02019R0787 — MT — 13.05.2024 — 003.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2019/787 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2019

dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008

(ĠU L 130 17.5.2019, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1096 tal-21 ta’ April 2021

  L 238

1

6.7.2021

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1334 tas-27 ta’ Mejju 2021

  L 289

1

12.8.2021

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1335 tas-27 ta’ Mejju 2021

  L 289

4

12.8.2021

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1465 tas-6 ta’ Lulju 2021

  L 321

12

13.9.2021

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1303 tal-25 ta’ April 2022

  L 197

71

26.7.2022

►M6

REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tal-11 ta’ April 2024

  L 1143

1

23.4.2024


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 316I, 6.12.2019, p.  3 (2019/787)

►C2

Rettifika, ĠU L 178, 20.5.2021, p.  4 (2019/787)

►C3

Rettifika, ĠU L 90018, 10.1.2025, p.  1 ((UE) 2019/787)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2019/787 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2019

dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008



KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KATEGORIJI TA' XORB SPIRITUŻ

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.  

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

— 
id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, kif ukoll dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż;
— 
l-alkoħol etiliku u d-distillati użati fil-produzzjoni ta' xarbiet alkoħoliċi; and
— 
l-użu tal-ismijiet ġuridiċi ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel li mhumiex xorb spirituż.
2.  
Dan ir-Regolament japplika għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, sew jekk prodotti fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.
3.  
Fir-rigward tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament japplika wkoll għall-oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jiġu rilaxxati għal moviment liberu hemmhekk.

Artikolu 2

Definizzjoni ta' u rekwiżiti għal xorb spirituż

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “xarba spirituża” hija xarba alkolħolika li tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tkun intenzjonata għall-konsum mill-bniedem;

(b) 

ikollha kwalitajiet organolettiċi partikolari;

(c) 

ikollha qawwa alkoħolika minima ta' 15 % skont il-volum, bl-eċċezzjoni f'każ tax-xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 39 tal-Anness I;

(d) 

tkun ġiet prodotta jew:

(i) 

direttament bl-użu, individwalment jew f'kombinazzjoni, ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin:

— 
distillazzjoni, biż-żieda ta', jew mingħajr, aromatizzanti jew oġġetti tal-ikel li jagħtu togħma, ta' prodotti fermentati,
— 
il-maċerazzjoni jew proċessar simili ta' materjali minn pjanti fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż jew kombinazzjoni tagħhom,
— 
iż-żieda, individwalment jew f'kombinazzjoni, ma' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:
— 
aromatizzanti użati bi qbil mar-Regolamenti (KE) Nru 1334/2008;
— 
kuluri użati bi qbil mar-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008;
— 
ingredjenti awtorizzati oħrajn użati bi qbil mar-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (KE) Nru 1334/2008,
— 
prodotti dolċifikanti oħrajn,
— 
prodotti agrikoli oħrajn,
— 
oġġetti tal-ikel; jew
(ii) 

billi jiġi miżjud, individwalment jew f'kombinazzjoni, ma' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

— 
xorb spirituż ieħor,
— 
alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola,
— 
distillati ta' oriġini agrikola,
— 
oġġetti tal-ikel oħrajn;
(e) 

ma taqax fil-kodiċijiet NM 2203 , 2204 , 2205 , 2206 u 2207 ;

(f) 

jekk ilma, li jista' jkun distillat, dimineralizzat, ippermutat jew imħaffef, ikun ġie miżjud fil-produzzjoni tiegħu:

(i) 

il-kwalità ta' dak l-ilma jikkonforma mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE ( 1 ) u mad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ); and

(ii) 

il-qawwa alkoħolika tax-xarba spirituża, wara ż-żieda tal-ilma, tkun għadha konformi mal-qawwa alkoħolika minima skont il-volum prevista fil-punt (c) ta' dan l-Artikolu jew fil-kategorija rilevanti ta' xorb spirituż kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“isem ġuridiku” tfisser l-isem li bih xarba spirituża titqiegħed fis-suq, skont it-tifsira tal-punt (n) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

(2) 

“terminu kompost” tfisser, fir-rigward tad-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika, il-kombinazzjoni ta' jew l-isem ġuridiku previst fil-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I jew l-indikazzjoni ġeografika għal xarba spirituża, li minnha joriġina l-alkoħol kollu tal-prodott finali, b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-isem ta' prodott tal-ikel wieħed jew aktar ħlief xarba alkoħolika u ħlief oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni ta' dik ix-xarba spirituża skont l-Anness I, jew aġġettivi li joħorġu minn dawk l-ismijiet;

(b) 

it-terminu “likur” jew “krema”;

▼M4

(3) 

“allużjoni” tfisser ir-referenza diretta jew indiretta għal isem ġuridiku wieħed jew iktar previsti fil-kategoriji ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I, jew għal Indikazzjoni Ġeografika waħda jew iktar ta’ xorb spirituż, għajr għal referenza f’terminu kompost jew f’lista ta’ ingredjenti kif imsemmija fl-Artikolu 13(2) sa (4) fid-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’:

(a) 

oġġett tal-ikel li mhux xarba spirituża,

(b) 

xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I; jew

(c) 

xarba spirituża li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(3a);

▼B

(4) 

“indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni li tidentifika xarba spirituża oriġinarja ta' territorju ta' pajjiż, jew ta' reġjun jew lokalità f'dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karatteristika partikolari oħra tax-xarba spirituża tkun essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha;

(5) 

“speċifikazzjoni tal-prodott” tfisser fajl mehmuż mal-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika, li fih l-ispeċifikazzjonijiet li magħhom ix-xorb spirituż għandu jkun konformi huma stabbiliti, u li kien imsemmi bħala “fajl tekniku” skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008;

▼M6 —————

▼B

(8) 

“kamp viżiv” tfisser il-linji viżivi kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011;

(9) 

“li tħallat” tfisser li tikkombina xarba spirituża li jew tappartjeni għal kategorija ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew għal indikazzjoni ġeografika ma' waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

xorb spirituż ieħor li ma jappartjenix għall-istess kategorija ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I;

(b) 

distillati ta' oriġini agrikola;

(c) 

alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;

(10) 

“taħlita” tfisser xarba spirituża li tkun ġiet suġġetta għal taħlit;

(11) 

“blending” tfisser il-kombinazzjoni ta' żewġ xarbiet spiritużi jew aktar tal-istess kategorija li huma distinti minn xulxin biss permezz ta' differenzi żgħar fil-kompożizzjoni minħabba wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

(a) 

il-metodu tal-produzzjoni;

(b) 

l-imqatar li jintużaw;

(c) 

il-perjodu tal-maturazzjoni jew invekkjament;

(d) 

iż-żona ġeografika tal-produzzjoni;

ix-xarba spirituża prodotta b'dan il-mod tappartjeni għall-istess kategorija tax-xorb spirituż bħax-xarbiet spiritużi oriġinali qabel il-blending;

(12) 

“blend” tfisser xarba spirituża li tkun ġiet suġġetta għal blending.

Artikolu 4

Definizzjonijiet u rekwiżiti tekniċi

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:

(1) 

“deskrizzjoni” tfisser it-termini użati fit-tikkettar, fil-preżentazzjoni u fuq l-imballaġġ ta' xarba spirituża, fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta' xarba spirituża, fuq id-dokumenti kummerċjali, partikolarment il-fatturi u n-noti tal-kunsinna, u fir-reklamar ta' xarba spirituża;

(2) 

“preżentazzjoni” tfisser it-termini użati fit-tikkettar u fuq l-imballaġġ, kif ukoll fir-reklamar u l-promozzjoni tal-bejgħ ta' prodott, fi stampi jew simili, kif ukoll fuq il-kontenitur, inkluż fuq il-flixkun jew l-għeluq;

(3) 

“tikkettar” tfisser kwalunkwe kelma, partikolarità, trademark, isem ta' ditta, tpinġija jew simbolu relatati ma' prodott u mqegħdin fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, anell jew kullar li jakkumpanja jew jirriferi għal tali prodott;

(4) 

“tikketta” tfisser kwalunkwe tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv ieħor miktub, stampat, stensiljat, immarkat, ibbuzzat 'il barra jew imprimat fuq l-imballaġġ jew il-kontenitur tal-ikel, jew mehmuż miegħu;

(5) 

“imballaġġ” tfisser it-tqartis protettiv, bħal kartun, kaxex, kontenituri u fliexken użati fit-trasport jew bejgħ ta' xorb spirituż;

(6) 

“distillazzjoni” tfisser proċess ta' separazzjoni termali li jinvolvi stadju wieħed jew aktar ta' separazzjoni bil-ħsieb li jinkisbu ċerti proprjetajiet organolettiċi jew konċentrazzjoni alkoħolika ogħla jew it-tnejn, irrispettivament jekk tali passi jseħħux taħt pressjoni normali jew f'vakwu, minħabba l-apparat ta' distillazzjoni użat; u tista' tkun distillazzjoni jew distillazzjoni mill-ġdid singola jew multipla;

(7) 

“distillat ta' oriġini agrikola” tfisser likwidu alkoħoliku li huwa r-riżultat tad-distillazzjoni, wara l-fermentazzjoni alkoħolika ta' prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat, li m'għandux il-proprjetajiet tal-alkoħol etiliku u li jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima użata;

(8) 

“dolċifikazzjoni” tfisser l-użu ta' prodott dolċifikanti wieħed jew aktar fil-produzzjoni ta' xorb spirituż;

(9) 

“prodotti dolċifikanti” tfisser:

(a) 

zokkor semiabjad, zokkor abjad, zokkor abjad ħafna, destrosju, fruttosju, xropp tal-glukożju, soluzzjoni taz-zokkor, soluzzjoni taz-zokkor invertit u xropp taz-zokkor invertit, kif definiti fil-Parti A tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE ( 3 );

(b) 

għasir il-għeneb ikkonċentrat qabel ma jeħmer imsoff,i għasir il-għeneb ikkonċentrat qabel ma jeħmer u għasir il-għeneb frisk qabel ma jeħmer;

(c) 

zokkor maħruq, li huwa l-prodott miksub esklussivament mit-tisħin ikkontrollat tas-sukrożju mingħajr bażijiet, aċidi minerali jew addittivi kimiċi oħrajn;

(d) 

għasel kif definit fil-punt 1 tal-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE ( 4 );

(e) 

ġulepp tal-ħarrub;

(f) 

kwalunkwe sustanza karboidrata naturali oħra li jkollha effett simili bħall-prodotti msemmija fil-punti minn (a) sa (e);

(10) 

“żieda ta' alkoħol” tfisser iż-żieda ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn, ma' xorb spirituż; tali żieda ma tinkludix l-użu ta' alkoħol għad-dilwizzjoni jew għat-tħallil tal-kuluri, aromatizzanti jew kwalunkwe ingredjent awtorizzat ieħor użat fil-produzzjoni ta' xorb spirituż;

(11) 

“maturazzjoni” jew “invekkjament” tfisser il-ħżin ta' xarba spirituża f'reċipjenti xierqa għal perjodu ta' żmien sabiex dan ix-xorb spirituż ikun jista' jgħaddi minn reazzjonijiet naturali li jagħtu karatteristiċi speċifiċi lil dik ix-xarba spirituża;

(12) 

“li tagħti aroma” tfisser li żżid aromatizzanti jew oġġetti aromatizzanti tal-ikel fil-produzzjoni ta' xarba spirituża permezz ta' wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin: iż-żieda, l-infużjoni, il-maċerazzjoni, il-fermentazzjoni alkoħolika jew id-distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza tal-aromatizzanti jew tal-oġġetti aromatizzanti tal-ikel;

(13) 

“aromatizzanti” tfisser aromatizzanti kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(14) 

“sustanza aromatizzanti” tfisser sustanza aromatizzanti kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(15) 

“sustanza aromatizzanti naturali” tfisser sustanza aromatizzanti naturali kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(16) 

“preparazzjoni aromatizzanti” tfisser preparazzjoni aromatizzanti kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(17) 

“aromatizzanti oħra” tfisser aromatizzanti oħra kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008;

(18) 

“oġġetti aromatizzanti tal-ikel” tfisser oġġetti aromatizzanti tal-ikel kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u li jintużaw fil-produzzjoni ta' xorb spirituż bl-għan ewlieni li jaromatizzaw ix-xorb spirituż;

(19) 

“ikkulurar” tfisser l-użu ta' kulur wieħed jew aktar fil-produzzjoni ta' xarba spirituża;

(20) 

“kuluri” tfisser kuluri kif definit fil-punt 2 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

(21) 

“karamella” tfisser addittiv tal-ikel li jikkorrispondi għan-numri E 150a, E 150b, E 150c jew E 150d u relatat ma' prodotti ta' kulur bejn wieħed u ieħor kannella intens li huma maħsuba għall-ikkulurar, kif imsemmi fil-Parti B tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008; dan ma jikkorrispondix mal-prodott aromatiku taz-zokkor miksub mit-tisħin taz-zokkor u li jintuża għal finijiet ta' aromatizzanti;

(22) 

“ingredjenti awtorizzati oħrajn” tfisser ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 u addittivi tal-ikel għajr kuluri awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

(23) 

“qawwa alkoħolika skont il-volum” tfisser il-proporzjon tal-volum ta' alkoħol pur preżenti fi prodott f'temperatura ta' 20 C għall-volum totali ta' dak il-prodott fl-istess temperatura;

(24) 

“kontenut ta' sustanzi volatili” tfisser il-kwantità ta' sustanzi volatili għajr l-alkoħol etiliku u l-metanol, li jkun fiha x-xarba spirituża li tkun prodotta esklussivament bid-distillazzjoni.

