02019R0947 — MT — 05.08.2021 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/947

tal-24 ta' Mejju 2019

dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 152 11.6.2019, p. 45)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/639 tat-12 ta’ Mejju 2020

  L 150

1

13.5.2020

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/746 tal-4 ta’ Ġunju 2020

  L 176

13

5.6.2020

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1166 tal-15 ta’ Lulju 2021

  L 253

49

16.7.2021


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 255, 4.10.2019, p.  11 (2019/947)




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/947

tal-24 ta' Mejju 2019

dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-operazzjoni ta' sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inklużi l-piloti remoti u għall-organizzazzjonijiet involuti f'dawn l-operazzjonijiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2018/1139.

Japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord” (UAS) tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u mingħajr it-tagħmir biex dan jiġi kkontrollat mill-bogħod;

(2) 

“operatur ta' sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord” (“operatur ta' UAS”) tfisser kull persuna ġuridika jew fiżika li topera jew li biħsiebha topera UAS waħda jew aktar;

(3) 

“ġemgħat ta' nies” tfisser ġemgħat minn fejn persuni ma jistgħux jitilqu minħabba d-densità tal-persuni preżenti;

(4) 

“żona ġeografika deżinjata għall-UAS” tfisser porzjon tal-ispazju tal-ajru stabbilit mill-awtorità kompetenti li tiffaċilita, tirrestrinġi jew teskludi l-operazzjonijiet tal-UAS sabiex jiġu indirizzati r-riskji fir-rigward tas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw minn operazzjonijiet b'UAS;

(5) 

“robustezza” tfisser il-karatteristika ta' miżuri ta' mitigazzjoni li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-benefiċċju tas-sikurezza pprovdut mill-miżuri ta' mitigazzjoni u l-livell ta' assigurazzjoni u ta' integrità li l-benefiċċju tas-sikurezza jkun inkiseb;

(6) 

“xenarju standard” tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS fil-kategorija “speċifika”, kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness, li għalih ġiet identifikata lista preċiża ta' miżuri ta' mitigazzjoni b'tali mod li l-awtorità kompetenti tista' tkun sodisfatta bid-dikjarazzjonijiet li fihom l-operaturi jiddikjaraw li huma se japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni meta jeżegwixxu dan it-tip ta' operazzjoni;

(7) 

“operazzjoni fi ħdan il-linja viżwali tal-vista” (“VLOS”) tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS li fiha, il-pilota remot huwa kapaċi jżomm kuntatt viżwali kontinwu bla għajnuna mal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li jippermetti lill-pilota remot jikkontrolla t-trajettorja tat-titjira tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fir-rigward ta' inġenji tal-ajru oħra, persuni u ostakli bil-għan li jiġu evitati kolliżjonijiet;

(8) 

“operazzjoni lil hinn mil-linja viżwali tal-vista” ('BVLOS') tfisser tip ta' operazzjoni tal-UAS li ma ssirx fil-VLOS;

(9) 

“ċertifikat ta' operatur ta' UAS ħafifa” (“LUC”) tfisser ċertifikat maħruġ lil operatur ta' UAS minn awtorità kompetenti kif stabbilit fil-Parti C tal-Anness;

(10) 

“klabb jew assoċjazzjoni ta' mudelli tal-inġenji tal-ajru” tfisser organizzazzjoni legalment stabbilita fi Stat Membru bl-iskop li twettaq titjiriet rikreattivi, spettakli fl-arja, attivitajiet sportivi jew kompetizzjonijiet bl-użu ta' UAS;

(11) 

“oġġetti perikolużi” tfisser oġġetti jew sustanzi, li jistgħu jippreżentaw periklu għas-saħħa, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent fil-każ ta' inċident jew aċċident, li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun qed iġorr bħala tagħbija utli, inkluż b'mod partikolari:

(a) 

splussivi (periklu li jisplodu kollha f'daqqa, periklu ta' blast projezzjoni, periklu ta' blast żgħira, periklu kbir ta' nar, aġenti detonattivi, splussivi estremament insensittivi);

(b) 

gassijiet (gass li jaqbad, gass li ma jaqbadx, gass velenuż, ossiġenu, perikolużi jekk jittieħdu man-nifs);

(c) 

likwidi li jaqbdu (likwidu li jaqbad; żejt kombustibbli, petrol);

(d) 

materjal solidu li jaqbad (materjal solidu li jaqbad, materjal solidu li jaqbad b'mod spontanju, ta' periklu meta jixxarrab);

(e) 

aġenti ossidanti u perossidi organiċi;

(f) 

sustanzi tossiċi u infettivi (velenu, perikolu bijoloġiku);

(g) 

sustanzi radjuattivi;

(h) 

sustanzi korrużivi;

(12) 

“tagħbija utli” tfisser strument, mekkaniżmu, tagħmir, part, apparat,suppliment jew aċċessorju, inkluż tagħmir ta' komunikazzjoni, installat ġewwa jew mehmuż mal-inġenju tal-ajru u li ma jintużax jew li mhuwiex maħsub biex jintuża fit-tħaddim jew fil-kontroll ta' inġenju tal-ajru waqt it-tajran, u li mhuwiex parti mill-qafas ta' inġenju tal-ajru, mill-magna, jew mill-iskrun;

(13) 

“identifikazzjoni diretta mill-bogħod” tfisser sistema li tiżgura t-trażmissjoni lokali ta' informazzjoni dwar inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkun qiegħed jopera, inkluż l-immarkar tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, sabiex din l-informazzjoni tkun tista' tinkiseb mingħajr aċċess fiżiku għall-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(14) 

“modalità ta' insegwiment” tfisser modalità ta' tħaddim ta' UAS li fiha l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord isegwi kontinwament il-pilota mill-bogħod fi ħdan raġġ predeterminat;

(15) 

“ġeokonsapevolezza” tfisser funzjoni li, abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri, tindividwa ksur potenzjali tal-limitazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u twissi lill-piloti mill-bogħod sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva u immedjata biex jevitaw dak il-ksur;

(16) 

“UAS mibnija privatament” tfisser UAS immuntata jew manifatturata għall-użu proprju ta' min jibniha, eskluża UAS immuntata minn settijiet ta' partijiet imqiegħda fis-suq bħala kitt wieħed lest għall-immuntar;

(17) 

“operazzjoni awtonoma” tfisser operazzjoni li matulha inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jopera mingħajr il-possibbiltà ta' intervent mill-pilota remot;

(18) 

“persuni mhux involuti” tfisser persuni li mhumiex qed jipparteċipaw fl-operazzjoni b'UAS jew li mhumiex konxji mill-istruzzjonijiet u mill-prekawzjonijiet ta' sikurezza mogħtija mill-operatur tal-UAS;

(19) 

“tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(20) 

“introduzzjoni fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(21) 

“żona ta' art ikkontrollata” tfisser iż-żona fl-art fejn l-UAS tiġi operata u li fiha l-operatur tal-UAS jista' jiżgura l-preżenza ta' persuni involuti biss;

(22) 

“massa massima waqt it-tlugħ” (“MTOM”) tfisser il-massa massima ta' Inġenju tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord, inklużi t-tagħbija utli u l-fjuwil, kif definit mill-manifattur jew mill-kostruttur, li fiha l-Inġenju tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord jista' jitħaddem;

(23) 

“glider mingħajr bdot abbord” tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sostnut waqt it-tajran mir-reazzjoni dinamika tal-arja kontra s-superfiċji fissi tal-irfigħ tiegħu, li t-tajran liberu tiegħu ma jiddependix fuq magna. Jista' jkun mgħammar b'magna biex tintuża f'każ ta' emerġenza;

▼M1

(24) 

“osservatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord” tfisser persuna, li tkun pożizzjonata ħdejn il-bdot mill-bogħod, li, b’osservazzjoni viżwali bla għajnuna tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, jassisti lill-bdot mill-bogħod biex iżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS u jwettaq it-titjira b’mod sikur;

(25) 

“osservatur tal-ispazju tal-ajru” tfisser persuna li tassisti lill-bdot mill-bogħod billi twettaq sorveljanza viżwali bla għajnuna tal-ispazju tal-ajru li fih l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun qed jopera għal kwalunkwe periklu potenzjali fl-ajru;

(26) 

“unità tal-kmand” (“CU”) tfisser it-tagħmir jew is-sistema ta’ tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod kif definit fil-punt 32 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1139 li jappoġġa l-kontroll jew il-monitoraġġ tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord waqt kull fażi tat-titjira, għajr l-infrastrutturi li jappoġġaw is-servizz ta’ kollegament ta’ kmand u kontroll (C2);

(27) 

“servizz ta’ kollegament C2” tfisser servizz ta’ komunikazzjoni pprovdut minn parti terza, li jipprovdi kmand u kontroll bejn l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-unità tal-kmand (CU);

(28) 

“ġeografija tat-titjira” tfisser il-volum(i) tal-ispazju tal-ajru definit(i) b’mod spazjali u temporali li fih l-operatur tal-UAS jippjana li jwettaq l-operazzjoni skont il-proċeduri normali deskritti fil-punt (6)(c) tal-Appendiċi 5 tal-Anness;

(29) 

“żona ġeografika tat-titjira” tfisser il-projezzjoni tal-ġeografija tat-titjira fuq is-superfiċe tal-art;

(30) 

“volum ta’ kontinġenza” tfisser il-volum tal-ispazju tal-ajru barra mill-ġeografija tat-titjira, meta jiġu applikati l-proċeduri ta’ kontinġenza deskritti fil-punt (6)(d) tal-Appendiċi 5 tal-Anness;

(31) 

“żona ta’ kontinġenza” tfisser il-projezzjoni tal-volum ta’ kontinġenza fuq is-superfiċe tad-dinja;

(32) 

“volum operattiv” hija l-kombinazzjoni tal-ġeografija tat-titjira u l-volum ta’ kontinġenza;

(33) 

“buffer tar-riskju fuq l-art” hija ż-żona fuq is-superfiċe tal-art ta’ madwar il-volum operattiv, u hija speċifikata sabiex jiġu mminimizzati r-riskji għal partijiet terzi fuq is-superfiċe fil-każ li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord joħroġ mill-volum operattiv.

(34) 

“billejl” tfisser is-sigħat bejn tmiem l-għabex ċivili ta’ filgħaxija u l-bidu tas-sebħ ċivili ta’ filgħodu kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012. ( 1 )

▼B

Artikolu 3

Kategoriji ta' operazzjonijiet tal-UAS

L-operazzjonijiet tal-UAS għandhom isiru fil-kategorija “miftuħa”, “speċifika” jew dik “ċertifikata” kif definiti rispettivament fl-Artikoli 4, 5 u 6, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi awtorizzazzjoni operattiva preċedenti, u lanqas għal xi dikjarazzjoni operattiva mill-operatur tal-UAS qabel isseħħ l-operazzjoni;

(b) 

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” jeħtieġu awtorizzazzjoni operattiva maħruġa mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12 jew awtorizzazzjoni li tkun ingħatat skont l-Artikolu 16, jew, fiċ-ċirkostanzi definiti fl-Artikolu 5(5), dikjarazzjoni li għandha ssir minn operatur ta' UAS;

(c) 

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” jeħtieġu ċ-ċertifikazzjoni tal-UAS skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u ċ-ċertifikazzjoni tal-operatur u, fejn applikabbli, il-liċenzjar tal-pilota remot.

Artikolu 4

Kategorija “miftuħa” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.  

Operazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet ta' UAS fil-kategorija “miftuħa” biss meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-UAS tagħmel parti minn waħda mill-klassijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 jew tkun inbniet privatament jew tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 20;

(b) 

l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 25 kg;

(c) 

il-pilota remot jiżgura li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jinżamm f'distanza sikura 'l bogħod minn nies u li ma jittajjarx fuq ġemgħat ta' nies;

(d) 

il-pilota remot iżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS f'kull ħin ħlief meta jittajjar fil-modalità ta' insegwiment jew meta jintuża osservatur ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness;

(e) 

matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jinżamm f'għoli ta' 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, ħlief meta jittajjar fuq ostaklu, kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness

(f) 

matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx qed iġorr oġġetti perikolużi u minnu ma jaqa' ebda materjal;

2.  
Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom ikunu diviżi fi tliet sottokategoriji skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.

Artikolu 5

Kategorija “speċifika” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.  
Fejn wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 jew fil-Parti A tal-Anness ma jkunx issodisfat, operatur ta' UAS għandu jkun meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
2.  
Meta jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 lil awtorità kompetenti, l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 11 u jippreżentaha flimkien mal-applikazzjoni, inklużi l-miżuri ta' mitigazzjoni adegwati.
3.  
Skont il-punt UAS.SPEC.040 stabbilit fil-Parti B tal-Anness, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ awtorizzazzjoni operattiva, jekk tqis li r-riskji operattivi huma mitigati b'mod adegwat skont l-Artikolu 12.
4.  

L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika jekk l-awtorizzazzjoni operattiva tikkonċernax:

(a) 

l-approvazzjoni ta' operazzjoni unika jew ta' għadd ta' operazzjonijiet bil-ħin speċifikat jew bil-post(ijiet) speċifikat(i) jew bit-tnejn. L-awtorizzazzjoni operattiva għandha tinkludi l-lista preċiża ta' miżuri ta' mitigazzjoni assoċjati;

(b) 

l-approvazzjoni ta' LUC, skont il-parti C tal-Anness.

▼M1

5.  
Meta l-operatur tal-UAS jippreżenta dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.020 kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness għal operazzjoni li tikkonforma ma’ xenarju standard kif stabbilit fl-Appendiċi 1 ta’ dak l-Anness, l-operatur tal-UAS ma għandux ikun meħtieġ jikseb awtorizzazzjoni operattiva skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu u għandha tapplika l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 12. L-operatur tal-UAS għandu juża d-dikjarazzjoni msemmija fl-Appendiċi 2 ta’ dak l-Anness.

▼B

6.  

M'hemmx bżonn ta' awtorizzazzjoni operattiva jew ta' dikjarazzjoni fil-każ ta':

(a) 

operaturi ta' UAS li għandhom LUC bi privileġġi xierqa skont il-punt UAS.LUC.060 tal-Anness;

(b) 

operazzjonijiet li jsiru fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16.

Artikolu 6

Kategorija “ċertifikata” ta' operazzjonijiet tal-UAS

1.  

Operazzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” biss meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-UAS hija ċertifikata skont il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945; u

(b) 

l-operazzjoni ssir f'xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

i. 

fuq ġemgħat ta' nies;

ii. 

tinvolvi t-trasport ta' persuni;

iii. 

tinvolvi l-ġarr ta' merkanzija perikoluża, li tista' twassal għal riskju għoli għal partijiet terzi fil-każ ta' aċċident.

2.  
Barra minn hekk, l-operazzjonijiet tal-UAS għandhom jiġu kklassifikati bħala operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” meta l-awtorità kompetenti, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju prevista fl-Artikolu 11, tqis li r-riskju tal-operazzjoni ma jistax jiġi mmitigat b'mod adegwat mingħajr iċ-ċertifikazzjoni tal-UAS u tal-operatur tal-UAS u, fejn applikabbli, mingħajr il-liċenzjar tal-pilota remot.

Artikolu 7

Regoli u proċeduri għall-operazzjoni ta' UAS

1.  
Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom jikkonformaw mal-limitazzjonijiet operattivi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.
2.  
Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom jikkonformaw mal-limitazzjonijiet operattivi stabbiliti fl-awtorizzazzjoni operattiva kif imsemmi fl-Artikolu 12 jew fl-awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16, jew f'xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness kif dikjarat mill-operatur tal-UAS.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta l-operatur ta' UAS ikollu LUC bi privileġġi xierqa.

Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti operattivi applikabbli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 ( 2 ).

3.  
Operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “ċertifikata” għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti operattivi applikabbli stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 923/2012, (UE) Nru 965/2012 ( 3 ) u (UE) Nru 1332/2011 ( 4 ).

Artikolu 8

Regoli u proċeduri għall-kompetenza ta' piloti remoti

1.  
Piloti remoti li joperaw UAS fil-kategorija “miftuħa” għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza stabbiliti fil-Parti A tal-Anness.
2.  

Piloti remoti li joperaw UAS fil-kategorija “speċifika” għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza stabbiliti fl-awtorizzazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti jew fix-xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness jew kif definit mil-LUC u għandu jkollhom tal-anqas il-kompetenzi li ġejjin:

(a) 

il-kapaċità li japplikaw proċeduri operazzjonali (proċeduri normali, ta' kontinġenza u ta' emerġenza, ippjanar ta' titjiriet, spezzjonijiet qabel u wara t-titjira);

(b) 

il-kapaċità li jimmaniġġjaw komunikazzjoni ajrunawtika;

(c) 

jimmaniġġjaw it-trajettorja tat-titjira u l-awtomatizzazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(d) 

kapaċità ta' tmexxija, ta' ħidma f'tim u ta' awtoġestjoni;

(e) 

soluzzjoni ta' problemi u teħid ta' deċiżjonijiet;

(f) 

għarfien tas-sitwazzjoni;

(g) 

immaniġġjar tat-tagħbija tax-xogħol;

(h) 

koordinazzjoni jew handover, skont kif applikabbli.

3.  
Piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' kompetenza minima definiti fl-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 16.

Artikolu 9

Età minima għall-piloti remoti

1.  
L-età minima għall-piloti remoti biex joperaw UAS fil-kategorija “miftuħa” u dik “speċifika” għandha tkun ta' 16-il sena.
2.  

