiet viżwali li l-prodott fertilizzanti tal-UE jipprevjeni jew jittratta l-mard tal-pjanti jew jipproteġi lill-pjanti minn organiżmi ta' ħsara.

9. Il-frażi "ma tantx fih klorur" jew frażijiet simili jistgħu jintużaw biss jekk il-kontenut tal-klorur (Cl-) ikun anqas minn 30 g/kg ta' materja niexfa.

10. Fejn ir-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-kontenut ta' nutrijenti f'dan l-Anness huma espressi f'forma ossidata, il-kontenut ta' nutrijenti jista' jiġi espress fil-forma elementali minflok jew flimkien mal-forma ossidata f'konformità mal-fatturi ta' konverżjoni li ġejjin:

fosforu (P) = pentossidu tal-fosforu (P2O5) × 0,436;

potassju (K) = ossidu tal-potassju (K2O) × 0,830;

kalċju (Ca) = ossidu tal-kalċju (CaO) × 0,715;

manjeżju (Mg) = ossidu tal-manjeżju (MgO) × 0,603;

sodju (Na) = ossidu tas-sodju (Na2O) × 0,742;

kubrit (S) = triossidu tal-kubrit (SO3) × 0,400.

11. Meta r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni f'dan l-Anness jirreferu għall-karbonju organiku (Corg) l-informazzjoni tista' tirreferi għall-materja organika minflok jew flimkien mal-karbonju organiku (Corg), f'konformità mal-fattur ta' konverżjoni li ġej:

karbonju organiku (Corg) = materja organika × 0,56.

PARTI II

REKWIŻITI TAT-TIKKETTAR SPEĊIFIĊI GĦALL-PRODOTT

PFC 1: FERTILIZZANT

1. Il-kontenut tan-nutrijenti jista' jiġi ddikjarat biss meta jkunu preżenti fil-prodott fertilizzanti tal-UE fil-kwantità minima speċifikata fl-Anness I għall-PFC rilevanti.

2. Jekk in-nitroġenu (N) jew il-fosforu (P) ma jkunx nutrijent dikjarat, il-kontenut tan-nitroġenu (N) jew il-pentossidu tal-fosforu (P2O5) għandu madankollu jiġi indikat jekk ikun aktar minn 0,5 % skont il-massa. Dik l-indikazzjoni għandha tkun separata mid-dikjarazzjoni tan-nutrijenti.

▼M6

3. Ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-fertilizzanti li jkun fihom komposti inibituri, kif inhu speċifikat f’ “CMC” 1 fil-Parti II tal-Anness II:

(a) 

it-tikketta għandu jkollha fuqha l-kliem “inibitur tan-nitrifikazzjoni”, “inibitur tad-denitrifikazzjoni” jew “inibitur tal-ureażi”, skont il-każ;

(b) 

il-kontenut tal-kompost inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jkun espress bħala % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-ammonju (NH4 +) u nitroġenu tal-urea (CH4N2O);

(c) 

il-kontenut tal-kompost inibitur tad-denitrifikazzjoni għandu jiġi espress bħala % skont il-massa tan-nitrat (NO3 -) preżenti;

(d) 

il-kontenut tal-kompost inibitur tal-ureażi għandu jiġi espress bħala % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-urea (CH4N2O).

▼B

4. It-terminu "fertilizzant minerali" jista' jintuża biss jekk il-fertilizzant ikun jappartjeni għal PFC 1(C) u jissodisfa l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a) 

il-fertilizzant minerali ma jistax ikun fih aktar minn 1 % skont il-massa ta' karbonju organiku (Corg), ħlief karbonju organiku minn:

(i) 

aġenti kelanti jew kumplessanti msemmija fil-punt 3 ta' CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II,

▼M6

(ii) 

komposti inibituri tan-nitrifikazzjoni, tad-denitrifikazzjoni jew tal-ureażi kif imsemmi fil-punt 4 ta’ CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II,

▼B

(iii) 

aġenti tal-kisi msemmija fil-punt 1(a) ta' CMC 9 fil-Parti II tal-Anness II,

(iv) 

urea (CH4N2O), jew

(v) 

ċjanammid tal-kalċju (CaCN2);

(b) 

meta l-fosforu (P) jkun nutrijent dikjarat, il-kontenut tal-fosforu dikjarat għandu jikkonsisti biss minn fosforu fil-forma fosfatika, u l-fertilizzant minerali għandu jissodisfa tal-anqas wieħed mill-kriterji ta' solubbiltà li ġejjin:

(i) 

solubbiltà tal-ilma: livell minimu ta' 40 % tal-fosforu (P) totali,

(ii) 

solubbiltà fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali: livell minimu ta' 75 % tal-fosforu (P) totali, jew

(iii) 

solubbiltà fl-aċidu formiku (għall-fosfat tal-blat artab biss): livell minimu ta' 55 % tal-fosforu (P) totali;

(c) 

meta n-nitroġenu (N) jkun nutrijent dikjarat, il-kontenut dikjarat tan-nitroġenu għandu jikkonsisti biss mis-somma ta' nitroġenu nitriku, nitroġenu ammonjakali, nitroġenu ureiku, u nitroġenu mill-urea tal-metilen, mill-isobutildendiurea, u mill-krotonilidendiurea.

PFC 1(A): FERTILIZZANT ORGANIKU

Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

in-nutrijenti primarji dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;

(b) 

in-nutrijenti sekondarji dikjarati kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na), jew kubrit (S) bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Ca-Mg-Na-S;

(c) 

numri li jindikaw il-kontenut tan-nutrijenti dikjarati tan-nitroġenu (N) totali, il-fosforu totali fil-forma ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew il-potassju totali fil-forma ta' ossidu tal-potassju (K2O), segwit minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' ossidu tal-kalċju (CaO), ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tas-sodju (Na2O) jew triossidu tal-kubrit (SO3);

(d) 

il-kontenut tan-nutrijenti dikjarati li ġejjin u parametri oħrajn, fl-ordni li ġejja u bħala % skont il-massa;

(i) 

nitroġenu (N):

— 
nitroġenu (N) totali
— 
l-ammont minimu ta' nitroġenu organiku (Norg), segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;
— 
nitroġenu fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;
(ii) 

pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;

(iii) 

ossidu tal-potassju (K2O) totali;

(iv) 

ossidu tal-kalċju (CaO), ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tas-sodju (Na2O) u triossidu tal-kubrit (SO3), espressi:

— 
fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, bħala l-kontenut totali u bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;
(v) 

karbonju organiku (Corg);

(vi) 

materja niexfa;

(e) 

il-proporzjon ta' karbonju organiku għal nitroġenu totali (Corg/N);

(f) 

id-data tal-produzzjoni;

(g) 

il-forma tal-unità fiżika tal-prodott, bħal trab jew gerbub, jekk applikabbli.

PFC 1(B): FERTILIZZANT ORGANOMINERALI

1. Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

in-nutrijenti primarji dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;

(b) 

fejn applikabbli, in-nutrijenti secondarji dikjarati kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na) jew kubrit (S) bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Ca-Mg-Na-S;

(c) 

numri li jindikaw il-kontenut tan-nutrijenti dikjarati tan-nitroġenu (N) totali, il-fosforu totali fil-forma ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew il-potassju totali fil-forma ta' ossidu tal-potassju (K2O), segwit minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' ossidu tal-kalċju (CaO), ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tas-sodju (Na2O) jew triossidu tal-kubrit (SO3);

(d) 

il-kontenut tan-nutrijenti dikjarati li ġejjin u parametri oħrajn, fl-ordni li ġejja u bħala % skont il-massa:

(i) 

nitroġenu (N):

— 
nitroġenu (N) totali;
— 
l-ammont minimu ta' nitroġenu organiku (Norg), segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;
— 
nitroġenu fil-forma ta' nitroġenu nitriku;
— 
nitroġenu fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;
— 
nitroġenu fil-forma ta' nitroġenu tal-urea;
(ii) 

pentossidu tal-fosforu (P2O5);

— 
pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;
— 
pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma;
— 
Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali;
— 
fejn ikun preżenti fosfat artab mitħun, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;
(iii) 

ossidu tal-potassju (K2O);

— 
ossidu tal-potassju (K2O) totali;
— 
ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma;
(iv) 

ossidu tal-kalċju (CaO), ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tas-sodju (Na2O) u triossidu tal-kubrit (SO3), espressi:

— 
fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, bħala l-kontenut totali u bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;
(v) 

karbonju organiku (Corg);

(vi) 

materja niexfa,

(e) 

fejn tkun preżenti l-urea (CH4N2O), informazzjoni dwar l-impatti possibbli fuq il-kwalità tal-arja mir-rilaxx tal-ammonijaka mill-użu tal-fertilizzant, u stedina lill-utenti biex japplikaw il-miżuri ta' rimedju xierqa.

2. Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ħadid (Fe), manganiż (Mn) u molibdenu (Mo) ikunu preżenti fil-kontenut minimu indikat bħala % skont il-massa fit-tabella li ġejja, għandhom:

— 
jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment ma' fertilizzant organominerali, u
— 
jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:



Mikronutrijent

Kontenut ta' mikronutrijenti (% skont il-massa)

Fertilizzant organominerali solidu

Fertilizzant organominerali likwidu

Maħsub għall-użu fuq l-għelejjel jew il-bwar

Maħsub għall-użu ortikulturali

Boron (B)

0,01

0,01

0,01

Kobalt (Co)

0,002

m.a.

0,002

Ħadid (Fe)

0,5

0,02

0,02

Manganiż (Mn)

0,1

0,01

0,01

Molibdenu (Mo)

0,001

0,001

0,001

3. Fejn wieħed jew iż-żewġ mikronutrijenti r-ram (Cu) u ż-żingu (Zn) ikunu preżenti mingħajr ma jiġu miżjuda b'mod intenzjonali, fil-kontenut minimu indikat bħala % skont il-massa fit-tabella li ġejja, huma jistgħu jiġu ddikjarati:



Mikronutrijent

Kontenut ta' mikronutrijenti (% skont il-massa)

Fertilizzant organominerali solidu

Fertilizzant organominerali likwidu

Maħsub għall-użu fuq l-għelejjel jew il-bwar

Maħsub għall-użu ortikulturali

Ram (Cu)

0,01

0,002

0,002

Żingu (Zn)

0,01

0,002

0,002

4. Fejn ir-ram (Cu) jew iż-żingu (Zn) huma miżjuda b'mod intenzjonali fil-fertilizzant organominerali, il-kontenut totali tar-ram (Cu) jew iż-żingu (Zn) għandu jiġi ddikjarat.

5. Il-mikronutrijenti msemmija fil-punti 2, 3 u 4 għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

▼M1

(a) 

indikazzjoni tal-ismijiet u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom meta l-mikronutrijenti dikjarati jiżdiedu intenzjonalment;

▼B

(b) 

il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala % skont il-massa:

— 
fejn dawk il-mikronutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
fejn il-kontenut solubbli ta' dawk il-mikronutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk il-mikronutrijenti, bħala l-kontenut totali u bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;

▼M1

(c) 

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti jew kumplessati b’aġent(i) kumplessanti:

— 
il-kwalifikatur li ġej, kif ikun applikabbli, wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)] u kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”;

— 
l-ammont ta’ mikronutrijent(i) kelat(i)/kumplessat(i) bħala % skont il-massa;

▼M1

(ca) 

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti, il-firxa tal-pH li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli;

▼M1 —————

▼B

(e) 

fejn il-mikronutrijenti jiġu miżjuda b'mod intenzjonali, id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata ta' applikazzjoni".

6. Meta fertilizzant organominerali jkollu kontenut ta' kadmju (Cd) ugwali għal jew inqas minn 20 mg/kg ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5), tista' tiddaħħal id-dikjarazzjoni "Kontenut baxx ta' kadmju (Cd)" jew simili, jew rappreżentazzjoni viżwali għal dak l-effett.

PFC 1(C): FERTILIZZANT INORGANIKU

PFC 1(C)(I): FERTILIZZANT INORGANIKU B'MAKRONUTRIJENTI

1. Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

fejn applikabbli, in-nutrijenti primarji dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;

(b) 

fejn applikabbli, in-nutrijenti sekondarji dikjarati kalċju (Ca), manjeżju (Mg), sodju (Na) jew kubrit (S) bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Ca-Mg-Na-S;

(c) 

numri li jindikaw il-kontenut tan-nutrijenti dikjarati tan-nitroġenu (N) totali, il-fosforu totali fil-forma ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew il-potassju totali fil-forma ta' ossidu tal-potassju (K2O), segwit minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' ossidu tal-kalċju (CaO), ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tas-sodju (Na2O) jew triossidu tal-kubrit (SO3);

(d) 

il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarati li ġejjin, fl-ordni li ġejja u bħala % skont il-massa;

(i) 

nitroġenu (N):

— 
nitroġenu (N) totali;
— 
nitroġenu fil-forma ta' nitroġenu nitriku;
— 
nitroġenu fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;
— 
nitroġenu fil-forma ta' nitroġenu tal-urea;
— 
nitroġenu mill-formaldeid tal-urea, isobutilidendiurea, krotonilidendiurea;
— 
nitroġenu min-nitroġenu ċjanammid;
(ii) 

pentossidu tal-fosforu (P2O5):

— 
pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;
— 
pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma;
— 
pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali;
— 
fejn ikun preżenti fosfat artab mitħun, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;
(iii) 

ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma;

(iv) 

ossidu tal-kalċju (CaO), ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tas-sodju (Na2O) u triossidu tal-kubrit (SO3), espressi:

— 
fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, bħala l-kontenut totali u bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali,
(e) 

fejn tkun preżenti l-urea (CH4N2O), informazzjoni dwar l-impatti possibbli fuq il-kwalità tal-arja mir-rilaxx tal-ammonijaka mill-użu tal-fertilizzant, u stedina lill-utenti biex japplikaw il-miżuri ta' rimedju xierqa.

2. Meta fertilizzant inorganiku b'makronutrijenti jkollu kontenut ta' kadmju (Cd) ugwali għal jew inqas minn 20 mg/kg ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5), tista' tiddaħħal id-dikjarazzjoni "Kontenut baxx ta' kadmju (Cd)" jew simili, jew rappreżentazzjoni viżwali għal dak l-effett.

PFC 1(C)(I)(a): FERTILIZZANT INORGANIKU SOLIDU B'MAKRONUTRIJENTI

1. Fertilizzant inorganiku solidu b'makronutrijenti jista' jkun tikkettat "kumpless" fil-każ biss li kull unità fiżika jkollha n-nutrijenti ddikjarati kollha fil-kontenut iddikjarat tagħhom.

2. Il-granulometrija ta' fertilizzant inorganiku solidu b'makronutrijenti għandha tiġi indikata, espressa bħala % skont il-massa tal-prodott li jgħaddi minn għarbiel magħżul minn qabel.

▼M1

3. Il-forma tal-unità fiżika tal-prodott għandha tiġi indikata b’waħda, jew b’taħlita ta’ tnejn jew aktar, minn dawn:

(a) 

granuli,

(b) 

griebeb,

(c) 

trab, fejn tal-anqas 90 % skont il-massa tal-prodott ikun jista’ jgħaddi minn għarbiel b’malja ta’ 1 mm, jew

(d) 

prilli,

▼B

4. Għall-fertilizzanti inorganiċi solidi b'makronutrijenti miksija, l-isem tal-aġenti tal-kisi u l-perċentwal tal-fertilizzanti miksi minn kull aġent tal-kisi għandhom jiġu indikati u segwiti minn:

(a) 

għall-fertilizzanti inorganiċi solidi b'makronutrijenti miksija b'polimeru, id-dikjarazzjoni li ġejja: "Ir-rata tar-rilaxxi tan-nutrijenti tista' tvarja skont it-temperatura tas-substrat. Jista' jkun neċessarju aġġustament tal-fertilizzazzjoni"; u

(b) 

għal fertilizzanti inorganiċi solidi b'makronutrijenti miksija bil-kubrit (S) u fertilizzanti inorganiċi solidi b'makronutrijenti miksija bil-kubrit (S)/polimeru, id-dikjarazzjoni li ġejja: "Ir-rata ta' rilaxx tan-nutrijenti tista' tvarja skont it-temperatura tas-substrat u l-attività bijoloġika. Jista' jkun neċessarju aġġustament tal-fertilizzazzjoni".

5. Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ħadid (Fe), manganiż (Mn) u molibdenu (Mo) huma preżenti fil-kontenut minimu indikat fit-tabella li ġejja bħala % skont il-massa, għandhom:

— 
jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-fertilizzant inorganiku solidu b'makronutrijenti, u
— 
jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:



Mikronutrijent

Kontenut ta' mikronutrijenti (% skont il-massa)

Maħsub għall-użu fuq l-għelejjel jew il-bwar

Maħsub għall-użu ortikulturali

Boron (B)

0,01

0,01

Kobalt (Co)

0,002

m.a.

Ħadid (Fe)

0,5

0,02

Manganiż (Mn)

0,1

0,01

Molibdenu (Mo)

0,001

0,001

6. Meta wieħed jew iż-żewġ mikronutrijenti r-ram (Cu) u ż-żingu (Zn) ikunu preżenti mingħajr ma jiġu miżjuda b'mod intenzjonali, fil-kontenut minimu indikat bħala % skont il-massa fit-tabella li ġejja, huma jistgħu jiġu ddikjarati:



Mikronutrijent

Kontenut ta' mikronutrijenti (% skont il-massa)

Maħsub għall-użu fuq l-għelejjel jew il-bwar

Maħsub għall-użu ortikulturali

Ram (Cu)

0,01

0,002

Żingu (Zn)

0,01

0,002

7. Fejn ir-ram (Cu) jew iż-żingu (Zn) huma intenzjonalment miżjuda mal-fertilizzant inorganiku solidu b'makronutrijenti, għandu jiġi ddikjarat il-kontenut totali tar-ram (Cu) jew iż-żingu (Zn).

8. Il-mikronutrijenti msemmija fil-punti 5, 6 u 7 għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-mikronutrijenti. Għandha tingħata l- informazzjoni li ġejja:

▼M1

(a) 

indikazzjoni tal-ismijiet u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom meta l-mikronutrijenti dikjarati jiżdiedu intenzjonalment;

▼B

(b) 

il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala % skont il-massa:

— 
fejn dawk il-mikronutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
fejn il-kontenut solubbli ta' dawk il-mikronutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk il-mikronutrijenti, bħala l-kontenut totali u bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;

▼M1

(c) 

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti jew kumplessati b’aġent(i) kumplessanti:

— 
il-kwalifikatur li ġej, kif ikun applikabbli, wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)] u kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”;

— 
l-ammont ta’ mikronutrijent(i) kelat(i)/kumplessat(i) bħala % skont il-massa;

▼M1

(ca) 

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti, il-firxa tal-pH li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli;

▼M1 —————

▼B

(e) 

fejn il-mikronutrijenti jiġu miżjuda b'mod intenzjonali, id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata ta' applikazzjoni".

PFC 1(C)(I)(b): FERTILIZZANT INORGANIKU LIKWIDU B'MAKRONUTRIJENTI

1. It-tabella għandha tindika jekk il-fertilizzant inorganiku likwidu b’makronutrijenti jkunx f'sospensjoni jew f'soluzzjoni.

2. Il-kontenut tan-nutrijenti jista' jiġi indikat bħala % skont il-massa jew il-volum.

3. Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ħadid (Fe), manganiż (Mn), u molibdenu (Mo) huma preżenti fil-kontenut minimu indikat fit-tabella li ġejja bħala % skont il-massa, għandhom:

— 
jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment ma' fertilizzant inorganiku likwidu b'makronutrijenti, u
— 
jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:



Mikronutrijent

Kontenut ta' mikronutrijenti (% skont il-massa)

Boron (B)

0,01

Kobalt (Co)

0,002

Ħadid (Fe)

0,02

Manganiż (Mn)

0,01

Molibdenu (Mo)

0,001

4. Meta wieħed jew iż-żewġ mikronutrijenti r-ram (Cu) u ż-żingu (Zn) huma preżenti mingħajr ma jiġu miżjuda b'mod intenzjonali, b'tal-inqas 0.002 % skont il-massa, dawn jistgħu jiġu ddikjarati.

5. Meta r-ram (Cu) jew iż-żingu (Zn) huma miżjuda b'mod intenzjonali mal-fertilizzant inorganiku likwidu b'makronutrijenti, il-kontenut totali tar-ram (Cu) jew iż-żingu (Zn) għandu jiġi ddikjarati.

6. Il-mikronutrijenti msemmija fil-punti 3, 4 u 5 għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-mikronutrijenti. Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

▼M1

(a) 

indikazzjoni tal-ismijiet u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom meta l-mikronutrijenti dikjarati jiżdiedu intenzjonalment;

▼B

(b) 

il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala % skont il-massa jew il-volum:

— 
fejn dawk il-mikronutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
fejn il-kontenut solubbli ta' dawk i-mikronutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk il-mikronutrijenti, bħala l-kontenut totali u bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;

▼M1

(c) 

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti jew kumplessati b’aġent(i) kumplessanti:

— 
il-kwalifikatur li ġej, kif ikun applikabbli, wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)] u kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”;

— 
l-ammont ta’ mikronutrijent(i) kelat(i)/kumplessat(i) bħala % skont il-massa;

▼M1

(ca) 

fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti, il-firxa tal-pH li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli;

▼M1 —————

▼B

(e) 

fejn il-mikronutrijenti jiġu miżjuda b'mod intenzjonali, id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata ta' applikazzjoni".

PFC 1(C)(II): FERTILIZZANT INORGANIKU B'MIKRONUTRIJENTI

▼M1

1. Il-mikronutrijenti dikjarati fil-fertilizzant inorganiku b’mikronutrijenti għandhom ikunu elenkati skont l-ismijiet tagħhom u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom meta l-mikronutrijenti dikjarati jiżdiedu intenzjonalment.

2. Fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati minn aġent(i) kelanti u kull aġent kelanti jkun jista’ jiġi identifikat u kwantifikat u jikkela tal-anqas 1 % ta’ mikronutrijent solubbli fl-ilma, jew il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kumplessati minn aġent(i) kumplessanti, il-kwalifikanti li ġejjin għandhom jiżdiedu, kif ikun applikabbli, wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

— 
“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”/“kelat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kelanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)] u kumplessat permezz ta’ [isem tal-aġent(i) kumplessanti jew l-abbrevjazzjoni tiegħu (tagħhom)]”,
— 
l-ammont ta’ mikronutrijent(i) kelat(i)/kumplessat(i) bħala % skont il-massa;

▼M1

2a. Fejn il-mikronutrijenti dikjarati jkunu kelati b’aġent(i) kelanti, għandha tiġi indikata l-firxa tal-pH li tiggarantixxi stabbiltà aċċettabbli.

▼M1 —————

▼B

4. Għandha tidher id-dikjarazzjoni li ġejja: "Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata ta' applikazzjoni".

PFC 1(C)(II)(a): FERTILIZZANT INORGANIKU SEMPLIĊI B'MIKRONUTRIJENTI

1. It-tikketta għandha tindika t-tipoloġija rilevanti, kif stipulat fit-tabella taħt PFC 1(C)(II)(a) fil-Parti II tal-Anness I.

2. Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti għandu jiġi espress bħala % skont il-massa:

— 
fejn il-mikronutrijent huwa kompletament solubbli fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
fejn il-kontenut solubbli tal-mikronutrijent ikun tal-anqas kwart tal-kontenut totali ta' dak il-mikronutrijent, bħala l-kontenut totali u bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali.

PFC 1(C)(II)(b): FERTILIZZANT INORGANIKU KOMPOST B'MIKRONUTRIJENTI

1. Il-mikronutrijenti jistgħu jiġu dikjarati biss jekk ikunu preżenti fil-kontenut minimu indikat fit-tabella li ġejja bħala % skont il-massa:



Mikronutrijent

Kontenut ta' mikronutrijenti (% skont il-massa)

Mhux kelat, mhux kumplessat

Kelat jew kumplessat

Boron (B)

0,2

m.a.

Kobalt (Co)

0,02

0,02

Ram (Cu)

0,5

0,1

Ħadid (Fe)

2

0,3

Manganiż (Mn)

0,5

0,1

Molibdenu (Mo)

0,02

m.a.

Żingu (Zn)

0,5

0,1

2. Jekk il-fertilizzant inorganiku kompost b’mikronutrijenti jkun f'sospensjoni jew f'soluzzjoni, it-tikketta għandha tindika "f'sospensjoni" jew "f'soluzzjoni", skont kif ikun rilevanti.

3. Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti għandu jiġi espress bħala % skont il-massa:

— 
fejn il-mikronutrijenti huma kompletament solubbli fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
fejn il-kontenut solubbli tal-mikronutrijenti jkun tal-anqas nofs tal-kontenut totali ta' dawk il-mikro nutrijenti, bħala l-kontenut totali u bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;
— 
f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali.

PFC 2: MATERJAL GĦAT-TRATTAMENT BIL-ĠIR

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati fl-ordni li ġejja:

— 
valur newtralizzanti;
— 
granulometrija, espressa bħala % skont il-massa tal-prodott li jgħaddi minn għarbiel ta' 1,0 mm;
— 
ossidu tal-kalċju (CaO) totali, espress bħala % skont il-massa;
— 
ossidu tal-manjeżju (MgO) totali, espress bħala % skont il-massa;
— 
reattività u metodu ta' determinazzjoni tar-reattività, ħlief għal ossidu u idrossidu tal-ġir.

PFC 3: TEJJIEB TAL-ĦAMRIJA

1. Għandu jiġi ddikjarat il-kontenut ta' materja niexfa espress bħala % skont il-massa.

2. Għandhom jiġu ddikjarati n-nutrijenti li ġejjin espressi bħala % skont il-massa, jekk dawn ikunu aktar minn 0,5 % skont il-massa: nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O).

PFC 3(A): TEJJIEB ORGANIKU TAL-ĦAMRIJA

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati:

— 
pH'
— 
konduttività elettrika, mogħtija bħala mS/m'
— 
kontenut ta' karbonju organiku (Corg), espress bħala % skont il-massa'
— 
l-ammont minimu ta' nitroġenu organiku (Norg), espress bħala % skont il-massa, segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;
— 
il-proporzjon ta' karbonju organiku għal nitroġenu totali (Corg/N).

PFC 4: MATERJAL GĦAT-TKABBIR

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati fl-ordni li ġejja:

— 
konduttività elettrika mogħtija bħala mS/m, minbarra s-suf minerali;
— 
pH;
— 
kwantità:
— 
għas-suf minerali, espressa bħala għadd ta' biċċiet u t-tliet dimensjonijiet ta' tul, għoli u wisa';
— 
għal materjal ieħor tat-tkabbir ifformat minn qabel, espressa bħala daqs f'tal-anqas żewġ dimensjonijiet;
— 
għal materjal ieħor tat-tkabbir, espress bħala volum totali;
— 
barra minn materjal ta' tkabbir ifformat minn qabel, il-kwantità espressa bħala volum tal-materjali b'daqsijiet tal-partiċelli akbar minn 60 mm, fejn preżenti;
— 
nitroġenu (N) li jista' jiġi estratt permezz ta' CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/ aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; "CAT-solubbli"), jekk ikun aktar minn 150 mg/l;
— 
pentossidu tal-fosforu (P2O5) li jista' jiġi estratt permezz ta' CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/ aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; "CAT-solubbli"), jekk ikun aktar minn 20 mg/l;
— 
ossidu tal-potassju (K2O) li jista' jiġi estratt permezz ta' CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/ aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; "CAT-solubbli"), jekk ikun aktar minn 150 mg/l;
— 
data tal-produzzjoni.

▼M6

PFC 5: INIBITUR

1. L-ingredjenti kollha għandhom jiġu ddikjarati skont il-piż jew il-volum tal-prodott f’ordni dekrexxenti tad-daqs.

2. Il-kontenut tal-kompost(i) inibitur(i) bħala % tal-massa jew tal-volum għandu jiġi ddikjarat.

3. L-istruzzjonijiet għall-użu msemmija fil-punt 1(d) tal-Parti I ta’ dan l-Anness għandu jkun fihom informazzjoni dwar:

(a) 

it-tipi ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE li jista’ jitħallat magħhom l-inibitur, partikolarment:

(i) 

għall-inibitur tan-nitrifikazzjoni msemmi fil-PFC 5(A) fil-Parti II tal-Anness I, prodott fertilizzanti tal-UE li fih mill-inqas 50 % tal-kontenut tan-nitroġenu totali (N) jikkonsisti mill-forom ta’ nitroġenu (N) (NH4 +) u urea (CH4N2O).

(ii) 

għall-inibitur tal-ureażi msemmi fil-PFC 5(C) fil-Parti II tal-Anness I, prodott fertilizzanti tal-UE li fih mill-inqas 50 % tal-kontenut tan-nitroġenu totali (N) jikkonsisti mill-forma ta’ nitroġenu (N) urea (CH4N2O);

(b) 

il-konċentrazzjoni minima u massima rakkomandata tal-kompost(i) inibitur(i) meta mħallta ma’ fertilizzant qabel l-użu tiegħu:

(i) 

għall-inibitur tan-nitrifikazzjoni msemmija fil-PFC 5(A) fil-Parti II tal-Anness I, bħala % tal-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-ammonju (NH4 +) u nitroġenu tal-urea (CH4N2O);

(ii) 

għall-inibitur tad-denitrifikazzjoni msemmi f’PFC 5(B) fil-Parti II tal-Anness I, bħala % tal-massa tan-nitrat (NO3 -) preżenti;

(iii) 

għall-inibitur tal-ureażi msemmi fil-PFC 5(C) fil-Parti II tal-Anness I, bħala % tal-massa tan-nitroġenu totali (N) preżenti bħala nitroġenu tal-urea (CH4N2O);

▼B

PFC 6: BIJOSTIMULANT TAL-PJANTI

Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-forma fiżika;

(b) 

id-data ta' produzzjoni u ta' skadenza;

(c) 

il-metodu/i ta' applikazzjoni;

(d) 

l-effett iddikjarat għal kull pjanta fil-mira; u

(e) 

kwalunkwe struzzjoni rilevanti marbuta mal-effikaċja tal-prodott, inkluż prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija, fertilizzazzjoni kimika, inkompatibbiltà ma' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti, id-daqsijiet rakkomandati taż-żennuna tal-isprejer, il-pressjoni tal-isprejer u miżuri oħra kontra d-deriva.

PFC 6(A): BIJOSTIMULANT MIKROBIKU TAL-PJANTI

Il-mikroorganiżmi kollha miżjuda b'mod intenzjonali għandhom jiġu indikati. Meta l-mikroorganiżmu għandu diversi varjanti, il-varjanti miżjuda b'mod intenzjonali għandhom jiġu indikati. Il-konċentrazzjoni tagħhom għandha tiġi espressa bħala l-għadd tal-unitajiet attivi skont il-volum jew il-piż, jew fi kwalunkwe mod ieħor li jkun rilevanti għall-mikroorganiżmu, eż. unitajiet li jifformaw kolonja għal kull gramma (cfu/g).