▼M5

Artikolu 5

Definizzjoni tal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u r-rekwiżiti għalih

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola huwa likwidu li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

ikun inkiseb permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika, segwita mid-distillazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat esklussivament;

(b) 

ma jkollu l-ebda togħma perċettibbli għajr dik tal-materja prima li tintuża fil-produzzjoni tiegħu;

(c) 

is-saħħa alkoħolika minima tiegħu skont il-volum tkun ta’ 96,0 %;

(d) 

il-livelli massimi ta’ residwi fih ma jeċċedux dan li ġej:

(i) 

aċetat etiliku: 1,3 grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100 % vol.;

(ii) 

aċetaldeid (it-total ta’ etanal u 1,1-dietossietan): 0,5 grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100 % vol.;

(iii) 

alkoħols ogħla (it-total ta’: propan-1-ol, butan-1-ol, butan-2-ol, 2-metilpropan-1-ol, 2-metilbutan- 1-ol u 3-metilbutan-1-ol): 0,5 grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100 % vol.;

(iv) 

metanol: 30 grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100 % vol.;

(v) 

furfural: 0,5 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100 % vol.

▼B

Artikolu 6

Alkoħol etiliku u distillati użati f'xorb alkoħoliku

1.  
L-alkoħol etiliku u d-distillati użati fil-produzzjoni tax-xorb spirituż għandhom ikunu esklussivament ta' oriġini agrikola, skont it-tifsira tal-Anness I għat-Trattat.
2.  
L-ebda alkoħol għajr alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż tal-kategoriji 1 sa 14 tal-Anness I ma għandu jintuża sabiex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe ingredjent awtorizzat ieħor użat fil-produzzjoni ta' xorb alkoħoliku. Tali alkoħol użat biex jiddilwixxi jew iħoll il-kuluri, l-aromatizzanti jew kwalunkwe ingredjent awtorizzat ieħor għandu jintuża biss fl-ammonti strettament meħtieġa għal dak il-għan.
3.  
Ix-xarbiet alkoħoliċi m'għandux ikollhom fihom alkoħol ta' oriġini sintetika jew alkoħol ieħor ta' oriġini mhux agrikola, fis-sens tal-Anness I għat-Trattat.

Artikolu 7

Kategoriji ta' xorb spirituż

1.  
Ix-xarbiet alkoħoliċi għandhom jiġu kkategorizzati skont ir-regoli ġenerali stabbiliti f'dan l-Artikolu u r-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness I.
2.  

Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż 1 sa 14 tal-Anness I, ix-xorb spirituż ta' dawk il-kategoriji:

(a) 

jiġi prodott permezz ta' ermentazzjoni u distillazzjoni u miksub esklussivament mill-materja prima prevista fil-kategorija korrispondenti ta' xorb spirituż fl-Anness I;

(b) 

m'għandux ikollu żieda ta' alkoħol, sew jekk dilwit jew le;

(c) 

m'għandux ikun aromatizzat;

(d) 

m'għandu jkun ikkulurit b'xejn ħlief karamella użat esklussivament għall-aġġustament tal-kulur ta' dak ix-xorb spirituż;

(e) 

m'għandux jiġi dolċifikat, ħlief sabiex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott; il-kontenut massimu tal-prodotti dolċifikanti, espress f'zokkor invertit m'għandux jeċċedi l-limiti stabbiliti għal kull kategorija fl-Anness I;

(f) 

m'għandux ikun fih żidiet oħrajn għajr unitajiet sħaħ mhux ipproċessati tal-materja prima li minnha jinkiseb l-alkoħol, u li huma prinċipalment użati għal skopijiet dekorattivi.

3.  

Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż 15 sa 44 tal-Anness I, ix-xorb spirituż ta' dawk il-kategoriji jista':

(a) 

jiġu prodotti minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I għat-Trattat;

(b) 

ikollu żieda ta' alkoħol;

(c) 

ikun fih sustanzi aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti naturali, preparazzjonijiet aromatizzanti u oġġetti tal-ikel aromatizzanti;

(d) 

ikun ikkulurit;

(e) 

jiġi dolċifikat.

4.  

Mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness II, xorb spirituż li ma jikkonformax mar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull waħda mill-kategoriji stipulati fl-Anness I jista':

(a) 

jiġi prodott minn kwalunkwe materja prima agrikola elenkata fl-Anness I tat-Trattat jew minn kwalunkwe oġġett tal-ikel, jew mit-tnejn;

(b) 

ikollu żieda ta' alkoħol;

(c) 

ikun aromatizzat;

(d) 

ikun ikkulurit;

(e) 

jiġi dolċifikat.

Artikolu 8

Setgħat delegati u ta' implimentazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li temenda dan ir-Regolament billi tintroduċi l-emendi għad-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi stipulati fil-punt (f) tal-Artikolu 2, u fl-Artikoli 4 u 5.

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu strettament limitati sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw mid-domanda evolventi tal-konsumaturi, mill-progress teknoloġiku jew mill-ħtieġa ta' innovazzjoni tal-prodott;

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta' kull definizzjoni jew rekwiżit tekniku msemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu, f'każijiet eċċezzjonali, meta l-liġi tal-pajjiż terz importatur tkun teħtieġ, derogi mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (f) tal-Artikolu 2, u fl-Artikoli 4 u 5, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I u r-regoli speċifiċi dwar ċertu xorb spirituż stabbiliti fl-Anness II.
3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li jissupplimentaw dan ir-Regolament li jispeċifikaw liema sustanzi naturali jew materja prima agrikola oħrajn li jkollhom effett simili għall-prodotti msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 4(9) huma awtorizzati fl-Unjoni kollha bħala prodotti dolċifikanti fil-produzzjoni ta' xorb spirituż.
4.  
Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli uniformi għall-użu ta' sustanzi naturali oħrajn jew materja prima agrikola awtorizzata b'atti delegati bħala prodotti dolċifikanti fil-produzzjoni ta' xorb spirituż kif imsemmi fil-paragrafu 3, li jiddeterminaw b'mod partikolari l-fatturi ta' konverżjoni dolċifikanti rispettivi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

KAPITOLU II

ID-DESKRIZZJONI, IL-PREŻENTAZZJONI U T-TIKKETTAR TA' XORB SPIRITUŻ U L-UŻU TAL-ISMIJIET TA' XORB SPIRITUŻ FIL-PREŻENTAZZJONI U T-TIKKETTAR TA' OĠĠETTI TAL-IKEL OĦRA

Artikolu 9

Il-preżentazzjoni u t-tikkettar

Ix-xorb spirituż li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-preżentazzjoni u t-tikkettar stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Ismijiet ġuridiċi tax-xorb spirituż

1.  
L-isem ta' xarba spirituża għandu jkun l-isem ġuridiku tagħha.

Ix-xorb spirituż għandu jkollu ismijiet ġuridiċi fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u t-tikkettar tiegħu.

Iismijiet ġuridiċi għandhom jintwerew b'mod ċar u viżibbli fuq it-tikketta tax-xorb spirituż u m'għandhomx jiġu sostitwiti jew jinbidlu.

2.  
Ix-xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' kategorija ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I għandu juża l-isem ta' dik il-kategorija bħala l-isem ġuridiku tiegħu, ħlief jekk dik il-kategorija tippermetti l-użu ta' isem ġuridiku ieħor.
3.  
Xarba spirituża li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I għandha tuża l-isem ġuridiku “xorb spirituż”.
4.  
Xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti għal aktar minn kategorija waħda ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I tista' titqiegħed fis-suq b'wieħed jew aktar mill-ismijiet ġuridiċi previsti f'dawk il-kategoriji fl-Anness I.
5.  

Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-isem ġuridiku ta' xarba spirituża jista' jkun:

(a) 

supplimentat jew sostitwit b'indikazzjoni ġeografika msemmija fil-Kapitolu III. F'dan il-każ, l-indikazzjoni ġeografika tista' tkun supplimentata aktar bi kwalunkwe terminu permess mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti, sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur; u

(b) 

sostitwit b'terminu kompost li jinkludi l-kliem “likur” jew “krema”, sakemm il-prodott finali jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 tal-Anness I.

6.  

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 u għar-regoli speċifiċi stabbiliti għall-kategoriji ta' xorb spirituż fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-isem ġuridiku ta' xarba sprituża jista' jiġi ssupplimentat:

(a) 

b'isem jew referenza ġeografika previsti fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih ix-xarba spirituża titqiegħed fis-suq, sakemm din ma tqarraqx bil-konsumatur;

(b) 

b'isem tradizzjonali kif definit fil-punt (o) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur;

(c) 

b'terminu kompost jew allużjoni skont l-Artikoli 11 u 12;

(d) 

bit-terminu “blend”, “blending” jew “blended”, sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet blended;

(e) 

bit-terminu “taħlita”, “imħallta” jew “xarba spirituża mħallta”, sakemm ix-xarba spirituża tkun ġiet imħallta; jew

(f) 

bit-terminu “xott” jew “dry”, ħlief fil-każ ta' xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 2 tal-Anness I, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fil-kategoriji 20 sa 22 tal-Anness I, u bil-kundizzjoni li x-xorb spirituż ma jkunx ġie dolċifikat, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma. Permezz ta' deroga mill-ewwel parti ta' dan il-punt, it-terminu “dry” jew “dry” jista' jissupplimenta l-isem ġuridiku ta' xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 u li għalhekk ġew dolċifikati.

▼M1

7.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11 u 12 u għall-Artikolu 13(2), (3), u (4), huwa pprojbit l-użu tal-ismijiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ kwalunkwe xarba li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-kategoriji stabbiliti fl-Anness I jew tal-Indikazzjoni Ġeografika kkonċernata. Din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll fejn tali ismijiet ġuridiċi jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi jintużaw flimkien ma’ kelmiet jew frażijiet bħal “bħal”, “tat-tip”, “bi stil”, “magħmul”, “togħma” jew kwalunkwe terminu simili ieħor.

▼B

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1), l-aromatizzanti li jimitaw xarba spirituża jew l-użu tagħhom fil-produzzjoni ta' oġġett tal-ikel għajr xarba jista' jkollhom fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tagħhom, referenzi għall-ismijiet ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn l-ismijiet ġuridiċi jiġu supplimentati bit-terminu “togħma” jew kwalunkwe terminu simili ieħor. L-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx jintużaw sabiex jiddeskrivu dawn l-aromatizzanti.

Artikolu 11

Termini komposti

1.  

Fid-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika, l-użu f'terminu kompost ta' isem ġuridiku previst fil-kategoriji ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew ta' indikazzjoni ġeografika għax-xorb spirituż għandu jiġi awtorizzat bil-kundizzjoni li:

(a) 

l-alkoħol użat fil-produzzjoni ta' xarba alkoħolika joriġina esklussivament mix-xarba spirituża msemmija fit-terminu kompost, għajr għall-alkoħol etiliku li jista' jkun preżenti f'aromatizzanti, koloranti jew ingredjenti awtorizzati oħrajn użati għall-produzzjoni ta' dik ix-xarba alkoħolika; u

(b) 

ix-xarba spirituża użata ma tkunx ġiet dilwita biż-żieda ta' ilma biss, sabiex il-qawwa alkoħolika tagħhatkun anqas mill-qawwa minima prevista fil-kategorija rilevanti ta' xorb spirituż stabbilita fl-Anness I.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-ismijiet ġuridiċi previsti fl-Artikolu 10, it-termini “alkoħol”, “spirtu”, “xarba”, “xarba spirituża” u “ilma” ma għandhomx ikunu parti minn terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika.

▼M3

3.  

It-termini komposti li jiddeskrivu xarba alkoħolika għandhom:

(a) 

jidhru b’karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur;

(b) 

ma għandhomx jiġu interrotti b’xi element testwali jew ta’ stampi li ma jifformawx parti minnhom;

(c) 

ma għandhomx jidhru f’daqs ta’ tipa akbar mid-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika; u

(d) 

f’każijiet fejn ix-xarba alkoħolika tkun xarba spirituża, dejjem ikunu akkumpanjati mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv bħat-terminu kompost, sakemm l-isem ġuridiku ma jiġix sostitwit b’terminu kompost f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (b).

▼B

Artikolu 12

Allużjonijiet

1.  
Fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġett tal-ikel għajr xarba alkoħolika, allużjoni għall-ismijiet ġuridiċi previsti f'kategorija waħda jew aktar ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I jew għal indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż, għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni, ħlief fir-rigward tal-alkoħol li jista' jkun preżenti fl-aromatizzanti, il-kuluri jew ingredjenti awtorizzati oħrajn użati għall-produzzjoni ta' dak l-oġġett tal-ikel.
2.  

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 ( 6 ) u (UE) Nru 251/2014 ( 7 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, allużjoni fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba alkoħolika għajr xarba spirituża għall-ismijiet ġuridiċi previsti f'kategorija waħda jew aktar ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament jew għall-indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li:

(a) 

l-alkoħol miżjud joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew minn xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni; u

(b) 

il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku jkun indikat mill-inqas darba fl-istess kamp viżiv bħall-allużjoni, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tal-prodott finali.

3.  

B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u mill-Artikolu 13(4), fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I, l-allużjoni għall-ismijiet ġuridiċi previsti taħt kategorija waħda jew aktar ta' xorb spirituż stabbilita f'dak l-Anness jew għall-indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar għal xorb spirituż għandha tiġi awtorizzata bil-kundizzjoni li:

(a) 

l-alkoħol miżjud joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew minn xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni;

(b) 

il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku jkun indikat mill-inqas darba fl-istess kamp viżiv bħall-allużjoni, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tal-prodott finali; u

(c) 

it-terminu “cream” ma jidhirx fl-isem ġuridiku ta' xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I jew fl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew tax-xorb spirituż imsemmija fl-allużjoni.

▼M4

3a.  