M'għandha tkun meħtieġa l-ebda età minima għall-piloti remoti:

(a) 

meta joperaw fis-sottokategorija A1 kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament, b'UAS tal-Klassi C0 kif definit fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 li hija ġugarell fis-sens tad-Direttiva 2009/48/KE;

(b) 

għal UAS mibnija privatament b'massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 250 g;

(c) 

meta joperaw taħt is-superviżjoni diretta ta' pilota remot li jikkonforma mal-paragrafu 1 u mal-Artikolu 8.

3.  

L-Istati Membri jistgħu jbaxxu l-età minima wara approċċ ibbażat fuq ir-riskju wara li jqisu r-riskji speċifiċi assoċjati mal-operazzjonijiet fit-territorju tagħhom:

(a) 

għal piloti remoti li ilhom sa 4 snin joperaw fil-kategorija “miftuħa”;

(b) 

għal piloti remoti li ilhom sa sentejn joperaw fil-kategorija “speċifika”.

4.  
Meta Stat Membru jbaxxi l-età minima għall-piloti remoti, dawk il-piloti remoti għandhom jitħallew biss joperaw UAS fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
5.  
L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu età minima differenti għall-piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru fl-awtorizzazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 16.

Artikolu 10

Regoli u proċeduri għall-ajrunavigabbiltà ta' UAS

Sakemm UAS ma tkunx inbniet privatament, jew tintuża għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16, jew tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 20, l-UAS li tintuża fl-operazzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi u mar-regoli u l-proċeduri għall-ajrunavigabbiltà definiti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 11

Regoli għat-twettiq ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali

1.  

Valutazzjoni tar-riskju operazzjonali għandha:

(a) 

tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-operazzjoni tal-UAS;

(b) 

tipproponi objettivi adegwati ta' sikurezza operazzjonali;

(c) 

tidentifika r-riskji tal-operazzjoni fuq l-art u fl-ajru billi tqis dawn kollha ta' hawn taħt:

i. 

sa liema punt l-attività tista' tipperikola lil partijiet terzi jew lil proprjetà fuq l-art;

ii. 

il-kumplessità, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord involut;

iii. 

l-iskop tat-titjira, it-tip ta' UAS, il-probabbiltà ta' kolliżjoni ma' inġenji tal-ajru oħra u l-klassi tal-ispazju tal-ajru użata;

iv. 

it-tip, l-iskala, u l-kumplessità tal-operazzjoni jew tal-attività tal-UAS, inkluż, fejn rilevanti, id-daqs u t-tip tat-traffiku mmaniġġjat mill-organizzazzjoni jew mill-persuna responsabbli;

v. 

sa liema punt il-persuni affettwati mir-riskji involuti fl-operazzjoni ta' UAS jistgħu jivvalutaw u jeżerċitaw kontroll fuq dawk ir-riskji.

(d) 

tidentifika firxa ta' miżuri possibbli għall-mitigazzjoni tar-riskji;

(e) 

tiddetermina l-livell ta' robustezza neċessarju tal-miżuri ta' mitigazzjoni magħżula b'tali mod li l-operazzjoni tista' titwettaq b'mod sikur.

2.  

Id-deskrizzjoni tal-operazzjoni tal-UAS għandha tinkludi tal-anqas dawn li ġejjin:

(a) 

in-natura tal-attivitajiet imwettqa;

(b) 

l-ambjent operattiv u ż-żona ġeografika għall-operazzjoni prevista, b'mod partikolari l-popolazzjonijiet li fuqhom se tittajjar il-UAS, l-orografija, it-tipi ta' spazju tal-ajru, il-volum tal-ispazju tal-ajru fejn se sseħħ l-operazzjoni u x'volum tal-ispazju tal-ajru jinżamm bħala bafer tar-riskju meħtieġ għal proċeduri ta' kontinġenza, inklużi r-rekwiżiti operazzjonali għaż-żoni ġeografiċi;

(c) 

il-kumplessità tal-operazzjoni, b'mod partikolari x'ippjanar u x'eżekuzzjoni, x'kompetenzi tal-persunal, x'esperjenza u kompożizzjoni, u x'mezzi tekniċi meħtieġa huma ppjanati għat-twettiq tal-operazzjoni;

(d) 

il-karatteristiċi tekniċi tal-UAS, inkluża l-prestazzjoni tagħha fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-operazzjoni prevista u, fejn applikabbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha;

(e) 

il-kompetenza tal-persunal fit-twettiq tal-operazzjoni inkluż il-kompożizzjoni, ir-rwol, ir-responsabbiltajiet, it-taħriġ u l-esperjenza reċenti tagħhom.

3.  
Il-valutazzjoni għandha tipproponi livell ta' sikurezza fil-mira, li għandu jkun ekwivalenti għal-livell ta' sikurezza fl-avjazzjoni bi bdot abbord, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-operazzjoni tal-UAS.
4.  

L-identifikazzjoni tar-riskji għandha tinkludi d-determinazzjoni tal-elementi kollha ta' hawn taħt:

(a) 

ir-riskju mhux mitigat tal-operazzjoni fuq l-art filwaqt li jitqies it-tip ta' operazzjoni u l-kundizzjonijiet li taħthom issir l-operazzjoni, inklużi tal-anqas il-kriterji li ġejjin:

i. 

il-VLOS jew il-BVLOS;

ii. 

id-densità tal-popolazzjoni taż-żoni li fuqhom jgħaddu t-titjiriet;

iii. 

it-tajran fuq ġemgħat ta' nies;

iv. 

il-karatteristiċi tad-dimensjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(b) 

ir-riskju mhux mitigat tal-operazzjoni fl-ajru filwaqt li jitqiesu dawn kollha ta' hawn taħt:

i. 

il-volum eżatt tal-ispazju tal-ajru fejn se ssir l-operazzjoni, estiż b'volum ta' spazju tal-ajru meħtieġ għal proċeduri ta' kontinġenza;

ii. 

il-klassi tal-ispazju tal-ajru;

iii. 

l-impatt fuq it-traffiku tal-ajru l-ieħor u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u b'mod partikolari:

— 
l-altitudni tal-operazzjoni;
— 
spazju tal-ajru kkontrollat kontra dak mhux ikkontrollat;
— 
ambjent ta' ajrudrom kontra dak mhux ta' ajrudrom;
— 
spazju tal-ajru fuq żoni urbani kontra fuq ambjenti rurali;
— 
separazzjoni minn traffiku ieħor.
5.  

L-identifikazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni possibbli meħtieġa biex jiġi ssodisfat il-livell ta' sikurezza fil-mira propost għandha tqis il-possibbiltajiet li ġejjin:

(a) 

miżuri ta' konteniment għall-persuni fuq l-art;

(b) 

limitazzjonijiet operattivi strateġiċi għall-operazzjoni tal-UAS, b'mod partikolari:

i. 

restrizzjoni tal-volumi ġeografiċi fejn issir l-operazzjoni;

ii. 

restrizzjoni tat-tul jew tal-iskeda tal-ħin li fiha ssir l-operazzjoni;

(c) 

mitigazzjoni strateġika permezz ta' regoli komuni tat-tajran jew permezz ta' struttura u servizzi komuni tal-ispazju tal-ajru;

(d) 

il-kapaċità ta' mmaniġġjar ta' kundizzjonijiet operattivi avversi possibbli;

(e) 

fatturi organizzazzjonali bħalma huma proċeduri operattivi u ta' manutenzjoni speċifikati mill-operatur tal-UAS u l-proċeduri ta' manutenzjoni skont il-manwal għall-utent tal-manifattur;

(f) 

il-livell ta' kompetenza u ta' għarfien espert tal-persunal involut fir-rigward tas-sikurezza tat-titjira;

(g) 

ir-riskju ta' żball uman fl-applikazzjoni tal-proċeduri operazzjonali;

(h) 

il-karatteristiċi tad-disinn u l-prestazzjoni, tal-UAS b'mod partikolari:

i. 

id-disponibbiltà ta' mezzi biex jiġu mmitigati r-riskji ta' kolliżjoni;

ii. 

id-disponibbiltà ta' sistemi li jillimitaw l-enerġija waqt impatt jew il-fraġilità tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

iii. 

id-disinn tal-UAS skont standards rikonoxxuti u d-disinn sikur.

6.  
Ir-robustezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni proposti għandha tiġi vvalutata sabiex jiġi determinat jekk humiex proporzjonati għall-objettivi ta' sikurezza u għar-riskji tal-operazzjoni prevista, b'mod partikolari biex tiġi żgurata s-sikurezza f'kull stadju tal-operazzjoni.

Artikolu 12

L-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet fil-kategorija “speċifika”

1.  
L-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-valutazzjoni tar-riskju u r-robustezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni proposti mill-operatur tal-UAS sabiex l-operazzjoni tal-UAS tinżamm sikura f'kull fażi tat-titjira.
2.  

L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni operattiva meta l-valutazzjoni tikkonkludi li:

(a) 

l-objettivi ta' sikurezza operazzjonali jqisu r-riskji tal-operazzjoni;

(b) 

il-kombinazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet operattivi għat-twettiq tal-operazzjonijiet, il-kompetenza tal-persunal involut u l-karatteristiċi tekniċi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, huma adegwati u robusti biżżejjed biex l-operazzjoni tinżamm sikura fid-dawl tar-riskji identifikati fl-art u fl-ajru;

(c) 

l-operatur tal-UAS ipprovda dikjarazzjoni li tikkonferma li l-operazzjoni hija konformi ma' kwalunkwe regola tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli li tirrigwardaha, b'mod partikolari, fir-rigward tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni, is-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent.

3.  
Meta jitqies li l-operazzjoni mhijiex sikura biżżejjed, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikant dwar dan, u tagħti r-raġunijiet tagħha għar-rifjut li toħroġ l-awtorizzazzjoni operattiva.
4.  

L-awtorizzazzjoni operattiva mogħtija mill-awtorità kompetenti għandha tispeċifika:

(a) 

il-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni;

(b) 

il-kundizzjonijiet “speċifiċi” li għandhom japplikaw:

i. 

għall-operazzjoni tal-UAS u l-limitazzjonijiet operattivi;

ii. 

għall-kompetenza meħtieġa tal-operatur tal-UAS u, fejn applikabbli, tal-piloti remoti;

iii. 

għall-karatteristiċi tekniċi tal-UAS, inkluż iċ-ċertifikazzjoni tal-UAS, jekk applikabbli;

(c) 

l-informazzjoni li ġejja:

i. 

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS u l-karatteristiċi tekniċi tal-UAS;

ii. 

referenza għall-valutazzjoni tar-riskju operazzjonali żviluppata mill-operatur tal-UAS;

iii. 

il-limiti operazzjonali u l-kundizzjonijiet tat-tħaddim;

iv. 

il-miżuri ta' mitigazzjoni li l-operatur tal-UAS għandu japplika;

v. 

il-post(ijiet) fejn l-operazzjoni hija awtorizzata ssir u kwalunkwe post ieħor fi Stat Membru skont l-Artikolu 13;

vi. 

id-dokumenti u r-rekords kollha rilevanti għat-tip ta' operazzjoni u t-tip ta' avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati minbarra dawk definiti fir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

5.  

Mal-wasla tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha:

(a) 

tivverifika li fiha l-elementi kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness;

(b) 

jekk dan huwa l-każ għandha, mingħajr dewmien żejjed, tibgħat konferma tal-wasla u tal-kompletezza lill-operatur tal-UAS sabiex dan ikun jista' jibda l-operazzjoni.

Artikolu 13

Operazzjonijiet transfruntiera jew operazzjonijiet barra mill-istat tar-reġistrazzjoni

1.  

Meta operatur ta' UAS ikun biħsiebu jwettaq operazzjoni fil-kategorija “speċifika” li għaliha jkun diġà ngħata awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12, u li hija maħsuba sseħħ parzjalment jew kompletament fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista sseħħ l-operazzjoni b'applikazzjoni li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

kopja tal-awtorizzazzjoni operattiva li tkun ingħatat lill-operatur tal-UAS skont l-Artikolu 12; u

(b) 

il-post(ijiet) tal-operazzjoni prevista inklużi l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati, jekk meħtieġ, sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji identifikati fl-Artikolu 11(2)(b) li huma speċifiċi għall-karatteristiċi tal-ispazju tal-ajru, tat-terren u tal-popolazzjoni lokali u għall-kundizzjonijiet klimatiċi.

2.  
Malli tirċievi l-applikazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista ssir l-operazzjoni għandha tivvalutaha mingħajr dewmien żejjed u tibgħat konferma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u lill-operatur tal-UAS li l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 huma sodisfaċenti għall-operazzjoni fil-post previst. Malli jirċievi dik il-konferma, l-operatur tal-UAS jista' jibda l-operazzjoni prevista u l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jiddokumenta l-miżuri ta' mitigazzjoni aġġornati li l-operatur tal-UAS għandu japplika fl-awtorizzazzjoni operattiva maħruġa skont l-Artikolu 12.
3.  
Meta operatur ta' UAS ikun biħsiebu jwettaq operazzjoni fil-kategorija “speċifika” li għaliha tkun diġà saret dikjarazzjoni skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 5, u li hija maħsuba sseħħ parzjalment jew kompletament fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun prevista sseħħ l-operazzjoni b'kopja tad-dikjarazzjoni ppreżentata lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, kif ukoll kopja tal-konferma tal-wasla u tal-kompletezza.

▼M1

4.  

Meta operatur ta’ UAS li jkollu LUC bi privileġġi skont il-punt UAS.LU.060 tal-Anness ikollu l-intenzjoni li jwettaq operazzjoni fil-“kategorija speċifika” li ssir parzjalment jew kollha kemm hi fl-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-operazzjoni prevista bl-informazzjoni li ġejja:

(a) 

kopja tat-termini tal-approvazzjoni riċevut f’konformità mal-punt UAS.LUC.050 tal-Anness; u

(b) 

il-post jew il-postijiet tal-operazzjoni prevista f’konformità mal-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 14

Reġistrazzjoni ta' operaturi ta' UAS u ta' UAS ċertifikati

1.  
L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u jżommu sistemi ta' reġistrazzjoni akkurati għall-UAS li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni u għall-operaturi ta' UAS li l-operazzjoni tagħhom tista' tippreżenta riskju għas-sikurezza, għas-sigurtà, għall-privatezza, u għall-protezzjoni tad-data personali jew tal-ambjent.
2.  

Is-sistemi ta' reġistrazzjoni għall-operaturi ta' UAS għandhom jipprovdu l-oqsma għall-introduzzjoni u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem sħiħ u d-data tat-twelid fil-każ ta' persuni fiżiċi u l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni fil-każ ta' persuni ġuridiċi;

(b) 

l-indirizz tal-operaturi tal-UAS;

(c) 

l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon tagħhom;

(d) 

numru ta' polza ta' assigurazzjoni għall-UAS jekk dan ikun meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali;

(e) 

il-konferma tad-dikjarazzjoni li ġejja mingħand persuni ġuridiċi: “Il-persunal kollu direttament involut fl-operazzjonijiet huwa kompetenti biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, u l-UAS se tiġi operata biss minn piloti remoti b'livell xieraq ta' kompetenza”;

(f) 

l-awtorizzazzjonijiet operattivi u l-LUCs miżmuma u d-dikjarazzjonijiet segwiti minn konferma skont l-Artikolu 12(5)(b).

3.  

Is-sistemi ta' reġistrazzjoni għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu l-oqsma għall-introduzzjoni u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem tal-manifattur;

(b) 

id-deżinjazzjoni tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(c) 

in-numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(d) 

l-isem sħiħ, l-indirizz, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon tal-persuna fiżika jew ġuridika li taħt isimha l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa reġistrat.

4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' reġistrazzjoni huma diġitali u interoperabbli u jippermettu l-aċċess reċiproku u l-iskambju ta' informazzjoni permezz tar-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2018/1139.
5.  

l-operaturi tal-UAS għandhom jirreġistraw lilhom infushom:

(a) 

meta jkunu qed joperaw fil-kategorija “miftuħa” xi wieħed mill-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li ġejjin:

i. 

b'MTOM ta' aktar minn 250 g, jew, li fil-każ ta' impatt jista' jittrasferixxi lil bniedem, enerġija kinetika ta' aktar minn 80 Joules;

ii. 

li huwa mgħammar b'sensur li kapaċi jirreġistra d-data personali, sakemm ma jkunx konformi mad-Direttiva 2009/48/KE.

(b) 

meta jkunu qed joperaw inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ta' kwalunkwe massa fil-kategorija “speċifika”.

6.  
L-operaturi tal-UAS għandhom jirreġistraw lilhom infushom fl-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza tagħhom fil-każ ta' persuni fiżiċi jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, fejn dawn ikollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom u jiżguraw li l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħhom hija akkurata. Operatur ta' UAS ma jistax ikun reġistrat f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin.

L-Istati Membri għandhom joħorġu numru ta' reġistrazzjoni diġitali uniku għall-operaturi ta' UAS u għall-UAS li jeħtieġu reġistrazzjoni, li jippermetti l-identifikazzjoni individwali tagħhom.