It-tikketta għandha tindika l-frażi li ġejja: "Il-mikroorganiżmi jista' jkollhom il-potenzjal li jipprovokaw reazzjonijiet ta' sensitizzazzjoni".

PFC 7: TAĦLITA TA' PRODOTTI FERTILIZZANTI

Ir-rekwiżiti kollha tat-tikkettar kollha applikabbli għall-prodotti fertilizzanti komponenti tal-UE japplikaw għat-taħlita ta' prodotti fertilizzanti, u għandhom jiġu espressi b'rabta mat-taħlita finali tal-prodotti fertilizzanti.

Meta t-taħlita ta' prodotti fertilizzanti jkun fiha bijostimulant wieħed jew aktar tal-pjanti li jappartjeni għal PFC 6, il-konċentrazzjoni ta' kull bijostimulant tal-pjanti fit-taħlita għandu jkun indikat fi g/kg jew g/l f'20 °C.

▼M6

Fejn it-taħlita ta’ prodotti fertilizzanti jkun fiha inibitur wieħed jew aktar tal-PFC 5, l-istruzzjonijiet għall-użu msemmija fil-punt 3 tal-PFC 5 fil-Parti II ta’ dan l-Anness ma għandhomx jiżdiedu.

▼B

PARTI III

REGOLI TAT-TOLLERANZA

1. Il-kontenut tan-nutrijenti jew il-karatteristiċi fiżikokimiċi ddikjarati ta' prodott fertilizzanti tal-UE jistgħu jiddevjaw mill-valur proprju biss f'konformità mat-tolleranzi stabbiliti f'din il-Parti għall-PFC rilevanti. It-tolleranzi huma maħsubin li jippermettu devjazzjonijiet fil-manifattura, fil-katina ta' distribuzzjoni, u matul il-kampjunar u l-analiżi.

2. It-tolleranzi permessi fir-rigward tal-parametri ddikjarati indikati f'din il-Parti huma valuri negattivi u pożittivi.

3. B'deroga mill-punt 1, il-kontenut proprju ta' komponent, fi prodott fertilizzanti tal-UE, li għalih ikun speċifikat kontenut minimu jew massimu fl-Anness I jew l-Anness II qatt ma jista' jkun aktar baxx mill-kontenut minimu jew jaqbeż il-kontenut massimu.

▼M6

PFC 1: FERTILIZZANT

Ir-regoli ta’ tolleranza li ġejjin japplikaw għall-fertilizzanti li jkun fihom komposti inibituri tan-nitrifikazzjoni, tad-denitrifikazzjoni, jew tal-ureażi kif inhu speċifikat f’CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II:



Komposti inibituri

Tolleranza permissibbli għall-kontenut dikjarat ta’ komposti inibituri

Konċentrazzjoni ta’ 2 % jew inqas

± 20 % tal-valur dikjarat

Konċentrazzjoni ta’ iktar minn 2 %

± 0,3 punti perċentwali f’termini assoluti

▼B

PFC 1(A): FERTILIZZANT ORGANIKU



Forom tan-nutrijent dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Tolleranza permissibbli għall-kontenut tan-nutrijent iddikjarat u parametri ddikjarati oħra

Karbonju organiku (Corg)

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kontenut ta' materja niexfa

± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) totali

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu organiku (Norg)

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-potassju (K2O) totali

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) jew ossidu tas-sodju (Na2O) totali u solubbli fl-ilma

± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.

Karbonju organiku (Corg)/nitroġenu totali (N)

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kwantità

± 1,5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

PFC 1(B): FERTILIZZANT ORGANOMINERALI



Forom tan-nutrijent dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Tolleranza permissibbli għall-kontenut tal-makronutrijenti ddikjarat u parametri ddikjarati oħra

Karbonju organiku (Corg)

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kontenut ta' materja niexfa

± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Forom dikjarati ta' nitroġenu (N) inorganiku

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu organiku (Norg)

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Forom dikjarati ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5)

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti

Forom dikjarati ta' ossidu tal-potassju (K2O)

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) totali u solubbli fl-ilma

± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti.

Ossidu tas-sodju totali u solubbli fl-ilma (Na2O)

± 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta' 0,9 punt perċentwali f'termini assoluti

Kwantità

± 1,5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat



Mikronutrijent

Tolleranza permissibbli għall-kontenut dikjarat ta' forom ta' mikronutrijent

Konċentrazzjoni inqas minn jew daqs 2 %

± 20 % tal-valur dikjarat

Konċentrazzjoni ta' aktar minn 2 % u inqas minn jew daqs 10 %

± 20 % tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Konċentrazzjoni ta' iktar minn 10 %

± 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

PFC 1(C): FERTILIZZANT INORGANIKU

▼M1



Forom tan-nutrijent dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Tolleranza permissibbli għall-kontenut tal-makronutrijenti dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Forom dikjarati ta’ nitroġenu (N)

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 2 punti perċentwali f’termini assoluti

Forom dikjarati ta’ pentossidu tal-fosforu (P2O5)

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 2 punti perċentwali f’termini assoluti

Forom dikjarati ta’ ossidu tal-potassju (K2O)

± 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 2 punti perċentwali f’termini assoluti

Forom dikjarati ta’ nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O) f’fertilizzanti binarji

± 1,5 punti perċentwali f’termini assoluti

Forom dikjarati ta’ nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew ossidu tal-potassju (K2O) f’fertilizzanti terzjarji

± 1,9 punti perċentwali f’termini assoluti

Ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) totali u solubbli fl-ilma

- 50 u + 100 % devjazzjoni relattiva tal-kontenut dikjarat ta’ dawk in-nutrijenti sa massimu ta’ - 2 u + 4 punti perċentwali f’termini assoluti

Ossidu tas-sodju totali u solubbli fl-ilma (Na2O)

– 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta’ 0,9 punt perċentwali f’termini assoluti + 50 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta’ 1,8 punti perċentwali f’termini assoluti

Granulometrija

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-perċentwal dikjarat ta’ materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku

Kwantità

± 1 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat



Mikronutrijent

Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat ta’ forom ta’ mikronutrijent

Konċentrazzjoni inqas minn jew daqs 2 %

± 50 % tal-valur dikjarat

Konċentrazzjoni ta’ aktar minn 2 % u inqas minn jew daqs 10 %

± 50 % tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 1,0 punt perċentwali f’termini assoluti

Konċentrazzjoni ta’ iktar minn 10 %

± 1,0 punt perċentwali f’termini assoluti

▼B

Kwantità: ± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

PFC 2: MATERJAL GĦAT-TRATTAMENT BIL-ĠIR



Forom tan-nutrijent dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

Valur newtralizzanti

± 3

Granulometrija

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-perċentwal dikjarat ta' materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku.

Ossidu tal-kalċju (CaO) totali

± 3,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-manjeżju totali (MgO)

 

Konċentrazzjoni taħt it-8 %

± 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Konċentrazzjoni bejn 8 % u 16 %

± 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Konċentrazzjoni aktar minn jew daqs 16 %

± 3,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Reattivitajiet (test tal-aċidu idrokloriku u test ta' inkubazzjoni)

± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kwantità

± 1 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

PFC 3: TEJJIEB TAL-ĦAMRIJA



Forom tan-nutrijent dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

▼C1

pH

± 1,0 tal-valur dikjarat

▼M1

Karbonju organiku (Corg)

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta’ 3,0 punt perċentwali f’termini assoluti

▼B

Nitroġenu organiku (Norg)

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-potassju (K2O) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Kontenut ta' materja niexfa

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Kwantità

± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Konduttività elettrika

± 75 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

PFC 4: MATERJAL GĦAT-TKABBIR



Forom għan-nutrijent dikjarat u parametri dikjarati oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

Konduttività elettrika

± 75 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

▼C1

pH

± 1,0 % tal-valur dikjarat

▼B

Kwantità skont il-volum (litri jew m3)

± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Determinazzjoni tal-kwantità (volum) tal-materjali b'daqs tal-partiċella akbar minn 60 mm

± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Determinazzjoni tal-kwantità (volum) ta' materjal għat-tkabbir ifformat minn qabel

± 5 % devjazzjoni relattiva tal- valur dikjarat

Nitroġenu (N) li jista' jiġi estratt permezz ta' CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/ aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; "CAT-solubbli")

± 75 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) li jista' jiġi estratt permezz ta' CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/ aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; "CAT-solubbli")

± 75 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Ossidu tal-potassju (K2O) li jista' jiġi estratt permezz ta' CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/ aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; "CAT-solubbli")

± 75 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

PFC 5: INIBITUR



Kompost inibitur

Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat ta' kompost inibitur

Konċentrazzjoni inqas minn jew daqs 2 %

± 20 % tal-valur dikjarat

Konċentrazzjoni ta' iktar minn 2 %

± 0,3 punt perċentwali f'termini assoluti

Kwantità: ± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

▼M1

PFC 6: BIJOSTIMULANT TAL-PJANTI

Il-kwantità ta’ bijostimulant tal-pjanti tista’ tiddevja b’± 5 % mill-valur dikjarat.

▼B

PFC 6(A): BIJOSTIMULANT MIKROBIKU TAL-PJANTI

Il-konċentrazzjoni(jiet) proprja tal-mikroorganiżmi tista'/jistgħu tiddevja/jiddevjaw b'mhux iktar minn 15 % mill-valur(i) dikjarat(i).

PFC 7: TAĦLITA TA' PRODOTTI FERTILIZZANTI

▼M1



Parametru dikjarat

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

Kwantità

it-tolleranza hija s-somma tal-proporzjon relattiv ta’ kull prodott fertilizzanti komponent tal-UE mmultiplikata bit-tolleranza għall-PFC għal dak il-prodott fertilizzanti. Jekk il-proporzjon ta’ kull prodott fertilizzanti tal-UE fit-taħlita ta’ prodotti fertilizzanti ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, it-tolleranza hija dik tal-PFC bl-aktar valur tat-tolleranza għall-kwantità strett.

▼B

Fejn it-taħlita ta' prodotti fertilizzanti jkun fiha bijostimulant tal-pjanti wieħed jew aktar li jappartjenu għal PFC 6, għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin għall-konċentrazzjoni dikjarata ta' kull bijostimulant tal-pjanti:



Konċentrazzjoni dikjarata f'g/kg jew g/l f'20 °C

Tolleranza permissibbli

Sa 25

± 15 % devjazzjoni relattiva

Iktar minn 25 sa 100

± 10 % devjazzjoni relattiva

Iktar minn 100 sa 250

± 6 % devjazzjoni relattiva

Iktar minn 250 sa 500

± 5 % devjazzjoni relattiva

Iktar minn 500

± 25 g/kg jew ± 25 g/l




ANNESS IV

Proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità

PARTI I

APPLIKABBILTÀ TAL-PROĊEDURI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Din il-Parti tistabbilixxi l-applikabbiltà tal-moduli ta' proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, kif inhu speċifikat fil-Parti II ta' dan l-Anness, għall-prodotti fertilizzanti tal-UE skont is-CMC tagħhom kif speċifikati fl-Anness II, u l-PFCs tagħhom kif speċifikat fl-Anness I.

1.   APPLIKABBILTÀ TAL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA (MODULU A)

1.1. Il-modulu A jista' jintuża għal prodott fertilizzanti tal-UE li jkun kompost esklużivament minn wieħed jew aktar mill-materjali komponenti li ġejjin:

▼M6

(a) 

sustanzi jew taħlitiet ta’ materjal verġni kif speċifikat f’CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II, ħlief kompost inibitur tan-nitrifikazzjoni, tad-denitrifikazzjoni jew tal-ureażi,

▼B

(b) 

diġestati tal-għelejjel friski kif inhu speċifikat f'CMC 4 fil-Parti II tal-Anness II,

(c) 

prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel kif inhu speċifikat f'CMC 6 fil-Parti II tal-Anness II,

▼C2

▼B

(e) 

polimeri nutrijenti kif inhu speċifikat f'CMC 8 fil-Parti II tal-Anness II,

(f) 

prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE kif speċifikat f'CMC 11 fil-Parti II tal-Anness II.

1.2. Il-Modulu A jista' jintuża wkoll għal taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif speċifikat f'PFC 7.

1.3. B'deroga mill-punti 1.1 u 1.2, il-Modulu A ma jistax jintuża għal:

(a) 

fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif inhu speċifikat f'PFC 7 li jkun fiha 28 % jew iktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) minn prodott fertilizzanti tal-UE li jappartjeni għal PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A),

(b) 

inibitur kif speċifikat f'PFC 5, jew

(c) 

bijostimulant tal-pjanti kif speċifikat f'PFC 6.

2.   APPLIKABBILTÀ TAL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA KIF UKOLL TAL-ITTESTJAR TAL-PRODOTTI TAĦT SUPERVIŻJONI (MODULU A1)

Il-Modulu A1 għandu jintuża għal fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), u għal taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif inhu speċifikat f'PFC 7 li jkun fiha 28 % jew iktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) minn prodott fertilizzanti tal-UE li jappartjeni għal PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A).

3.   APPLIKABBILTÀ TA' EŻAMI TAT-TIP TAL-UE (MODULU B) SEGWIT MINN KONFORMITÀ MAT-TIP ABBAŻI TAL-KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI (MODULU C)

3.1. Il-Modulu B segwit mill-Modulu C jistgħu jintużaw għal prodott fertilizzanti tal-UE kompost esklużivament minn wieħed jew aktar mill-materjali komponenti li ġejjin:

▼M6

(a) 

kompost inibitur tan-nitrifikazzjoni, tad-denitrifikazzjoni jew tal-ureażi kif imsemmi f’CMC 1 fil-Parti II tal-Anness II,

▼B

(b) 

pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti kif inhu speċifikat f'CMC 2 fil-Parti II tal-Anness II,

(c) 

polimeri li mhumiex polimeri nutrijenti kif inhu speċifikat f'CMC9 fil-Parti II tal-Anness II,

(d) 

prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 kif speċifikat f'CMC 10 fil-Parti II tal-Anness II,

(e) 

is-CMCs imsemmijin fil-punt 1.1 ta' din il-Parti.

▼M1

3.2 Il-Modulu B segwit mill-Modulu C jista’ jintuża wkoll għal taħlita ta’ prodotti fertilizzanti kif speċifikat f’PFC 7.

▼B

3.3. B'deroga mill-punti 3.1 u 3.2, il-Modulu B segwit mill-Modulu C ma jistgħux jintużaw għal fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif speċifikat f'PFC 7 li jkun fihom 28 % jew iktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) minn prodott fertilizzanti tal-UE li jappartjeni għal PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A).

4.   APPLIKABBILTÀ TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TA' PRODUZZJONI (MODULU D1)

4.1. Il-Modulu D1 jista' jintuża għal kwalunkwe prodott fertilizzanti tal-UE.

4.2. B'deroga mill-punt 4.1, il-Modulu D1 ma jistax jintuża għal fertilizzant inorganiku solidu sempliċi jew kompost b'makronutrijenti tan-nitrat tal-ammonju b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif inhu speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif inhu speċifikat f'PFC 7 li jkun fiha 28 % jew iktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) minn prodott fertilizzanti tal-UE li jappartjeni għal PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A).

PARTI II

DESKRIZZJONI TAL-PROĊEDURI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

MODULU A - KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI

1.   Deskrizzjoni tal-modulu

Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità fejn il-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati taħt il-punti 2, 3 u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu li l-prodotti fertilizzanti tal-UE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

2.1 Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju/i.