B’deroga mill-paragrafu 1, fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xarba spirituża għajr xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I, l-allużjoni għal isem ġuridiku previst f’kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita f’dak l-Anness jew għal Indikazzjoni Ġeografika ta’ xorb spirituż għandha tkun permessa bil-kundizzjoni li:

(a) 

ix-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni:

(i) 

tkun intużat bħala l-bażi alkoħolika unika għall-produzzjoni tax-xarba spirituża finali, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ kategorija ta’ xorb spirituż stipulata fl-Anness I,

(ii) 

ma tkunx ġiet ikkombinata ma’ xi oġġetti tal-ikel għajr l-oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni tagħha jew il-produzzjoni tax-xarba spirituża finali, f’konformità mal-Anness I jew l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rilevanti, u

(iii) 

ma tkunx ġiet dilwita bl-ilma sabiex il-qawwa alkoħolika tagħha tkun taħt il-qawwa minima prevista fil-kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-Indikazzjoni Ġeografika li tkun tappartjeni għaliha x-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni; jew

(b) 

ix-xarba spirituża tkun inħażnet għall-perjodu sħiħ ta’ maturazzjoni jew parti minnu f’bettija tal-injam li qabel tkun intużat biex timmatura x-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni, bil-kundizzjoni li:

(i) 

il-bettija tal-injam tkun tbattlet mill-kontenut preċedenti tagħha għal dawk il-kategoriji ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż li għalihom iż-żieda ta’ alkoħol, dilwit jew mhux, hija pprojbita,

(ii) 

l-allużjoni ssir fid-deskrizzjoni tal-bettija użata biex timmatura x-xarba spirituża li tirriżulta,

(iii) 

l-allużjoni tidher b’mod inqas prominenti mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew kwalunkwe terminu kompost użat, u

(iv) 

b’deroga mill-paragrafu 4, punt (b), l-allużjoni tidher b’tipa ta’ daqs mhux akbar mid-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew kwalunkwe terminu kompost użat.

▼M4

4.  

L-allużjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 3a għandhom:

▼M2

(a) 

ma għandhomx ikunu fuq l-istess linja bħall-isem tax-xarba alkoħolika; u

(b) 

għandhom jidhru b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika u, fejn jintużaw termini komposti, b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għal tali termini komposti, f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 11(3); u

(c) 

fil-każ ta’ allużjonijiet fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż, dawn jiġu akkumpanjati dejjem bl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni.

▼B

Artikolu 13

Regoli addizzjonali dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar

1.  
Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xarba spirituża jistgħu jirreferu għall-materja prima użata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' distillati ta' oriġini agrikola użati fil-produzzjoni ta' dik ix-xarba spirituża biss fejn dak l-alkoħol etiliku jew dawk id-distillati jkunu inkisbu esklussivament minn dik il-materja prima. F'dan il-każ, kull tip ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola għandu jissemma f'ordni dixxendenti tal-kwantità bil-volum ta' alkoħol pur.
2.  
L-ismijiet ġuridiċi imsemmija fl-Artikolu 10 jistgħu jkunu inklużi f'lista ta' ingredjenti għal oġġetti tal-ikel sakemm il-lista tkun skont l-Artikoli 18 sa 22 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

▼M1

3.  
Fil-każ ta’ taħlita, l-ismijiet ġuridiċi previsti għall-kategoriji ta’ xorb spirituż elenkati fl-Anness I jew għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż jistgħu jiġu indikati biss jekk dawn jidhru f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi li tkun tidher fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tax-xarba spirituża.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi għandha tkun akkumpanjata b’tal-inqas wieħed mit-termini msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10(6). Kemm il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kif ukoll it-terminu ta’ akkumpanjament għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tat-taħlita, b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku.

Barra minn hekk, il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f’ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta’ alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita.

▼M1

3a.  
Fil-każ ta’ blend, ix-xarba spirituża li ġġorr l-isem ġuridiku msemmi fil-kategorija tax-xorb spirituż ikkonċernat stabbilit fl-Anness I.

Fil-każ ta’ blends li jkunu irriżultaw mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jkun jappartjeni għal Indikazzjonijiet ġeografiċi differenti jew mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jkun jappartjeni għal Indikazzjonijiet Ġeografiċi b’xorb spirituż li ma jkun jappartjeni għall-ebda Indikazzjoni Ġeografika, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-blend jistgħu jinkludu l-isem ġuridiku stabbiliti fl-Anness I, jew l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li jikkorrispondu għax-xorb spirituż li jkunu ħarġu minn blend, diment li dawn l-ismijiet jidhru:

(i) 

biss f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi kollha li jinsabu bil-blend, u fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tat-taħlita, b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku; u

(ii) 

tal-inqas darba fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tal-blend;

(b) 

il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi għandha tkun akkumpanjata b’tal-inqas wieħed mit-termini msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 10(6);

(c) 

il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f’ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwal bil-volum ta’ alkoħol pur li jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tal-blend.

▼B

4.  
B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jekk taħlita tikkonforma mar-rekwiżiti għal waħda mill-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I, dik it-taħlita għandu jkollha l-isem ġuridiku previst fil-kategorija rilevanti.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tat-taħlita jistgħu juru l-ismijiet ġuridiċi stabbiliti fl-Anness I jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jikkorrispondu max-xorb spirituż li jkun tħallat, sakemm dawk l-ismijiet jidhru:

(a) 

esklussivament f'lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kollha fit-taħlita li għandhom jidhru b'karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b'tipa ta' daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku; u

(b) 

fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tat-taħlita tal-inqas darba.

Barra minn hekk, il-proporzjon ta' kull ingredjent alkoħoliku fil-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi għandu jiġi espress mill-inqas darba bħala perċentwal, f'ordni dixxendenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta' alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta' alkoħol pur totali bil-volum tat-taħlita.

5.  
L-użu tal-ismijiet ta' materja prima tal-pjanti li jintużaw bħala l-ismijiet ġuridiċi ta' ċertu xorb alkoħoliku għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tal-ismijiet ta' dik il-materja prima tal-pjanti fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħrajn. L-ismijiet ta' tali materja prima jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta' xorb spirituż ieħor, sakemm tali użu ma jqarraqx bil-konsumatur.
6.  
Il-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jistgħu jkunu speċifikati fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba spirituża, meta dawn jirreferu għall-komponent alkoħoliku l-inqas matur tax-xarba spirituża, u fi kwalunkwe każ sakemm l-operazzjonijiet kollha tal-invekkjament tax-xarba spirituża jkunu saru taħt superviżjoni tat-taxxa ta' Stat Membru jew superviżjoni li tipprovdi garanziji ekwivalenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru pubbliku li jkun fih il-lista tal-korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-invekkjament f'kull Stat Membru.
7.  
L-isem ġuridiku ta' xarba spirituża għandu jiġi indikat fid-dokument amministrattiv elettroniku msemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 ( 8 ). Meta l-perjodu jew l-età ta' maturazzjoni jkun indikat fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikettar tax-xarba spirituża, dan għandu jissemma wkoll f'dak id-dokument amministrattiv.

Artikolu 14

L-indikazzjoni tal-post ta' provenjenza

1.  
Meta l-post ta' provenjenza ta' xarba spirituża, għajr indikazzjoni ġeografika jew trademarks, tkun indikata fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikettar tagħha, dan għandu jikkorrispondi għall-post jew ir-reġjun fejn l-istadju tal-proċess ta' produzzjoni tal-prodott finali li jkunu taw lix-xarba spirituża lesta l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tagħha jkunu seħħew.
2.  
L-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ingredjent ewlieni kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 m'għandhiex tkun meħtieġa għal xorb spirituż.

Artikolu 15

Il-lingwa użata għall-ismijiet ta' xorb spirituż

1.  
It-termini bil-korsiv fl-Annessi I u II u l-indikazzjonijiet ġeografiċi m'għandhomx ikunu tradotti, la fuq it-tikketta u lanqas fid-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb spirituż.
2.  
B'deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta' xorb spirituż prodott fl-Unjoni u maħsub għall-esportazzjoni, it-termini msemmija fil-paragrafu 1 u indikazzjonijiet ġeografiċi jistgħu jkunu akkumpanjati bi traduzzjonijiet, transkrizzjonijiet jew translitterazzjonijiet, sakemm tali termini u indikazzjonijiet ġeografiċi fil-lingwa oriġinali ma jkunux moħbija.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 17

Projbizzjoni ta' kapsuli abbażi ta' ċomb u fojl abbażi ta' ċomb

M'għandux jinżamm xorb spirituż bil-ħsieb li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-suq f'kontenituri b'apparati ta' għeluq miksijin b'kapsuli abbażi ta' ċomb jew fojl abbażi ta' ċomb.

Artikolu 18

Metodi ta' analiżi ta' referenza tal-Unjoni

1.  
Meta alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillati ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż għandhom jiġu analizzati sabiex jiġi vverifikat li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, tali analiżi għandha ssir skont il-metodi ta' analiżi ta' referenza tal-Unjoni għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni kimika u fiżika u tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom.

Metodi oħrajn ta' analiżi għandhom ikunu permessi, taħt ir-responsabbiltà tad-direttur tal-laboratorju, bil-kundizzjoni li l-eżattezza, ir-ripetibbiltà u r-riproduċibbiltà tal-metodi jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-metodi ta' analiżi ta' referenza rilevanti tal-Unjoni.

2.  

Meta l-metodi ta' analiżi tal-Unjoni ma jkunx stabbiliti għall-kxif u l-kwantifikazzjoni tas-sustanzi li jkunu f'xarba spirituża partikolari, għandu jintuża wieħed jew aktar mill-metodi li ġejjin:

(a) 

metodi ta' analiżi li ġew ivvalidati minn proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment u li, b'mod partikolari, jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(b) 

metodi ta' analiżi li jikkonformaw mal-istandards rakkommandati tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni (ISO);

(c) 

metodi ta' analiżi rikonoxxuti u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV); jew

(d) 

fin-nuqqas ta' metodu kif imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c), għar-raġuni tal-eżattezza, ripetibbiltà u reproduċibbiltà:

— 
metodu ta' analiżi approvat mill-Istat Membru konċernat;
— 
fejn meħtieġ, kull metodu ta' analiżi ieħor adegwat.

Artikolu 19

Setgħat delegati

1.  

Sabiex jitqies il-proċess ta' invekkjament dinamiku tradizzjonali għall-brandy fi Stati Membri li hu magħruf bħala “sistema criaderas y solera ” jew “sistema solera e criaderas ” kif stabbilit fl-Anness III, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:

(a) 

li jistabbilixxu derogi mill-Artikolu 13(6) rigward l-ispeċifikazzjoni tal-perjodu jew età tal-maturazzjoni fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta' tali brandy; u

(b) 

tistabbilixxi mekkaniżmi ta' kontroll xierqa għal tali brandy.

2.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta' reġistru pubbliku li jelenka l-korpi maħtura minn kull Stat Membru biex jissorveljaw il-proċessi ta' invekkjament kif previsti fl-Artikolu 13(6).

Artikolu 20

Setgħat ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta:

(a) 

ir-regoli meħtieġa għall-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri fir-rigward tal-korpi maħtura biex jissorveljaw proċessi ta' invekkjament skont l-Artikolu 13(6);

(b) 

regoli uniformi li jindikaw il-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta' xorb spirituż imsemmija fl-Artikolu 14;.

(c) 

regoli dwar l-użu tas-simbolu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 16 fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż;

(d) 

regoli tekniċi dettaljati dwar il-metodi ta' referenza tal-analiżi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 18.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

KAPITOLU III

INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

▼M6 —————

▼B

Artikolu 22

Speċifikazzjoni tal-prodott

1.  

Indikazzjoni ġeografika protetta skont dan ir-Regolament għandha tkun konformi ma' speċifikazzjoni tal-prodott li għandu jkun fiha mill-inqas:

(a) 

l-isem li għandu jiġi protett bħala indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, biss fil-lingwi li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita, fil-kitba oriġinali u fit-traskrizzjoni Latina jekk tkun differenti;

(b) 

il-kategorija tax-xorb spirituż jew it-terminu “xarba spirituża” jekk ix-xarba spirituża ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti għall-kategoriji ta' xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I;

(c) 

deskrizzjoni tal-karatteristiċi tax-xarba spirituża, li tinkludi l-materja prima li minnha tkun prodotta, jekk ikun xieraq, kif ukoll il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew organolettiċi prinċipali tal-prodott u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija;

(d) 

id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f);

(e) 

deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tax-xarba spirituża u, fejn ikun xieraq, tal-metodi ta' produzzjoni lokali awtentiċi u li ma jinbidlux;

(f) 

dettalji li jistabbilixxu r-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tax-xorb spirituż u l-oriġini ġeografika tagħha;

(g) 

l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti jew, jekk disponibbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 38 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;

(h) 

kwalunkwe regola ta' tikkettar speċifika għall-indikazzjoni ġeografika inkwistjoni.

Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-imballaġġ għandhom jiddaħħlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, flimkien ma' ġustifikazzjoni li turi r-raġuni għaliex l-imballaġġ irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b'kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari il-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi.

▼M6

1a.  
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tista’ tinkludi wkoll prattiki sostenibbli.

▼B

2.  
Il-fajls tekniċi mressqa bħala parti minn kwalunkwe applikazzjoni qabel it-8 ta' Ġunju 2019 skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitqiesu li jkunu speċifikazzjonijiet tal-prodott skont dan l-Artikolu.