In-numru ta' reġistrazzjoni għall-operaturi ta' UAS għandu jiġi stabbilit abbażi ta' standards li jappoġġjaw l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' reġistrazzjoni;

7.  
Is-sid ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tiegħu huwa soġġett għal ċertifikazzjoni għandu jirreġistra l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

In-nazzjonalità u l-marka tar-reġistrazzjoni ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness 7 tal-ICAO. Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jistax ikun reġistrat f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin.

8.  
L-operaturi ta' UAS għandhom juru n-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom fuq kull inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 5.

▼M1

9.  
Minbarra d-data definita fil-punt (2), l-Istati Membri jistgħu jiġbru informazzjoni addizzjonali dwar l-identità mingħand l-operaturi ta’ UAS.

▼B

Artikolu 15

Kundizzjonijiet operattivi għal żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS

1.  

Meta jiddefinixxu żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS, għal raġunijiet ta' sikurezza, ta' sigurtà, ta' privatezza jew dawk ambjentali, l-Istati Membri jistgħu:

▼M1

(a) 

jipprojbixxu ċerti operazzjonijiet jew l-operazzjonijiet kollha tal-UAS, jitolbu kundizzjonijiet partikolari għal ċerti operazzjonijiet jew għall-operazzjonijiet kollha tal-UAS jew jesiġu awtorizzazzjoni tat-titjira minn qabel għal ċerti operazzjonijiet jew għall-operazzjonijiet kollha tal-UAS;

▼B

(b) 

jeżiġu li l-operazzjonijiet tal-UAS ikunu soġġetti għal standards ambjentali speċifikati;

(c) 

jippermettu l-aċċess biss għal ċerti klassijiet ta' UAS;

(d) 

jippermettu l-aċċess biss għal UAS mgħammra b'ċerti karatteristiċi tekniċi, b'mod partikolari sistemi ta' identifikazzjoni mill-bogħod jew sistemi ta' ġeokonsapevolezza.

2.  
Fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw ċerti żoni ġeografiċi li fihom l-operazzjonijiet b'UAS ikunu eżenti minn rekwiżit wieħed jew aktar tal-kategorija “miftuħa”.
3.  
Meta skont il-paragrafu 1 jew 2, l-Istati Membri jistabbilixxu żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS għall-finijiet ta' ġeokonsapevolezza, dawn għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar iż-żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS, inkluż il-perjodu ta' validità tagħhom, tkun pubblikament disponibbli f'format diġitali komuni uniku.

Artikolu 16

Operazzjonijiet tal-UAS fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru

1.  
Fuq talba mingħand klabb jew assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ awtorizzazzjoni għall-operazzjonijiet tal-UAS fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru.
2.  

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ skont kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

ir-regoli nazzjonali rilevanti;

(b) 

il-proċeduri stabbiliti, l-istruttura organizzazzjonali u s-sistema ta' ġestjoni tal-klabb jew tal-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru, filwaqt li jiġi żgurat li:

i. 

piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jkunu infurmati dwar il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti;

ii. 

piloti remoti li joperaw fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jiġu megħjuna jiksbu l-kompetenza minima meħtieġa biex joperaw l-UAS b'mod sikur u skont il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni;

iii. 

il-klabb jew l-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru tieħu azzjoni xierqa meta tiġi mgħarrfa li pilota remot li jopera fil-qafas ta' klabbs jew ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru ma jirrispettax il-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni, u, jekk meħtieġ, tgħarraf lill-awtorità kompetenti;

iv. 

fuq talba mill-awtorità kompetenti, il-klabb jew l-assoċjazzjoni ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru tipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa għal skopijiet ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ.

3.  
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-operazzjonijiet fil-qafas tal-klabbs jew tal-assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jistgħu jitwettqu u għandha tkun limitata għat-territorju tal-Istat Membru li fih tkun inħarġet.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-klabbs u l-assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru jirreġistraw lill-membri tagħhom fis-sistemi ta' reġistrazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 14 f'isimhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-membri ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jirreġistraw lilhom infushom skont l-Artikolu 14.

Artikolu 17

Deżinjazzjoni tal-awtorità kompetenti

1.  
Kull Stat Membru għandu jaħtar entità waħda jew aktar bħala l-awtorità kompetenti għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 18.
2.  

Meta Stat Membru jaħtar aktar minn entità waħda bħala awtorità kompetenti huwa għandu:

(a) 

jiddefinixxi b'mod ċar l-oqsma ta' kompetenza ta' kull awtorità kompetenti f'termini ta' responsabbiltajiet;

(b) 

jistabbilixxi mekkaniżmu xieraq ta' koordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tal-organizzazzjonijiet u tal-persuni kollha soġġetti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Kompiti tal-awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli għal dawn li ġejjin:

(a) 

l-infurzar ta' dan ir-Regolament;

(b) 

il-ħruġ, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati ta' operaturi ta' UAS u ta' liċenzji ta' piloti remoti li joperaw operazzjonijiet b'UAS fil-kategorija “ċertifikata”;

(c) 

il-ħruġ ta' prova tal-ikkompletar ta' eżami dwar l-għarfien teoretiku lill-piloti remoti skont il-punti UAS.OPEN.020 u UAS.OPEN.040 tal-Anness u l-ħruġ, l-emendar, is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati ta' kompetenza ta' piloti remoti skont il-punt UAS.OPEN.030 tal-Anness;

(d) 

il-ħruġ, l-emendar, is-sospensjoni, il-limitazzjoni jew ir-revoka ta' awtorizzazzjonijiet operattivi u ta' LUCs u l-verifika tal-kompletezza tad-dikjarazzjonijiet, li huma meħtieġa għat-twettiq ta' operazzjonijiet tal-UAS fil-kategorija “speċifika”;

(e) 

iż-żamma ta' dokumenti, ta' rekords u ta' rapporti dwar l-awtorizzazzjonijiet operattivi ta' UAS, id-dikjarazzjonijiet, iċ-ċertifikati ta' kompetenza tal-piloti remoti u l-LUCs;

(f) 

it-tqegħid għad-dispożizzjoni f'format diġitali uniku komuni l-informazzjoni dwar iż-żoni ġeografiċi deżinjati għall-UAS identifikati mill-Istati Membri u stabbiliti fl-ispazju tal-ajru nazzjonali tal-Istat tiegħu;

(g) 

il-ħruġ ta' konferma tal-wasla u tal-kompletezza skont l-Artikolu 12(5)(b) jew ta' konferma skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 13;

(h) 

l-iżvilupp ta' sistema ta' sorveljanza bbażata fuq ir-riskju għal:

i. 

operaturi tal-UAS li ssottomettew dikjarazzjoni jew li għandhom awtorizzazzjoni operattiva jew LUC;

ii. 

klabbs u assoċjazzjonijiet tal-mudelli tal-inġenji tal-ajru li għandhom awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16;

(i) 

fil-każ ta' operazzjonijiet minbarra dawk fil-kategorija “miftuħa”, l-istabbiliment ta' pjan ta' awditjar abbażi tal-profil tar-riskju, il-livell ta' konformità u l-prestazzjoni ta' sikurezza tal-operaturi ta' UAS li jkunu ssottomettew dikjarazzjoni, jew li għandhom ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti;

(j) 

fil-każ ta' operazzjonijiet minbarra dawk fil-kategorija “miftuħa”, it-twettiq ta' spezzjonijiet fir-rigward ta' operaturi ta' UAS li ssottomettew dikjarazzjoni jew li għandhom ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti li spezzjonat il-UAS u l-iżgurar li l-operaturi ta' UAS u l-piloti remoti jikkonformaw ma' dan ir-Regolament;

(k) 

l-implimentazzjoni ta' sistema għall-individwazzjoni u għall-eżami ta' inċidenti ta' nuqqas ta' konformità mill-operaturi ta' UAS li joperaw fil-kategorija “miftuħa” jew dik “speċifika” u rapportati skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 19;

(l) 

l-għoti ta' informazzjoni u gwida lill-operaturi ta' UAS li jippromwovu s-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-UAS;

(m) 

l-istabbiliment u ż-żamma ta' sistemi ta' reġistrazzjoni għall-UAS li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni u għall-operaturi ta' UAS li l-operazzjoni tagħhom tista' tippreżenta riskju għas-sikurezza, għas-sigurtà, għall-privatezza, u għall-protezzjoni tad-data personali jew tal-ambjent.

Artikolu 19

Informazzjoni dwar is-sikurezza

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza u l-kontroll tas-suq imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 għandhom jikkooperaw dwar kwistjonijiet ta' sikurezza u jistabbilixxu proċeduri għall-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni dwar is-sikurezza.
2.  
►C1  Kull operatur ta’ UAS għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti kwalunkwe okkorrenza relatata mas-sikurezza u jiskambja l-informazzjoni dwar il-UAS tiegħu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 376/2014. ◄
3.  
L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni dwar is-sikurezza li tikkonċerna operazzjonijiet tal-UAS fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.
4.  
►C1  Malli jirċievu xi informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 jew 3, l-Aġenzija u l-awtorità kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta’ sikurezza abbażi tal-aħjar evidenza u analiżi disponibbli, filwaqt li jqisu l-interdipendenzi bejn l-oqsma differenti tas-sikurezza fl-avjazzjoni, u bejn is-sikurezza fl-avjazzjoni, iċ-ċibersigurtà u oqsma tekniċi oħra tar-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni. ◄
5.  
Meta l-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija tieħu miżuri skont il-paragrafu 4, għandha tinnotifika minnufih lill-partijiet interessati u lill-organizzazzjonijiet rilevanti kollha li huma meħtieġa jikkonformaw ma' dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet partikolari dwar l-użu ta' ċerti UAS fil-kategorija “miftuħa”

►C1  Tipi ta’ UAS fis-sens tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament u tal-Kunsill ( 6 ), li ma jikkonformawx mar-Regolament (UE) 2019/945 u li mhumiex mibnija privatament, jistgħu jibqgħu jiġu operati skont il-kundizzjonijiet li ġejjin, meta dawn ikunu tqiegħdu fis-suq qabel l- ►M2  1 ta’ Jannar 2023 ◄ : ◄

(a) 

fis-sottokategorija A1 kif definit fil-Parti A tal-Anness, sakemm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 250 g, inkluża t-tagħbija utli tiegħu;

(b) 

fis-sottokategorija A3 kif definit fil-Parti A tal-Anness, sakemm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu massa massima waqt it-tlugħ ta' inqas minn 25 kg, inkluż il-fjuwil u t-tagħbija utli tiegħu.

Artikolu 21

Adattament ta' awtorizzazzjonijiet, ta' dikjarazzjonijiet u ta' ċertifikati

1.  
Awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-operaturi ta' UAS, ċertifikati ta' kompetenza ta' piloti remoti u dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi ta' UAS jew dokumentazzjoni ekwivalenti, maħruġa abbażi tal-liġi nazzjonali, għandhom jibqgħu validi sal- ►M2  1 ta’ Jannar 2022 ◄ .
2.  
Sal- ►M2  1 ta’ Jannar 2022 ◄ l-Istati Membri għandhom jikkonvertu ċ-ċertifikati eżistenti tagħhom tal-kompetenza tal-piloti remoti u l-awtorizzazzjonijiet jew id-dikjarazzjonijiet tal-operaturi tal-UAS tagħhom, jew dokumentazzjoni ekwivalenti, inklużi dawk maħruġa sa dik id-data, skont dan ir-Regolament.
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, l-operazzjonijiet b'UAS imwettqa fil-qafas ta' klabbs u ta' assoċjazzjonijiet ta' mudelli ta' inġenji tal-ajru għandhom jitħallew ikomplu skont ir-regoli nazzjonali rilevanti u mingħajr awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 16 sal- ►M2  1 ta’ Jannar 2023 ◄ .

▼M1

Artikolu 22

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, l-użu ta’ UAS fil-kategorija “miftuħa” li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Partijiet 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 ( 7 ) għandu jkun permess għal perjodu tranżitorju ta’ ►M2  30 xahar ◄ li jibda jiddekorri sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’massa waqt il-qtugħ ta’ inqas minn 500 g jiġu operati skont ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fil-punt UAS.OPEN.020(1) tal-Parti A tal-Anness minn bdot mill-bogħod b’livell ta’ kompetenza definit mill-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b’massa waqt il-qtugħ ta’ inqas minn 2 kg jiġi operat billi tinżamm distanza orizzontali minima ta’ 50 metru min-nies u l-bdoti mill-bogħod għandu jkollhom livell ta’ kompetenza tal-anqas ekwivalenti għal dak stabbilit fil-punt UAS.OPEN.030(2) tal-Parti A tal-Anness;

(c) 

inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b’massa waqt il-qtugħ ta’ inqas minn 25 kg jiġi operat skont ir-rekwiżiti operazzjonali stabbiliti fil-punt UAS.OPEN.040(1) u (2) u l-bdoti mill-bogħod għandu jkollhom livell ta’ kompetenza tal-anqas ekwivalenti għal dak stabbilit fil-punt UAS.OPEN.020(4)(b) tal-Parti A tal-Anness.

Artikolu 23

1.  
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M2

Għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2020.

▼M3

2.  
L-Artikolu 5(5) għandu japplika mit-3 ta’ Diċembru 2023.
3.  
Il-punt (2)(g) tal-punt UAS.OPEN.060 tal-Anness u l-punt (1)(l) tal-punt UAS.SPEC.050 tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2022.
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1), sat-2 ta’ Diċembru 2023, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dikjarazzjonijiet magħmula minn operaturi tal-UAS f’konformità mal-Artikolu 5(5), abbażi ta’ xenarji standard nazzjonali jew ekwivalenti, jekk dawk ix-xenarji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt UAS.SPEC.020 tal-Anness.

Dawn id-dikjarazzjonijiet ma għandhomx jibqgħu validi mit-2 ta’ Diċembru 2025.

▼M2

5.  
Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 15 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA” U F’DIK “SPEĊIFIKA”

PARTI A

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “MIFTUĦA”

UAS.OPEN.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

(1) Il-kategorija ta’ operazzjonijiet tal-UAS “miftuħa” hija maqsuma fi tliet sottokategoriji A1, A2 u A3, abbażi tal-limitazzjonijiet operattivi, tar-rekwiżiti għall-bdot mill-bogħod u tar-rekwiżiti tekniċi għall-UAS.

(2) Meta l-operazzjoni tal-UAS tinvolvi t-tajran tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jibda minn elevazzjoni naturali fuq it-terren jew fuq terren b’elevazzjonijiet naturali, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord għandu jinżamm f’medda ta’ 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji.

(3) Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 metru minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 metri, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il metru ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu.

(4) Permezz ta’ deroga mill-punt (2), gliders mingħajr bdot abbord b’MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta’ inqas minn 10 kg, jistgħu jittajru f’distanza ta’ aktar minn 120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, dment li l-glider mingħajr bdot abbord fl-ebda ħin ma jittajjar f’għoli ta’ aktar minn 120 metru ’l fuq mill-bdot mill-bogħod.

UAS.OPEN.020 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmija fil-punt (5)(d), għandhom isiru b’tali mod li l-bdot mill-bogħod tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jtajjarx l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq ġemgħat ta’ nies u raġonevolment jistenna li t-titjira ma tgħaddix minn fuq persuni mhux involuti. Fil-każ li aċċidentalment it-titjira tgħaddi minn fuq persuni li mhumiex involuti, il-bdot mill-bogħod għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-ħin li matulu l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord itir fuq dawk il-persuni;

(2) 

fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) u (5)(c), għandhom isiru b’tali mod li l-bdot mill-bogħod jista’ jtajjar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fuq persuni mhux involuti iżda qatt ma għandu jtajru fuq ġemgħat ta’ nies;

(3) 

permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4, għandhom isiru meta l-modalità ta’ insegwiment tkun attiva, sa distanza ta’ 50 metru mill-bdot mill-bogħod;

(4) 

jitwettqu minn bdot mill-bogħod li:

(a) 

huwa familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS.

(b) 

fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tal-klassi C1, kif definit fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, ikun temm kors ta’ taħriġ online u wara dan ikun għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online ipprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Istat Membru u ġab tal-inqas 75 % mill-marki totali. L-eżami għandu jkun fih 40 mistoqsija b’għażla multipla mqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

i. 

is-sikurezza tal-avjazzjoni;

ii. 

ir-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru;

iii. 

ir-regolamenti dwar l-avjazzjoni;

iv. 

il-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-bniedem;

v. 

il-proċeduri operattivi;

vi. 

għarfien ġenerali dwar il-UAS;

vii. 

il-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

viii. 

l-assigurazzjoni;

ix. 

is-sigurtà.

(5) 

isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

(a) 

b’MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta’ inqas minn 250 g u b’veloċità operattiva massima ta’ inqas minn 19 m/s, fil-każ ta’ UAS mibnija privatament; jew

(b) 

li jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 20;

(c) 

li jkun immarkat bħala tal-klassi C0 u jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945; jew

(d) 

jiġi mmarkat bħala klassi C1 u jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u jitħaddem b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza.

UAS.OPEN.030 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A2 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

jitwettqu b’tali mod li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jtirx fuq persuni mhux involuti u l-operazzjonijiet tal-UAS isiru f’distanza orizzontali sikura ta’ mill-inqas 30 metru minnhom; il-bdot mill-bogħod jista’ jnaqqas id-distanza orizzontali tas-sikurezza sa minimu ta’ 5 metri minn persuni mhux involuti meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord b’funzjoni attiva ta’ modalità b’veloċità baxxa u wara evalwazzjoni tas-sitwazzjoni rigward:

(a) 

il-kundizzjonijiet tat-temp,

(b) 

il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord,

(c) 

is-segregazzjoni taż-żona li fuqha se tgħaddi t-titjira.