2.2 Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu maħsub tal-prodott fertilizzanti tal-UE. Fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti tal-UE, il-PFC korrispondenti għall-funzjoni dikjarata tal-prodott fertilizzanti tal-UE u deskrizzjoni tal-użu maħsub,

(b) 

lista ta' materjali komponenti użati, is-CMCs kif imsemmi fl-Anness II li jappartjenu għalihom u informazzjoni dwar l-oriġini jew il-proċess ta' manifattura tagħhom,

(c) 

id-dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE għall-prodotti fertilizzanti komponenti tal-UE tat-taħlita tal-prodott fertilizzanti,

(d) 

disinni, skemi, deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex jinftiehem il-proċess tal-manifattura tal-prodott fertilizzanti tal-UE,

(e) 

kampjun tat-tikketta jew il-fuljett, jew it-tnejn li huma, imsemmija fl-Artikolu 6(7) li fihom l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Anness III,

(f) 

lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13, speċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 14 u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta' standards armonizzati applikati parzjalment jew speċifikazzjonijiet komuni, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

▼M1

(g) 

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,

▼B

(h) 

rapporti tat-testijiet,

(i) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew jikkonsisti minn prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE, evidenza teknika u amministrattiva li l-prodotti sekondarji jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 42(7) ta' dan ir-Regolament, u mal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u, fejn applikabbli, atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) jew miżuri nazzjonali adottati skont l-Artikolu 5(3) ta' dik id-Direttiva.

▼M1

(j) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih total ta’ kromu (Cr) ogħla minn 200 mg/kg materja niexfa, informazzjoni dwar il-kwantità massima u s-sors eżatt tal-kromu totali (Cr).

▼B

3.   Manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-UE manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija taħt il-punt 2 u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

4.   It-tikketta CE u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE

4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma' kull imballaġġ individwali tal-prodott fertilizzanti tal-UE li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, jew, meta jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti tal-UE.

4.2. Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal prodott jew tip fertilizzanti tal-UE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal ħames snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika l-prodott jew it-tip fertilizzanti tal-UE li għalih tkun tfasslet.

4.3. Għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE meta din tintalab.

5.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stipulati taħt il-punt 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dan ikun speċifikat fil-mandat.

MODULU A1 - KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI KIF UKOLL ITTESTJAR TAL-PRODOTT TAĦT SUPERVIŻJONI

1.   Deskrizzjoni tal-modulu

Il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-ittestjar tal-prodotti taħt superviżjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, fejn il-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati taħt il-punti 2, 3, 4 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu li l-prodotti fertilizzanti tal-UE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

2.1. Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju/i.

2.2. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu maħsub tal-prodott fertilizzanti tal-UE. Fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti tal-UE, il-PFC korrispondenti għall-funzjoni dikjarata tal-prodott fertilizzanti tal-UE u deskrizzjoni tal-użu maħsub,

(b) 

lista tal-materjali komponenti użati, is-CMCs kif imsemmi fl-Anness II li jappartjenu għalihom u informazzjoni dwar l-oriġini jew il-proċess ta' manifattura tagħhom,

(c) 

id-dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE għall-prodotti fertilizzanti komponenti tal-UE tat-taħlita tal-prodott fertilizzanti,

(d) 

disinni, skemi, deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex jinftiehem il-proċess ta' manifattura tal-prodott fertilizzanti tal-UE,

(e) 

kampjun tat-tikketta jew il-fuljett, jew it-tnejn li huma, imsemmija fl-Artikolu 6(7)li fihom l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Anness III,

(f) 

l-ismijiet u l-indirizzi tas-siti, u tal-operaturi tas-siti, li fihom ikunu ġew immanifatturati l-prodott u l-komponenti prinċipali tiegħu,

(g) 

lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13, speċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 14 u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta' standards armonizzati applikati parzjalment jew speċifikazzjonijiet komuni, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

▼M1

(h) 

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,

▼B

(i) 

rapporti tat-testijiet, inkluż ir-rapporti mill-kontrolli tal-prodotti għar-ritenzjoni taż-żejt u r-reżistenza għad-detonazzjoni, imsemmija fil-punt 4 u

(j) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew jikkonsisti minn prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE, evidenza teknika u amministrattiva li l-prodotti sekondarji jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 42(7) ta' dan ir-Regolament, u mal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u, fejn applikabbli, atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) jew miżuri nazzjonali adottati skont l-Artikolu 5(3) ta' dik id-Direttiva.

3.   Manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-UE manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

4.   Kontrolli tal-prodotti għar-ritenzjoni taż-żejt u r-reżistenza għad-detonazzjoni

Iċ-ċikli u t-testijiet termali msemmija fil-punti 4.1 sa 4.4 għandhom jitwettqu fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott fertilizzanti tal-UE kull tliet xhur f'isem il-manifattur, sabiex tiġi vverifikata l-konformità:

(a) 

mar-rekwiżit ta' ritenzjoni taż-żejt imsemmi fil-punt 4 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I, u

(b) 

mar-rekwiżit ta' reżistenza għad-detonazzjoni msemmi fil-punt 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I.

Iċ-ċikli u t-testijiet termali għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat, magħżul mill-manifattur.

4.1.   Ċikli termali qabel test għall-konformità mar-rekwiżit ta' ritenzjoni taż-żejt imsemmi fil-punt 4 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I

4.1.1.   Prinċipju u definizzjoni

Fi flixkun tal-laboratorju adegwat magħluq, saħħan il-kampjun mit-temperatura ambjentali għal 50 °C u żomm din it-temperatura għal perjodu ta' sagħtejn (il-fażi ta' 50 °C). Wara li tagħmel dan berred il-kampjun sakemm tintlaħaq it-temperatura ta' 25 °C u żomm din it-temperatura għal sagħtejn (il-fażi ta' 25 °C). Il-kombinazzjoni tal-fażijiet suċċessivi ta' 50 °C u 25 °C tifforma ċiklu termali wieħed. Wara li jiġi soġġett għal żewġ ċikli termali, il-kampjun tat-test jinżamm f'temperatura ta' 20 (±3) °C biex jiġi ddeterminat il-valur ta' ritenzjoni taż-żejt.

4.1.2.   Apparat

Apparat normali tal-laboratorju, b'mod partikolari:

(a) 

banjumarija jew forn b'termostat ta' 25 ± 1 °C u 50 ± 1 °C rispettivament,

(b) 

fliexken tal-laboratorju adegwati b'kapaċità individwali ta' 150 ml.

4.1.3.   Proċedura

4.1.3.1. Qiegħed kull kampjun tat-test ta' 70 ±5 g fi flixkun tal-laboratorju adegwat li mbagħad jingħalaq.

4.1.3.2. Wara li tintlaħaq it-temperatura ta' 50 °C u tkun inżammet it-temperatura għal sagħtejn, biddel it-temperatura tal-flixkun għall-banjumarija jew forn ta' 25 °C u viċeversa.

4.1.3.3. Jekk tuża banjumarija żomm l-ilma ta' kull banju f'temperatura kostanti u żomm ċertu moviment billi tħawwad b'mod rapidu. Kun ċert li l-livell tal-ilma jkun 'il fuq mil-livell tal-kampjun. Ipproteġi t-tapp mill-kondensazzjoni b'għatu tal-lastiku tal-fowm.

4.2.   Test tar-ritenzjoni taż-żejt imsemmi fil-punt 4 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I

4.2.1.   Deskrizzjoni

Ir-ritenzjoni taż-żejt ta' prodott fertilizzanti tal-UE għandha tkun il-kwantità ta' żejt miżmum mill-prodott fertilizzanti tal-UE determinata taħt il-kondizzjonijiet operattivi speċifikati u espressi bħala % skont il-massa.

It-test għandu jitwettaq fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott fertilizzanti tal-UE. Qabel ma tiġi ttestjata, il-massa sħiħa tal-kampjun għandha tgħaddi minn żewġ ċikli termali f'konformità mal-punt 4.1.

Il-metodu huwa applikabbli kemm għall-fertilizzanti f'forma ta' prilli kif ukoll granulari li ma jkunx fihom materjali solubbli fiż-żejt.

4.2.2.   Prinċipju

Immersjoni totali tal-kampjun tat-test fiż-żejt tal-gass għal perjodu speċifikat, segwit mit-tbattil taż-żejt żejjed skont kondizzjonijiet speċifikati. Kejl taż-żieda fil-massa tal-porzjon tat-test.

4.2.3.   Reaġenti

Żejt tal-gass bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

viskożità massima: 5 mPas f'temperatura ta' 40 °C;

(b) 

densità: 0,8 g/ml sa 0,85 g/ml f'temperatura ta' 20 °C;

(c) 

kontenut ta' kubrit: ≤ 1,0 % (m/m);

(d) 

irmied: ≤ 0,1 % (m/m).

4.2.4.   Apparat

Apparat ordinarju tal-laboratorju, u:

(a) 

miżien, li jista' jiżen sal-eqreb 0,01 g;

(b) 

bekkijiet, b'kapaċità ta' 500 ml;

(c) 

lembut, minn materjal tal-plastik, preferibbilment b'parti ċilindrika n-naħa ta' fuq, b'dijametru ta' madwar 200 mm;

(d) 

għarbiel tat-test, apertura 0,5 mm, li joqgħod fil-lembut;

Nota: Id-daqs tal-lembut u l-għarbiel għandu jkun tali li jiżgura li ftit granuli biss ikunu fuq xulxin u ż-żejt ikun jista' jitbattal faċilment;

(e) 

karta filtru, tal-grad tal-filtrazzjoni rapida, imġiegħda, ratba, massa ta' 150 g/m2;

(f) 

karta assorbenti (grad tal-laboratorju).

4.2.5.   Proċedura

4.2.5.1. Żewġ determinazzjonijiet individwali jitwettqu malajr wara xulxin fuq porzjonijiet separati tal-istess kampjun tat-test.

4.2.5.2. Neħħi l-frak iżgħar minn 0,5 mm bl-użu tal-għarbiel tat-test. Iżen sal-eqreb 0,01 g madwar 50 g tal-kampjun ġewwa l-bekk. Żid biżżejjed żejt tal-gass biex tkopri l-prilli jew il-granuli kompletament u ħawwad b'attenzjoni sabiex tiżgura li l-uċuħ kollha tal-prilli jew tal-granuli jkunu totalment imxarrba. Għatti l-bekk bi ħġieġa tal-arloġġ u ħallih joqgħod għal siegħa f'temperatura ta' 25 (± 2) °C.

4.2.5.3. Iffiltra l-kontenuti kollha tal-bekk permezz tal-lembut li jkun fih l-għarbiel tat-test. Ħalli l-porzjon miżmum mill-għarbiel jibqa' hemm għal siegħa sabiex il-biċċa l-kbira taż-żejt żejjed ikun jista' jitbattal.

4.2.5.4. Ifrex żewġ folji ta' karta filtru (ta' madwar 500 mm x 500 mm) fuq xulxin fuq wiċċ lixx; itwi l-erba' truf taż-żewġ karti filtru 'l fuq sa wisa' ta' madwar 40 mm sabiex iżommu l-prilli jew il-granuli milli jirrumblaw 'il barra. Poġġi żewġ saffi ta' karta assorbenti fiċ-ċentru tal-karti filtru. Ferra' l-kontenuti kollha tal-għarbiel fuq il-karti assorbenti u xerred il-prilli jew il-granuli b'mod uniformi b'pinzell ċatt u artab. Wara żewġ minuti tella' naħa waħda tal-karti assorbenti biex tittrasferixxi l-prilli jew il-granuli għal fuq il-karti filtru taħt u xerridhom b'mod uniformi fuqhom bil-pinzell. Ifrex folja oħra ta' karta filtru, ukoll bit-truf tagħha mdawrin 'il fuq, fuq il-kampjun u rrombla l-prilli jew il-granuli bejn il-karti filtru b'movimenti ċirkolari filwaqt li tagħmel ftit pressjoni. Ieqaf wara kull tmien movimenti ċirkolari biex ittella' l-erba' kantunieri opposti tal-karti filtru u reġġa' lura lejn iċ-ċentru l-prilli jew il-granuli li rrumblaw lejn il-periferija. Żomm mal-proċedura li ġejja: agħmel erba' movimenti ċirkolari sħaħ, l-ewwel skont l-arloġġ imbagħad kontra l-arloġġ. Imbagħad irrombla l-prilli jew il-granuli lura lejn iċ-ċentru kif deskritt hawn fuq. Din il-proċedura għandha titwettaq tliet darbiet (24 moviment ċirkolari, bil-kantunieri merfugħin darbtejn). Daħħal b'attenzjoni folja ġdida ta' karta filtru bejn il-folja ta' taħt u dik li hemm fuqha u ħalli l-prilli jew il-granuli jirrumblaw fuq il-folja l-ġdida billi terfa' t-truf tal-folja ta' fuq. Għatti l-prilli jew il-granuli b'folja ġdida ta' karta filtru u rrepeti l-istess proċedura kif deskritt hawn fuq. Immedjatament wara l-irrumblar, ferra' l-prilli jew il-granuli f'dixx tarat u erġa' iżen sal-eqreb 0,01 g biex tiddetermina l-massa tal-kwantità taż-żejt tal-gass miżmum.

4.2.5.5. Ripetizzjoni tal-proċedura ta' rrumblar u użin mill-ġdid

Jekk il-kwantità taż-żejt tal-gass miżmum fil-porzjon jinstab li hija iktar minn 2,00 g, qiegħed il-porzjon fuq sett ġdid ta' karti filtru u rrepeti l-proċedura tal-irrumblar, filwaqt li terfa' l-kantunieri skont il-punt 4.2.5.4. (darbtejn tmien movimenti ċirkolari, terfa' darba). Wara erġa' iżen il-porzjon.

4.2.5.6. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet ta' ritenzjoni taż-żejt għal kull kampjun.

4.2.6.   Rapport tat-test

4.2.6.1.   Espressjoni tar-riżultati

4.2.6.1.1.   Metodu ta' kalkolu u formula

Ir-ritenzjoni taż-żejt, minn kull determinazzjoni (punt 4.2.5.1) espressa bħala % skont il-massa tal-porzjon tat-test li għadda mill-għarbiel, tingħata bil-formula:

image

fejn:

m1 hija l-massa, fi grammi, tal-porzjon tat-test li għadda mill-għarbiel (punt 4.2.5.2)),

m2 hija l-massa, fi grammi, tal-porzjon tat-test skont il-punti 4.2.5.4. u 4.2.5.5. rispettivament bħala riżultat tal-aħħar użin.

4.2.6.1.2.

Ħu, bħala r-riżultat, il-medja aritmetika taż-żewġ determinazzjonijiet individwali.

4.2.6.2.

Ir-rapport tat-test għandu jkun parti mid-dokumentazzjoni teknika.

4.3.   Ċikli termali qabel it-test tar-reżistenza għad-detonazzjoni msemmi fil-punt 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I

4.3.1.   Prinċipju u definizzjoni

F'kaxxa ssiġillata saħħan il-kampjun mit-temperatura ambjentali għal 50 °C u żomm f'din it-temperatura għal perjodu ta' siegħa (il-fażi ta' 50 °C). Wara dan berred il-kampjun sakemm tintlaħaq temperatura ta' 25°C u żomm f'dik it-temperatura għal siegħa (il-fażi ta' 25 C). Il-kombinazzjoni tal-fażijiet suċċessivi ta' 50 °C u 25 °C tifforma ċiklu termali wieħed. Wara li jiġi soġġett għall-għadd meħtieġ ta' ċikli termali, il-kampjun tat-test jinżamm f'temperatura ta' 20 ±3°C sakemm isir it-test tar-reżistenza għad-detonazzjoni.

4.3.2.   Apparat

Metodu 1

(a) 

Banjumarija, b'termostat f'temperatura f'firxa bejn 20 u 51 °C b'rata minima ta' tisħin u ta' tkessiħ ta' 10 °C/siegħa, jew żewġ banjijietmarija, wieħed b'termostat għal temperatura ta' 20 °C, u l-ieħor b'temperatura ta' 51 °C. L-ilma fil-banju/banjijiet jitħawwad kontinwament; il-volum tal-banju għandu jkun kbir biżżejjed biex jiggarantixxi ċirkolazzjoni tajba tal-ilma.