▼M6

Artikolu 23

Dokument uniku

Id-dokument uniku għandu jkun fih dan li ġej:

(a) 

il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, inkluż l-isem li għandu jiġi protett, il-kategorija li għaliha tappartjeni x-xarba spirituża jew it-terminu “xarba spirituża”, il-metodu ta’ produzzjoni, deskrizzjoni tal-karatteristiċi tax-xarba spirituża, definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika, u, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ u t-tikkettar;

(b) 

deskrizzjoni tar-rabta bejn ix-xarba spirituża u l-oriġini ġeografika tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (4), inkluż, fejn xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta’ produzzjoni li jiġġustifikaw dik ir-rabta.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 34

Indikazzjonijiet ġeografiċi omonimi

▼M6 —————

▼M6

4.  
Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti ta’ prodotti tal-inbid skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 37

Indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati eżistenti

L-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż irreġistrati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, u b'hekk protetti taħt dak ir-Regolament għandhom ikunu protetti awtomatikament bħala indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament.

▼M6 —————

▼B

Artikolu 41

Setgħat delegati

1.  

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 46 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu aktar kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti, inkluż f'każijiet fejn żona ġeografika tinkludi aktar minn pajjiż wieħed, fir-rigward ta':

(a) 

applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika kif imsemmija fl-Artikoli 23 u 24; u

(b) 

proċeduri nazzjonali preliminari kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-iskrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-kanċellazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi.

2.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-proċedura dwar l-emendi tal-Unjoni u l-emendi standard, inklużi l-emendi temporanji, għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott kif imsemmi fl-Artikolu 31.

▼M6

Artikolu 42

Setgħat ta’ implimentazzjoni

1.  

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw:

(a) 

il-forma tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b) 

id-definizzjoni tal-format u l-preżentazzjoni online tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 23;

(c) 

l-esklużjoni jew l-anonimizzazzjoni ta’ data personali.

2.  
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

▼B

KAPITOLU IV

KONTROLLI, SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI, LEĠIŻLAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 43

Kontrolli tax-xorb spirituż

1.  
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-kontrolli tax-xorb spirituż. Huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jiżguraw li jkun hemm konformità ma' ldan ir-Regolament.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u fejn ikun hemm bżonn għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi li jridu jitwettqu mill-Istati Membri fir-rigward tar-rispett tal-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

Artikolu 44

Skambju ta' informazzjoni

1.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar in-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-metodi ta' skambju ta' informazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 47(2).

Artikolu 45

Leġiżlazzjoni tal-Istati Membri

1.  
Fl-applikazzjoni ta' politika ta' kwalità għax-xorb spirituż li jiġi prodott fit-territorju tagħhom u b'mod partikolari għall-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fir-reġistru jew għall-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-produzzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar li huma aktar stretti minn dawk stipulati fl-Annessi I u II sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.
2.  
Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' xorb spirituż prodott fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi li jkun konformi ma' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

DELEGA TA' SETGĦAT, DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI,DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

TAQSIMA 1

Delega ta' setgħat u dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

Artikolu 46

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 8 u 19 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin mill-24 ta' Mejju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 33 u 41 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-24 ta' Mejju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
4.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 50 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' sitt snin mill-24 ta' Mejju 2019.
5.  
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 8, 19, 33, 41 u 50 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
6.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
7.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
8.  
Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 19, 33, 41, u 50għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 47

Proċedura tal-Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għax-Xorb Spirituż stabbilit permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TAQSIMA 2

Derogi, dispozizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 48

Deroga mir-rekwiżiti ta' kwantitajiet nominali fid-Direttiva 2007/45/KE

B'deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/45/KE, u mis-sitt ringiela tat-Taqsima 1 tal-Anness għal dik id-Direttiva, l-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ “shochu” ( 11 ), li jsir b'lampik tat-tip “pot still” u jiġi bbottiljat fil-Ġappun, jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet nominali ta' 720 ml u ta' 1 800  ml.

Artikolu 49

Tħassir

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 50, Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa revokat b'effett mill-25 ta' Mejju 2021. Madankollu, il-Kapitolu III tiegħu jitħassar b'effett mit-8 ta' Ġunju 2019.
2.  

B'deroga mill-paragrafu 1:

(a) 

l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jibqa' japplika sal-25 ta' Mejju 2021;

(b) 

l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u, mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 ( 12 ), l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu jibqa' japplika sat-tlestija tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni iżda, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-25 ta' Mejju 2021; u

(c) 

l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jibqa' japplika sakemm jiġi stabbilit ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament.

3.  
Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 50

Miżuri tranżitorji

▼C2

1.  
Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li ġew prodott qabel il-25 ta’ Mejju 2021 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il- ħażniet.

▼B

2.  
Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, xorb spirituż li d-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tiegħu ma jkunux konformi mal-Artikoli 21 u 36 ta' dan ir-Regolament iżda jkun konformi mal-Artikoli 16 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li kienu ttikkettjati qabel it-8 ta' Ġunju 2019 jista' jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
3.  
Sal-25 ta' Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 li jemendaw l-Artikolu 3(2), (3), (9), (10), (11) u (12), l-Artikolu 10(6) u (7), l-Artikoli 11, 12 u 13 jew li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tidderoga minn dawk id-dispożizzjonijiet.

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu strettament limitati biex jissodisfaw ħtiġijiet dimostrattivi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tas-suq.

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta' kull definizzjoni, definizzjoni teknika jew rekwiżit fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.  
L-Artikoli 22 sa 26, 31 u 32 ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jew għall-emenda jew għat-talbiet għall-kanċellazzjoni, li huma pendenti fit-8 ta' Ġunju 2019. L-Artikoli 17(4), (5) u (6), 18 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom ikomplu japplikaw għal talbiet għal kanċellazzjoni.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' oppożizzjoni msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 29 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jew għall-applikazzjonijiet għall-emendar, li fir-rigward tagħhom l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku jew applikazzjoni għall-emendar, rispettivament, diġà ġew ippubblikati għal oppożizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-8 ta' Ġunju 2019. l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jkompli japplika għal tali applikazzjonijiet.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' oppożizzjoni msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 29 ta' dan ir-Regolament ma għandhom japplikaw għal talba għall-kanċellazzjoni li hija pendenti fit-8 ta' Ġunju 2019. L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu jkompli japplika għal talbiet għal kanċellazzjoni.

5.  
Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati skont il-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament u li kienet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni pendenti fid-data tal-applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-proċeduri għal, il-forma u l-preżentazzjoni ta', applikazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 23 previsti fl-Artikolu 42(2) ta' dan ir-Regolament, ir-reġistru jista' jipprovdi aċċess dirett għall-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.
6.  
Fir-rigward ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru, tippubblika d-dokument uniku ppreżentat minn dan l-Istat Membru f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-pubblikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u m'għandhiex tiġi segwita bi proċedura ta' oppożizzjoni

Artikolu 51

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta' Mejju 2021.

▼C1

2.  
Minkejja l-paragrafu 1, l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 16, il-punt (c) tal-Artikolu 20, l-Artikoli 21, 22 u 23, l-Artikolu 24(1), (2) u (3), l- ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24(4), l-Artikolu 24(8) u (9), l-Artikoli 25 sa 42, l-Artikoli 46 u 47, l- Artikolu 50(1), (4) u (6), il-punti 39(d) u 40(d) tal-Anness I u d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 relatati ma’ dawk id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mit-8 ta’ Ġunju 2019.

▼B

3.  
L-atti delegati previsti fl-Artikoli 8, 19 u 50 adottati skont l-Artikolu 46 u l-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 8(4) u l-Artikoli 20, 43 u 44 adottati skont l-Artikolu 47 għandhom japplikaw mill-25 ta' Mejju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

KATEGORIJI TA' XORB SPIRITUŻ

1.    Rum

(a) 

Ir-rum huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-melassi jew ġulepp prodott waqt il-manifattura taz-zokkor tal-kannamieli jew tal-meraq tal-kannamieli nnifsu, distillat f'anqas minn 96 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi li jistgħu jingħarfu tar-rum.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tar-rum għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

Ir-rum m'għandux ikun miżjud b'aromattizzanti.

(e) 

Ir-rum jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

Ir-rum jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g) 

Fil-każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati taħt dan ir-Regolament, l-isem ġuridiku tar-rum jista' jiġi ssupplimentat minn:

(i) 

it-terminu “traditionnel” jew “tradicional”, sakemm ir-rum in kwistjoni:

— 
ikun prodott permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 90 % vol., wara l-fermentazzjoni alkoħolika tal-materjali li jipproduċu l-alkoħol li joriġinaw esklussivament mill-post tal-produzzjoni kkunsidrat, u
— 
ikollu kontenut ta' sustanzi volatili li jlaħħaq jew jaqbeż il-225 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. ta' alkoħol, u
— 
ma jkunx dolċifikat;
(ii) 

it-terminu “agrikolu”, bil-kundizzjoni li r-rum in kwistjoni li jkun konformi mar-rekwiżiti fil-punt (i) u ikun ġie prodott esklussivament permezz tad-distillazzjoni wara l-fermentazzjoni alkoħolika tal-meraq tal-kannamieli. It-terminu “agrikolu” jista' jintuża biss fil-każ ta' indikazzjoni ġeografika ta' Dipartiment Franċiż extra-Ewropew jew ir-Reġjun Awtonomu ta' Madeira.

Dan il-punt (g) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu “agrikolu”, “traditionnel” jew “tradicional” f'konnessjoni ma' kwalunkwe prodott li m'humiex koperti b'din il-kategorija, skont il-kriterji speċifiċi tagħhom.

2.    Whisky jew whiskey

(a) 

Il-whisky jew whiskey huwa xarba spirituża prodotta esklussivament bit-twettiq tal-operazzjonijiet ta' produzzjoni kollha li ġejjin:

(i) 

distillazzjoni ta' maxx magħmul minn ċereali mmaltjati, flimkien ma' żrieragħ integrali ta' ċereali mhux immaltjati oħra jew mingħajrhom, li jkun ġie:

— 
mibdul f'zokkor permezz tad-dijastasi tal-malt ta' ġo fih, b'enzimi naturali oħrajn jew mingħajrhom,
— 
fermentat bl-azzjoni tal-ħmira;
(ii) 

kull distillazzjoni tkun twettqet f'anqas minn 94,8 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima użata;

(iii) 

maturazzjoni tad-distillat finali għal tal-anqas tliet snin f'bittijat tal-injam li ma jesgħux aktar minn 700 litru.

Id-distillat finali, li miegħu jistgħu jiżdiedu biss l-ilma u l-karamella ordinarja (għall-kulur), għandu jżomm il-kulur, l-aroma u t-togħma miġjuba minnu mill-proċess ta' produzzjoni msemmi fil-punti (i), (ii) u (iii).

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-whisky jew tal-whiskey għandha tkun ta' 40 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

Il-whisky jew whiskey m'għandux ikun miżjud b'sustanzi dolċifikanti, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma, jew aromatizzat, jew ikun fih addittivi għajr karamella ordinarja (E 150a) użata għall-aġġustament tal-kulur.

(e) 

L-isem ġuridiku tal-“whisky” jew “whiskey” jista' jkun issupplimentat bit-terminu “single malt” biss jekk ikun ġie ddistillat esklussivament minn xgħir immaltjat f'distillerija waħda.

3.    Spirtu taċ-ċereali

(a) 

L-ispirtu taċ-ċereali huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni ta' maxx fermentat ta' ċereali integrali u li jkollu karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

(b) 

Bl-eċċezzjoni tal-Korn, il-qawwa alkoħolika minima bil-volum tal-ispirtu taċ-ċereali għandha tkun ta' 35 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu taċ-ċereali m'għandux ikun aromatizzat.

(e) 

L-ispirtu taċ-ċereali jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu taċ-ċereali jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g) 

Sabiex spirtu taċ-ċereali jkollu l-isem ġuridiku “brandy taċ-ċereali”, dan għandu jkun ġie prodott permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 95 % vol. minn maxx fermentat ta' ċereali integrali, u jippreżenta karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

(h) 

Fl-isem ġuridiku “spirtu taċ-ċereali” jew “brandy taċ-ċereali”, il-kelma “ċereali” tista' tinbidel bl-isem taċ-ċereali użati esklussivament fil-produzzjoni tax-xarba spirituża.

4.    Spirtu tal-inbid

(a) 

L-ispirtu tal-inbid tal-frott magħsur huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

▼C1

(i) 

hija prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f’anqas minn 86 % vol. ta’ nbid, inbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni jew distillat tal-inbid;

▼B

(ii) 

fiha kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iii) 

fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-inbid għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu tal-inbid m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e) 

L-ispirtu tal-inbid jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu tal-inbid jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g) 

Meta spirtu tal-inbid ikun ġie mmaturat, jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq bħala “spirtu tal-inbid” bil-kundizzjoni li jkun ġie mmaturat għal mill-inqas il-perjodu previst fir-rigward ta' xarba spirituża definita fil-kategorija 5.

(h) 

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu “Branntwein” flimkien mat-terminu “essig” fil-preżentazzjoni u t-tikkettjar tal-ħall.