(2) 

isiru minn bdot mill-bogħod li huwa familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS u li għandu ċertifikat ta’ kompetenza ta’ bdot mill-bogħod maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiseb wara li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u fl-ordni indikat:

(a) 

temm kors ta’ taħriġ online u għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku online kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020;

(b) 

temm taħriġ ta’ awtoprattika fil-kundizzjonijiet operattivi tas-sottokategorija A3 stabbiliti fil-punti (1) u (2) tal-punt UAS.OPEN.040;

(c) 

iddikjara li temm it-taħriġ ta’ awtoprattika definit fil-punt (b) u għadda minn eżami addizzjonali tal-għarfien teoretiku pprovdut mill-awtorità kompetenti jew f’entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u ġab tal-inqas 75 % mill-marki totali. L-eżami għandu jkun fih tal-anqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli bil-għan li jiġi vvalutat l-għarfien tal-bdot mill-bogħod dwar il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art, imqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

(i) 

il-meteoroloġija;

(ii) 

il-prestazzjoni tat-tajran tal-UAS;

(iii) 

il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art.

(3) 

isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa mmarkat bħala tal-klassi C2 u li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, u huwa operat b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza.

UAS.OPEN.040 Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3

Operazzjonijiet tal-UAS fis-sottokategorija A3 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

isiru f’żona fejn il-bdot mill-bogħod raġonevolment jistenna li l-ebda persuna mhux involuta mhi se titqiegħed f’periklu fil-medda fejn l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord se jittajjar tul il-ħin kollu tal-operazzjoni tal-UAS;

(2) 

isiru f’distanza sikura orizzontali ta’ mill-inqas 150 metru minn żoni residenzjali, kummerċjali, industrijali jew ta’ rikreazzjoni;

(3) 

isiru minn bdot mill-bogħod li jkun familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS u li jkun temm kors ta’ taħriġ online u għadda minn eżami tal-għarfien teoretiku online kif definit fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020;

(4) 

isiru b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord:

(a) 

b’MTOM, inkluża t-tagħbija utli, ta’ inqas minn 25 kg, fil-każ ta’ UAS mibnija privatament, jew

(b) 

li jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 20;

(c) 

jiġi mmarkat bħala klassi C2 u jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 3 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u jitħaddem b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza jew;

(d) 

jiġi mmarkat bħala klassi C3 u jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 4 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u jitħaddem b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata u b’funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza; jew

(e) 

li huwa mmarkat bħala tal-klassi C4 u jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945.

UAS.OPEN.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1) 

jiżviluppa proċeduri operattivi adattati għat-tip ta’ operazzjoni u għar-riskju involut;

(2) 

jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara;

(3) 

jaħtar bdot mill-bogħod għal kull titjira;

(4) 

jiżgura li l-bdoti mill-bogħod u kull persunal ieħor li jwettaq kompitu b’appoġġ għall-operazzjonijiet huma familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS, u:

(a) 

ikollhom kompetenza xierqa fis-sottokategorija tal-operazzjonijiet tal-UAS previsti skont il-punti UAS.OPEN.020, UAS.OPEN.030 jew UAS.OPEN.040 biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom jew, fil-każ ta’ persunal ieħor minbarra l-bdot mill-bogħod, ikun temm kors ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol żviluppat mill-operatur;

(b) 

huma familjari sew mal-proċeduri tal-operatur ta’ UAS;

(c) 

ingħataw l-informazzjoni rilevanti għall-operazzjoni tal-UAS prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika ppubblikata mill-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni skont l-Artikolu 15;

(5) 

jaġġorna l-informazzjoni fis-sistema ta’ ġeokonsapevolezza meta applikabbli skont il-post tal-operazzjoni previst;

(6) 

fil-każ ta’ operazzjoni b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jagħmel parti minn waħda mill-klassijiet definiti fil-Parti 1 sa 5 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, jiżgura li l-UAS hija:

(a) 

akkumpanjata mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE korrispondenti, inkluż ir-referenza għall-klassi xierqa; u

(b) 

l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord iġorr fuqu t-tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi relatata.

(7) 

Fil-każ ta’ operazzjoni tal-UAS fis-sottokategorija A2 jew A3, jiżgura li l-persuni kollha involuti li huma preżenti fiż-żona tal-operazzjoni ġew informati dwar ir-riskji u qablu b’mod espliċitu li jipparteċipaw.

UAS.OPEN.060 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod

(1) 

Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-bdot mill-bogħod għandu:

(a) 

ikollu l-kompetenza xierqa fis-sottokategorija tal-operazzjonijiet tal-UAS previsti skont il-punti UAS.OPEN.020, UAS.OPEN.030 jew UAS.OPEN.040 biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jwettaq prova ta’ kompetenza waqt li jopera l-UAS, ħlief meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) jew (5)(c) tal-punt UAS.OPEN.020;

(b) 

jikseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni tal-UAS prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika ppubblikata mill-Istat Membru fejn se ssir l-operazzjoni skont l-Artikolu 15;

(c) 

josserva l-ambjent operattiv, jiċċekkja għall-preżenza ta’ ostakoli u, sakemm ma jkunx qed jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fis-sottokategorija A1 imsemmi fil-punti (5)(a), (5)(b) jew (5)(c) tal-punt UAS.OPEN.020, jiċċekkja għall-preżenza ta’ xi persuni mhux involuti;

(d) 

jiżgura li l-UAS hija f’kundizzjoni sabiex it-titjira kollha ppjanata ssir b’mod sikur, u jekk applikabbli, jiċċekkja li l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod tkun attiva u aġġornata;

(e) 

jekk il-UAS tkun qed iġġorr tagħbija utli addizzjonali, jivverifika li l-massa tagħha ma taqbiżx la l-MTOM definita mill-manifattur u lanqas il-limitu tal-MTOM tal-klassi tagħha.

(2) 

Matul it-titjira, il-bdot mill-bogħod:

(a) 

ma għandux iwettaq funzjonijiet taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx fi stat li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba korriment, eżawriment, medikazzjoni, mard jew għal raġunijiet oħra;

(b) 

għandu jżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS u jżomm sorveljanza viżwali bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord. Il-bdot mill-bogħod għandu jwaqqaf it-titjira jekk l-operazzjoni tippreżenta riskju għall-inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

(c) 

għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet operattivi f’żoni ġeografiċi definiti skont l-Artikolu 15;

(d) 

għandu jkollu l-kapaċità jżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief fil-każ ta’ telf tal-kollegament jew meta jopera inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jopera b’tajran liberu (free-flight);

(e) 

għandu jopera l-UAS skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur, inkluż kwalunkwe limitazzjoni applikabbli;

(f) 

għandu josserva l-proċeduri tal-operatur meta dawn ikunu disponibbli;

(g) 

meta jkun qed jopera billejl, jiżgura li jkun attivat dawl aħdar li jteptep fuq l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

(3) 

Matul it-titjira, il-bdoti mill-bogħod u l-operaturi ta’ UAS ma għandhomx itajru qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta’ rispons ta’ emerġenza sakemm ma jkollhomx il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta’ emerġenza biex jagħmlu dan.

(4) 

Għall-finijiet tal-punt (2)(b), il-bdoti mill-bogħod jistgħu jiġu assistiti minn osservatur ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord. F’dan il-każ, għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni ċara u effettiva bejn il-bdot mill-bogħod u l-osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.

UAS.OPEN.070 Durata u validità tal-kompetenza teoretika online tal-bdot mill-bogħod u taċ-ċertifikati tal-kompetenza tal-bdot mill-bogħod

(1) 

Il-kompetenza teoretika online tal-bdot mill-bogħod, meħtieġa skont il-punti (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 u l-punt (3) tal-punt UAS.OPEN.040, u ċ-ċertifikat tal-kompetenza tal-bdot mill-bogħod, meħtieġ mill-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030, għandhom ikunu validi għal ħames snin.

(2) 

Il-validazzjoni mill-ġdid tal-kompetenza teoretika tal-bdot mill-bogħod online u taċ-ċertifikat ta’ kompetenza tal-bdot mill-bogħod hija, fil-perjodu ta’ validità tiegħu, soġġetta għal:

(a) 

dimostrazzjoni tal-kompetenzi rispettivament skont il-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 jew il-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030; jew

(b) 

tlestija ta’ taħriġ ta’ tiġdid li jindirizza rispettivament is-suġġetti tal-għarfien teoriku kif definit fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020 jew il-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030 ipprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti.

(3) 

Għall-validazzjoni mill-ġdid tal-kompetenza teoretika tal-bdot mill-bogħod online jew taċ-ċertifikat ta’ kompetenza tal-bdot mill-bogħod meta din/dan tiskadi/jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (2)(a).

PARTI B

OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA “SPEĊIFIKA”

UAS.SPEC.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

L-operatur tal-UAS għandu jipprovdi valutazzjoni tar-riskju operattiv għall-operazzjoni prevista lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11, jew jippreżenta dikjarazzjoni meta japplika l-punt UAS.SPEC.020, sakemm l-operatur ma jkollux ċertifikat ta’ operatur ta’ UAS ħafifa (LUC) bil-privileġġi xierqa, skont is-Subparti C ta’ dan l-Anness. L-operatur tal-UAS għandu jivvaluta fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda u jaġġornahom fejn meħtieġ.

UAS.SPEC.020 Dikjarazzjoni operattiva

(1) 

Skont l-Artikolu 5, bħala alternattiva għall-punti UAS.SPEC.30 u UAS.SPEC.40 l-operatur tal-UAS jista’ jissottometti dikjarazzjoni operattiva ta’ konformità ma’ xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se ssir ir-reġistrazzjoni fir-rigward ta’ operazzjonijiet:

(a) 

ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord b’:

(i) 

dimensjoni karatteristika massima sa 3 metri fil-VLOS fuq żona tal-art ikkontrollata ħlief fuq ġemgħat ta’ nies,

(ii) 

dimensjoni karatteristika massima sa metru (1) fil-VLOS ħlief fuq ġemgħat ta’ nies;

(iii) 

dimensjoni karatteristika massima sa metru (1) fil-BVLOS ħlief fuq żoni skarsament popolati;

(iv) 

dimensjoni karatteristika massima sa 3 metri fil-BVLOS fuq żona tal-art ikkontrollata.

(b) 

li jsiru taħt il-120 metru mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art, u:

(i) 

fi spazju tal-ajru mhux ikkontrollat (klassi F jew G) sakemm ma jiġux ipprovduti limitazzjonijiet differenti mill-Istati Membri permezz ta’ żoni ġeografiċi UAS f’żoni fejn il-probabbiltà li jiltaqgħu ma’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord mhijiex baxxa; jew

(ii) 

fi spazju tal-ajru kkontrollat, skont il-proċeduri ppubblikati għaż-żona tal-operazzjoni, sabiex tkun żgurata probabbiltà baxxa li jiltaqgħu ma’ inġenji tal-ajru bi bdot abbord.

(2) 

Dikjarazzjoni tal-operaturi ta’ UAS għandu jkun fiha:

(a) 

informazzjoni amministrattiva dwar l-operatur tal-UAS;

(b) 

dikjarazzjoni li l-operazzjoni tissodisfa r-rekwiżit operattiv stabbilit fil-punt (1) u xenarju standard kif definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness;

(c) 

l-impenn tal-operatur tal-UAS li josserva l-miżuri ta’ mitigazzjoni rilevanti meħtieġa għas-sikurezza tal-operazzjoni, inklużi l-istruzzjonijiet assoċjati għall-operazzjoni, għad-disinn tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-kompetenza tal-persunal involut.

(d) 

konferma mill-operatur tal-UAS li kull titjira magħmula taħt id-dikjarazzjoni se jkollha kopertura xierqa tal-assigurazzjoni, jekk din tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

(3) 

Malli tirċievi d-dikjarazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni fiha l-elementi kollha elenkati fil-punt (2) u għandha tibgħat konferma lill-operatur tal-UAS tal-wasla u tal-kompletezza mingħajr dewmien żejjed.

(4) 

Wara li jirċievi l-konferma tal-wasla u tal-kompletezza, l-operatur tal-UAS huwa intitolat jibda l-operazzjoni.

(5) 

L-operaturi tal-UAS għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni fid-dikjarazzjoni operattiva li ppreżentaw.

(6) 

Operaturi ta’ UAS b’LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta’ dan l-Anness, mhumiex meħtieġa jissottomettu d-dikjarazzjoni.

UAS.SPEC.030 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva

(1) 

Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS fil-kategorija “speċifika” l-operatur tal-UAS għandu jikseb awtorizzazzjoni operattiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, ħlief:

(a) 

meta japplika l-punt UAS.SPEC.020; jew

(b) 

meta l-operatur tal-UAS jkollu LUC bi privileġġi xierqa, skont il-Parti C ta’ dan l-Anness.

(2) 

L-operatur tal-UAS għandu jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva aġġornata jekk ikun hemm xi tibdil sinifikanti fl-operazzjoni jew fil-miżuri ta’ mitigazzjoni elenkati fl-awtorizzazzjoni operattiva.

(3) 

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11 u minbarra dan għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(b) 

l-isem tal-maniġer responsabbli jew l-isem tal-operatur tal-UAS fil-każ ta’ persuna fiżika;

(c) 

il-valutazzjoni tar-riskju operattiv;

(d) 

il-lista ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni proposti mill-operatur tal-UAS, b’informazzjoni suffiċjenti biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tivvaluta l-adegwatezza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji;

(e) 

manwal tal-operazzjonijiet meta dan ikun meħtieġ minħabba r-riskju u l-kumplessità tal-operazzjoni;

(f) 

konferma li malli jibdew l-operazzjonijiet tal-UAS se jkun hemm kopertura tal-assigurazzjoni xierqa fis-seħħ, jekk din tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

UAS.SPEC.040 Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni operattiva

(1) 

Meta tirċievi applikazzjoni skont il-punt UAS.SPEC.030, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed, toħroġ awtorizzazzjoni operattiva skont l-Artikolu 12 meta tikkonkludi li l-operazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni kollha skont il-punt (3) tal-punt UAS.SPEC.030;

(b) 

hemm proċedura fis-seħħ għall-koordinazzjoni mal-fornitur tas-servizz rilevanti għall-ispazju tal-ajru f’każ li l-operazzjoni sħiħa, jew parti minnha, tkun se ssir fi spazju tal-ajru kkontrollat.

(2) 

Fl-awtorizzazzjoni operattiva l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni eżatt tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 12.

UAS.SPEC.050 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

(1) 

L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jistabbilixxi proċeduri u limitazzjonijiet adattati għat-tip tal-operazzjoni prevista u r-riskju involut, fosthom:

(i) 

il-proċeduri operattivi biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-operazzjonijiet;

(ii) 

il-proċeduri sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli għaż-żona tal-operazzjonijiet jiġu rispettati fl-operazzjoni prevista;

(iii) 

il-miżuri għall-protezzjoni kontra interferenza illegali u aċċess mhux awtorizzat;

(iv) 

il-proċeduri biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet kollha jirrispettaw ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. B’mod partikolari għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, meta din tkun meħtieġa mill-Awtorità Nazzjonali għall-protezzjoni tad-data fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(v) 

il-linji gwida għall-bdoti mill-bogħod tiegħu biex l-operazzjonijiet tal-UAS jiġu ppjanati b’tali mod li jiġu mminimizzati l-inkonvenjenzi, inklużi fastidji relatati mal-istorbju u ma’ emissjonijiet oħra, għall-persuni u għall-annimali.