(b) 

Kaxxa tal-azzar inossidabbli, issiġillata mill-ilma mad-dawra kollha u fornuta b'apparat li jirreġistra t-temperatura fiċ-ċentru. Il-wisa' ta' barra tal-kaxxa hija ta' 45 ± 2 mm u l-ħxuna tal-ħitan hija ta' 1,5 mm (ara l-Grafika 1 bħala eżempju). L-għoli u t-tul tal-kaxxa jistgħu jintgħażlu sabiex ikunu adatti għall-qisien tal-banjumarija, pereżempju tul ta' 600 mm, għoli ta' 400 mm.

Metodu 2

(a) 

Forn adatt, b'termostat f'temperatura f'firxa bejn 20 u 51 °C b'rata minima ta' tisħin u ta' tkessiħ ta' 10 °C/siegħa.

(b) 

Kaxxi jew boroż tal-plastik issiġillati mill-arja adatti pprovduti b'apparat adatt li jirreġistra t-temperatura fiċ-ċentru tal-kampjun jew kaxxa tal-azzar inossidabbli kif deskritt fil-punt (b) tal-metodu 1 tal-punt 4.3.2. Ladarba jimtlew, il-ħxuna ta' barra tal-kaxxa jew tal-borża ma għandhiex tkun ta' aktar minn 45 mm.

4.3.3.   Proċedura

Qiegħed kwantità biżżejjed ta' fertilizzanti għat-test tar-reżistenza għad-detonazzjoni fil-kaxxi jew boroż u agħlaqhom. Qiegħed il-kaxxi tal-azzar inossidabbli fil-banjumarija (metodu 1) jew il-kaxxi jew il-boroż fil-forn (metodu 2). Saħħan l-ilma jew il-forn sa 51 C u kejjel it-temperatura fiċ-ċentru tal-fertilizzant. Siegħa wara li t-temperatura fiċ-ċentru tkun laħqet 50°C ibda berred. Siegħa wara li t-temperatura fiċ-ċentru tkun laħqet 25°C ibda saħħan għat-tieni ċiklu. F'każ ta' żewġ banjijietmarija jew żewġt ifran, ittrasferixxi l-kaxxi jew il-boroż lejn il-banju jew il-forn l-ieħor wara kull perjodu ta' tisħin/tberrid.

Grafika 1

image

A

:

O-ring

B

:

Għata

C

:

Bolt

D

:

Kaxxa

4.4.   Test ta' reżistenza għad-detonazzjoni msemmi fil-punt 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I

4.4.1.   Deskrizzjoni

4.4.1.1 It-test għandu jitwettaq fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott fertilizzanti tal-UE. Qabel ma tiġi ttestjata għar-reżistenza għad-detonazzjoni, il-massa sħiħa tal-kampjun għandha tgħaddi minn ħames ċikli termali f'konformità mal-punt 4.3.

4.4.1.2. Il-prodott fertilizzanti tal-UE għandu jkun soġġett għat-test tar-reżistenza għad-detonazzjoni f'tubu tal-azzar orizzontali bil-kundizzjonijiet li ġejjin (id-dettalji tal-materjali jinsabu fil-punt 4.4.3):

(a) 

tubu sħiħ tal-azzar:

(i) 

Tul tat-tubu: tal-inqas 1 000  mm,

(ii) 

Dijametru nominali estern: tal-inqas 114 mm,

(iii) 

Ħxuna nominali tal-ħajt tat-tubu: tal-inqas 5 mm,

(b) 

booster: it-tip u l-massa tal-booster magħżul għandhom ikunu tali li jimmassimizzaw il-pressjoni tad-detonazzjoni applikata fuq il-kampjun sabiex tiġi ddeterminata s-suxxettibbiltà tiegħu għat-trażmissjoni tad-detonazzjoni,

(c) 

temperatura tal-kampjun: 15 °C sa 25 °C,

(d) 

ċilindri taċ-ċomb bħala xhieda tas-sejbien tad-detonazzjoni: dijametru ta' 50 mm u għoli ta' 100 mm,

(e) 

imqegħdin f'intervalli ta' 150 mm u jirfdu t-tubi b'mod orizzontali.

NOTA: It-test għandu jsir darbtejn. It-test jitqies li huwa konklużiv jekk fiż-żewġ testijiet wieħed jew aktar miċ-ċilindri ta' sostenn taċ-ċomb jitgħaffġu b'anqas minn 5 %.

4.4.2.   Prinċipju

Il-kampjun tat-test jinżamm f'tubu tal-azzar u jiġi soġġett għal xokk tad-detonazzjoni minn karga splussiva tal-booster. Il-propagazzjoni tad-detonazzjoni tiġi ddeterminata mill-grad tat-tgħaffiġ taċ-ċilindri taċ-ċomb li fuqhom it-tubu jistrieħ b'mod orizzontali matul it-test.

4.4.3.   Materjali

(a) 

Splussiv tal-plastik li jkun fih 83 % sa 86 % pentrite

— 
densità: 1 500  kg/m3 sa 1 600  kg/m3
— 
veloċità tad-detonazzjoni: 7 300  m/s sa 7 700  m/s
— 
massa: (500 ± 1) g;

jew kwalunkwe splussiv tal-plastik ieħor b'karatteristiċi simili ta' detonazzjoni.

(b) 

Seba' tulijiet ta' spag ta' detonazzjoni flessibbli b'kisja mhux metallika

— 
massa tal-mili: 11 g/m sa 13 g/m
— 
tul ta' kull spaga: (400 ± 2) mm.
(c) 

Gerbuba kkompressata ta' splussiv sekondarju, b'daħla sabiex tirċievi d-detonatur

— 
splussiv: eżoġen/xama' 95/5 jew splussiv sekondarju simili, bil-grafit miżjud jew mingħajru
— 
densità: 1 500  kg/m3 sa 1 600  kg/m3
— 
dijametru: 19 mm sa 21 mm
— 
għoli: 19 mm sa 23 mm
— 
massa tal-gerbuba kkompressata: massimu ta' 10 g
— 
vojt ċentrali sabiex jirċievi d-detonatur: dijametru massimu ta' 7,0 sa 7,3 mm, fond ta' madwar 12 mm. F'każ ta' detonaturi b'dijametri kbar, id-dijametru tal-vojt għandu jkun kemxejn ikbar (pereżempju 0,5 mm) mid-dijametru tad-detonatur.
(d) 

Tubu tal-azzar sħiħ kif speċifikat fl-ISO 65 - 1981 - Heavy Series, b'dimensjonijiet nominali DN 100 (4")

— 
dijametru ta' barra: 113,1 mm sa 115,0 mm
— 
ħxuna tal-ħajt: 5,0 mm sa 6,5 mm
— 
tul: 1 005  ± 2 mm.
(e) 

Pjanċa tal-qiegħ

— 
materjal: azzar ta' kwalità tajba li jista' jiġi wweldjat
— 
dimensjonijiet: 160 mm × 160 mm
— 
ħxuna: 5 mm sa 6 mm.
(f) 

Sitt ċilindri taċ-ċomb

— 
dijametru: 50 ± 1 mm
— 
għoli: 100 mm sa 101 mm
— 
materjali: ċomb artab, b'tal-inqas 99,5 % purezza.
(g) 

Blokka tal-azzar

— 
tul: tal-inqas 1 000  mm
— 
wisa': tal-inqas 150 mm
— 
għoli: mill-inqas 150 mm (alternattivament jistgħu jintużaw diversi travi miġburin fuq xulxin sabiex jintlaħaq dan l-għoli)
— 
massa: tal-inqas 300 kg jekk ma jkunx hemm bażi soda għall-blokka tal-azzar.
(h) 

Ċilindru tal-plastik jew tal-kartun għall-karga tal-booster

— 
ħxuna tal-ħajt: 1,5 mm sa 2,5 mm
— 
dijametru: 92 mm sa 96 mm
— 
għoli: 64 mm sa 67 mm.
(i) 

Detonatur (tal-elettriku jew mhux tal-elettriku) b'forza ta' inizjazzjoni ta' 8 sa 10

j) 

Diska tal-injam jew tal-plastik

— 
dijametru: 92 mm sa 96 mm. Id-dijametru għandu jitqabbel mad-dijametru intern taċ-ċilindru tal-plastik jew tal-kartun (il-punt (h))
— 
ħxuna: 20 mm.
(k) 

Virga tal-injam jew tal-plastik bl-istess dimensjonijiet bħad-detonatur (il-punt (i))

(l) 

Pinnijiet maqsumin żgħar (tul massimu ta' 20 mm)

(m) 

Pinnijiet maqsumin (tul ta' madwar 20 mm)

4.4.4.   Proċedura

4.4.4.1.   Preparazzjoni tal-karga tal-booster għall-inseriment fit-tubu tal-azzar

Skont id-disponibbiltà tal-apparat, l-isplussiv jista' jiġi inizjat fil-karga tal-booster

— 
b'inizjazzjoni simultanja b'seba' punti kif imsemmi fil-punt 4.4.4.1.1., jew
— 
b'inizjazzjoni ċentrali tal-gerbuba kkompressata kif imsemmi fil-punt 4.4.4.1.2..

4.4.4.1.1.   Inizjazzjoni simultanja b'seba' punti

Il-karga tal-booster ippreparata għall-użu tidher fil-Grafika 2.

4.4.4.1.1.1.

Taqqab toqob fid-diska tal-injam jew tal-plastik (il-punt (j) taħt il-punt 4.4.3.) paralleli għall-assi tad-diska miċ-ċentru u minn sitt punti distribwiti b'mod simetriku madwar ċirku konċentriku b'dijametru ta' 55 mm. Id-dijametru tat-toqob għandu jkun bejn 6 mm u 7 mm (ara t-Taqsima A-B fil-Grafika 2), skont id-dijametru tal-ispaga tad-detonazzjoni użata (il-punt (b) taħt il-punt 4.4.3.).

4.4.4.1.1.2.

Aqta' seba' tulijiet ta' spag ta' detonazzjoni flessibbli (il-punt (b) taħt il-punt 4.4.3.) kull wieħed twil 400 mm, filwaqt li tevita li titlef l-isplussiv f'kull tarf billi taqta' qatgħa pulita u tissiġilla t-tarf immedjatament bl-adeżiv. Imbotta kull wieħed mis-seba' tulijiet ġos-seba' toqob fid-diska tal-injam jew tal-plastik (il-punt (j) taħt il-punt 4.4.3.) sakemm it-truf joħorġu ftit ċentimetri fuq in-naħa l-oħra tad-diska. Wara daħħal pinn maqsum żgħir (il-punt (l) taħt il-punt 4.4.3.) b'mod trasversali fil-komma tat-tessut ta' kull tul ta' spag minn 5 mm sa 6 mm mit-tarf u waħħal adeżiv madwar il-parti ta' barra tat-tulijiet ta' spag f'faxxa 2 cm wiesgħa ħdejn il-pinn. Fl-aħħar nett, iġbed il-biċċa t-twila ta' kull spaga sabiex twassal il-pinn f'kuntatt mad-diska tal-injam jew tal-plastik.

4.4.4.1.1.3.

Ifforma l-isplussiv tal-plastik (il-punt (a) taħt il-punt 4.4.3.) biex toħloq ċilindru ta' 92 mm sa 96 mm fid-dijametru, skont id-dijametru taċ-ċilindru (il-punt (h) taħt il-punt 4.4.3.). Poġġi dan iċ-ċilindru wieqaf fuq wiċċ ċatt u daħħal l-isplussiv iffurmat. Imbagħad daħħal id-diska tal-injam jew tal-plastik ( 37 ) bis-seba' tulijiet ta' spag tad-detonazzjoni fin-naħa ta' fuq taċ-ċilindru u agħfasha 'l isfel fuq l-isplussiv. Aġġusta l-għoli taċ-ċilindru (64 mm sa 67 mm) biex ix-xifer ta' fuq tiegħu ma jestendix lil hinn mil-livell tal-injam jew tal-plastik. Finalment, waħħal iċ-ċilindru mad-diska tal-injam jew tal-plastik, pereżempju bi staples jew imsiemer żgħar, madwar iċ-ċirkonferenza kollha tagħha.

4.4.4.1.1.4.

Iġbor fi grupp it-truf ħielsa tas-seba' tulijiet ta' spag ta' detonazzjoni madwar iċ-ċirkonferenza tal-virga tal-injam jew tal-plastik (il-punt (k) taħt il-punt 4.4.3.) biex b'hekk it-truf tagħhom kollha jkunu livell fi pjan perpendikolari mal-virga. Orbothom f'lott madwar il-virga permezz ta' tejp adeżiv ( 38 ).

4.4.4.1.2.   Inizjazzjoni ċentrali permezz ta' gerbuba kkompressata

Il-karga tal-booster kif ippreparata għall-użu tidher fil-Grafika 3.

4.4.4.1.2.1.   Preparazzjoni tal-gerbuba kkompressata

Filwaqt li tieħu l-prekawzjonijiet tas-sikurezza neċessarji, daħħal massimu ta' 10 g ta' splussiv sekondarju (il-punt (c) taħt il-punt 4.4.3.) f'forma b'dijametru minn ġewwa ta' 19 mm sa 21 mm u kkumpressa sal-forma u d-densità korretti (il-proporzjon tad-dijametru: l-għoli għandu jkun bejn wieħed u ieħor 1:1). Fiċ-ċentru tal-qiegħ tal-forma hemm blokka, għolja 12 mm u b'dijametru ta' 7,0 mm sa 7,3 mm (jiddependi mid-dijametru tad-detonatur użat), li tifforma daħla ċilindrika fl-iskartoċċ ikkompressat biex eventwalment jiddaħħal id-detonatur.

4.4.4.1.2.2.   Preparazzjoni tal-karga tal-booster

Qiegħed l-isplussiv (il-punt (a) taħt il-punt 4.4.3.) fiċ-ċilindru (il-punt (h) taħt il-punt 4.4.3.) f'pożizzjoni wieqfa fuq wiċċ lixx, imbagħad imbuttah 'l isfel b'ċippa tal-injam jew tal-plastik biex l-isplussiv jingħata forma ta' ċilindru b'daħla ċentrali. Daħħal il-gerbuba kkompressata f'din id-daħla. Għatti l-isplussiv f'forma ta' ċilindru li jkun fih il-gerbuba kkompressata b'diska tal-injam jew tal-plastik (il-punt (j) taħt il-punt 4.4.3.) li jkollha toqba fin-nofs b'dijametru bejn 7,0 mm u 7,3 mm biex jiddaħħal id-detonatur. Waħħal id-diska tal-injam jew tal-plastik u ċ-ċilindru flimkien b'tejp adeżiv f'forma ta' salib. Agħmel fiċ-ċert li t-toqba mtaqqba fid-diska u d-daħla fil-gerbuba kkompressata jkunu koassjali billi ddaħħal il-virga tal-injam jew tal-plastik (il-punt (k) taħt il-punt 4.4.3.).

4.4.4.2.   Preparazzjoni tat-tubi tal-azzar għat-testijiet tad-detonazzjoni

F'tarf minnhom tat-tubu tal-azzar (il-punt (d) taħt il-punt 4.4.3.), taqqab żewġ toqbiet li jkunu dijametrikament opposti ta' 4 mm fid-dijametru b'mod perpendikulari mill-ħajt tal-ġenb f'distanza ta' 4 mm mit-tarf. Iwweldja l-pjanċa tal-qiegħ (il-punt (e) taħt il-punt 4.4.3.) mat-tarf oppost tat-tubu, filwaqt li timla kompletament l-angolu perpendikolari bejn il-pjanċa tal-qiegħ u l-ħajt tat-tubu b'metall tal-welding madwar iċ-ċirkonferenza kollha tat-tubu.