5.    Brandy jew Weinbrand

(a) 

Il-Brandy jew Weinbrand huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

hija prodotta mill-ispirtu tal-inbid li magħha jista' jiġi miżjud distillat, bil-kundizzjoni li dak id-distillat tal-inbid ikun ġie distillat f'inqas minn 94,8 % vol. u ma jaqbiżx il-massimu ta' 50 % tal-kontenut alkoħoliku tal-prodott finali;

(ii) 

hija immaturata għal mhux anqas minn:

— 
sena f'reċipjenti tal-ballut b'kapaċità ta' mill-anqas 1 000  litru kull wieħed; jew
— 
sitt xhur fi btieti tal-ballut li jesgħu anqas minn 1 000  litru kull waħda;
(iii) 

fiha kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol., u tkun miġjuba mid-distillazzjoni tal-materja prima użata;

(iv) 

fiha kontenut massimu ta' metanol ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-brandy jew tal-Weinbrand għandha tkun ta' 36 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

Il-Brandy jew Weinbrand m'għandux ikun aromatizzat. Dan m'għandux jeskludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e) 

Il-Brandy jew Weinbrand jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

Il-Brandy jew Weinbrand jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 35 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

6.    Karfa tal-għeneb magħsur jew spirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur

(a) 

Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

hija prodotta esklussivament mill-karfa tal-għeneb magħsur fermentata u distillata, sew direttament permezz tal-fwar tal-ilma jew wara li jkun inżied l-ilma u jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

— 
kull distillazzjoni għandha ssir f'anqas minn 86 % vol.;
— 
l-ewwel distillazzjoni għandha ssir fil-preżenza tal-karfa tal-għeneb magħsur innifisha;
(ii) 

kwantità ta' residwu tal-fond tista' tiżdied mal-karfa tal-għeneb magħsur li ma taqbiżx il-25 kg ta' residwu tal-fond għal kull 100 kg ta' karfa tal-għeneb magħsur użat;

(iii) 

il-kwantità tal-alkoħol miksuba mir-residwu tal-fond m'għandhiex taqbeż il-35 % tal-kwantità totali tal-alkoħol fil-prodott finali;

(iv) 

fiha kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-140 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, u jkollha massimu ta' kontenut ta' metanol ta' 1 000  gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jew tal-karfa tal-għeneb magħsur għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jew il-karfa tal-għeneb magħsur m'għandhomx ikunu aromatizzati. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e) 

Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

Il-karfa tal-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa tal-għeneb magħsur jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

7.    Spirtu tal-karfa tal-frott magħsur

(a) 

L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur hija xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

huwa prodott esklussivament permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-karfa tal-frott magħsur ħlief karfa ta' għeneb magħsur u jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

— 
kull distillazzjoni għandha ssir f'anqas minn 86 % vol.;
— 
l-ewwel distillazzjoni għandha ssir fil-preżenza tal-karfa tal-għeneb magħsur innifisha;
(ii) 

fih kontenut ta' sustanzi volatili ta' 200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iii) 

il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 500  gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.;

(iv) 

il-kontenut massimu ta' aċidu idroċijaniku għandu jkun ta' 7 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol fil-każ ta' spirtu tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur m'għandux ikun aromatizzat.

(e) 

L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 a ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g) 

L-isem ġuridiku għandu jikkonsisti mill-isem tal-frotta segwit bi “spirtu tal-karfa”. Jekk jintużaw karfiet ta' għadd ta' frott, l-isem ġuridiku għandu jkun “spirtu tal-karfa tal-frott” u jista' jiġi ssupplimentat bl-isem ta' kull frotta f'ordni dejjem tonqos tal-kwantità użata.

8.    Spirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib

(a) 

L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib huwa xarba spirituża prodotta permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-estratt ta' għeneb imnixxef tal-varjetajiet “Corinth Black” jew Moscatel tal-varjetajiet ta' Alessandrija, distillati f'anqas minn 94,5 % vol., sabiex id-distillat ikollu aroma u togħma miġjuba mill-materja prima użata.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib m'għandux ikun aromatizzat.

(e) 

L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu taż-żbib jew brandy taż-żbib jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

9.    Spirtu tal-Frott

(a) 

L-ispirtu tal-frott magħsur huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

huwa prodott esklussivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni, bl-għadam jew mingħajru, ta' frott frisk u imlaħħam, inkluża l-banana, jew l-għasir ta' tali frott, berries jew ħxejjex;

(ii) 

kull distillazzjoni għandha titwettaq f'anqas minn 86 % vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima distillata;

(iii) 

fih kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iv) 

fil-każ ta' xorb spirituż tal-frott bl-għadma, ikollha kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx is-7 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(b) 

Il-kontenut massimu ta' metanol tal-ispirtu tal-frott għandu jkun ta' 1 000  gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, ħlief:

(i) 

fil-każ ta' spirti tal-frott prodott mill-frott jew berries li ġejjin, u li għalihom il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 200  gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol:

— 
tuffieħ (Malus domestica Borkh.),
— 
berquq (Prunus armeniaca L.),
— 
għanbaqar (Prunus domestica L.),
— 
quetsch (Prunus domestica L.),
— 
mirabella (Prunus domestica L. subsp.syriaca (Borkh.) Janch. ex Mansf.),
— 
ħawħ (Prunus persica (L.) Batsch);
— 
lanġas (Pyrus communis L.) għajr il-lanġas Williams (Pyrus communis L. cv “Williams”),
— 
tut salvaġġ (Rubus sect. Rubus),
— 
lampun (Rubus idaeus L.),
(ii) 

fil-każ ta' spirti tal-frott prodott mill-frott jew berries li ġejjin, u li għalihom il-kontenut massimu ta' metanol għandu jkun ta' 1 350  gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol:

— 
sfarġel (Cydonia oblonga Mill.),
— 
frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.),
— 
lanġas Williams (Pyrus communis L. Cv “Williams”),
— 
ribes iswed (Ribes nigrum L.),
— 
ribes aħmar (Ribes rubrum L.),
— 
rosehip (Rosa canina L.),
— 
frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),
— 
rowanberry (Sorbus aucuparia L.),
— 
tuffieħ taż-żorba (Sorbus domestica L.),
— 
wild service tree (Sorbus torminalis (L.) Crantz).
(c) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-frott għandha tkun ta' 37,5 %.

(d) 

L-ispirtu tal-frott m'għandux ikun ikkulurit.

(e) 

Minkejja l-punt (d) ta' din il-kategorija u b'deroga mill-kategorika tal-ikel 14.2.6 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-karamella tista' tintuża biex jiġi aġġustat il-kulur ta' spirti tal-frott li jkunu ġew invekkjati għal perjodu ta' mill-inqas sena f'kuntatt mal-injam.

(f) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(g) 

L-ispirtu tal-frott m'għandux ikun aromatizzat.

(h) 

L-ispirtu tal-frott jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 18-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(i) 

L-isem ġuridiku ta' spirtu tal-frott għandu jkun “spirtu ta'” flimkien mal-isem tal-frotta, berry jew ħaxixa. Fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Ġrieġa, Kroata, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena, l-isem ġuridiku jista' jiġi espress permezz tal-isem tal-frotta, tal-berry jew tal-ħaxixa, issupplimentata b'suffiss.

Alternattivament:

(i) 

l-isem ġuridiku msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jkun “wasser”, użat flimkien ma' isem il-frotta; jew

(ii) 

l-ismijiet ġuridiċi li ġejjin jistgħu jintużaw fil-każijiet li ġejjin:

— 
kirsch ” għall-ispirtu taċ-ċirasa (Prunus avium (L.) L.);
— 
“għanbaqar”, “quetsch” jew “slivovitz” għall-spirtu tal-għanbaqar (Prunus domestica L.);
— 
“mirabella” għall-spirtu tal-mirabella (Prunus domestica L. subsp. syriaca (Borkh.) Janch. ex Mansf.);
— 
“frott tal-ubrjagola” għall-frott għall-ispirtu tal-ubrjagola (Arbutus unedo L.);
— 
“Golden Delicious” għall-ispirtu tat-tuffieħ (Malus domestica var. “Golden Delicious”);
— 
Obstler ” għal spirtu ta' frott prodott minn frott, bit-tut jew mingħajru, sakemm mill-inqas 85 % tal-maxx ikun ġej minn varjetajiet differenti ta' tuffieħ, lanġas jew it-tnejn.

L-isem “ Williams ” jew “williams” jista' jintuża biss għat-tpoġġija fis-suq tal-ispirtu tal-lanġas prodott biss mil-lanġas tal-varjetà “Williams”.

Jekk ikun hemm ir-riskju li l-konsumatur finali ma jifhimx faċilment waħda mill-ismijiet ġuridiċi tal-bejgħ li ma jinkludux il-kelma “spirtu”, msemmija f'dan il-punt, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar għandhom jinkludu l-kelma “spirtu”, possibbilment issupplimentata bi spjegazzjoni.

(j) 

Kull meta żewġ frottiet, berries jew ħxejjex jew aktar jiġu distillati flimkien, il-prodott għandu jitqiegħed fis-suq bl-isem ġuridiku:

— 
“spirtu tal-frott” għal xorb spirituż prodott esklussivament b'distillazzjoni ta' frott jew berries jew it-tnejn; jew
— 
“spirtu tal-ħaxix” għal xorb spirituż prodott esklussivament b'distillazzjoni ta' ħxejjex; jew
— 
“spirtu ta' frott u ħaxix”, għal xorb spirituż prodott permezz tad-distillazzjoni ta' taħlita ta' frott, berries u ħxejjex.

L-isem ġuridiku jista' jkun issupplimentat minn dak ta' kull frotta, berry jew ħaxixa, f'ordni li tonqos skont il-kwantità użata.

▼M6

9a.    Spirtu tal-patata

(a) 

L-ispirtu tal-patata huwa xarba spirituża prodotta esklużivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni ta’ tuberi tal-patata f’anqas minn 94,8  % vol., sabiex id-distillat ikollu aroma u togħma miksuba mill-materja prima użata.

(b) 

Il-kontenut massimu ta’ metanol tal-ispirtu tal-patata għandu jkun ta’ 1 000 gramma għal kull ettolitru ta’ 100 % vol. alkoħol.

(c) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-patata għandha tkun ta’ 38 %.

(d) 

M’għandha ssir l-ebda żieda ta’ alkoħol, dilwit jew le.

(e) 

L-ispirtu tal-patata m’għandux ikun aromatizzat.

(f) 

L-ispirtu tal-patata jista’ jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta’ aġġustament tal-kulur.

(g) 

L-ispirtu tal-patata jista’ jiġi miżjud b’sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta’ prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

▼B

10.    Spirtu tas-sidru, spirtu tal-perry u spirtu tas-sidru u tal-perry

(a) 

L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry huma xarbiet spiritużi li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

ikunu prodotti esklussivament permezz tad-distillazzjoni tas-sidru jew tal-perry f'anqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-frott;

(ii) 

ikun fihom kontenut ta' sustanzi volatili li tilħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iii) 

ikun fihom kontenut massimu ta' metanol ta' 1 000  gramma għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tas-sidru, tal-spirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu tas-sidru, spirtu tal-perry u spirtu tas-sidru u tal-perry m'għandhomx ikunu aromatizzati. Dan m'għandux jipprekludi metodi ta' produzzjoni tradizzjonali.

(e) 

L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry jista' jkollhom miżjud fihom biss karamella, bħala mezz ta'aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu tas-sidru, l-ispirtu tal-perry u l-ispirtu tas-sidru u tal-perry jistgħu jiġu dolċifikati sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 15-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g) 

L-isem ġuridiku għandu jkun:

— 
“spirtu taċ-ċidru” għal xorb spirituż prodott esklussivament permezz tad-distillazzjoni tas-sidru;
— 
“spirtu tal-perry” għal xorb spirituż prodott eżklussivament permezz tad-distillazzjoni tal-perry; jew
— 
“spirtu tas-sidru u tal-perry” għal xorb spirituż prodott permezz tad-distillazzjoni tas-sidru u tal-perry.

11.    Spirtu tal-għasel

(a) 

L-ispirtu tal-għasel huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

hija prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni tal-maxx tal-għasel;

(ii) 

hija distillata f'inqas minn 86 % vol. sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-għasel għandha tkun ta' 35 % vol.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu tal-għasel m'għandux ikun aromatizzat.

(e) 

L-ispirtu tal-għasel jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu tal-għasel jista' jiġi dolċifikat biss bl-għasel sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' għasel għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

12.    Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond

(a) 

Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond huwa xarba spirituża prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. tar-residwu tal-fond tal-inbid, tar-residwu tal-fond tal-birra jew residwu tal-fond ta' frott fermentat.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Hefebrand jew tal-ispirtu tar-residwu tal-fond għandha tkun ta' 38 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond m'għandux ikun aromatizzat.

(e) 

Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

Il-Hefebrand jew l-ispirtu tar-residwu tal-fond jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g) 

L-isem ġuridiku “Hefebrand” jew “spirtu tar-residwu tal-fond” għandu jkun issupplimentat bl-isem tal-materja prima użata.

13.    Spirtu tal-birra

(a) 

L-ispirtu tal-birra huwa xarba spirituża prodotta permezz tad-distillazzjoni diretta taħt pressjoni normali ta' birra friska ta' qawwa alkoħolika skont il-volum ta' anqas minn 86 %, b'tali mod li d-distillat li jirriżulta jkollu karatteristiċi organolettiċi li jidderivaw mill-birra.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-birra għandha tkun ta' 38 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu tal-birra m'għandux ikun aromatizzat.

(e) 

L-ispirtu tal-birra jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu tal-birra jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

▼M6

13a.    Spirtu tal-ħobż

(a) 

L-ispirtu tal-ħobż huwa xarba spirituża prodotta esklużivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u d-distillazzjoni f’anqas minn 86 % vol. ta’ ħobż frisk, sabiex id-distillat li jirriżulta jkollu aroma u togħma miksuba mill-materja prima użata.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tal-ħobż għandha tkun ta’ 38 %.

(c) 

M’għandha ssir l-ebda żieda ta’ alkoħol, dilwit jew le..

(d) 

L-ispirtu tal-ħobż m’għandux ikun aromatizzat.

(e) 

L-ispirtu tal-ħobż jista’ jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta’ aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu tal-ħobż jista’ jiġi miżjud b’sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta’ prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

13b.    Spirtu tas-sugu tal-betula, spirtu tas-sugu tal-aġġru u spirtu tas-sugu tal-betula u tal-aġġru

(a) 

L-ispirtu tas-sugu tal-betula, l-ispirtu tas-sugu tal-aġġru u l-ispirtu tas-sugu tal-betula u tal-aġġru huma xorb spirituż prodott esklużivament permezz tad-distillazzjoni diretta tal-maxx miksub mill-fermentazzjoni tas-sugu frisk tal-betula jew tal-aġġru jew tat-tnejn li huma taħt pressjoni normali għal kontenut ta’ alkoħol ta’ inqas minn 88 % skont il-volum, sabiex id-distillat li jirriżulta jkollu karatteristiċi organolettiċi derivati mis-sugu tal-betula jew tal-aġġru jew mit-tnejn li huma.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-ispirtu tas-sugu tal-betula, tal-ispirtu tas-sugu tal-aġġru u tal-ispirtu tas-sugu tal-betula u tal-aġġru għandha tkun ta’ 38 %.