(b) 

jiddeżinja bdot mill-bogħod għal kull titjira jew, fil-każ ta’ operazzjonijiet awtonomi, jiżgura li matul kull fażi tat-titjira, ir-responsabbiltajiet u l-kompiti speċjalment dawk definiti fil-punti (2) u (3) tal-punt UAS.SPEC.060 huma allokati sew f’konformità mal-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

(c) 

jiżgura li l-operazzjonijiet kollha effettivament jużaw u jsostnu l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex jiġu evitati interferenzi li jagħmlu ħsara;

(d) 

jiżgura li qabel ma jwettqu l-operazzjonijiet, il-bdoti mill-bogħod jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

għandhom il-kompetenza biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont it-taħriġ applikabbli identifikat mill-awtorizzazzjoni operattiva jew, jekk japplika l-punt UAS.SPEC.020, mill-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti fix-xenarju standard xieraq elenkat fl-Appendiċi 1 jew kif definit bil-LUC;

(ii) 

isegwu taħriġ għall-bdoti mill-bogħod li għandu jkun ibbażat fuq il-kompetenza u jinkludi l-kompetenzi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 8;

(iii) 

isegwu taħriġ għall-bdoti mill-bogħod, kif definit fl-awtorizzazzjoni operattiva, għal operazzjonijiet li jeħtieġu tali awtorizzazzjoni, u dan għandu jsir f’kooperazzjoni ma’ entità maħtura mill-awtorità kompetenti;

(iv) 

isegwu taħriġ għall-bdoti mill-bogħod għal operazzjonijiet taħt dikjarazzjoni li għandu jsir skont il-miżuri ta’ mitigazzjoni definiti mix-xenarju standard;

(v) 

ikunu ġew mgħarrfa dwar il-manwal tal-operazzjonijiet għall-operatur tal-UAS, jekk meħtieġ mill-valutazzjoni tar-riskju u mill-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

(vi) 

jiksbu informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(e) 

jiżgura li l-persunal responsabbli għad-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS, minbarra l-bdot mill-bogħod innifsu, jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ikun temm taħriġ fuq il-post tax-xogħol żviluppat mill-operatur;

(ii) 

ikun ġie mgħarraf dwar il-manwal tal-operazzjonijiet għall-operatur tal-UAS, jekk meħtieġ mill-valutazzjoni tar-riskju, u dwar il-proċeduri stabbiliti skont il-punt (a);

(iii) 

ikun kiseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(f) 

iwettaq kull operazzjoni skont il-limitazzjonijiet, il-kundizzjonijiet, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni definiti fid-dikjarazzjoni jew speċifikati fl-awtorizzazzjoni operattiva;

(g) 

iżomm u jmantni rekord aġġornat ta’:

(i) 

il-kwalifiki u l-korsijiet ta’ taħriġ rilevanti kollha mwettqa mill-bdot mill-bogħod u l-persunal l-ieħor inkarigat mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS u mill-persunal tal-manutenzjoni, għal mill-inqas 3 snin wara li dawk il-persuni jkunu temmew l-impjieg tagħhom mal-organizzazzjoni jew ikunu biddlu l-pożizzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni;

(ii) 

l-attivitajiet ta’ manutenzjoni mwettqa fil-UAS għal minimu ta’ 3 snin;

(iii) 

l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-UAS, inkluża kwalunkwe okkorrenza teknika jew operattiva mhux tas-soltu u data oħra kif meħtieġ mid-dikjarazzjoni jew mill-awtorizzazzjoni operattiva għal mill-inqas 3 snin;

(h) 

juża UAS li, bħala minimu, huma ddisinjati b’tali mod li fl-eventwalità ta’ ħsara din ma twassalx biex l-UAS itiru barra mill-volum operattiv jew jikkawżaw fatalità. Barra minn hekk, l-interfaċċji Bniedem-Magna għandhom ikunu tali li jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ żball min-naħa tal-bdot u ma għandhomx jikkawżaw għeja mhux raġonevoli;

(i) 

iżomm il-UAS f’kundizzjoni xierqa biex topera b’mod sikur billi:

(i) 

bħala minimu, jispjega sew l-istruzzjonijiet dwar il-manutenzjoni u jimpjega persunal tal-manutenzjoni bi kwalifiki xierqa u mħarreġ sew; u

(ii) 

f’konformità mal-punt UAS.SPEC.100, jekk meħtieġ;

(iii) 

juża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa ddisinjat sabiex jiġu mminimizzati l-istorbju u emissjonijiet oħra, filwaqt li jqis it-tip ta’ operazzjonijiet previsti u ż-żoni ġeografiċi fejn l-istorbju u l-emissjonijiet oħra mill-inġenji tal-ajru huma ta’ tħassib.

(j) 

jistabbilixxi u jżomm lista aġġornata tal-bdoti mill-bogħod maħtura għal kull titjira;

(k) 

jistabbilixxi u jżomm lista aġġornata tal-persunal tal-manutenzjoni impjegat mill-operatur biex iwettaq attivitajiet ta’ manutenzjoni; u

(l) 

jiżgura li kull inġenju tal-ajru individwali mingħajr bdot abbord ikollu installat fuqu:

(i) 

mill-inqas dawl aħdar wieħed li jteptep għall-fini tal-viżibbiltà tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord billejl, u

(ii) 

sistema ta’ identifikazzjoni mill-bogħod attiva u aġġornata.

UAS.SPEC.060 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod

(1) 

Il-bdot mill-bogħod:

(a) 

ma għandux iwettaq funzjonijiet taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew tal-alkoħol jew meta ma jkunx fi stat li jwettaq il-kompiti tiegħu minħabba korriment, eżawriment, medikazzjoni, mard jew għal raġunijiet oħra;

(b) 

għandu jkollu l-kompetenza xierqa ta’ bdot mill-bogħod kif definit fl-awtorizzazzjoni operattiva, fix-xenarju standard definit fl-Appendiċi 1 jew kif definit mil-LUC u jwettaq prova ta’ kompetenza waqt li jopera l-UAS.

(c) 

għandu jkun familjari mal-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS.

(2) 

Qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, il-bdot mill-bogħod għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jikseb informazzjoni aġġornata rilevanti għall-operazzjoni prevista dwar kwalunkwe żona ġeografika definita skont l-Artikolu 15;

(b) 

jiżgura li l-ambjent operattiv huwa kompatibbli mal-limitazzjonijiet u mal-kundizzjonijiet awtorizzati jew iddikjarati;

(c) 

jiżgura li l-UAS hija f’kundizzjoni sikura sabiex it-titjira kollha ppjanata ssir b’mod sikur, u jekk applikabbli, jiċċekkja li l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod tkun attiva u aġġornata;

(d) 

jiżgura li l-informazzjoni dwar l-operazzjoni tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-unità rilevanti tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS), għal utenti oħra tal-ispazju tal-ajru u għal partijiet interessati rilevanti, kif meħtieġ mill-awtorizzazzjoni operattiva jew mill-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Istat Membru għaż-żona ġeografika tal-operazzjoni skont l-Artikolu 15.

(3) 

Matul it-titjira, il-bdot mill-bogħod:

(a) 

għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet awtorizzati jew iddikjarati;

(b) 

għandu jevita kull riskju ta’ kolliżjoni ma’ kwalunkwe inġenju tal-ajru bi bdot abbord u jwaqqaf titjira meta l-issoktar tagħha jista’ joħloq riskju għal inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

(c) 

għandu jirrispetta l-limitazzjonijiet operattivi f’żoni ġeografiċi definiti skont l-Artikolu 15;

(d) 

għandu josserva l-proċeduri tal-operatur;

(e) 

ma għandux itir qrib jew ġewwa żoni fejn ikun għaddej sforz ta’ rispons ta’ emerġenza sakemm ma jkollux il-permess tas-servizzi responsabbli għar-rispons ta’ emerġenza biex jagħmel dan.

UAS.SPEC.070 Trasferibbiltà ta’ awtorizzazzjoni operattiva

Awtorizzazzjoni operattiva mhijiex trasferibbli.

UAS.SPEC.080 Durata u validità ta’ awtorizzazzjoni operattiva

(1) L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika d-durata tal-awtorizzazzjoni operattiva fl-awtorizzazzjoni nnifisha.

(2) Minkejja l-punt (1), l-awtorizzazzjoni operattiva tibqa’ valida sakemm l-operatur tal-UAS jibqa’ konformi mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u mal-kundizzjonijiet definiti fl-awtorizzazzjoni operattiva.

(3) Mar-revoka jew maċ-ċediment tal-awtorizzazzjoni operattiva l-operatur tal-UAS għandu jipprovdi konferma f’format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

UAS.SPEC.085 Durata u validità ta’ dikjarazzjoni operattiva:

Id-dikjarazzjoni operattiva għandu jkollha durata limitata ta’ sentejn (2). Id-dikjarazzjoni ma għandiex tibqa’ titqies bħala kompleta skont it-tifsira tal-punt (4) tal-punt UAS.SPEC.020 jekk:

(1) 

matul is-sorveljanza tal-operatur tal-UAS, l-awtorità kompetenti tkun sabet li l-operazzjoni tal-UAS ma twettqitx skont id-dikjarazzjoni operattiva;

(2) 

il-kundizzjonijiet tal-operazzjoni tal-UAS inbidlu sal-punt li d-dikjarazzjoni operattiva ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament;

(3) 

l-awtorità kompetenti ma tingħatax aċċess skont il-punt UAS.SPEC.090.

UAS.SPEC.090 Aċċess

Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, operatur tal-UAS għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata lil organizzazzjoni oħra.

UAS.SPEC.100 Użu ta’ tagħmir ċertifikat u inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord ċertifikati

(1) Jekk l-operazzjoni tal-UAS tkun qiegħda tuża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, jew tkun qed tuża tagħmir ċertifikat, l-operatur tal-UAS għandu jirreġistra il-ħin tal-operazzjoni jew il-ħin tas-servizz skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tagħmir ċertifikat, jew skont l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjoni.

(2) L-operatur tal-UAS għandu jsegwi l-istruzzjonijiet imsemmija fiċ-ċertifikat tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew fiċ-ċertifikat tat-tagħmir, u barra minn hekk jirrispetta kwalunkwe direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà jew direttiva operattiva maħruġa mill-Aġenzija.

PARTI C

ĊERTIFIKAT TA’ OPERATUR TA’ UAS ĦAFIFA (LUC)

UAS.LUC.010 Rekwiżiti ġenerali għal LUC

(1) Persuna ġuridika hija eliġibbli biex tapplika għal LUC taħt din il-Parti.

(2) Applikazzjoni għal LUC jew għal emenda għal LUC eżistenti għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a) 

deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-operatur tal-UAS, fosthom l-istruttura organizzazzjonali u s-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tiegħu;

(b) 

l-isem/ismijiet tal-persunal responsabbli tal-operatur tal-UAS, inkluż il-persuna responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-operazzjonijiet b’UASs;

(c) 

dikjarazzjoni li d-dokumentazzjoni kollha ppreżentata lill-awtorità kompetenti ġiet ivverifikata mill-applikant u nstabet li hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(3) Jekk ir-rekwiżiti ta’ din il-Parti jkunu ssodisfati, detentur ta’ LUC jista’ jingħata l-privileġġ, skont il-punt UAS.LUC.060.

UAS.LUC.020 Responsabbiltajiet tad-detentur ta’ LUC

Id-detentur ta’ LUC għandu:

(1) 

jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti UAS.SPEC.050 u UAS.SPEC.060;

(2) 

jirrispetta l-kamp ta’ applikazzjoni u l-privileġġi definiti fit-termini tal-approvazzjoni;

(3) 

jistabbilixxi u jżomm sistema biex ikun jista’ jeżerċita kontroll operattiv fuq kwalunkwe operazzjoni li ssir skont it-termini tal-LUC tiegħu;

(4) 

iwettaq valutazzjoni tar-riskju operattiv tal-operazzjoni prevista skont l-Artikolu 11 sakemm ma jkunx qed iwettaq operazzjoni li għaliha dikjarazzjoni operattiva hija suffiċjenti skont il-punt UAS.SPEC.020;

(5) 

iżomm rekords tal-elementi li ġejjin b’tali mod li jiġi żgurat li dawn ikunu protetti minn ħsara, alterazzjoni u serq għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin fil-każ ta’ operazzjonijiet li jsiru bl-użu tal-privileġġi speċifikati taħt il-punt UAS.LUC.060:

(a) 

il-valutazzjoni tar-riskju operattiv, meta din tkun meħtieġa skont il-punt 4, u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn tagħha;

(b) 

il-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda; u

(c) 

il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal involut fl-operazzjoni tal-UAS, fil-monitoraġġ tal-konformità u fil-ġestjoni tas-sikurezza;

(6) 

iżomm rekords tal-persunal imsemmija fil-punt (5)(c) sakemm il-persuna tkun għadha impjegata mal-organizzazzjoni u dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 3 snin wara li l-persuna tkun telqet mill-organizzazzjoni.

UAS.LUC.030 Sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza

(1) Operatur tal-UAS li japplika għal LUC għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza li tikkorrispondi għad-daqs tal-organizzazzjoni, għan-natura u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, b’kont meħud tal-perikli u tar-riskji assoċjati inerenti għal dawn l-attivitajiet.

(2) L-operatur tal-UAS għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jaħtar maniġer responsabbli b’awtorità biex jiġi żgurat li l-attivitajiet kollha fl-organizzazzjoni jsiru skont l-istandards applikabbli u li l-organizzazzjoni tkun kontinwament f’konformità mar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni u mal-proċeduri identifikati fil-manwal tal-LUC imsemmi fil-punt UAS.LUC.040;

(b) 

jiddefinixxi linji ċari ta’ responsabbiltà u ta’ akkontabbiltà fl-organizzazzjoni kollha;

(c) 

jistabbilixxi u jżomm politika dwar is-sikurezza u objettivi korrispondenti relatati mas-sikurezza;

(d) 

jaħtar persunal prinċipali responsabbli għas-sikurezza biex jimplimenta l-politika tas-sikurezza;

(e) 

jistabbilixxi u jżomm proċess ta’ ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza inkluż l-identifikazzjoni ta’ perikli għas-sikurezza assoċjati mal-attivitajiet tal-operatur tal-UAS, kif ukoll il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta’ azzjoni għall-mitigazzjoni ta’ dawk ir-riskji u l-verifika tal-effikaċja tal-azzjoni;

(f) 

jippromwovi s-sikurezza fl-organizzazzjoni permezz ta’:

(i) 

it-taħriġ u l-edukazzjoni;

(ii) 

il-komunikazzjoni;

(g) 

jiddokumenta l-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza sabiex il-persunal kollu jkun jaf x’inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu u tal-proċedura għall-emendar ta’ din id-dokumentazzjoni; il-proċessi ewlenin jinkludu:

(i) 

ir-rapportar dwar is-sikurezza u investigazzjonijiet interni;

(ii) 

il-kontroll operattiv;

(iii) 

il-komunikazzjoni dwar is-sikurezza;

(iv) 

it-taħriġ u l-promozzjoni tas-sikurezza;

(v) 

il-monitoraġġ tal-konformità;

(vi) 

il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza;

(vii) 

il-ġestjoni tal-bidla;

(viii) 

l-interfaċċa bejn l-organizzazzjonijiet;

(ix) 

l-użu ta’ sottokuntratturi u ta’ sħab;

(h) 

jinkludi funzjoni indipendenti biex timmonitorja l-konformità u l-adegwatezza tal-ħarsien tar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament, inkluża sistema biex jingħata feedback dwar is-sejbiet lill-maniġer responsabbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri korrettivi skont kif ikun meħtieġ;

(i) 

jinkludi funzjoni biex jiġi żgurat li r-riskji għas-sikurezza inerenti għal prodott jew għal servizz ipprovdut permezz ta’ sottokuntratturi jiġu vvalutati u mitigati taħt is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur.

(3) Jekk l-organizzazzjoni jkollha ċertifikati oħra tal-organizzazzjoni skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 1139/2018, is-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-operatur tal-UAS tista’ tiġi integrata mas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza meħtieġa minn dawk iċ-ċertifikat(i) addizzjonali.

UAS.LUC.040 Manwal tal-LUC

(1) Detentur ta’ LUC għandu jipprovdi manwal tal-LUC lill-awtorità kompetenti li jiddeskrivi, direttament jew permezz ta’ kontroreferenza l-organizzazzjoni tiegħu, il-proċeduri rilevanti u l-attivitajiet imwettqa.

(2) Il-manwal għandu jkun fih dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-ħidma tal-organizzazzjoni sejra dejjem tkun konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-manwal tal-LUC approvat. Meta l-Maniġer responsabbli ma jkunx l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-organizzazzjoni, l-uffiċjal kap eżekuttiv għandu jikkontrofirma din id-dikjarazzjoni.

(3) Jekk xi attività ssir minn organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab, fil-manwal tal-LUC l-operatur tal-UAS għandu jinkludi l-proċeduri dwar kif id-detentur tal-LUC għandu jimmaniġġja r-relazzjoni ma’ dawk l-organizzazzjonijiet jew sottokuntratturi sħab.

(4) Il-manwal tal-LUC għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex tinżamm deskrizzjoni aġġornata tal-organizzazzjoni tad-detentur tal-LUC, u l-awtorità kompetenti għandha tingħata kopji tal-emendi.

(5) L-operatur tal-UAS għandu jqassam il-partijiet rilevanti tal-manwal tal-LUC lill-persunal kollu tiegħu skont il-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

UAS.LUC.050 Termini tal-approvazzjoni tad-detentur ta’ LUC

(1) L-awtorità kompetenti għandha toħroġ LUC wara li tkun sodisfatta li l-operatur tal-UAS jikkonforma mal-punti UAS.LUC.020, UAS.LUC.030 u UAS.LUC.040.

(2) Il-LUC għandu jinkludi:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(b) 

il-privileġġi tal-operatur tal-UAS;

(c) 

it-tip jew it-tipi ta’ operazzjonijiet awtorizzati;

(d) 

iż-żona awtorizzata, iż-żona jew il-klassi tal-ispazju tal-ajru għall-operazzjonijiet, jekk applikabbli;

(e) 

kwalunkwe limitazzjoni jew kundizzjoni speċjali, jekk applikabbli;

UAS.LUC.060 Privileġġi tad-detentur ta’ LUC

Meta tkun sodisfatta bid-dokumentazzjoni pprovduta, l-awtorità kompetenti:

(1) 

għandha tispeċifika t-termini u l-kundizzjonijiet tal-privileġġ mogħti lill-operatur tal-UAS fl-LUC; u

(2) 

tista’, fi ħdan it-termini tal-approvazzjoni, tagħti lil detentur ta’ LUC il-privileġġ li jawtorizza l-operazzjonijiet tiegħu stess mingħajr ma:

(a) 

jissottometti dikjarazzjoni operattiva;

(b) 

japplika għal awtorizzazzjoni operattiva.