4.4.4.3.   Mili u kkargar tat-tubu tal-azzar

Ara l-Grafiki 2 u 3.

4.4.4.3.1. Il-kampjun tat-test, it-tubu tal-azzar u l-karga tal-booster għandhom ikunu kkundizzjonati għal temperaturi ta' (20 ± 5)°C. Madwar 20 kg tal-kampjun tat-test għandhom ikunu disponibbli għal żewġ testijiet tar-reżistaneza għad-detonazzjoni.

4.4.4.3.2.1 Poġġi t-tubu wieqaf bil-pjanċa kwadra tiegħu tistrieħ fuq wiċċ sod u ċatt u preferibbilment tal-konkrit. Imla t-tubu sa terz tal-għoli tiegħu bil-kampjun tat-test u itilqu biex jaqa' 10 cm vertikalment fuq il-wiċċ ċatt ħames darbiet sabiex il-prilli jew il-granuli jkunu kompatti kemm jista' jkun qrib xulxin fit-tubu. Biex taċċellera l-kompattazzjoni, oħloq vibrazzjoni fit-tubu billi tagħti daqqiet mal-ġenb b'martell ta' 750 g sa 1 000  g bejn it-twaqqigħ għal total ta' 10 darbiet.

4.4.4.3.2.2. Irrepeti dan il-metodu tal-ikkargar b'porzjon ieħor tal-kampjun tat-test. Finalment, għandha tiżdied kwantità oħra b'mod li, wara l-kompattazzjoni billi terfa' u titlaq it-tubu għal 10 darbiet u total ta' 20 daqqa intermittenti b'martell, l-ikkargar jimla t-tubu sa distanza ta' 70 mm mit-tarf tiegħu.

4.4.4.3.2.3 L-għoli tal-mili tal-kampjun għandu jiġi aġġustat fit-tubu tal-azzar biex il-karga tal-booster (imsemmija fil-punt 4.4.4.1.1 jew 4.4.4.1.2.) li għandha tiddaħħal aktar tard tkun f'kuntatt mill-qrib mal-kampjun tul il-wiċċ kollu tiegħu.

4.4.4.3.3. Daħħal il-karga tal-booster fit-tubu sabiex din tkun f'kuntatt mal-kampjun; il-wiċċ ta' fuq tad-diska tal-injam jew tal-plastik għandu jkun 6 mm taħt it-tarf tat-tubu. Assigura kuntatt mill-qrib li huwa essenzjali bejn l-isplussiv u l-kampjun tat-test billi toħroġ il-karga tal-booster u żżid jew tnaqqas kwantitajiet żgħar tal-kampjun. Kif muri fil-Grafiki 2 u 3, għandhom jiddaħħlu pinnijiet maqsumin mit-toqob qrib it-tarf il-miftuħ tat-tubu u s-saqajn tagħhom għandhom jinfetħu u jiġu ċċattjati mat-tubu.

4.4.4.4.   Pożizzjonar tat-tubu tal-azzar u taċ-ċilindri taċ-ċomb (ara l-Grafika 4)

4.4.4.4.1. Agħti numru lill-bażijiet taċ-ċilindri taċ-ċomb (il-punt (f) taħt il-punt 4.4.3.) 1, 2, 3, 4, 5 u 6. Agħmel sitt marki 150 mm bogħod minn xulxin tul linja fuq blokka tal-azzar (punt 4.4.3(g)) imqiegħda fuq bażi orizzontali, b'kull marka mill-inqas 75 mm minn kwalunkwe tarf tal-blokka. Poġġi ċilindru taċ-ċomb wieqaf fuq kull waħda minn dawk il-marki, bil-bażi ta' kull ċ-ċilindru ċċentralizzata fuq il-marka tiegħu (ara l-Grafika 4).

4.4.4.4.2. Poġġi t-tubu tal-azzar imħejji skont il-punt 4.4.4.3. orizzontalment fuq iċ-ċilindri taċ-ċomb biex b'hekk l-assi tat-tubu jkun parallel mal-linja ċentrali taċ-ċilindri taċ-ċomb u t-tarf iwweldjat tat-tubu jkun jestendi 50 mm lil hinn miċ-ċilindru taċ-ċomb Nru 6. Sabiex tipprevjeni li t-tubu jitgerbeb, deffes ifilsa żgħar tal-injam jew tal-plastik bejn il-partijiet ta' fuq taċ-ċilindri taċ-ċomb u l-ġenb tat-tubu (waħda fuq kull naħa) jew qiegħed salib tal-injam bejn it-tubu u l-blokka tal-azzar jew it-travi miġbura fuq xulxin. (ara l-Grafika 4)

Nota: Kun ċert li t-tubu jkun f'kuntatt mas-sitt ċilindri taċ-ċomb kollha; kurvatura sottili fil-wiċċ tat-tubu tista' tkun ikkumpensata bid-dawrien tat-tubu tul l-assi lonġitudinali tiegħu; jekk xi wieħed miċ-ċilindri taċ-ċomb ikun twil wisq, taptap iċ-ċilindru partikolari bil-mod b'martell sakemm jintlaħaq l-għoli meħtieġ.

4.4.4.5.   Tħejjija għad-detonazzjoni

4.4.4.5.1. Ħejji l-apparat kif deskritt fil-punt 4.4.4.4. f'bunker jew f'sit taħt l-art imħejji kif xieraq jew f'post xieraq. Agħmel fiċ-ċert li t-temperatura tat-tubu tal-azzar tinżamm f'(20 ± 5)°C qabel id-detonazzjoni.

Nota: Id-detonazzjoni tista' tikkawża li biċċiet tal-azzar jiġu proġettati b'enerġija kinetika għolja, għalhekk, l-isparar għandu jsir f'distanza xierqa 'l bogħod mid-djar jew mit-toroq.

4.4.4.5.2. Jekk tintuża l-karga tal-booster b'inizjazzjoni ta' seba' punti, agħmel fiċ-ċert li l-ispag tad-detonazzjoni jkunu mġebbdin kif deskritt fin-nota f'qiegħ il-paġna mal-punt 4.4.4.1.1.4 u mqiegħdin b'mod kemm jista' jkun orizzontali.

4.4.4.5.3. Finalment, neħħi l-virga tal-injam jew tal-plastik u ssostitwixxiha bid-detonatur. L-isparar ma għandux isir qabel ma ż-żona ta' periklu tiġi evakwata u l-persunal li jkun qed iwettaq it-test jistkenn.

4.4.4.5.4. Detonazzjoni tal-isplussiv.

4.4.4.6.1. Ħalli żmien biżżejjed biex jinxterdu d-dħaħen (prodotti ta' dekompożizzjoni gassużi u kultant tossiċi, bħalma huma l-gassijiet nitrużi), imbagħad iġbor iċ-ċilindri taċ-ċomb u kejjel l-għoli tagħhom b'Vernier caliper.

4.4.4.6.2. Irreġistra, għal kull wieħed miċ-ċilindri taċ-ċomb immarkati, il-grad tat-tgħaffiġ espress bħala perċentwal tal-għoli oriġinali ta' 100 mm. Jekk iċ-ċilindri jitgħaffġu laġenba, irreġistra l-anqas u l-akbar valuri u kkalkula l-medja.

4.4.4.7. Jista' jitwettaq ukoll kejl tal-veloċità tad-detonazzjoni.

4.4.4.8. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet ta' detonazzjoni għal kull kampjun.

4.4.5.   Rapport tat-test

Il-valuri ta' dawn il-parametri li ġejjin għandhom jingħataw fir-rapport tat-test għal kull wieħed mit-testijiet tar-reżistenza għad-detonazzjoni:

— 
il-valuri attwalment imkejla fid-dijametru estern tat-tubu tal-azzar u għall-ħxuna tal-ħajt,
— 
l-ebusija Brinell tat-tubu tal-azzar,
— 
it-temperatura tat-tubu u tal-kampjun ftit qabel l-isparar,
— 
id-densità tal-ippakkjar (kg/m3) tal-kampjun fit-tubu tal-azzar,
— 
l-għoli ta' kull ċilindru taċ-ċomb wara l-isparar, bi speċifikazzjoni tan-numru korrispondenti taċ-ċilindru,
— 
il-metodu tal-inizjazzjoni użat għall-karga tal-booster.

4.4.6.   Evalwazzjoni tar-riżultati tat-test

Jekk, f'kull sparatura, it-tgħaffiġ ta' tal-anqas ċilindru taċ-ċomb wieħed ikun anqas minn 5 %, it-test għandu jitqies konklużiv u għandu jitqies li l-kampjun ippreżentat huwa reżistenti għad-detonazzjoni.

4.4.7.   Ir-rapport tat-test għandu jkun parti mid-dokumentazzjoni teknika.

Grafika 2

image

Karga tal-booster b'inizjazzjoni ta' seba' punti

1

:

Tubu tal-azzar

2

:

Diska tal-injam jew tal-plastik b'seba' toqob

3

:

Ċilindru tal-plastik jew tal-kartun

4

:

Spag tad-detonazzjoni

5

:

Splussiv tal-plastik

6

:

Kampjun tat-test

7

:

Toqba ta' 4 mm imtaqqba biex tirċievi pinn maqsum

8

:

Pinn maqsum

9

:

Virga tal-injam jew tal-plastik imdawra minn 4

10

:

Adeżiv biex 4 jinżamm fiss madwar 9

Grafika 3

image

1

:

Tubu tal-azzar

2

:

Diska tal-injam jew tal-plastik

3

:

Ċilindru tal-plastik jew tal-kartun

4

:

Virga tal-injam jew tal-plastik

5

:

Splussiv tal-plastik

6

:

Gerbuba kkompressata

7

:

Kampjun tat-test

8

:

Toqba ta' 4 mm imtaqqba biex tirċievi pinn maqsum

9

:

Pinn maqsum

10

:

Ċippa tal-injam jew tal-plastik għal 5

Grafika 4

image

Numri fi ċrieki:

1

:

Tubu tal-azzar

2

:

Ċilindri taċ-ċomb

3

:

Blokka tal-azzar jew travi miġburin fuq xulxin

4

:

Pjanċa tal-qiegħ

5

:

Karga tal-booster

Numri f'kaxxi:

Ċilindri taċ-ċomb 1 sa 6

5.   It-tikketta CE u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE

5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta' identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar, ma' kull imballaġġ individwali tal-prodott fertilizzanti tal-UE li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament jew, meta jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti tal-UE.

5.2. Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal tip ta' prodott fertilizzanti tal-UE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika t-tip tal-prodott fertilizzanti tal-UE li għalih tkun tfasslet.

5.3. Għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE meta din tintalab.

6.   Obbligi ta' informazzjoni u operazzjonali għall-korpi nnotifikati

6.1. Kull korp innotifikat għandu jinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità tan-notifika tiegħu u korpi oħra nnotifikati skont dan ir-Regolament li jwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess prodotti fertilizzanti tal-UE b'dawn li ġejjin:

(a) 

kwalunkwe każ fejn il-manifattur ma jkunx ikkonforma mal-perjodu ta' tliet xhur għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa skont il-punt 4;

(b) 

kwalunkwe riżultat ta' test li juri nonkonformità mar-rekwiżit ta' reżistenza għad-detonazzjoni msemmi fil-punt 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I.

6.2. Fil-każ imsemmi fil-punt 6.1.(b) il-korp innotifikat għandu jitlob lill-manifattur biex jieħu l-miżuri neċessarji f'konformità mal-Artikolu 6(8).

7.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 4.4.7 u 5 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

MODULU B - EŻAMI TAT-TIP TAL-UE

1.   Deskrizzjoni tal-modulu

1.1. L-eżami tat-tip tal-UE huwa parti minn proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li fiha korp innotifikat jeżamina d-disinn tekniku ta' prodott fertilizzanti tal-UE u jivverifika u jaċċerta li d-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti tal-UE jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

1.2. Il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti tal-UE titwettaq permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta' sostenn, kif ukoll eżami tal-kampjuni li jirrappreżentaw il-produzzjoni prevista.

2.   Dokumentazzjoni teknika

2.1. Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti rilevanti u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju/i.

2.2. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu maħsub tal-prodott fertilizzanti tal-UE. Fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti tal-UE, il-PFC korrispondenti għall-funzjoni dikjarata tal-prodott fertilizzanti tal-UE u deskrizzjoni tal-użu maħsub,

(b) 

lista ta' materjali komponenti użati, is-CMCs kif imsemmi fl-Anness II li jappartejnu għalihom u informazzjoni dwar l-oriġini jew il-proċess ta' manifattura tagħhom,

(c) 

id-dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE għall-prodotti fertilizzanti komponenti tal-UE tat-taħlita tal-prodott fertilizzanti,

(d) 

disinni, skemi, deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex jinftiehem il-proċess tal-manifattura tal-prodott fertilizzanti tal-UE,

(e) 

kampjun tat-tikketta jew il-fuljett, jew it-tnejn li huma, imsemmija fl-Artikolu 6(7)li fihom l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Anness III,

(f) 

lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13, speċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 14 u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta' standards armonizzati applikati parzjalment jew speċifikazzjonijiet komuni, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

▼M1

(g) 

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,

▼B

(h) 

rapporti tat-testijiet,

(i) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew jikkonsisti minn prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, id-dokumenti kummerċjali jew iċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa skont dak ir-Regolament, u evidenza li l-prodotti derivati jkunu waslu fil-punt aħħari fil-katina ta' manifattura fis-sens ta' dak ir-Regolament,

(j) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew jikkonsisti minn prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE, evidenza teknika u amministrattiva li l-prodotti sekondarji jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 42(7) ta' dan ir-Regolament, u mal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u, fejn applikabbli, atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) jew miżuri nazzjonali adottati taħt l-Artikolu 5(3) ta' dik id-Direttiva, u

▼M1

(k) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih total ta’ kromu (Cr) ogħla minn 200 mg/kg materja niexfa, informazzjoni dwar il-kwantità massima u s-sors eżatt ta’ kromu totali (Cr).

▼B

3.   Applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE

3.1. Il-manifattur għandu jressaq applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE ma' korp innotifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

3.2. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq minn rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,

(b) 

dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tressqet għand l-ebda korp innotifikat ieħor,

(c) 

id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2,

(d) 

il-kampjuni rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista. Il-korp innotifikat jista' jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa għat-twettiq tal-programm tat-test,

(e) 

l-evidenza ta' sostenn għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta' sostenn għandha tinkludi kull dokument li jkun intuża, b'mod partikolari fejn l-istandards armonizzati rilevanti jew speċifikazzjonijiet komuni ma jkunux ġew applikati kompletament. L-evidenza ta' sostenn għandha tinkludi, fejn dan ikun neċessarju, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn mil-laboratorju xieraq tal-manifattur, jew minn laboratorju ta' ttestjar ieħor, f'ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

4.   Il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku

Il-korp innotifikat għandu:

(a) 

jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta' sostenn sabiex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti tal-UE;

(b) 

jivverifika li l-kampjun jew il-kampjuni jkunu ġew manifatturati f'konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li jkunu ġew iddisinjati f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati rilevanti jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni, kif ukoll l-elementi li jkunu ġew iddisinjati skont speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħrajn;

(c) 

iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa fuq il-kampjun(i), jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti jew speċifikazzjonijiet komuni, dawn ikunux ġew applikati b'mod korrett;

(d) 

iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa fuq il-kampjun(i), jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn is-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti jew speċifikazzjonijiet komuni ma jkunux ġew applikati, jew fejn l-istandards armonizzati rilevanti jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni ma jeżistux, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx ir-rekwiżiti korrispondenti ta' dan ir-Regolament;

(e) 

jiftiehem mal-manifattur dwar post fejn ser jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet.