(c) 

M’għandha ssir l-ebda żieda ta’ alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

L-ispirtu tas-sugu tal-betula, l-ispirtu tas-sugu tal-aġġru u l-ispirtu tas-sugu tal-betula u tal-aġġru ma għandhomx jingħataw togħma.

(e) 

L-ispirtu tas-sugu tal-betula, l-ispirtu tas-sugu tal-aġġru u l-ispirtu tas-sugu tal-betula u tal-aġġru jista’ jkollhom miżjud fihom biss karamella bħala mezz ta’aġġustament tal-kulur.

(f) 

L-ispirtu tas-sugu tal-betula, l-ispirtu tas-sugu tal-aġġru u l-ispirtu tas-sugu tal-betula u tal-aġġru jistgħu jiġu dolċifikati sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta’ prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

▼B

14.    Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm

(a) 

It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm huwa xarba spirituża prodotta permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol. ta' tuberi tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm (Helianthus tuberosus L.).

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tat-topinambur jew tal-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm għandha tkun ta' 38 %.

(c) 

M'għandha ssir l-ebda żieda ta' alkoħol, dilwit jew le.

(d) 

It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm m'għandux ikun aromatizzat.

(e) 

It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jkollu miżjud fih karamella biss bħala mezz ta' aġġustament tal-kulur.

(f) 

It-Topinambur jew l-ispirtu tal-qaqoċċ ta' Ġerusalemm jista' jiġi miżjud b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

15.    Vodka

(a) 

Il-vodka hija xarba spirituża prodotta mill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li tinkiseb wara fermentazzjoni bil-ħmira ta' jew:

— 
patata jew ċereali, jew it-tnejn li huma,
— 
materji prima agrikoli oħra,

distillata sabiex il-karatteristiċi organolettiċi tal-materja prima użata u tal-prodotti sekondarji fformati waqt il-fermentazzjoni jitnaqqsu b'mod selettiv.

Danjista' jiġi segwit b'distillazzjoni jew bi trattament addizzjonali permezz ta' assistenzi xierqa għall-ipproċessar, jew bit-tnejn li huma, inkluż it-trattament bil-karbonju attivat, sabiex ix-xarba tingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali.

Il-livelli massimi tar-residwu tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola użati biex jipproduċu l-vodka għandhom jissodisfaw dawk il-livelli stabbiliti fil-punt (d) fl-Artikolu 5, għajr li l-kontenut ta' metanol għandu jkun ta' 10 grammi għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100 % vol.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

L-uniċi aromatizzanti li jistgħu jiżdiedu huma s-sustanzi aromatizzanti naturali jew il-preparazzjonijiet aromatizzanti li huma preżenti fid-distillat miksub mill-materjali prima ffermentati. Barra minn hekk, il-prodott jista' jingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali, sakemm ma jkunux it-togħma predominanti.

(d) 

Il-vodka m'għandhiex tkun ikkulurita.

(e) 

Il-vodka tista' tiġi miżjuda b'sustanzi dolċifikanti sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 8 grammita' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(f) 

Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka li mhix manifatturata esklussivament minn patata jew ċereali jew mit-tnejn għandhom juru b'mod prominenti l-indikazzjoni “magħmula minn …”, supplimentata bl-isem tal-materja prima utilizzata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. Din l-indikazzjoni għandha tidher fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku.

(g) 

L-isem ġuridiku jista' jkun “vodka” fi kwalunkwe Stat Membru.

16.    Spirtu ta' (supplimentat bl-isem tal-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni

(a) 

L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

tkun ġiet prodotta bi:

— 
il-maċerazzjoni ta' frott, berries jew lewż elenkati taħt il-punt (ii), kemm jekk fermentati parzjalment jew mhux fermentati, biż-żieda possibbli ta' massimu ta' 20 litru ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew ta' spirtu jew ta' distillat miġjub mill-istess frott, berries jew lewż, jew kombinazzjoni tagħhom, għal kull 100 kg ta' frott, berries jew lewż fermentat,
— 
segwita b'distillazzjoni; kull distillazzjoni għandha ssir f'anqas minn 86 % vol.;
(ii) 

huwa prodott mill-frott, berries jew lewż li ġejjin:

— 
chokeberry (Aronia Medik. nom cons.),
— 
black chokeberry (Aronia melancarpa (Michx.) Elliot),
— 
qastan (Castanea sativa Mill.),
— 
frott taċ-ċitru (Citrus spp.),
— 
ġellewż (Corylus avellana L.),
— 
crowberry (Empetrum nigrum L.),
— 
frawli (Fragaria spp.),
— 
pruna selvaġġa marina (Hippophae rhamnoides L.),
— 
frotta tal-ileks (Ilex aquifolium u Ilex cassine L.),
— 
cornel cherry jew cornelian cherry (Cornus mas),
— 
ġewż (Juglans regia L.),
— 
banana (Musa spp.),
— 
mirtill (Myrtus communis L.),
— 
bajtar tax-xewk (Opuntia ficus-indica (L.) Mill),
— 
frotta tal-passjoni (Passiflora edulis Sims),
— 
bird cherry (Prunus padus L.).
— 
pruna selvaġġa (Prunus spinosa L.),
— 
ribes iswed (Ribes nigrum L.),
— 
passolina bajda (Ribes niveum Lindl.),
— 
ribes aħmar (Ribes rubrum L.),
— 
gooseberry (Ribes uva-crispa L. syn. Ribes grossularia),
— 
rosehip (Rosa canina L.),
— 
brambla tal-Artiku (Rubus arcticus L.),
— 
frott l-għollieq tal-muntanji (Rubus chamaemorus L.),
— 
tut salvaġġ (Rubus sect. Rubus),
— 
lampun (Rubus idaeus L.),
— 
frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),
— 
rowanberry (Sorbus aucuparia L.),
— 
sorb apple (Sorbus domestica L.),
— 
wild service tree (Sorbus torminalis (L.) Crantz),
— 
ambarella (Spondias dulcis Parkinson),
— 
hog plum (Spondias mombin L.),
— 
mirtill tal-pjanta għolja (Vaccinium corymbosum L.),
— 
cranberry salvaġġ (Vaccinium oxycoccos L.),
— 
mirtill (Vaccinium myrtillus L.),
— 
cowberry (Vaccinium vitis-idaea L.).
(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

L-ispirtu ta' (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni m'għandux ikun aromatizzat.

(d) 

L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni m'għandux ikun ikkulurit.

(e) 

Minkejja l-punt (d) u b'deroga mill-kategorija tal-ikel 14.2.6 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-karamella tista' tintuża biex jiġi aġġustat il-kulur tal-ispirtu (supplimentat bl-isem tal-frotta, berries jew lewż) miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni li jkun ġie invekkjat mill-inqas sena f'kuntatt ma' injam.

(f) 

L-ispirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni jista' jiġi dolċifikat sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 18-il gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(g) 

Rigward id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż) miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, il-kliem “miksub bil-maċerazzjoni u d-distillazzjoni” għandhom jidhru fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew it-tikkettar b'tipa tal-istess font, daqs u kulur, u fuq l-istess kamp viżiv bħall-kliem “spirtu (supplimentat b'isem il-frotta, berries jew lewż)” u, fil-każ ta' fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem.

17.    Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata)

(a) 

Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) huwa xarba spirituża prodotta permezz tal-maċerazzjoni ta' frott u berries mhux fermentati elenkati fil-punt (a) (ii) tal-kategorija 16 jew ħxejjex, lewż,jew materjali ta' pjanti oħra, bħal ħxejjex aromatiċi (herbs) jew petali tal-ward, jew faqqiegħ f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, segwita b'distillazzjoni f'inqas minn 86 % vol.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

Geist (supplimentat b'isem il-frotta jew tal-materja prima użata) m'għandux ikun miżjud b'aromattizzanti.

(d) 

Geist (supplimentat bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata) m'għandux ikun ikkulurit.

(e) 

Geist (supplimentat bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata) jista' jiġi dolċifikat sabiex tiġi mirquma t-togħma finali. Madankollu, il-prodott finali ma jistax ikun fih aktar minn 10 grammi ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(f) 

It-terminu “- geist” preċedut minn terminu li mhuwiex l-isem ta' frotta, pjanta jew materja prima oħra jista' jissupplimenta l-isem ġuridiku ta' xorb spirituż ieħor u xorb alkoħoliku, sakemm tali użu ma jqarraqx bil-konsumatur.

18.    Spirtu tal-ġenzjana

(a) 

L-ispirtu tal-ġenzjana huwa xarba spirituża prodotta minn distillat tal-ġenzjana, li jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni ta' għerq il-ġenzjana biż-żieda jew mingħajrha ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' ġenzjana għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

Il-ġenzjana m'għandhiex tkun aromatizzata.

19.    Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru

(a) 

Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma bil-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L. jew Juniperus oxicedrus L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew spirtu taċ-ċereali jew distillat taċ-ċereali, jew lil kombinazzjoni tagħhom.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tax-xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru għandha tkun ta' 30 %.

(c) 

Is-sustanzi aromatizzanti, il-preparazzjonijiet aromatizzanti, il-pjantibi proprjetajiet aromatizzanti jewpjanti bi proprjetajiet aromatizzanti, jew kombinazzjoni tagħhom, jistgħu jintużaw bħala żieda għall-frott tal-ġnibru, imma l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu dixxernibbli, anki jekk xi kultant ikunu mdgħajfa.

(d) 

Xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru jista' jkollha l-isem ġuridiku “Wacholder” jew “genebra”.

20.    Gin

(a) 

Il-gin huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta billi tingħata t-togħma tal-frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-gin għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

Sustanzi ta' taħwir jew preparazzjonijiet ta' taħwir biss għandhom jintużaw għall-produzzjoni tal-gin sabiex it-togħma tkun prinċipalment tal-ġnibru.

(d) 

It-terminu “gin” jista' jiġi ssupplimentat bit-terminu “dry” jekk ma jkunx fih dolċifikanti miżjudin aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott final, espress bħala zokkor invertit.

21.    Gin distillat

(a) 

Il-gin distillat jista' jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

xarba spirituża bit-togħma tal-ġnibru prodotta esklussivament permezz tad-distillazzjoni ta' alkoħol etilikub'qawwa alkoħolika inizjali ta' mhux anqas minn 96 % vol., fil-preżenza ta' frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) u materjali botaniċi naturali oħrajn, sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti;

(ii) 

il-kombinazzjoni tal-prodott ta' tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola tal-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; is-sustanzi ta' taħwir jew il-preparazzjonijiet ta' taħwir kif speċifikati fil-punt (c) tal-kategorija 20 jistgħu jintużaw ukoll sabiex jaromatizzaw il-ġin iddistillat.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' gin distillat għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

Il-gin prodott sempliċiment biż-żieda ta' essenzi jew aromatizzanti mal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola m'għandux jiġi kkunsidrat gin distillat.

(d) 

It-terminu “gin distillat” jista' jiġi ssupplimentat bit-terminu “dry” jew ikun jinkorpora dan it-terminu jekk ma jkunx fih dolċifikanti miżjudin aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit.

22.    London gin

(a) 

London gin huwagin distillat li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

huwa prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'kontenut massimu ta' metanol ta' 5 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol, li t-togħma tiegħu tgħaddi esklussivament permezz ta' distillazzjoni ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola fil-preżenza tal-materjali naturali mill-pjanti kollha użati;

(ii) 

id-distillat li jirriżultajkun fih tal-anqas volum ta' alkoħol ta' 70 %;

(iii) 

kwalunkwe alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola li jiġi miżjud għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 iżda b'kontenut massimu ta' metanol ta' 5 grammi għal kull ettolitru ta' 100 % vol. alkoħol;

(iv) 

m'huwiexkolorat;

(v) 

ma jiġix dolċifikat aktar minn 0,1 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit;

(vi) 

ma fih ebda ingredjent ieħorgħajr l-ingredjenti msemmija fil-punti (i), (iii) u (v), u l-ilma.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-London gin għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

It-terminu London gin jista' jkun issupplimentat bit-terminu “dry” jew ikun jinkorpora dan it-terminu.

23.    Xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel

(a) 

Xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma tal-ħlewwa (Carum carvi L.) lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew Kümmel għandha tkun ta' 30 %.

(c) 

Is-sustanzi ta' taħwir jew il-preparazzjonijiet ta' taħwir, jew it-tnejn li huma, jistgħu jintużaw addizzjonalment, imma għandu jkun hemm togħma predominanti ta' ħlewwa.

24.    Akvavit jew aquavit

(a) 

L-akvavit jew aquavit huwa xarba spirituża bit-togħma tal-ħlewwa jew taż-żerriegħa tax-xibt, jew tat-tnejn li huma, prodotta permezz tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola aromatizzata b'distillat ta' pjanti jew ħwawar.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-akvavit jew aquavit għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

Jistgħu jintużaw sustanzi ta' taħwir naturali u preparazzjonijiet ta' taħwir naturali, jew it-tnejn li huma, iżda t-togħma ta' dawn ix-xarbiet għandha tibqa' attribwita l-aktar għad-distillati tal-ħlewwa (Carum carvi L.) jew żerriegħa tax-xibt (Anethum graveolens L.), jew tat-tnejn li huma, filwaqt li l-użu taż-żjut tal-essenza huwa pprojbit.