ATM/UAS.LUC.070 Tibdil fis-sistema ta’ ġestjoni tal-LUC

Wara l-ħruġ ta’ LUC, it-tibdil li ġej jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti:

(1) 

kwalunkwe tibdil fit-termini tal-approvazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(2) 

kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-elementi tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tad-detentur tal-LUC kif meħtieġ mill-punt UAS.LUC.030.

UAS.LUC.075 Trasferibbiltà ta’ LUC

Ħlief għat-tibdil fis-sjieda tal-organizzazzjoni, approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt UAS.LUC.070, LUC mhuwiex trasferibbli.

UAS.LUC.080 Durata u validità ta’ LUC

(1) LUC għandu jinħareġ għal durata mingħajr limitu. Dan għandu jibqa’ validu soġġett għal dawn li ġejjin:

(a) 

il-konformità kontinwa tad-detentur tal-LUC mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u tal-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat; u

(b) 

il-LUC ma jkunx qiegħed jiġi ċedut jew revokat.

(2) Mar-revoka jew maċ-ċediment ta’ LUC, id-detentur ta’ LUC għandu jipprovdi konferma f’format diġitali li għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

UAS.LUC.090 Aċċess

Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, id-detentur ta’ LUC għandu jagħti lil kwalunkwe persuna debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti, aċċess għal kull faċilità, UAS, dokument, rekord, data, proċedura jew għal kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-attività tiegħu, li hija soġġetta għal ċertifikazzjoni, awtorizzazzjoni operattiva jew dikjarazzjoni operattiva, irrispettivament minn jekk l-attività tiegħu hijiex ikkuntrattata jew sottokuntrattata ma’ organizzazzjoni oħra.




Appendiċi 1:

għal xenarji standard b’appoġġ għal dikjarazzjoni

KAPITOLU I

STS-01 – VLOS fuq żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent ippopolat

UAS.STS-01.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

(1) Matul it-titjira, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jinżammu sa 120 m mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji.

(2) Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 m minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 metri, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu, l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il m ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu.

(3) L-għoli massimu tal-volum operattiv ma għandux jaqbeż it-30 m ’il fuq mill-għoli massimu permess fil-punti (1) u (2).

(4) Matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma għandux iġorr oġġetti perikolużi.

UAS.STS-01.020 Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-01

(1) Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-01 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

jitwettqu bl-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord miżmuma f’VLOS fil-ħinijiet kollha;

(b) 

jitwettqu skont il-manwal tal-operazzjonijiet imsemmi fil-punt (1) tal-punt UAS.STS-01.030;

(c) 

jitwettqu fuq żona ta’ art ikkontrollata li tinkludi:

(i) 

għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u mhux marbutin:

(A) 

iż-żona ġeografika tat-titjira;

(B) 

iż-żona ta’ kontinġenza, bil-limitu/i estern(i) tagħha mill-inqas 10 m lil hinn mil-limitu/i taż-żona ġeografika tat-titjira; u

(C) 

l-buffer tar-riskju fuq l-art, li għandu jkopri distanza lil hinn mil-limitu/i estern(i) taż-żona ta’ kontinġenza li tissodisfa mill-inqas il-parametri li ġejjin:



 

Id-distanza minima li għandha tkun koperta mill-buffer tar-riskju fuq l-art għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u mhux marbutin

L-għoli massimu ’l fuq mill-art

b’MTOM sa 10 kg

b’MTOM ta’ aktar minn 10 kg

30 m

10 m

20 m

60 m

15 m

30 m

90 m

20 m

45 m

120 m

25 m

60 m

(ii) 

għat-tħaddim ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u marbut, raġġ ugwali għat-tul tal-irbit u 5 m aktar u ċċentrat fuq il-punt fejn l-irbit ikun imwaħħal fuq is-superfiċe tal-art.

(d) 

jitwettqu b’veloċità fuq l-art ta’ inqas minn 5 m/s fil-każ ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u mhux marbutin;

(e) 

jitwettqu minn bdot mill-bogħod li:

(i) 

ikollu ċertifikat ta’ għarfien teoretiku ta’ bdot mill-bogħod skont il-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru;

(ii) 

ikollu akkreditazzjoni tat-tlestija tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi STS-01, f’konformità mal-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu u maħruġa minn:

(A) 

entità li tkun iddikjarat konformità mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 3 u li tkun rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru; jew

(B) 

operatur tal-UAS li jkun iddikjara lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, il-konformità mal-STS-01 u li jkun iddikjara l-konformità mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 3; u

(f) 

jitwettqu b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li huwa mmarkat bħala tal-klassi C5 u li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 16 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, u huwa operat b’sistema ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod attiva u aġġornata.

(2) Il-bdot mill-bogħod għandu jikseb iċ-ċertifikat tal-għarfien teoretiku għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard wara:

(a) 

li jkun temm kors ta’ taħriġ online u għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku online kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020; u

(b) 

li jkun għadda minn eżami addizzjonali tal-għarfien teoretiku pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu.

(3) Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal ħames snin. Il-validazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ validità tiegħu, hija soġġetta għal kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-wiri tal-kompetenzi skont il-punt (2);

(b) 

it-tlestija ta’ taħriġ ta’ tiġdid li jindirizza s-suġġetti tal-għarfien teoriku kif definit fil-punt (2) ipprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti.

(4) Għall-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat meta dan jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (2).

UAS.STS-01.030 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.050, l-operatur tal-UAS għandu:

(1) 

jiżviluppa manwal tal-operazzjonijiet li jinkludi l-elementi ddefiniti fl-Appendiċi 5;

(2) 

jiddefinixxu l-volum operattiv u l-buffer tar-riskju fuq l-art għall-operazzjonijiet previsti, inkluża ż-żona ta’ art ikkontrollata li tkopri l-projezzjonijiet fuq is-superfiċe tal-art kemm fil-volum kif ukoll fil-buffer;

(3) 

jiżgura l-adegwatezza tal-proċeduri ta’ kontinġenza u ta’ emerġenza permezz ta’ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:

(a) 

testijiet tat-titjira ddedikati;

(b) 

simulazzjonijiet, dment li r-rappreżentattività tal-mezzi ta’ simulazzjoni tkun xierqa għall-iskop maħsub;

(4) 

jiżviluppa pjan effettiv ta’ reazzjoni għal emerġenza (ERP) adattat għall-operazzjoni li jinkludi mill-inqas:

(a) 

il-pjan li jiġi limitat kwalunkwe effett aggravanti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(b) 

il-kundizzjonijiet biex jiġu allertati l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti;

(c) 

il-kriterji biex tiġi identifikata sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(d) 

delineazzjoni ċara tad-dmirijiet tal-bdot(i) mill-bogħod u ta’ kwalunkwe persunal ieħor responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS;

(5) 

jiżgura li l-livell ta’ prestazzjoni għal kwalunkwe servizz ipprovdut esternament meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira jkun adegwat għall-operazzjoni prevista;

(6) 

jiddefinixxi l-allokazzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-operatur u l-fornitur(i) estern(i) tas-servizzi, jekk applikabbli;

(7) 

itella’ informazzjoni aġġornata fil-ġeokonsapevolezza, jekk il-funzjoni tiġi installata fuq il-UAS, meta din tkun meħtieġa miż-żona ġeografika tal-UAS għall-post ippjanat tal-operazzjoni;

(8) 

jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, iż-żona ta’ art ikkontrollata tkun fis-seħħ, effettiva u konformi mad-distanza minima ddefinita fil-punt UAS.STS-01.020(1)(C)(i)(C) u, meta jkun meħtieġ, tkun twettqet il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet xierqa;

(9) 

jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, il-persuni kollha preżenti fiż-żona ta’ art ikkontrollata:

(a) 

ikunu ġew informati dwar ir-riskji tal-operazzjoni;

(b) 

ikunu ġew informati jew imħarrġa, kif xieraq, dwar il-prekawzjonijiet u l-miżuri ta’ sikurezza stabbiliti mill-operatur tal-UAS għall-protezzjoni tagħhom; u

(c) 

ikunu qablu b’mod espliċitu li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

(10) 

jiżgura li:

(a) 

il-UAS hija akkumpanjata mid-dikjarazzjoni(jiet) ta’ konformità korrispondenti tal-UE, inkluża r-referenza għall-klassi C5 jew ir-referenza għall-klassi C3 u għall-kitt tal-aċċessorji; u

(b) 

it-tikketta tal-identifikazzjoni tal-klassi C5 titwaħħal mal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew mal-kitt tal-aċċessorji.

UAS.STS-01.040 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod

Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.060, il-bdot mill-bogħod:

(1) 

qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS, għandu jivverifika li l-mezzi biex tintemm it-titjira tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikunu operattivi u jivverifika jekk l-identifikazzjoni diretta mill-bogħod tkunx attiva u aġġornata;

(2) 

waqt it-titjira:

(a) 

għandu jżomm l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-VLOS u jżomm sorveljanza tal-ispazju tal-ajru bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord. Il-bdot mill-bogħod għandu jwaqqaf it-titjira jekk l-operazzjoni tippreżenta riskju għall-inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

(b) 

għall-finijiet tal-punt (a), jista’ jkun megħjun minn osservatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord. F’dan il-każ, għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni ċara u effettiva bejn il-bdot mill-bogħod u l-osservatur tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(c) 

għandu jkollu l-kapaċità jżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief fil-każ ta’ kollegament ta’ kmand u kontroll (C2) mitlufa;

(d) 

fi kwalunkwe waqt għandu jkun jopera inġenju tal-ajru wieħed biss;

(e) 

ma għandux jopera l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord minn vettura li tkun miexja;

(f) 

ma għandux jagħti l-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord lil unità ta’ kmand oħra;

(g) 

għandu jwettaq il-proċeduri ta’ kontinġenza ddefiniti mill-operatur tal-UAS għal sitwazzjonijiet anormali, inkluż meta l-bdot mill-bogħod ikollu indikazzjoni li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun jista’ jaqbeż il-limiti tal-ġeografija tat-titjira; u

(h) 

għandu jwettaq il-proċeduri ta’ emerġenza ddefiniti mill-operatur tal-UAS għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluża t-tnedija tal-mezzi biex tiġi tterminata t-titjira meta l-bdot mill-bogħod ikollu indikazzjoni li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun jista’ jaqbeż il-limiti tal-volum operattiv.

HEMŻA A: EŻAMI TAL-GĦARFIEN TEORETIKU U TAL-ĦILIET PRATTIĊI TAL-BDOTI MILL-BOGĦOD GĦALL-STS-01

(1)    Eżami tal-għarfien teoretiku

(a) 

L-eżami msemmi fil-punt (2)(b) tal-punt UAS.STS-01.020 għandu jkun fih tal-anqas 40 mistoqsija b’għażliet multipli bil-għan li jiġi vvalutat l-għarfien tal-bdot mill-bogħod dwar il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi, imqassma kif xieraq bejn it-temi li ġejjin:

(i) 

ir-regolamenti dwar l-avjazzjoni;

(ii) 

il-limitazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-bniedem;

(iii) 

il-proċeduri operattivi;

(iv) 

il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fuq l-art;

(v) 

għarfien ġenerali dwar il-UAS;

(vi) 

il-meteoroloġija;

(vii) 

il-prestazzjoni tat-titjira tal-UAS; u

(viii) 

il-mitigazzjonijiet tekniċi u operattivi tar-riskju fl-ajru.

(b) 

Jekk l-istudent bdot mill-bogħod diġà jkollu ċertifikat ta’ kompetenza ta’ bdot mill-bogħod kif imsemmi fil-punt (2) tal-punt UAS.OPEN.030, l-eżami għandu jinkludi mill-inqas 30 mistoqsija b’għażliet multipli mqassma kif xieraq fost is-suġġetti fil-punti (1)(a)(i) sa (1)(a)(v).

(c) 

Biex jgħaddi mill-eżami tal-għarfien teoretiku, l-istudent bdot mill-bogħod għandu jġib mill-inqas 75 % tal-marki globali.

(2)    Taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi

It-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għal operazzjonijiet taħt kwalunkwe xenarju standard għandhom ikopru mill-inqas is-suġġetti u l-oqsma identifikati fit-Tabella 1:



Tabella 1:

Is-suġġetti u l-oqsma li jridu jiġu koperti għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi

Suġġett

L-oqsma li għandhom jiġu koperti

(a)  Azzjonijiet ta’ qabel it-titjira

(i)  L-ippjanar tal-operazzjonijiet, il-kunsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u l-valutazzjoni tar-riskju tas-sit. Għandhom jiġu inklużi l-punti li ġejjin:

(A)  identifikazzjoni tal-għanijiet tal-operazzjoni prevista;

(B)  żgurar li l-volum operattiv definit u l-buffers rilevanti (eż. il-buffer tar-riskju fuq l-art) ikunu adattati għall-operazzjoni prevista;

(C)  individwazzjoni tal-ostakli fil-volum operattiv li jistgħu jfixklu l-operazzjoni prevista;

(D)  identifikazzjoni ta’ jekk il-veloċità u/jew id-direzzjoni tar-riħ jistgħux jiġu affettwati mit-topografija jew mill-ostakli fil-volum operattiv;

(E)  għażla tad-data rilevanti dwar l-informazzjoni tal-ispazju tal-ajru (inkluż dwar iż-żoni ġeografiċi tal-UAS) li jista’ jkollha impatt fuq l-operazzjoni prevista;

(F)  żgurar li l-UAS tkun adattata għall-operazzjoni prevista;

(G)  żgurar li t-tagħbija utli magħżula tkun kompatibbli mal-UAS użata għall-operazzjoni;

(H)  implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tinżamm konformità mal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-volum operattiv u l-buffer tar-riskju fuq l-art għall-operazzjoni prevista skont il-proċeduri tal-manwal tal-operazzjonijiet għax-xenarju rilevanti;

(I)  implimentazzjoni tal-proċeduri meħtieġa għall-operat fi spazju tal-ajru kkontrollat, inkluż protokoll għall-komunikazzjoni mal-ATC u kisba tal-approvazzjoni u l-istruzzjonijiet, jekk ikun meħtieġ;

(J)  konferma li d-dokumenti kollha meħtieġa għall-operazzjoni prevista jkunu fil-post; u

(K)  tgħarrif lill-parteċipanti kollha dwar l-operazzjoni ppjanata.

(ii)  spezzjoni u preparamenti ta’ qabel it-titjira tal-UAS (inklużi l-modalitajiet tat-titjir u l-perikli relatati mas-sors tal-enerġija). Għandhom jiġu inklużi l-punti li ġejjin:

(A)  valutazzjoni tal-kundizzjoni ġenerali tal-UAS;

(B)  żgurar li l-komponenti kollha li jistgħu jitneħħew tal-UAS ikunu mqabbdin kif xieraq;

(C)  żgurar li l-konfigurazzjonijiet tas-softwer tal-UAS ikunu kompatibbli;

(D)  kalibrar tal-istrumenti fil-UAS;

(E)  identifikazzjoni ta’ kwalunkwe difett li jista’ jipperikola l-operazzjoni prevista;

(F)  żgurar li l-livell ta’ enerġija tal-batterija jkun biżżejjed għall-operazzjoni prevista;

(G)  żgurar li s-sistema ta’ terminazzjoni tat-titjira tal-UAS u s-sistema ta’ attivazzjoni tagħha jkunu operattivi;

(H)  ikkontrollar tal-funzjonament korrett tal-kollegament ta’ kmand u kontroll;

(I)  attivazzjoni tal-funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza u tlugħ tal-informazzjoni fiha (jekk il-funzjoni ta’ ġeokonsapevolezza tkun disponibbli); u

(J)  issettjar tas-sistemi li jillimitaw l-għoli u l-veloċità (jekk disponibbli).

(iii)  Għarfien dwar l-azzjonijiet bażiċi li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, inklużi kwistjonijiet mal-UAS, jew jekk jinqala’ periklu ta’ kolliżjoni fl-ajru matul it-titjira.

(b)  Il-proċeduri ta’ waqt it-titjira

(i)  Għoti ta’ attenzjoni effettiva u żamma tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fil-linja viżwali tal-vista (VLOS) f’kull ħin għall-inklużjoni ta’: konsapevolezza tas-sitwazzjoni tal-post fir-rigward tal-volum operattiv u utenti oħra tal-ispazju tal-ajru, l-ostakli, it-terren u l-persuni li mhumiex involuti f’kull ħin.

(ii)  Twettiq ta’ manuvri tat-titjir preċiżi u kkontrollati f’għoli u distanzi differenti li jirrappreżentaw l-STS korrispondenti (inkluż it-titjir fil-modalità manwali/mhux assistita bil-GNSS jew l-ekwivalenti, fejn din tkun installata). Għandhom jitwettqu mill-inqas il-manuvri li ġejjin:

(A)  it-titjir f’punt fiss (għal inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors biss);

(B)  it-tranżizzjoni minn titjir f’punt fiss għal titjir ’il quddiem (għal inġenji tal-ajru kbar li jaħdmu bir-rotors biss);

(C)  it-tlugħ u l-inżul mit-titjira livell;

(D)  il-liwjiet f’titjira livell;

(E)  il-kontroll tal-veloċità waqt titjira livell;

(F)  azzjonijiet wara ħsara f’mutur/sistema ta’ propulsjoni; u

(G)  azzjoni evażiva (manuvri) biex jiġu evitati kolliżjonijiet

(iii)  Il-monitoraġġ f’ħin reali tal-istatus tal-UAS u l-limitazzjonijiet tar-reżistenza.