5.   Rapport ta' evalwazzjoni

Il-korp innotifikat għandu jħejji rapport ta' evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu twettqu skont il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu fil-konfront tal-awtorità tan-notifika, il-korp innotifikat ma għandux joħroġ il-kontenut ta' dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, ħlief bil-qbil tal-manifattur.

6.   Ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE

6.1. Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għall-prodott fertilizzanti tal-UE kkonċernat, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE jista' jkollu anness wieħed jew aktar mehmużin.

6.2. Iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u l-annessi ta' miegħu għandu jkun fihom l-informazzjoni rilevanti kollha biex tippermetti l-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-UE manifatturati mat-tip eżaminat li għandu jiġi evalwat.

6.3. Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-korp innotifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma lill-applikant b'dan, filwaqt li jagħti raġunijiet dettaljati għal dan ir-rifjut.

7.   Bidliet li jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE

7.1. Il-korp innotifikat għandu jżomm ruħu aġġornat bi kwalunkwe bidla fit-teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b'mod ġenerali li tindika li t-tip approvat jista' jkun li ma għadux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u għandu jiddetermina jekk bidliet bħal dawn jirrikjedux investigazzjoni addizzjonali. Jekk ikun il-każ, il-korp innotifikat għandu jinforma lill-manifattur dwar dan.

7.2. Il-manifattur għandu jinforma lill-korp innotifikat li jkollu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE bil-modifiki kollha għat-tip approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew il-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE. Tali modifiki għandhom jirrikjedu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta' żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip tal-UE.

8.   Obbligu ta' informazzjoni tal-korpi nnotifikati

8.1. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati ta' eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira u għandu, b'mod perjodiku jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika tiegħu l-lista ta' ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kull żieda magħhom irrifjutata, sospiża jew ristretta b'xi mod ieħor.

8.2. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b'xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew żidiet magħhom li jkun ħareġ.

8.3. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi nnotifikati l-oħrajn jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet magħhom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp innotifikat.

9.   Disponibbiltà taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE

9.1. Il-korp innotifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, tal-annessi u taż-żidiet miegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluż id-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE.

9.2. Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi tiegħu u ż-żidiet flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed fis-suq.

10.   Rappreżentant awtorizzat

Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista' jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 7 u 9.2., sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

MODULU C - KONFORMITÀ MAT-TIP ABBAŻI TAL-KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI

1.   Deskrizzjoni tal-modulu

Il-konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni hija parti minn proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 2 u 3, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu li l-prodotti fertilizzanti tal-UE kkonċernati jkunu f'konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

2.   Manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-UE manifatturati mat-tip approvat deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

3.   It-tikketta CE u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE

3.1 Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma' kull imballaġġ individwali tal-prodott fertilizzanti tal-UE li huwa konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament jew, meta jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti tal-UE.

3.2 Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal tip ta' prodott fertilizzanti tal-UE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika t-tip tal-prodott fertilizzanti tal-UE li għalih tkun tfasslet.

3.3. Għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE meta din tintalab.

4.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punt 3 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dan ikun speċifikat fil-mandat.

MODULU D1 - ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TA' PRODUZZJONI

1.   Deskrizzjoni tal-modulu

L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta' produzzjoni hija proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 2, 4 u 7, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu li l-prodotti fertilizzanti tal-UE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

2.   Dokumentazzjoni teknika

2.1. Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskju/i.

2.2. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu maħsub tal-prodott fertilizzanti tal-UE. Fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti tal-UE, il-PFC korrispondenti għall-funzjoni dikjarata tal-prodott fertilizzanti tal-UE u deskrizzjoni tal-użu maħsub,

(b) 

lista tal-materjali komponenti użati, is-CMCs kif imsemmi fl-Anness II li jappartjenu għalihom u informazzjoni dwar l-oriġini jew il-proċess ta' manifattura tagħhom,

(c) 

id-dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE għall-prodotti fertilizzanti komponenti tal-UE tat-taħlita tal-prodott fertilizzanti,

▼M5

(d) 

id-disinni, l-iskemi, id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji biex jinftiehem il-proċess ta’ manifattura tal-prodott fertilizzanti tal-UE, u, fir-rigward tal-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 jew 15 kif definit fl-Anness II, deskrizzjoni bil-miktub u dijagramma tal-proċess ta’ produzzjoni jew ta’ rkupru, fejn kull trattament, kontenitur ta’ ħażna u żona jiġu identifikati b’mod ċar,

▼B

(e) 

kampjun tat-tikketta jew il-fuljett, jew it-tnejn li huma, imsemmija fl-Artikolu 6(7)li fihom l-informazzjoni meħtieġa f'konformità mal-Anness III,

(f) 

lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13, speċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 14 u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta' standards armonizzati applikati parzjalment jew speċifikazzjonijiet komuni, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

▼M1

(g) 

ir-riżultati tal-kalkoli magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,

▼M3

(ga) 

il-kalkoli tal-iskart perikoluż għall-prodotti fertilizzanti tal-UE li fihom jew li jikkonsistu f’CMC 13; l-ittestjar imsemmi fil-punt 6 f’CMC 13 fil-Parti II tal-Anness II għandu jitwettaq mill-inqas kull sena, jew aktar kmieni milli skedat f’każ ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti li tista’ taffettwa s-sikurezza jew il-kwalità tal-prodott fertilizzanti tal-UE (pereżempju l-ipproċessar ta’ lottijiet ta’ materjal ta’ input b’kompożizzjoni differenti, modifika tal-kundizzjonijiet ta’ pproċessar). Għal lott rappreżentattiv ta’ materjal ta’ input li jiġi pproċessat fl-impjant, il-proprjetà perikoluża identifikata (f’konformità mal-punt 5.1.3.1) u l-massa totali għandhom jitkejlu fuq il-materjali ta’ input differenti (1, …, n) u fuq il-materjal ta’ output li se jiġu inkorporati fil-prodott fertilizzanti tal-UE. Imbagħad ir-rata ta’ inklużjoni tal-proprjetà perikoluża fil-materjal ta’ output għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

image

Fejn:

HPC

=

il-konċentrazzjoni tal-proprjetà perikoluża (mg/kg),

M

=

il-massa totali (kg), u

i (1-n)

=

il-materjali ta’ input differenti użati fil-proċess tal-produzzjoni.

It-tneħħija tal-proprjetà perikoluża matul il-proċess tal-produzzjoni għandha tkun tali li r-rata ta’ inkorporazzjoni mmultiplikata bil-konċentrazzjoni tal-proprjetà perikoluża ta’ kull materjal ta’ input individwali tkun taħt il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE għal dik il-proprjetà perikoluża,

▼B

(h) 

rapporti tat-testijiet,

(i) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE ikun fih jew jikkonsisti minn prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, id-dokumenti kummerċjali jew iċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa skont dak ir-Regolament, u evidenza li l-prodotti derivati jkunu waslu fil-punt aħħari fil-katina ta' manifattura fis-sens ta' dak ir-Regolament,

(j) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih jew jikkonsisti minn prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE, evidenza teknika u amministrattiva li l-prodotti sekondarji jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 42(7) ta' dan ir-Regolament, u mal-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u, fejn applikabbli, atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) jew miżuri nazzjonali adottati taħt l-Artikolu 5(3) ta' dik id-Direttiva, u

▼M1

(k) 

meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih total ta’ kromu (Cr) ogħla minn 200 mg/kg materja niexfa, informazzjoni dwar il-kwantità massima u s-sors eżatt ta’ kromu totali (Cr).

▼B

3.   Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed fis-suq.

4.   Manifatturar

Il-manifattur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, l-ispezzjoni tal-prodott finali u l-ittestjar tal-prodotti fertilizzanti tal-UE kkonċernati kif speċifikat fil-punt 5 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 6.

5.   Sistema tal-kwalità

5.1. Il-manifattur għandu jimplimenta sistema tal-kwalità li tiżgura l-konformità tal-prodotti fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti tar-Regolament li japplikaw għalihom.

5.1.1. Is-sistema tal-kwalità għandha tkopri l-objettivi ta' kwalità u l-organizzazzjoni strutturali bir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-maniġment fir-rigward tal-kwalità tal-prodott.

▼M5

5.1.1.1. Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definit fl-Anness II, il-maniġment f’livell għoli tal-organizzazzjoni tal-manifattur għandu:

▼B

(a) 

jiżgura li jkun hemm disponibbli biżżejjed riżorsi (nies, infrastruttura, tagħmir) biex tinħoloq u tiġi implimentata s-sistema tal-kwalità;

(b) 

jaħtar membru mill-maniġment tal-organizzazzjoni li għandu jkun responsabbli minn:

— 
l-iżgurar li jiġu stabbiliti, approvati, implimentati u miżmumin proċessi ta' ġestjoni tal-kwalità;
— 
ir-rapportar lill-maniġment f'livell għoli tal-manifattur dwar il-prestazzjoni tal-ġestjoni tal-kwalità u kwalunkwe bżonn ta' titjib;
— 
l-iżgurar tal-promozzjoni tal-għarfien tal-bżonnijiet tal-konsumaturi u r-rekwiżiti legali fl-organizzazzjoni kollha tal-manifattur, u biex il-persunal ikun konxju mir-rilevanza u l-importanza tar-rekwiżiti ta' ġestjoni tal-kwalità biex jintlaħqu r-rekwiżiti legali ta' dan ir-Regolament;
— 
l-iżgurar li kull persuna, li l-kompiti tagħha jaffettwaw il-kwalità tal-prodott, ikollha biżżejjed taħriġ u struzzjonijiet; u
— 
l-iżgurar tal-klassifikazzjoni tad-dokumenti tal-ġestjoni tal-kwalità msemmijin fil-punt 5.1.4.;
(c) 

iwettaq awditu intern kull sena, jew aktar kmieni milli skedat jekk jirriżulta l-bżonn minn kwalunkwe bidla sinifikanti li tista' taffettwa l-kwalità tal-prodott fertilizzanti tal-UE; u

(d) 

jiżgura li jiġu stabbiliti proċessi ta' komunikazzjoni xierqa fl-organizzazzjoni u barra minnha u li ssir komunikazzjoni rigward l-effettività tal-ġestjoni tal-kwalità.

5.1.2. Is-sistema tal-kwalità għandha tkopri l-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tekniki, proċessi u azzjonijiet sistematiċi ta' żgurar tal-kwalità.

▼M5

5.1.2.1. Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definit fl-Anness II, is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti speċifikati f’dak l-Anness.

▼B

5.1.3. Is-sistema tal-kwalità għandha tkopri l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom isiru qabel, waqt u wara l-manifattura bi frekwenza speċifikata.

▼M5

5.1.3.1. Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definit fl-Anness II, l-eżamijiet u t-testijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

▼B

(a) 

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rreġistrata għal kull lott ta' materjali ta' input:

(i) 

data tal-kunsinna;

(ii) 

ammont skont il-piż (jew stima bbażata fuq il-volum u d-densità);

(iii) 

identità tal-fornitur tal-materjal ta' input;

(iv) 

tip ta' materjal ta' input;

(v) 

identifikazzjoni ta' kull lott u post tal-kunsinna fis-sit. Għall-finijiet ta' ġestjoni tal-kwalità, tul il-proċess ta' produzzjoni għandu jiġi assenjat kodiċi ta' identifikazzjoni uniku; u

(vi) 

f'każ ta' rifjut, ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut tal-lott u fejn intbagħat.

▼M5

(b) 

Persunal kwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżiva ta’ kull kunsinna ta’ materjali ta’ input u jivverifika l-kompatibbiltà tagħhom mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjali ta’ input kif stabbiliti fis-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15 fl-Anness II [JEW: kif definit fl-Anness II].

(c) 

Il-manifattur għandu jirrifjuta kwalunkwe kunsinna ta’ materjal ta’ input partikolari, li l-ispezzjoni viżiva tagħha tqajjem kwalunkwe wieħed mis-suspetti li ġejjin:

— 
il-preżenza ta’ sustanzi ta’ periklu jew ta’ ħsara għall-proċess jew għall-kwalità tal-prodott fertilizzanti finali tal-UE,
— 
inkompatibbiltà mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fis-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15 fl-Anness II [JEW: kif definit fl-Anness II], partikolarment minħabba l-preżenza ta’ plastiks li jwasslu biex jinqabeż il-valur ta’ limitu għall-impuritajiet makroskopiċi.

▼B

(d) 

Il-persunal għandu jkun imħarreġ dwar:

— 
karatteristiċi perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mal-materjali ta' input, u
— 
karatteristiċi li jippermettu li l-karatteristiċi perikolużi u l-preżenza tal-plastik jintgħarfu.

▼M5

(e) 

Għandhom jittieħdu kampjuni minn materjali ta’ output, biex jiġi vverifikat li dawn jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati f’CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definiti fl-Anness II, u li l-karatteristiċi tal-materjal ta’ output ma jippreġudikawx il-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Anness I.

(f) 

▼M2

Għall-materjali li jappartjenu għal CMCs 3 u 5, il-kampjuni tal-materjal ta’ output għandhom jittieħdu fuq bażi regolari mill-anqas bil-frekwenza li ġejja:

▼B



Input annwali

(tunnellati)

Kampjuni / sena

≤ 3 000

1

3 001 – 10 000

2

10 001 – 20 000

3

20 001 – 40 000

4

40 001 – 60 000

5

60 001 – 80 000

6

80 001 – 100 000

7

100 001 – 120 000

8

120 001 – 140 000

9

140 001 – 160 000

10

160 001 – 180 000

11

> 180 000

12

(fa) 

▼M5

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 12, 13, 14 u 15, il-kampjuni tal-materjal ta’ output għandhom jittieħdu mill-inqas bil-frekwenza prestabbilita li ġejja, “jew qabel dik skedata f’każ ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti li tista’ taffettwa l-kwalità tal-prodott fertilizzanti tal-UE:

▼M2



Output annwali (tunnellati)

Kampjuni/sena

≤ 3 000

4

3 001 – 10 000

8

10 001 – 20 000

12

20 001 – 40 000

16

40 001 – 60 000

20

60 001 – 80 000

24

80 001 – 100 000

28

100 001 – 120 000

32

120 001 – 140 000

36

140 001 – 160 000

40

160 001 – 180 000

44

> 180 000

48

Il-manifatturi jistgħu jnaqqsu l-frekwenza prestabbilita tal-ittestjar għall-kontaminanti kif indikat hawn fuq billi jikkunsidraw id-distribuzzjoni tal-kampjuni storiċi. Wara perjodu minimu ta’ monitoraġġ ta’ sena u għadd minimu ta’ 10 kampjun li juru konformità mar-rekwiżiti fl-Anness I u II, il-manifattur jista’ jnaqqas il-frekwenza prestabbilita tat-teħid ta’ kampjuni għal dak il-parametru b’fattur ta’ 2 f’każ li l-akbar livell ta’ kontaminant irreġistrat mill-aħħar 10 kampjun ikun iżgħar min-nofs il-valur limitu għal dak il-parametru stabbilit fl-Annessi I u II.

▼M5

(fb) 

Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 12, 13, 14 u 15, kull lott jew porzjon tal-produzzjoni għandu jiġi assenjat kodiċi uniku għall-finijiet tal-ġestjoni tal-kwalità. Mill-inqas kampjun wieħed għal kull 3 000 tunnellata ta’ dawn il-materjali jew kampjun wieħed kull xahrejn, skont liema jseħħ l-aktar kmieni, għandu jinħażen f’kundizzjoni tajba għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn.