(d) 

Is-sustanzi morri m'għandhomx jiddominaw it-togħma b'mod ovvju; il-kontenut tal-estratt niexef m'għandux jaqbeż il-1,5 grammi għal kull 100 millilitru.

25.    Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta

(a) 

Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta hija xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz ta' estratti naturali tal-anisi stellata (Illicium verum Hook f.), l-anisi (Pimpinella anisum L.), il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.), jew kwalunkwe pjanta oħra li fiha l-istess kostitwent aromatiku prinċipali, bl-użu ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin jew il-kombinazzjoni tagħhom:

(i) 

maċerazzjoni jew distillazzjoni, jew it-tnejn li huma;

(ii) 

distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza taż-żrieragħ jew partijiet oħra tal-pjanti speċifikati hawn fuq;

(iii) 

żieda ta' estratti distillati naturali ta' pjanti bit-togħma tal-aniżetta.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta għandha tkun ta' 15 %.

(c) 

Xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta tista' tiġi aromatizzata biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali.

(d) 

Estratti jew żrieragħ aromatiċi minn pjanti naturali oħrajn jistgħu jintużaw ukoll, iżda t-togħma tal-aniżetta għandha tibqa' predominanti.

26.    Il-Pastis

(a) 

Il-pastis huwa xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta li fiha wkoll estratti naturali ta' għerq il-likorizja (Glycyrrhiza spp.), li jimplika l-preżenza tal-koloranti magħrufa bħala “chalcones” kif ukoll l-aċidu glikoċirriżiku, li l-livelli minimi u massimi tiegħu għandhom ikunu ta' 0,05 u 0,5 ta' gramma għal kull litru rispettivament.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-pastis għandha tkun ta' 40 %.

(c) 

Il-pastis jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali.

(d) 

Il-pastis għandu jkun fih anqas minn 100 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espressi bħala zokkor invertit, u jkollu livell minimu u massimu ta' anetolu ta' 1,5 u 2 grammi għal kull litru, rispettivament.

27.    Il-Pastis de Marseille

(a) 

Il-pastis de Marseille huwa pastis b'togħma qawwija ta' aniżetta b'kontenut ta' anetolu ta' bejn 1,9 u 2,1 grammi għal kull litru.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-pastis de Marseille għandha tkun ta' 45 %.

(c) 

Il-pastis de Marseille jista' jiġi aromattizzat biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti usustanzi aromatizzanti naturali.

28.    L-anis jew janeževec

(a) 

L-anis jew janeževec hija xarba spirituża bit-togħma tal-aniżetta li t-togħma karatteristika tagħha tiġi mill-anisi (Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata (Illicium verum Hook f.) jew il-bużbież (Foeniculum vulgare Mill.) jew kombinazzjoni tagħhom.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis jew tal-janeževec għandha tkun ta' 35 %.

(c) 

L-anis jew janeževec jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali.

29.    L-anis distillat

(a) 

L-anis distillat huwa anis li fih alkoħol distillat fil-preżenza taż-żrieragħ imsemmijin fil-punt (a) tal-kategorija 28 u, fil-każ ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, żrieragħ mastiċi u żrieragħ, pjanti jew frott aromatiċi oħrajn, bil-kundizzjoni li tali alkoħol jikkostitwixxi tal-anqas 20 % tal-qawwa alkoħolika tal-anis distillat.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-anis distillat għandha tkun ta' 35 %.

(c) 

L-anis distillat jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali.

30.    Xarba spirituża b'togħma morra jew bitter

(a) 

Xarba spirituża b'togħma morra jew il-bitter fil-biċċa l-kbira hija xarba spirituża b'togħma morra prodotta billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillati ta' oriġini agrikola jew it-tnejn jitħawwar b'sustanzi aromatizzanti jew preparazzjonijiet aromatizzanti jew it-tnejn.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża b'togħma morra jew bitter għandha tkun ta' 15 %.

(c) 

Mingħajr preġudizzju għall-użu ta' termini bħal dawn fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel minbarra xorb spirituż, xarba spirituża b'togħma morra jew il-bitter jista' jitqiegħed fis-suq ukoll taħt l-ismijiet “morr” jew “bitter” flimkien ma' terminu ieħor jew mingħajru.

(d) 

Minkejja l-punt (c), it-terminu “morr” jew “bitter” jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tal-likuri b'togħma morra.

31.    Vodka aromatizzata

(a) 

Il-vodka aromatizzata hija vodka li tkun ingħatat togħma predominanti differenti minn dik tal-materja prima użata biex tiġi prodotta l-vodka.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-vodka aromatizzata, għandha tkun ta' 37,5 %.

(c) 

Il-vodka aromatizzata tista' tiġi dolċifikata, blended, mogħtija t-togħma, maturata jew ikkulurita.

(d) 

Meta l-vodka aromatizzata tiġi dolċifikata, il-prodott finali għandu jkun fih inqas minn 100 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru, espress bħala zokkor invertit ekwivalenti.

(e) 

L-isem ġuridiku ta' vodka aromatizzata jista' jkun ukolll-isem ta' kwalunkwe togħma predominanti kkombinat mal-kelma “vodka”. It-terminu “vodka” f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni jista' jiġi sostitwit b'“vodka”.

32.    Xorb spirituż mill-pruna salvaġġa jew pacharán

(a) 

Xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán hija xarba spirituża li jkollha togħma qawwija ta' pruna salvaġġa u prodotta bil-maċerazzjoni tal-pruna salvaġġa (Prunus spinosa) f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, biż-żieda ta' estratti naturali tal-anisi jew distillati tal-anisi, jew tat-tnejn li huma.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandha tkun ta' 25 %.

(c) 

Għall-produzzjoni tax-xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán, għandha tintuża kwantità minima ta' 125 gramma ta' pruna għal kull litru tal-prodott aħħari.

(d) 

Xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandu jkollha kontenut ta' prodotti dolċifikanti, espress bħala zokkor invertit, bejn 80 g u 250 g għal kull litru tal-prodott aħħari.

(e) 

Il-karatteristiċi organolettiċi, il-kulur u t-togħma ta' xarba spirituża mill-pruna salvaġġa jew pacharán għandhom jkunu prodotti esklussivament mill-frotta użata u mill-anisi.

(f) 

It-terminu “pacharán” jista' jintuża bħala isem ġuridiku biss meta l-prodott ikun sar fi Spanja. Meta l-prodott isir barra minn Spanja, “pacharán” jista' jintuża biss biex jissupplimenta l-isem ġuridiku “xorb spirituż mill-pruna salvaġġa”, dment li magħha jiżdied il-kliem: “magħmul fi …” u jissemma l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-produzzjoni.

33.    Likur

(a) 

Il-likur huwa xarba spirituża:

(i) 

li għandha kontenut minimuta' prodotti dolċifikanti, espress bħala zokkor invertit, ta':

— 
70 gramma għal kull litru fil-każ ta' likuri taċ-ċirasa jew taċ-ċirasa morra, li l-alkoħol etiliku tagħhom jikkonsisti esklużivament minn spirtu taċ-ċirasa jew taċ-ċirasa morra,
— 
80 gramma għal kull litru għal-likuri mogħtija t-togħma esklussivament bil-ġenzjana jew pjanta simili jew l-assenzju,
— 
100 gramma għal kull litru fil-każijiet l-oħrajn kollha;
(ii) 

prodotta bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillat ta' oriġini agrikola jew xorb spirituż wieħed jew aktar jew kombinazzjoni tagħhom, li jkun dolċifikat u miżjud b'togħma, prodott ta' oriġini agrikola jew oġġett tal-ikel wieħed jew aktar.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' likur għandha tkun ta' 15 %.

(c) 

Sustanzi ta' taħwir u preparazzjonijiet ta' taħwir jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-likur.

Madankollu, il-likuri li ġejjin jistgħu jingħataw togħma biss b'oġġetti tal-ikel aromatizzanti, preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali:

(i) 

likuri tal-frott:

— 
ananas (Ananas),
— 
frott taċ-ċitru (Citrus spp. L.),
— 
pruna selvaġġa marina (Hippophae rhamnoides L.),
— 
ċawsli (Morus alba, Morus rubra),
— 
ċirasa qarsa (Prunus cerasus),
— 
ċirasa (Prunus avium),
— 
ribes iswed (Ribes nigrum L.),
— 
brambla tal-Artiku (Rubus arcticus L.),
— 
frott l-għollieq tal-muntanji (Rubus chamaemorus L.),
— 
lampun (Rubus idaeus L.),
— 
cranberry salvaġġ (Vaccinium oxycoccos L.),
— 
mirtill (Vaccinium myrtillus L.),
— 
cowberry (Vaccinium vitis-idaea L.),
(ii) 

likuri tal-pjanti:

— 
ġenepi (Artemisia genepi),
— 
ġenzjana (Gentiana L.),
— 
nagħniegħ (Mentha L.),
— 
aniżetta (Pimpinella anisum L.),

▼C3

(d) 

L-isem ġuridiku jista’ jkun ‘liqueur” fi kwalunkwe Stat Membru u:

— 
għal-likuri prodotti bil-maċerazzjoni ta’ ċiras morr jew ċiras (Prunus cerasus jew Prunus avium) f’alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, l-isem ġuridiku jista’ jkun “ guignolet ” jew “ češnjevec ”, bit-terminu “likur” jew mingħajru;
— 
għal-likuri prodotti bil-maċerazzjoni ta’ ċiras morr (Prunus cerasus) f’alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, l-isem ġuridiku jista’ jkun “ ginja ” jew “ ginjinha ” jew “ višnjevec ”, bit-terminu “likur” jew mingħajru;
— 
għal-likuri li għalihom il-kontenut tal-alkoħol huwa pprovdut esklussivament permezz tar-rum, l-isem ġuridiku jista’ jkun “ punch au rhum ”, bit-terminu “likur” jew mingħajru;
— 
mingħajr preġudizzju għall-punt (2) tal-Artikolu 3, il-punt (b) tal-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 11, għal-likuri li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib, l-isem ġuridiku jista’ jkun “krema” ssupplimentat bl-isem tal-materja prima użata li tagħti t-togħma predominanti lil-likur, bit-terminu “likur” jew mingħajru.

▼B

(e) 

It-termini komposti li ġejjin jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal-likuri prodotti fl-Unjoni, fejn l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew distillati ta' oriġini agrikola jintuża sabiex jirrifletti metodi ta' produzzjoni stabbiliti:

— 
prune brandy (brandy tal-pruna);
— 
orange brandy (brandy tal-larinġ);
— 
apricot brandy (brandy tal-berquq)
— 
cherry brandy (brandy taċ-ċirasa);
— 
solbaerrom jew rum tar-ribes iswed.

Fir-rigward tad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettartal-likuri msemmija f'dan il-punt, it-terminu kompost għandu jidherf'linja waħda b'tipa uniformi bl-istess font u kulur u l-kelma “likur” għandha tidher fil-qrib immedjat b'tipa li ma tkunx iċken minn dak il-font. Jekk l-alkoħol ma jkunx ġej mix-xarba spirituża indikata, l-oriġini tiegħu għandu jintwera fuq it-tikketta fl-istess kamp viżiv bħat-terminu kompost u l-kelma “likur” billi jiġi ddikjarat it-tip ta' alkoħol agrikolu jew permezz tal-kliem “alkoħol agrikolu” preċedut kull darba minn “magħmul minn” jew “magħmul bl-użu ta'”.

(f) 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11, 12 u 13(4), l-isem ġuridiku “likur” jista' jiġi ssupplimentat mill-isem ta' aromatizzant jew ta' oġġetti tal-ikel li jagħti t-togħma predominanti tax-xarba spirituża, sakemm it-togħma tingħata lix-xorb spirituż minn oġġetti tal-ikel aromatizzanti, preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali, derivati mill-materja prima msemmija fl-isem tal-aromatizzant jew tal-oġġett tal-ikel, issupplimentati biss minn sustanzi aromatizzanti fejn meħtieġ biex tissaħħaħ it-togħma ta' dik il-materja prima.

34.    Crème de (supplimentat bl-isem ta' frotta jew tal-materja prima oħra użata)

(a) 

Crème de (supplimentati b'isem ta' frotta jew materja prima oħra użata) huwav likur b'kontenut minimuta' prodotti dolċifikanti ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' crème de (supplimentata bl-isem ta' frotta jew ta' materja prima oħra użata) għandha tkun ta' 15 %.

(c) 

Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta' taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għal din ix-xarba spirituża.

▼C2

(d) 

Il-materja prima użata għandha teskludi l-ħalib u prodotti tal-ħalib.

▼B

(e) 

Il-frott jew kwalunkwe materja prima oħra użata fl-isem ġuridiku għandhom ikunu l-frott jew il-materja prima li tagħti lil dik ix-xarba spirituża it-togħma predominanti tagħha.

(f) 

L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.

(g) 

L-isem ġuridiku “crème de cassis” jista' jintuża biss għal likuri prodotti mir-ribes iswed, li jkollhom kontenut ta' prodotti dolċifikanti ta' aktar minn 400 gramma għal kull litru espressi bħala zokkor invertit.

35.    Sloe gin

(a) 

Is-sloe gin (ġinn tal-pruna salvaġġa) huwa likur prodott permezz tal-maċerazzjoni ta' prun salvaġġ fil-gin bil-possibbiltà ta' żieda ta' prun salvaġġ magħsur.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tas-sloe gin għandha tkun ta' 25 %.

(c) 

Sustanzi ta' taħwir naturali u preparazzjonijiet ta' taħwir naturali biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tas-sloe gin.

(d) 

L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.