Titjir f’kundizzjonijiet anormali:

(A)  il-ġestjoni ta’ nuqqas ta’ enerġija parzjali jew totali tas-sistema ta’ propulsjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza ta’ partijiet terzi fuq l-art;

(B)  il-ġestjoni tat-trajettorja tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord f’sitwazzjonijiet anormali;

(C)  il-ġestjoni ta’ sitwazzjoni li fiha t-tagħmir ta’ pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun indebolit;

(D)  il-ġestjoni ta’ sitwazzjoni ta’ inkursjoni minn persuna mhux involuta fil-volum operattiv jew fiż-żona ta’ art ikkontrollata, u t-teħid ta’ miżuri xierqa biex tinżamm is-sikurezza;

(E)  reazzjoni u teħid tal-azzjonijiet korrettivi xierqa għal sitwazzjonijiet li fihom l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord aktarx li jaqbeż il-limitu tal-ġeografija tat-titjira (proċeduri ta’ kontinġenza) u mill-volum operattiv (proċeduri ta’ emerġenza) kif definit matul il-preparazzjoni tat-titjira;

(F)  il-ġestjoni tas-sitwazzjoni li fiha inġenju tal-ajru joqrob lejn il-volum operattiv; u

(G)  wiri tal-metodu ta’ rkupru wara telf intenzjonat (simulat) tal-kollegament ta’ kmand u kontroll.

(c)  Azzjonijiet ta’ wara t-titjira

(i)  Tifi u salvagwardjar tal-UAS.

(ii)  Spezzjoni ta’ wara t-titjira u r-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe data rilevanti relatata mal-kundizzjoni ġenerali tal-UAS (is-sistemi, il-komponenti u s-sorsi tal-enerġija tagħha) u l-għeja tal-ekwipaġġ.

(iii)  Twettiq ta’ debriefing dwar l-operazzjoni.

(iv)  Identifikazzjoni tas-sitwazzjonijiet meta rapport tal-okkorrenza jkun meħtieġ u mili tar-rapport tal-okkorrenza meħtieġ.

KAPITOLU II

STS-02 – BVLOS bl-Osservaturi Tal-Ispazju Tal-Ajru fuq żona ta’ art ikkontrollata f’ambjent skarsament popolat

UAS.STS-02.010 Dispożizzjonijiet ġenerali

(1) Matul it-titjira, l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jinżammu sa 120 m mill-eqreb punt tas-superfiċe tal-art. Il-kejl tad-distanzi għandu jiġi adattat skont il-karatteristiċi ġeografiċi tat-terren, bħal pereżempju pjanuri, għoljiet, muntanji.

(2) Meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jittajjar f’distanza orizzontali ta’ 50 m minn ostakolu artifiċjali itwal minn 105 m, fuq talba tal-entità responsabbli għall-ostaklu l-għoli massimu tal-operazzjoni tal-UAS jista’ jiżdied sa 15-il m ’l fuq mill-għoli tal-ostaklu.

(3) L-għoli massimu tal-volum operattiv ma għandux jaqbeż it-30 m ’il fuq mill-għoli massimu permess fil-punti (1) u (2).

(4) Matul it-titjira, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma għandux iġorr oġġetti perikolużi.

UAS.STS-02.020 Operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-02

L-operazzjonijiet tal-UAS fl-STS-02 għandhom jitwettqu:

(1) 

skont il-manwal tal-operazzjonijiet imsemmi fil-punt (1) tal-punt UAS.STS-02.030;

(2) 

fuq żona ta’ art ikkontrollata li tinsab kompletament f’ambjent skarsament popolat li tinkludi:

(a) 

iż-żona ġeografika tat-titjira,

(b) 

il-kontinġenza, li l-limitu/i estern(i) tagħha għandhom ikunu jinsabu mill-inqas 10 m lil hinn mil-limitu/i taż-żona ġeografika tat-titjira,

(c) 

buffer tar-riskju fuq l-art li jkopri distanza li hija mill-inqas ugwali għad-distanza li x’aktarx tiġi vvjaġġata mill-UA wara l-attivazzjoni tal-mezzi għat-terminazzjoni tat-titjira speċifikat mill-manifattur tal-UAS fl-istruzzjonijiet tal-manifattur, b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet operattivi fil-limitazzjonijiet speċifikati mill-manifattur tal-UAS;

(3) 

f’żona fejn il-viżibbiltà minima tat-titjira hija ta’ aktar minn 5 km;

(4) 

mal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkunu qed jaraw lill-bdot mill-bogħod waqt it-tluq u l-irkupru tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx ir-riżultat ta’ terminazzjoni ta’ titjira ta’ emerġenza;

(5) 

jekk ma jintuża l-ebda osservatur tal-ispazju tal-ajru fl-operazzjoni, bl-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jtiru mhux aktar minn kilometru (1) mill-bdot mill-bogħod, bl-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jsegwi trajettorja pprogrammata minn qabel meta l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx fil-VLOS tal-bdot mill-bogħod;

(6) 

jekk jintuża osservatur tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar fl-operazzjoni, dan għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-osservatur(i) tal-ispazju tal-ajru jkunu ppożizzjonati b’mod li jippermetti kopertura adegwata tal-volum operattiv u tal-ispazju tal-ajru ta’ madwaru bil-viżibbiltà minima tat-titjira indikata fil-punt (3);

(b) 

l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx qed jitħaddem f’aktar minn 2 km mill-bdot mill-bogħod;

(c) 

l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ma jkunx qed jitħaddem aktar minn 1 km mill-osservatur tal-ispazju tal-ajru li jkun l-eqreb lejn l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(d) 

id-distanza bejn kwalunkwe osservatur tal-ispazju tal-ajru u l-bdot mill-bogħod ma tkunx ta’ aktar minn kilometru (1);

(e) 

ikunu disponibbli mezzi ta’ komunikazzjoni robusti u effettivi għall-komunikazzjoni bejn il-bdot mill-bogħod u l-osservatur(i) tal-ispazju tal-ajru;

(7) 

minn bdot mill-bogħod li jkollu:

(a) 

ċertifikat ta’ għarfien teoretiku ta’ bdot mill-bogħod għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard, maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru;

(b) 

akkreditazzjoni tat-tlestija tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi STS-02, f’konformità mal-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu u maħruġa minn:

(A) 

entità li tkun iddikjarat konformità mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 3 u li tkun rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru; jew

(B) 

minn operatur tal-UAS li jkun iddikjara lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, il-konformità mal-STS-02 u li jkun iddikjara l-konformità mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 3;

(8) 

b’inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

li jkun immarkat bħala tal-klassi C6 u jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dik il-klassi, kif definit fil-Parti 17 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945;

(b) 

ikun operat b’sistema attiva li tipprevjeni lill-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord milli ma jirrispettax il-ġeografija tat-titjira;

(c) 

ikun operat b’sistema attiva u aġġornata ta’ identifikazzjoni diretta mill-bogħod.

(9) 

Il-bdot mill-bogħod għandu jikseb iċ-ċertifikat tal-għarfien teoretiku għall-operazzjonijiet fix-xenarji standard wara:

(a) 

li jkun temm kors ta’ taħriġ online u għadda mill-eżami tal-għarfien teoretiku online kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-punt UAS.OPEN.020; u

(b) 

li jkun għadda minn eżami addizzjonali tal-għarfien teoretiku pprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-Hemża A ta’ dan il-Kapitolu.

(10) 

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal ħames snin. Il-validazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ validità tiegħu, hija soġġetta għal kwalunkwe wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-wiri tal-kompetenzi skont il-punt (9);

(b) 

it-tlestija ta’ taħriġ ta’ tiġdid li jindirizza s-suġġetti tal-għarfien teoriku kif definit fil-punt (9) ipprovdut mill-awtorità kompetenti jew minn entità maħtura mill-awtorità kompetenti;

(11) 

Għall-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat meta dan jiskadi, il-bdot mill-bogħod għandu jkun konformi mal-punt (9).

UAS.STS-02.030 Responsabbiltajiet tal-operatur tal-UAS

Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.050, l-operatur tal-UAS għandu:

(1) 

jiżviluppa manwal tal-operazzjonijiet li jinkludi l-elementi ddefiniti fl-Appendiċi 5;

(2) 

jiddefinixxu l-volum operattiv u l-buffer tar-riskju fuq l-art għall-operazzjonijiet previsti, inkluża ż-żona ta’ art ikkontrollata li tkopri l-projezzjonijiet fuq is-superfiċe tal-art kemm tal-volum kif ukoll tal-buffer;

(3) 

jiżgura l-adegwatezza tal-proċeduri ta’ kontinġenza u ta’ emerġenza permezz ta’ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:

(a) 

testijiet tat-titjira ddedikati;

(b) 

simulazzjonijiet, dment li r-rappreżentattività tal-mezzi ta’ simulazzjoni tkun xierqa għall-iskop maħsub;

(4) 

jiżviluppa pjan effettiv ta’ reazzjoni għal emerġenza (ERP) adattat għall-operazzjoni li jinkludi mill-inqas:

(a) 

il-pjan li jiġu limitati l-effetti aggravanti tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(b) 

il-kundizzjonijiet biex jiġu allertati l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet rilevanti;

(c) 

il-kriterji biex tiġi identifikata sitwazzjoni ta’ emerġenza;

(d) 

delineazzjoni ċara tad-dmirijiet tal-bdot(i) mill-bogħod u ta’ kwalunkwe persunal ieħor responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS;

(5) 

jiżgura li l-livell ta’ prestazzjoni għal kwalunkwe servizz ipprovdut esternament meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira jkun adegwat għall-operazzjoni prevista;

(6) 

jiddefinixxi l-allokazzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet bejn l-operatur u l-fornitur(i) estern(i) tas-servizzi, jekk applikabbli;

(7) 

itella’ informazzjoni aġġornata fil-ġeokonsapevolezza, jekk il-funzjoni tiġi installata fuq il-UAS, meta din tkun meħtieġa miż-żona ġeografika tal-UAS għall-post ippjanat tal-operazzjoni;

(8) 

jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, jittieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jitnaqqas ir-riskju ta’ dħul mhux awtorizzat ta’ persuni mhux involuti fiż-żona ta’ art ikkontrollata konformi mad-distanza minima ddefinita fil-punt UAS.STS-02.020(2) u, meta tkun meħtieġa, tkun twettqet koordinazzjoni mal-awtoritajiet xierqa;

(9) 

jiżgura li, qabel ma tibda l-operazzjoni, il-persuni kollha preżenti fiż-żona ta’ art ikkontrollata:

(a) 

ikunu ġew informati dwar ir-riskji tal-operazzjoni;

(b) 

ikunu ġew informati u, jekk applikabbli, imħarrġa dwar il-prekawzjonijiet u l-miżuri ta’ sikurezza stabbiliti mill-operatur tal-UAS għall-protezzjoni tagħhom; u

(c) 

ikunu qablu b’mod espliċitu li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

(10) 

qabel ma jibda l-operazzjoni, jekk jintużaw osservaturi tal-ispazju tal-ajru:

(a) 

jiżgura l-pożizzjoni korretta u l-għadd ta’ osservaturi tal-ispazju tal-ajru tul il-passaġġ tat-titjira maħsub;

(b) 

jivverifika:

(i) 

li l-viżibbiltà u d-distanza ppjanata tal-osservatur tal-ispazju tal-ajru jkunu fil-limiti aċċettabbli kif iddefiniti fil-manwal tal-operazzjonijiet;

(ii) 

l-assenza ta’ ostakli terreni potenzjali għal kull osservatur tal-ispazju tal-ajru;

(iii) 

li ma hemm l-ebda spazju bejn iż-żoni koperti minn kull wieħed mill-osservaturi tal-ispazju tal-ajru;

(iv) 

li l-komunikazzjoni ma’ kull osservatur tal-ispazju tal-ajru tkun stabbilita u effettiva;

(v) 

li jekk jintużaw mezzi mill-osservaturi tal-ispazju tal-ajru biex jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, dawk il-mezzi jkunu qed jiffunzjonaw u jkunu effettivi;

(c) 

jiżgura li l-osservaturi tal-ispazju tal-ajru jkunu ġew informati dwar it-trajettorja maħsuba tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar il-ħin assoċjat;

(11) 

jiżgura li:

(a) 

l-UAS tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE korrispondenti, inkluż ir-referenza għall-klassi C6;

(b) 

l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord iġorr fuqu t-tikketta ta’ identifikazzjoni tal-klassi C6.

UAS.STS-02.040 Responsabbiltajiet tal-bdot mill-bogħod

Minbarra r-responsabbiltajiet definiti fil-UAS.SPEC.060, il-bdot mill-bogħod għandu:

(1) 

qabel ma jibda operazzjoni tal-UAS:

(a) 

jistabbilixxi l-volum ta’ titjir programmabbli tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord biex iżommu fil-limiti tal-ġeografija tat-titjira;

(b) 

jivverifika li l-mezzi biex tintemm it-titjira u l-funzjonalità programmabbli tal-volum operattiv tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikunu operattivi; u, jiċċekkja jekk l-identifikazzjoni mill-bogħod diretta tkunx attiva u aġġornata.

(2) 

waqt titjira:

(a) 

sakemm ma jkunx appoġġjat minn osservaturi tal-ispazju tal-ajru, iżomm sorveljanza tal-ispazju tal-ajru bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord. Il-bdot mill-bogħod għandu jwaqqaf it-titjira jekk l-operazzjoni tippreżenta riskju għall-inġenji tal-ajru oħra, għan-nies, għall-annimali, għall-ambjent jew għall-proprjetà;

(b) 

ikollu l-kapaċità jżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, ħlief fil-każ ta’ kollegament ta’ kmand u kontroll (C2) mitlufa;

(c) 

fi kwalunkwe waqt ikun jopera inġenju tal-ajru wieħed biss;

(d) 

ma joperax l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord minn vettura li tkun miexja;

(e) 

ma jagħtix il-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord lil unità ta’ kmand oħra;

(f) 

jgħarraf lill-osservatur(i) tal-ispazju tal-ajru, meta jintuża(w), b’mod puntwali dwar kull devjazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord mit-trajettorja ppjanata, u l-ħin assoċjat magħha;

(g) 

jiwettaq il-proċeduri ta’ kontinġenza ddefiniti mill-operatur tal-UAS għal sitwazzjonijiet anormali, inkluż meta l-bdot mill-bogħod ikollu indikazzjoni li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun jista’ jaqbeż il-limiti tal-ġeografija tat-titjira;

(h) 

iwettaq il-proċeduri ta’ emerġenza ddefiniti mill-operatur tal-UAS għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluża t-tnedija tal-mezzi biex tiġi tterminata t-titjira meta l-bdot mill-bogħod ikollu indikazzjoni li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikun jista’ jaqbeż il-limiti tal-volum operattiv.

UAS.STS-02.050 Responsabbiltajiet tal-osservatur tal-ispazju tal-ajru

Osservatur tal-ispazju tal-ajru għandu:

(1) 

iżomm sorveljanza tal-ispazju tal-ajru bir-reqqa tal-ispazju tal-ajru madwar l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex jiġi identifikat kwalunkwe riskju ta’ kolliżjoni ma’ xi inġenji tal-ajru bi bdot abbord;

(2) 

iżomm konsapevolezza dwar il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord permezz ta’ osservazzjoni diretta tal-ispazju tal-ajru jew permezz ta’ assistenza pprovduta b’mezzi elettroniċi;

(3) 

jallerta lill-bdot mill-bogħod meta jiġi identifikat periklu u jgħin biex jiġu evitati jew minimizzati l-effetti negattivi potenzjali.

HEMŻA A: GĦARFIEN TEORETIKU U ĦILIET PRATTIĊI TAL-BDOTI MILL-BOGĦOD GĦALL-STS-02

1.    Eżami tal-għarfien teoretiku

L-eżami għandu jiġi ddefinit f’konformità mal-punt 1 tal-Hemża A tal-Kapitolu I.

2.    Taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi

Minbarra l-oqsma ddefiniti fil-punt A.2 tal-Hemża A tal-Kapitolu I, għandhom jiġu koperti l-oqsma li ġejjin:



Tabella 1:

Is-suġġetti u l-oqsma addizzjonali li jridu jiġu koperti għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għall-STS-02

Suġġett

L-oqsma li għandhom jiġu koperti

(a)  l-operazzjonijiet BVLOS imwettqa skont l-STS-02

(i)  Azzjonijiet ta’ qabel it-titjira — l-ippjanar tal-operazzjonijiet, il-kunsiderazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u l-valutazzjoni tar-riskju tas-sit. Għandhom jiġu inklużi l-punti li ġejjin:

(A)  sorveljanza tal-ispazju tal-ajru;

(B)  operazzjonijiet b’osservaturi tal-ispazju tal-ajru (AOs): tqegħid adegwat ta’ AOs, u skema ta’ dekonflizzjoni li tinkludi l-frażjoloġija, il-koordinazzjoni u l-mezzi ta’ komunikazzjoni;

(ii)  Il-proċeduri waqt it-titjira, iddefiniti fil-punt 2.(b)(ii) tal-Hemża A tal-Kapitolu I, għandhom jitwettqu kemm fil-VLOS kif ukoll fil-BVLOS.




Appendiċi 2:

Dikjarazzjoni operattiva



image

Dikjarazzjoni operattiva

Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947.

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti.

L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali.