▼B

(g) 

Jekk xi materjal ta' output ittestjat ma jgħaddix minn limitu speċifikat applikabbli wieħed jew aktar fit-taqsimiet rilevanti tal-Annessi I u II, il-persuna responsabbli mill-ġestjoni tal-kwalità msemmija fil-punt 5.1.1.1(b) għandha:

(i) 

tidentifika b'mod ċar il-materjali ta' output mhux konformi u l-post ta' ħażna tagħhom,

(ii) 

tanalizza r-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità u tieħu kull azzjoni neċessarja biex ma jkunx hemm ripetizzjoni,

(iii) 

tirreġistra, fir-rekords tal-kwalità msemmija fil-punt 5.1.4, jekk isirx riproċessar, jew jekk il-materjal ta' output jiġix eliminat ►M2  , ◄

▼M5

(iv) 

għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 12, 13, 14 u 15, kejjel il-kampjuni miżmuma msemmija fis-subpunt (fb) u ħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex tipprevjeni t-trasport u l-użu ulterjuri possibbli ta’ dak il-materjal.

▼B

5.1.4. Is-sistema tal-kwalità għandha tkopri r-rekords tal-kwalità tal-manifattur, bħal pereżempju rapporti tal-ispezzjoni u data tat-testijiet, data tal-ikkalibrar, rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal ikkonċernat, eċċ.,

▼M5

5.1.4.1. Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definiti fl-Anness II, ir-rekords tal-kwalità għandhom juru kontroll effettiv tal-materjali ta’ input, tal-produzzjoni, tal-ħażna u tal-konformità mal-materjali ta’ input u output mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Kull dokument għandu jkun jista’ jinqara u jkun disponibbli fil-post(ijiet) rilevanti għall-użu tiegħu, u kwalunkwe verżjoni obsoleta għandha titneħħa minnufih minn kull post fejn tintuża, jew mill-anqas tiġi identifikata bħala obsoleta. Id-dokument tal-ġestjoni tal-kwalità għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

▼B

(a) 

titlu,

(b) 

numru tal-verżjoni,

(c) 

data tal-ħruġ,

(d) 

isem tal-persuna li ħarġitu,

(e) 

rekords dwar il-kontroll effettiv tal-materjali ta' input,

(f) 

rekords dwar il-kontroll effettiv tal-proċess ta' produzzjoni,

(g) 

rekords dwar il-kontroll effettiv tal-materjali ta' output,

(h) 

rekords tan-nuqqasijiet ta' konformità,

(i) 

rapporti dwar l-aċċidenti u l-inċidenti li jseħħu fis-sit, il-kawżi magħrufa jew issuspettati tagħhom u l-azzjonijiet meħudin,

(j) 

rekords dwar l-ilmenti espressi minn partijiet terzi u kif dawn ġew indirizzati,

(k) 

rekord tad-data, it-tip u s-suġġett tat-taħriġ segwit minn persuni responsabbli għall-kwalità tal-prodott,

(l) 

riżultati tal-awditu intern u l-azzjonijiet meħuda, u

(m) 

riżultati tal-awditu estern u l-azzjonijiet meħuda.

5.1.5 Is-sistema tal-kwalità għandha tkopri l-mezzi ta' monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u tal-funzjonament effettiv tas-sistema tal-kwalità.

▼M5

5.1.5.1. Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definit fl-Anness II, il-manifattur għandu jistabbilixxi programm ta’ awditu intern annwali sabiex tiġi vverifikata l-konformità tas-sistema tal-kwalità mal-komponenti li ġejjin:

▼B

(a) 

għandha tiġi stabbilita u dokumentata proċedura li tiddefinixxi r-responsabbiltajiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar u t-twettiq ta' awditi interni, l-istabbiliment tar-rekords u r-rappurtar tar-riżultati. Għandu jitħejja rapport li jidentifika n-nuqqasijiet ta' konformità mal-iskema tal-kwalità u l-azzjonijiet korrettivi għandhom jiġu rrappurtati. Ir-rekords tal-awditu intern għandhom jinhemżu mad-dokumentazzjoni tal-ġestjoni tal-kwalità;

(b) 

għandha tingħata prijorità lin-nuqqasijiet ta' konformità identifikati mill-awditi esterni;

(c) 

kull awditur ma għandux iwettaq awditu ta' xogħlu stess;

(d) 

il-maniġment responsabbli mill-qasam awditjat għandu jiżgura li l-azzjonijiet korrettivi neċessarji jittieħdu mingħajr dewmien żejjed;

(e) 

awditu intern imwettaq fil-qafas ta' sistema oħra ta' ġestjoni tal-kwalità jista' jitqies sakemm ikun komplut b'awditu tar-rekwiżiti ta' din is-sistema tal-kwalità.

5.1.6. L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u rekords tal-kwalità. B'mod partikolari, għandu jkollha deskrizzjoni adegwata tal-elementi kollha tal-ġestjoni tal-kwalità stipulati fil-punti 5.1.1 sa 5.1.5.

5.2. Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tal-kwalità tiegħu mal-korp innotifikat tal-għażla tiegħu, għall-prodotti fertilizzanti tal-UE kkonċernati. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

— 
l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq minn rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,
— 
dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tressqet għand l-ebda korp innotifikat ieħor,
— 
l-informazzjoni rilevanti kollha għall-kategorija tal-prodott fertilizzanti tal-UE imbassra,
— 
id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema tal-kwalità li jkun fiha l-elementi kollha stipulati fil-punt 5.1,
— 
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2.

5.3.1. Il-korp innotifikat għandu jevalwa s-sistema tal-kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.1.

5.3.2. Huwa għandu jassumi l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema tal-kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti.

5.3.3. Minbarra esperjenza fis-sistemi ta' ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-awditjar għandu jkollu tal-anqas membru wieħed b'esperjenza ta' valutazzjoni fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat, u għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament. L-awditu għandu jinkludi żjara ta' valutazzjoni fil-post tal-manifattur. It-tim tal-awditjar għandu jirrieżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 sabiex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament u jwettaq l-eżamijiet neċessarji bil-għan li jiżgura l-konformità tal-prodott fertilizzanti tal-UE ma' dawk ir-rekwiżiti.

5.3.4. Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditu u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

5.4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema tal-kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa' adegwata u effiċjenti.

5.5.1. Il-manifattur għandu jżomm informat lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull tibdil previst għas-sistema tal-kwalità.

5.5.2. Il-korp innotifikat għandu jivvaluta kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema tal-kwalità modifikata hix ser tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.1., jew jekk hemmx bżonn ta' valutazzjoni mill-ġdid.

5.5.3. Huwa għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

6.   Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

6.1. L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manifattur iwettaq l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità approvata b'mod xieraq.

6.2. Il-manifattur għandu, għal finijiet ta' valutazzjoni, jagħti aċċess lill-korp innotifikat għas-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b'mod partikolari:

— 
id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità,
— 
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2,
— 
ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti tal-ispezzjonijiet u d-data tat-testijiet, id-data tal-ikkalibrar, rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal ikkonċernat.

6.3.1. Il-korp innotifikat għandu jwettaq awditi perjodiċi biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur rapport tal-awditu.

▼M5

6.3.2. Għall-materjali li jappartjenu għas-CMCs 3, 5, 12, 13, 14 u 15, kif definiti fl-Anness II, il-korp innotifikat għandu jieħu u janalizza kampjuni ta’ materjal ta’ output waqt kull awditu, u dawk l-awditi għandhom jitwettqu bil-frekwenza li ġejja:

▼M2

(a) 

waqt l-ewwel sena ta’ sorveljanza tal-korp innotifikat tal-impjant inkwistjoni: l-istess frekwenza bħall-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni indikata fit-tabella inkluża fil-punti 5.1.3.1 (f) u, rispettivament, 5.1.3.1(fa); u

(b) 

waqt is-snin ta’ wara ta’ sorveljanza: nofs il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni indikata fit-tabella inkluża fil-punti 5.1.3.1 (f) u, rispettivament, 5.1.3.1(fa)..

▼B

6.4 Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista' jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp innotifikat jista', fejn ikun hemm bżonn, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun qed taħdem tajjeb. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu testijiet, b'rapport tat-testijiet.

7.   It-tikketta CE u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE

7.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 5.2, in-numru ta' identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar, ma' kull imballaġġ individwali tal-prodott fertilizzanti tal-UE li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament jew, meta jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f'dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti tal-UE.

7.2. Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal prodott jew tip fertilizzanti tal-UE u jżommha, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika l-prodott jew it-tip fertilizzanti tal-UE li għalih tkun tfasslet.

7.3. Għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE meta din tintalab.

8.   Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità

Għal 5 snin wara li l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

— 
id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 5.1.6.,
— 
l-informazzjoni dwar il-bidliet imsemmija fil-punti 5.5.1 u 5.5.2, kif approvata,
— 
id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp innotifikat imsemmi fil-punti 5.5.3, 6.3.1 u 6.4.

9.   Obbligu ta' informazzjoni tal-korpi nnotifikati

9.1. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu dwar iċ-ċertifikati ta' eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira u għandu, b'mod perjodiku jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika tiegħu l-lista ta' ċertifikati u/jew kull żieda magħhom irrifjutata, sospiża jew inkella ristretta.

9.2. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħrajn l-approvazzjonijiet ta' sistemi tal-kwalità li jkun irrifjuta, irtira, issospenda, jew b'xi mod ieħor illimita, u, fuq talba, l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa minnu.

10.   Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stipulati fil- punti 3, il-punt 5.2, 5.5.1, 7 u 8 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.




ANNESS V

Dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE (Nru XXX) ( 39 )

1. Prodott fertilizzanti tal-UE (numru tal-prodott, tal-lott jew tat-tip):

2. Isem u indirizz tal-manifattur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3. Din id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE hi maħruġa taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-manifattur.

4. Raġuni tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-prodott fertilizzanti tal-UE li tippermetti t-traċċabilità; tista', fejn meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-prodott fertilizzanti tal-UE, tinkludi immaġni):

5. Ir-raġuni tad-dikjarazzjoni deskritta hawn fuq hija konformi ma':

— 
Regolament (UE) 2019/1009 ( 40 ),
— 
leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni oħra tal-Unjoni fejn hu applikabbli:

6. Referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti jew għall-ispeċifikazzjonijiet komuni użati jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li fir-rigward tagħhom tiġi ddikjarata l-konformità:

7. Fejn hu applikabbli, il-korp innotifikat … (isem, numru) wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) u ħareġ iċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta' approvazzjoni … (numru):

8. Fejn hu applikabbli, id-dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE għall-prodotti fertilizzanti komponenti tal-UE tat-taħlita tal-prodott fertilizzanti jinsabu annessi ma' din id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.

9. Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f'isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, kariga) (firma):



( *1 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.".

( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-punti ta’ referenza għall-azzjoni b’rabta ma’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex permessi li jinsabu f’ikel li joriġina mill-annimali, u li jħassar id-Deċiżjoni 2005/34/KE (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 41).

( 4 ) L-esklużjoni ta' materjal minn CMC 1 ma tipprekludix li dan ikun materjal komponenti eliġibbli skont CMC oħra li tistipula rekwiżiti differenti. Ara, pereżempju, CMC 3 dwar il-kompost, CMCs 4 u 5 dwar id-diġestat, CMCs 8 u 9 dwar il-polimeri, CMC 10 dwar prodotti derivati fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew CMC 11 dwar prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE.

( 5 ) Fil-każ ta’ sustanza rkuprata fl-Unjoni Ewropea, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk is-sustanza tkun l-istess, fis-sens tal-punt (d)(i) tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħal sustanza rreġistrata b’dossier li jkun fih l-informazzjoni indikata hawnhekk, u jekk l-informazzjoni tkun disponibbli għall-manifattur tal-prodott fertilizzanti fis-sens tal-punt (d)(ii) tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

( 6 ) Is-somma ta' naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

( 7 ) Is-somma ta' naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji mill-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

( 9 ) Is-somma ta' naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen,

( 10 ) Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

( 11 ) It-tabella ser tiġi stabbilita perezz ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 42(5).

( 12 ) L-esklużjoni ta' materjal minn CMC 11 ma tipprekludix li dan ikun materjal komponenti eliġibbli skont xi CMC oħra li tistipula rekwiżiti differenti. Ara, pereżempju, CMC 3 dwar il-kompost, CMCs 4 u 5 dwar id-diġestat, CMCs 8 u 9 dwar il-polimeri, CMC 10 dwar prodotti fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

( 13 ) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

( 14 ) Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

( 15 ) L-esklużjoni ta’ materjal ta’ input eliġibbli minn subpunt wieħed ma jipprevenihx milli jkun materjal ta’ input eliġibbli skont subpunt ieħor.

( 16 ) Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

( 17 ) L-esklużjoni ta’ materjal ta’ input eliġibbli minn subpunt wieħed ma jipprevenihx milli jkun materjal ta’ input eliġibbli skont subpunt ieħor.

( 18 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma-skart urban (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

( 19 ) Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

( 20 ) van den Berg M., L.S. Birnbaum, M. Denison, M. De Vito, W. Farland, et al. (2006) The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological sciences: an official journal of the Society of Toxicology 93:223-241. doi:10.1093/toxsci/kfl055.

( 21 ) Poliklorodibenżo-p-diossini u poliklorodibenżofurani.

( 22 ) L-esklużjoni ta’ materjal ta’ input eliġibbli minn subpunt wieħed ma jipprevenihx milli jkun materjal ta’ input eliġibbli skont subpunt ieħor.

( 23 ) Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

( 24 ) van den Berg M., L.S. Birnbaum, M. Denison, M. De Vito, W. Farland, et al. (2006) The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological sciences: an official journal of the Society of Toxicology 93:223-241. doi:10.1093/toxsci/kfl055.

( 25 ) Poliklorodibenżo-p-diossini u poliklorodibenżofurani.

( 26 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

( 27 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma-skart urban (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

( 28 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).

( 29 ) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

( 30 ) Is-somma ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

( 31 ) van den Berg M., L.S. Birnbaum, M. Denison, M. De Vito, W. Farland, et al. (2006) L-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-2005 tal-Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika tal-Bniedem u tal-Mammalian għad-Diossini u l-Komposti simili għad-Diossini Xjenzi tossikoloġiċi: Ġurnal uffiċjali tas-Soċjetà tat-Tossikoloġija 93:223–241. doi:10.1093/toxsci/kfl055.

( 32 ) Għadd totali ta’ 2,3,7,8-TCDD, 1,2,3,7,8-PeCDD; 1,2,3,4,7,8-HxCDD; 1,2,3,6,7,8-HxCDD; 1,2,3,7,8,9-HxCDD; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDD; OCDD; 2,3,7,8-TCDF; 1,2,3,7,8-PeCDF; 2,3,4,7,8-PeCDF; 1,2,3,4,7,8-HxCDF; 1,2,3,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,7,8,9-HxCDF; 2,3,4,6,7,8-HxCDF; 1,2,3,4,6,7,8-HpCDF; 1,2,3,4,7,8,9-HpCDF; u OCDF.”.

( 33 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

( 34 ) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

( 35 ) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

( 36 ) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 fuq sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10)

( 37 ) Id-dijametru tad-diska għandu dejjem jikkorrispondi mad-dijametru intern taċ-ċilindru.

( 38 ) NB: Meta s-sitt tulijiet periferali ta' spag ikunu ssikkati wara l-assemblaġġ, l-ispaga tan-nofs għandha tibqa' kemxejn merħija.

( 39 ) L-assenjazzjoni mill-manifattur ta' numru għad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE hija fakultattiva.

( 40 ) Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).