In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS

 

Isem l-operatur tal-UAS

 

Manifattur tal-UAS

 

Mudell UAS

 

Numru tas-serje tal-UAS

 

Jiena hawnhekk niddikjara li:

— Jien konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 u mal-STS.x; u

— ser ikun hemm fis-seħħ kopertura tal-assigurazzjoni xierqa għal kull titjira li ssir skont id-dikjarazzjoni, jekk tkun meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

Data

 

Firma jew verifika oħra

 




Appendiċi 3:

Rekwiżiti addizzjonali għall-entitajiet rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti u l-operaturi tal-UAS li jwettqu taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal operazzjonijiet koperti mill-STS

Entità li għandha l-intenzjoni li tiġi rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti għat-twettiq ta’ taħriġ fil-ħiliet prattiċi u l-valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS, għandha tiddikjara lill-awtorità kompetenti l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin billi tuża l-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 6.

Operatur tal-UAS li għandu l-intenzjoni li jwettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS, minbarra li jissottometti d-dikjarazzjoni operattiva għal dak l-STS, għandu jiddikjara lill-awtorità kompetenti l-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin bl-użu tal-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 4.

Jekk l-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS ikun biħsiebu jwettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, kopja tal-formola tad-dikjarazzjoni fl-Appendiċi 4 għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jitwettaq it-taħriġ.

Jekk entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jkun biħsiebha twettaq taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni ta’ bdoti mill-bogħod għal STS fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ rikonoxximent, prova tar-rikonoxximent għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jitwettaq it-taħriġ.

(1) L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew mill-operatur tal-UAS għandha tiżgura separazzjoni ċara bejn l-attivitajiet ta’ taħriġ u kwalunkwe attività operattiva oħra biex tiggarantixxi l-indipendenza tal-evalwazzjoni.

(2) L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandu jkollha l-kapaċità li twettaq b’mod adegwat l-attivitajiet tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess kollu tal-kompitu, inkluża l-adegwatezza tal-persunal u l-użu tal-faċilitajiet u t-tagħmir xierqa għall-kompitu.

(3) L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandu jkollha maniġer responsabbli, bir-responsabbiltà li jiżgura li l-kompiti kollha jitwettqu f’konformità mal-informazzjoni u l-proċeduri identifikati fil-punt (8).

(4) Il-persunal responsabbli għall-kompiti tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għandu:

(a) 

ikollu l-kompetenza li jwettaq dawn il-kompiti;

(b) 

ikun imparzjali u ma għandux jipparteċipa fil-valutazzjonijiet jekk iħoss li l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi affettwata;

(c) 

ikollu għarfien teoretiku sod u esperjenza ta’ taħriġ fil-ħiliet prattiċi, u għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti għall-kompiti ta’ valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi li jwettaq kif ukoll esperjenza adegwata ta’ proċessi bħal dawn;

(d) 

ikollu l-kapaċità li jamministra d-dikjarazzjonijiet, ir-rekords u r-rapporti li juru li l-valutazzjonijiet rilevanti tal-ħiliet prattiċi jkunu twettqu u li joħroġ il-konklużjonijiet ta’ dawk il-valutazzjonijiet tal-ħiliet prattiċi; u

(e) 

ma jiżvela l-ebda informazzjoni pprovduta mill-operatur jew mill-bdot mill-bogħod lil kwalunkwe persuna għajr l-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.

(5) It-taħriġ u l-valutazzjoni għandhom ikopru l-ħiliet prattiċi li jikkorrispondu għall-STS li għaliha ssir id-dikjarazzjoni, inklużi fl-Hemża A tal-Kapitolu rilevanti.

(6) It-taħriġ fil-ħiliet prattiċi u l-post(ijiet) tal-valutazzjoni għandhom isiru f’ambjent rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet tal-STS.

(7) Il-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi għandha tikkonsisti f’evalwazzjoni kontinwa tal-istudent bdot mill-bogħod.

(8) L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandha tipproduċi rapport ta’ valutazzjoni wara li tkun tlestiet il-valutazzjoni prattika tal-ħiliet, li għandu:

(a) 

jinkludi mill-inqas:

(i) 

id-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-istudent bdot mill-bogħod;

(ii) 

l-identità tal-persuna responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi;

(iii) 

l-identifikazzjoni tal-STS li għaliha tkun saret il-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi;

(iv) 

il-marki ta’ prestazzjoni għal kull azzjoni mwettqa mill-istudent bdot mill-bogħod;

(v) 

valutazzjoni ġenerali tal-ħiliet prattiċi tal-kompetenzi tal-istudent bdot mill-bogħod; u

(vi) 

feedback prattiku dwar il-valutazzjoni tal-ħiliet li jipprovdi gwida dwar oqsma għat-titjib fejn applikabbli;

(b) 

ikun iffirmat u datat kif xieraq mill-persuna responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi ladarba jkun lest; u

(c) 

jiġi rreġistrat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ispezzjoni mill-awtorità kompetenti fuq talba.

(9) Akkreditazzjoni tat-tlestija tat-taħriġ fil-ħiliet prattiċi għall-STS għandha tiġi pprovduta lill-istudent bdot mill-bogħod mill-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS jekk ir-rapport ta’ valutazzjoni jikkonkludi li l-istudent bdot mill-bogħod ikun kiseb livell sodisfaċenti ta’ ħila prattika.

(10) Il-ħruġ tal-akkreditazzjoni tat-tlestija tal-punt (9) għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isiru t-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi inklużi d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-istudent bdot mill-bogħod, l-STS koperta, id-data tal-ħruġ u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew l-operatur tal-UAS li joħroġ din l-akkreditazzjoni.

(11) L-entità rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti jew l-operatur tal-UAS għandhom jinkludu fil-manwal tal-operazzjonijiet, żviluppat skont l-Appendiċi 5, taqsima separata li tkopri l-elementi tat-taħriġ, inklużi dawn li ġejjin:

(a) 

il-persunal nominat li jwettaq it-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi, inkluż:

(i) 

deskrizzjonijiet tal-kompetenza rispettiva tal-persunal;

(ii) 

id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-persunal; u

(iii) 

organigramma li turi l-ktajjen ta’ responsabbiltà assoċjati;

(b) 

il-proċeduri u l-proċessi użati għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi, inkluż is-sillabu tat-taħriġ li jkopri l-ħiliet prattiċi li jikkorrispondu għall-STS li għaliha ssir id-dikjarazzjoni, iddefiniti fl-Hemża A tal-Kapitolu rilevanti;

(c) 

deskrizzjoni tal-UAS u kwalunkwe tagħmir, għodda u ambjent oħrajn użati għat-taħriġ u l-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi; u

(d) 

mudell għar-rapport ta’ valutazzjoni.




Appendiċi 4:

Dikjarazzjoni tal-operaturi tal-UAS li għandhom l-intenzjoni li jipprovdu taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod fl-STS-x



image

STS-x

Dikjarazzjoni tal-operaturi tal-UAS li għandhom l-intenzjoni li jipprovdu taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod

Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/947.

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti.

L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali.

In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-operatur tal-UAS

 

Isem l-operatur tal-UAS

 

Jiena hawnhekk niddikjara li:

— Jiena ppreżentajt id-dikjarazzjoni operattiva għall-STS-x;

— Jiena nikkonforma mar-rekwiżiti ddefiniti fl-Appendiċi 3 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947; u

— meta nopera UAS fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għall-STS.x, jiena nikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, inklużi r-rekwiżiti għall-operazzjonijiet taħt l-STS.x

Data

 

Firma jew verifika oħra

 




Appendiċi 5:

Manwal tal-operazzjonijiet għal Xenarju Standard

Il-manwal tal-operazzjonijiet għall-STS iddefinit fl-Appendiċi 1 għandu jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:

(1) 

dikjarazzjoni li l-manwal tal-operazzjonijiet ikun konformi mar-rekwiżiti rilevanti dan ir-Regolament u mad-dikjarazzjoni, u jkun fih struzzjonijiet li għandhom jitħarsu mill-persunal involut fl-operazzjonijiet tat-titjir;

(2) 

firma ta’ approvazzjoni mill-maniġer responsabbli jew l-operatur tal-UAS fil-każ ta’ persuna fiżika;

(3) 

deskrizzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni tal-operatur tal-UAS;

(4) 

deskrizzjoni tal-kunċett tal-operazzjoni, li tinkludi mill-inqas:

(a) 

in-natura u deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa fl-operazzjonijiet tal-UAS, u r-riskji assoċjati identifikati;

(b) 

l-ambjent operattiv u ż-żona ġeografika għall-operazzjonijiet previsti, inklużi:

(i) 

il-karatteristiċi taż-żona li minn fuqha tgħaddi t-titjira f’termini tad-densità tal-popolazzjoni, it-topografija, l-ostakli, eċċ.;

(ii) 

il-karatteristiċi tal-ispazju tal-ajru li għandu jintuża;

(iii) 

il-kundizzjonijiet ambjentali inkluż, mill-inqas, it-temp u l-ambjent elettromanjetiku;

(iv) 

id-definizzjoni tal-volum operattiv u l-buffers tar-riskju biex jiġu indirizzati r-riskji fuq l-art u fl-arja;

(c) 

il-mezzi tekniċi użati u l-karatteristiċi ewlenin, il-prestazzjoni u l-limitazzjonijiet tagħhom, inklużi l-UAS, is-sistemi esterni li jappoġġaw l-operazzjoni tal-UAS, il-faċilitajiet, eċċ.;

(d) 

il-persunal meħtieġ għat-twettiq tal-operazzjonijiet, inklużi l-kompożizzjoni tat-tim, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom, il-kriterji tal-għażla, it-taħriġ inizjali u r-rekwiżiti tal-esperjenza reċenti u/jew it-taħriġ rikorrenti;

(5) 

L-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni meħtieġa biex il-UAS tinżamm f’kundizzjoni sikura, li jkopru l-istruzzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ manutenzjoni tal-manifattur tal-UAS, jekk applikabbli;

(6) 

il-proċeduri operattivi, li għandhom ikunu bbażati fuq l-istruzzjonijiet tal-manifattur ipprovduti mill-manifattur tal-UAS, u għandhom jinkludu:

(a) 

konsiderazzjoni ta’ dawn li ġejjin biex jiġu minimizzati l-iżbalji mill-bniedem:

(i) 

distribuzzjoni ċara u assenjament tal-kompiti; u

(ii) 

lista ta’ kontroll interna biex jiġi vverifikat li l-persunal qed iwettaq il-kompiti assenjati lilu b’mod adegwat;

(b) 

kunsiderazzjoni tad-deterjorament tas-sistemi esterni li jappoġġjaw l-operazzjoni tal-UAS;

(c) 

proċeduri normali, li jinkludu mill-inqas:

(i) 

il-preparazzjonijiet ta’ qabel it-titjira u l-listi ta’ kontroll, li jkopru:

(A) 

il-valutazzjoni tal-volum operattiv u l-buffers relatati (il-buffer tar-riskju fuq l-art, u l-buffer tar-riskju fl-ajru fejn applikabbli), inklużi t-terren u l-ostakli u l-ostruzzjonijiet potenzjali li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jinżamm fil-linja viżwali tal-vista jew jissorvelja l-ispazju tal-ajru, il-potenzjal ta’ titjir li jgħaddi minn fuq persuni li mhumiex involuti u l-potenzjal ta’ titjir li jgħaddi minn fuq infrastruttura kritika;

(B) 

il-valutazzjoni tal-ambjent u tal-ispazju tal-ajru tal-madwar, inkluż il-prossimità lejn iż-żoni ġeografiċi tal-UAS u l-attivitajiet potenzjali minn utenti oħra tal-ispazju tal-ajru;

(C) 

il-kundizzjonijiet ambjentali adattati għat-twettiq tal-operazzjoni tal-UAS;

(D) 

l-għadd minimu ta’ persunal responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS li huwa meħtieġ sabiex iwettaq l-operazzjoni, u r-responsabbiltajiet tiegħu;

(E) 

il-proċeduri ta’ komunikazzjoni meħtieġa bejn il-bdot(i) mill-bogħod u kwalunkwe persunal ieħor responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni UAS u ma’ kwalunkwe parti esterna, meta jkun meħtieġ;

(F) 

il-konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit speċifiku mill-awtoritajiet rilevanti fiż-żona tal-operazzjonijiet maħsuba, inklużi dawk relatati mas-sigurtà, il-privatezza, id-data u l-ħarsien tal-ambjent, u l-użu tal-ispettru RF;

(G) 

il-mitigazzjonijiet tar-riskji meħtieġa fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sikura tal-operazzjoni; b’mod partikolari, għaż-żona ta’ art ikkontrollata:

(a) 

determinazzjoni taż-żona ta’ art ikkontrollata; u

(b) 

l-iżgurar taż-żona ta’ art ikkontrollata biex jiġi evitat li partijiet terzi jidħlu fiż-żona matul l-operazzjoni, u l-iżgurar tal-koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali, meta jkun meħtieġ;

(H) 

il-proċeduri biex jiġi vverifikat li l-UAS tkun f’kundizzjoni xierqa biex l-operazzjoni prevista titwettaq b’mod sikur;

(ii) 

proċeduri ta’ tluq u rkupru;

(iii) 

proċeduri waqt it-titjira, inklużi dawk biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jibqa’ fil-limiti tal-ġeografija tat-titjira;

(iv) 

il-proċeduri ta’ wara t-titjira, inklużi l-ispezzjonijiet biex tiġi vverifikata l-kundizzjoni tal-UAS;

(v) 

il-proċeduri għall-individwazzjoni ta’ inġenji tal-ajru potenzjalment konfliġġenti mill-bdot mill-bogħod u, meta meħtieġ mill-operatur tal-UAS, mill-osservatur(i) tal-ispazju tal-ajru jew mill-osservatur(i) tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif applikabbli;

(d) 

il-proċeduri ta’ kontinġenza, li jinkludu mill-inqas:

(i) 

il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li joħroġ mill-“ġeografija tat-titjira” indikata;

(ii) 

il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ persuni li mhumiex involuti li jidħlu fiż-żona ta’ art ikkontrollata;

(iii) 

il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ kundizzjonijiet operattivi avversi;

(iv) 

il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ deterjorazzjoni tas-sistemi esterni li jappoġġaw l-operazzjoni;

(v) 

jekk jintużaw osservaturi tal-ispazju tal-ajru, il-frażjoloġija li għandha tintuża;

(vi) 

il-proċeduri biex jiġi evitat il-kunflitt ma’ utenti oħra tal-ispazju tal-ajru;

(e) 

il-proċeduri ta’ emerġenza biex ilaħħqu ma’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi mill-inqas:

(i) 

il-proċeduri biex tiġi evitata, jew mill-inqas imminimizzata, il-ħsara lil partijiet terzi fl-ajru jew fuq l-art;

(ii) 

il-proċeduri ta’ kif jiġi ttrattat każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li joħroġ mill-volum “operattiv”;

(iii) 

il-proċeduri għall-irkupru ta’ emerġenza tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(f) 

il-proċeduri ta’ sigurtà kif imsemmija fil-punt (1)(a)(ii) u (iii) tal-punt UAS.SPEC.050;

(g) 

il-proċeduri għall-protezzjoni tad-data personali msemmija fil-punt (1)(a)(iv) tal-punt UAS.SPEC.050;

(h) 

il-linji gwida biex jiġu mminimizzati d-disturbi u l-impatt ambjentali msemmija fil-punt (1)(a)(v) tal-punt UAS.SPEC.050;

(i) 

il-proċeduri għar-rapportar tal-okkorrenzi;

(j) 

il-proċeduri għaż-żamma ta’ rekords; u

(k) 

il-politika li tiddefinixxi kif il-bdot(i) mill-bogħod u kwalunkwe persunal ieħor responsabbli mid-dmirijiet essenzjali għall-operazzjoni tal-UAS jistgħu jiddikjaraw lilhom infushom tajbin biex joperaw qabel ma jwettqu kwalunkwe operazzjoni.




Appendix 6:

Declaration of the entity intending to be recognised by the competent authority to provide practical skill training and assessment of remote pilots in STS-x



image

STS-x

Dikjarazzjoni tal-entità li għandha l-intenzjoni li tiġi rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti biex tipprovdi taħriġ u valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi tal-bdoti mill-bogħod

Protezzjoni tad-data: Id-data personali inkluża f’din id-dikjarazzjoni tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data). Tiġi pproċessata għall-finijiet tal-prestazzjoni, tal-ġestjoni u tas-segwitu tal-attivitajiet ta’ sorveljanza skont ir-Regolament (UE) 2019/947.

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek (eż. sabiex taċċessa jew tirrettifika kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta), jekk jogħġbok irreferi għall-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti.

L-applikant għandu d-dritt li jagħmel ilment rigward l-ipproċessar ta’ data personali fi kwalunkwe ħin lill-Awtorità Superviżorja għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali.

Identifikazzjoni tal-entità

 

L-isem u l-kunjom, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli

 

Jiena hawnhekk niddikjara li:

— Jiena nikkonforma mar-rekwiżiti ddefiniti fl-Appendiċi 3 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/947; u

— meta nopera UAS fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ taħriġ għall-STS.x, jiena nikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli kollha tar-Regolament (UE) 2019/947, inklużi r-rekwiżiti għall-operazzjonijiet taħt l-STS.x

Data

 

Firma jew verifika oħra

 



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1.)

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru, (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20.)

( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

►C1  ( 6 ) Id-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

( 7 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1)