36.    Sambuca

(a) 

Is-sambuca huwa likur bla kulur b'togħma tal-aniżetta li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

ikun fih distillati tal-anisi (Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata (Illicium verum L.) jew ħxejjex aromatiċi oħra;

(ii) 

ikollu kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 350 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit;

(iii) 

ikollu kontenut ta' anetolu naturali ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tas-sambuca għandha tkun ta' 38 %.

(c) 

Ir-regoli dwar is-sustanzi aromatizzanti u l-preparazzjonijiet aromatizzanti għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għas-sambuca.

(d) 

Is-Sambuca m'għandhiex tkun ikkulurita.

(e) 

L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.

37.    Maraschino, marrasquino jew maraskino

(a) 

Il-maraschino, marrasquino jew maraskino huwa likur bla kulur li togħmtu tiġi prinċipalment minn distillat taċ-ċirasa maraskina jew tal-prodott prodott mill-maċerazzjoni taċ-ċirasa jew partijiet taċ-ċirasa f'alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew f'distillat taċ-ċirasa maraskina b'kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 250 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-maraschino, marrasquino jew maraskino għandha tkun ta' 24 %.

(c) 

Ir-regoli dwar is-sustanzi tat-taħwir u l-preparazzjonijiet ta' taħwir għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għall-maraschino, marrasquino jew maraskino.

(d) 

Maraschino, marrasquino jew maraskino m'għandux ikun ikkulurit.

(e) 

L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.

38.    Nocino jew orehovec

(a) 

Nocino jew orehovec huwa likur li togħmtu tiġi prinċipalment permezz tal-maċerazzjoni, jew permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, tal-ġewż aħdar (Juglans regia L.), b'kontenut minimu ta' prodotti dolċifikanti ta' 100 gramma għal kull litru, espress bħala zokkor invertit.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tan-nocino jew tal-orehovec għandha tkun ta' 30 %.

(c) 

Ir-regoli dwar is-sustanzi aromatizzanti u l-preparazzjonijiet aromatizzanti għal likuri stabbiliti taħt il-kategorija 33 għandhom japplikaw għan-nocino jew orehovec.

(d) 

L-isem ġuridiku jista' jiġi supplimentat bit-terminu “likur”.

39.    Likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat

(a) 

Il-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat huwa likur, sew aromatizzat jew le, prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża, jew kombinazzjoni tagħhom, u li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd, iz-zokkor jew l-għasel ta' kwalità jew it-tnejn. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd pur għandu jkun ta' 140 gramma għal kull litru tal-prodott finali. Fil-każ li jintuża bajd ġej minn tiġieġ li ma jkunx tal-ġeneru Gallus gallus, dan għandu jiġi indikat fit-tikketta.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat hija ta' 14 %.

(c) 

Oġġetti tal-ikel aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti u preparazzjonijiet aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat.

▼C2

(d) 

Fil-produzzjoni ta’ likur tal-bajd jew advocaat jew avocat jew advokat jistgħu jintużaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib.

▼B

40.    Likur bil-bajd

(a) 

Il-likur bil-bajd huwa likur, sew aromatizzat jew le, prodott minn alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, distillat ta' oriġini agrikola jew xarba spirituża, jew kombinazzjoni tagħhom, li l-ingredjenti karatteristiċi tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u z-zokkor jew l-għasel ta' kwalità jew it-tnejn. Il-kontenut minimu ta' zokkor jew għasel għandu jkun ta' 150 gramma għal kull litru espress bħala zokkor invertit. Il-kontenut minimu ta' isfar tal-bajd għandu jkun ta' 70 gramma għal kull litru tal-prodott finali.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-likur bil-bajd għandha tkun ta' 15 %.

(c) 

Oġġetti tal-ikel aromatizzanti, sustanzi aromatizzanti naturali u preparazzjonijiet aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta' likur bil-bajd.

▼C2

(d) 

Fil-produzzjoni ta’ likur bil-bajd jistgħu jintużaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib.

▼B

41.    Mistrà

(a) 

Il-mistrà huwa xarba spirituża bla kulur mogħtija t-togħma bl-aniżetta jew bl-anetolu naturali li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

ikollha kontenut ta' anetolu ta' mhux anqas minn 1 gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru;

(ii) 

jista' jkun fiha wkoll distillat ta' ħxejjex aromatiċi;

(iii) 

ma tkunx ġiet iddolċifikata.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-mistrà għandha tkun ta' 40 % u l-qawwa alkoħolika massima skont il-volum għandha tkun ta' 47 %.

(c) 

Il-Mistrà jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b' sustanzi aromatizzanti naturali.

(d) 

Il-Mistrà m'għandhiex tkun ikkulurita.

42.    Väkevä glögi jew spritglögg

(a) 

Il-väkevä glögi jew spritglögg huwa xarba spirituża magħmula billi tingħata t-togħma lill-inbid jew prodotti tal-inbid u lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz tal-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella, jew it-tnejn li huma, permezz ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:

(i) 

il-maċerazzjoni jew id-distillazzjoni,

(ii) 

id-distillazzjoni tal-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti msemmija hawn fuq,

(iii) 

l-addizzjoni ta' sustanzi aromatizzanti naturali tal-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-väkevä glögi jew spritglögg għandha tkun ta' 15 %.

(c) 

Väkevä glögi jew spritglögg jista' jingħata togħma biss b'sustanzi aromatizzanti, bi preparazzjonijiet aromatizzanti, jew b'aromatizzanti oħrajn iżda t-togħma predominanti għandha tkun dik tal-ħwawar speċifikati fil-punt (a).

(d) 

Il-kontenut ta' nbid jew prodotti tal-inbid m'għandux ikun ta' aktar minn 50 % tal-prodott finali.

43.    Berenburg jew Beerenburg

(a) 

Il-Berenburg jew Beerenburg huwa xarba spirituża li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

hija prodotta bl-użu tal-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola;

(ii) 

hija prodotta permezz tal-maċerazzjoni ta' frott jew pjanti jew partijiet minnhom;

(iii) 

fiha bħala togħma speċifika d-distillat ta' għerq il-ġenzjana (Gentiana lutea L.), ta' frott tal-ġnibru (Juniperus communis L.) u tal-weraq tar-rand (Laurus nobilis L.);

(iv) 

tvarja fil-kulur minn kannella ċar sa skur;

(v) 

tista' tiġi dolċifikata sa massimu ta' 20 gramma ta' prodotti dolċifikanti għal kull litru espress bħala zokkor invertit.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tal-Berenburg jew Beerenburg għandha tkun ta' 30 %.

(c) 

Il-Berenburg jew Beerenburg jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u b'sustanzi aromatizzanti naturali.

44.    Nektar tal-għasel jew nektar tal-mead

(a) 

In-nektar tal-għasel jew in-nektar tal-mead huwa xarba spirituża prodotta billi tingħata t-togħma lil taħlita ta' maxx tal-għasel fermentat u distillat tal-għasel jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, jew tat-tnejn li huma, li fiha mill-inqas 30 % vol. ta' maxx tal-għasel fermentat.

(b) 

Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tan-nektar tal-għasel jew tan-nektar tal-mead għandha tkun ta' 22 %.

(c) 

In-nektar tal-għasel jew tal-mead jista' jingħata togħma biss bi preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali, bil-kundizzjoni li tippredomina t-togħma tal-għasel.

(d) 

In-nektar tal-għasel jew in-nektar tal-mead jista' biss jiġi dolċifikat bl-għasel.




ANNESS II

REGOLI SPEĊIFIĊI DWAR ĊERTU XORB SPIRITUŻ

1.

Ir-Rum-Verschnitt huwa prodott fil-Ġermanja u jinkiseb billi jitħalltu r-rum u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 5 % tal-alkoħol kontenut fil-prodott finali għandu jiġi mir-rum. Il-qawwa alkoħolika minima skont il-volum tar-Rum-Verschnitt għandha tkun ta' 37,5 %. Il-kelma “ Verschnitt ” għandha tidher fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar b'karattri tal-istess tipa, daqs u kulur, u fuq l-istess linja, tal-kelma “ Rum ” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-isem ġuridiku tal-bejgħ ta' dan il-prodott għandu jkun “xorb spirituż”. Meta Rum-Verschnitt jitqiegħed fis-suq barra mill-Ġermanja, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta.

2.

Is-Slivovice huwa prodott miċ-Ċekja u jinkiseb permezz taż-żieda mad-distillat tal-għanbaqar, qabel id-distillazzjoni aħħarija, ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 70 % tal-alkoħol fil-prodott finali għandu jiġi minn mad-distillat tal-għanbaqar. L-isem ġuridiku tal-bejgħ ta' dan il-prodott għandu jkun “xorb spirituż”. L-isem “ slivovice ” jista' jiżdied jekk jidher fl-istess kamp viżiv fuq it-tikketta ta' quddiem. Jekk dan is-slivovice jitqiegħed fis-suq barra miċ-Ċekja, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-użu tal-ismijiet ġuridiċi għal spirti fil-kategorija 9 tal-Anness I.

3.

Il-Guignolet Kirsch huwa prodott fi Franza u jinkiseb billi jitħalltu l-guignolet u l-kirsch, b'tali mod li proporzjon minimu ta' 3 % tal-alkoħol pur totali fil-prodott finali jiġi mill-kirsch. Il-kelma “ guignolet ” trid tidher fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar b'karattri tal-istess tipa, daqs u kulur, u fuq l-istess linja tal-kelma “ kirsch ” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta' quddiem. L-isem ġuridiku ta' dan il-prodott għandu jkun “likur”. Il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu għandha tindika l-perċentwal skont il-volum ta' alkoħol pur li l-guignolet u l-“ kirsch ” jirrappreżentaw fil-kontenut ta' alkoħol pur totali skont il-volum tal-guignolet kirsch.




ANNESS III

METODU TA' INVEKKJAMENT DINAMIKU JEW “ CRIADERAS Y SOLERA ” JEW “ SOLERA E CRIADERAS

Il-metodu ta' invekkjament dinamiku magħruf bħala “ criaderas y solera ” jew “ solera e criaderas ” jikkonsisti fit-twettiq ta' estrazzjonijiet perjodiċi ta' porzjon tal-brandy li jinsab f'kull wieħed mill-btieti u l-kontenituri tal-ballut li jiffurmaw skala ta' invekkjament u r-rifornimenti korrispondenti bil-brandy estratt mill-iskala ta' invekkjament preċedenti.

Definizzjonijiet

“Skala ta' invekkjament” tfisser kull grupp ta' btieti u kontenituri tal-ballut bl-istess livell ta' maturità, li minnhom il-brandy jgħaddi fil-proċess ta' invekkjament tiegħu. Kull skala hija magħrufa bħala “ criadera ”, ħlief l-aħħar waħda, li tiġi qabel l-ispedizzjoni tal-brandy, magħrufa bħala “ solera ”.
“Estrazzjoni” tfisser il-volum parzjali tal-brandy meħud minn kull bittija u kontenitur tal-ballut fi skala ta' invekkjament, għall-inkorporazzjoni tiegħu fil-btieti u l-kontenituri tal-ballut fl-iskala ta' invekkjament li jmiss jew, fil-każ tas-solera, għall-ġarr tiegħu bil-baħar.
“Riforniment” tfisser volum tal-brandy mill-btieti u l-kontenituri tal-ballut ta' skala ta' invekkjament partikolari li huwa inkorporat fil-kontenut tal-btieti u l-kontenituri tal-ballut tal-iskala li jmiss f'termini tal-età, u blended ma' dak il-kontenut.
“Età medja” tfisser perjodu ta' żmien li jikkorrispondi għar-rotazzjoni tal-istokk totali tal-brandy li għaddej mill-proċess ta' invekkjament, ikkalkulat billi l-volum totali tal-brandy li jinsab fl-iskali kollha ta' invekkjament jiġi diviż bil-volum tal-estrazzjonijiet li jsiru mill-aħħar skala – is-solera – f'sena.

L-invekkjament medju tal-brandy meħud mis-solera għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja: t = Vt/Ve, li fih:

— 
t huwa l-invekkjament medju, espress fi snin;
— 
Vt huwa l-volum totali tal-ħażniet fis-sistema ta' invekkjament, espress f'litri ta' alkoħol pur;
— 
Ve huwa l-volum totali tal-prodott estratt għall-ispedizzjoni matul sena, espress f'litri ta' alkoħol pur.

Fil-każ ta' btieti u kontenituri tal-ballut ta' inqas minn 1 000  litru, l-għadd tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun daqs jew inqas mid-doppju tan-numru tal-iskali fil-metodu, sabiex jiġi żgurat li l-komponent l-inqas matur ikollu età ugwali għal sitt xhur jew akbar.

Fil-każ ta' btieti u kontenituri tal-ballut ta' 1 000  litru jew aktar, l-għadd tal-estrazzjonijiet u r-rifornimenti annwali għandu jkun daqs jew inqas min-numru tal-iskali fis-sistema, sabiex jiġi żgurat li l-komponent l-anqas matur ikollu età ta' sena jew aktar.




ANNESS IV

Tabella ta' korrelazzjoni



Dan ir-Regolament

Regolament (KE) Nru 110/2008

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 2, punti (a) sa (d)

Artikolu 2(1) u (3)

Artikolu 2, punt (e)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2, punt (f)

Anness I, punt 6

Artikolu 3(1)

Artikolu 8

Artikolu 3(2) u (3)

Artikolu 10

Artikolu 3(4)

Artikolu 15(1)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(7)

Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(9) u (10)

Artikolu 11(2) u Anness I, punt 4

Artikolu 3(11) u (12)

Anness I, punt (7)

Artikolu 4(1)

Artikolu 7 u Anness I, punt (14)

Artikolu 4(2)

Artikolu 7 u Anness I, punt (15)

Artikolu 4(3)

Artikolu 7 u Anness I, punt (16)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)

Anness I, punt (17)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(7)

Anness I, punt (2)

Artikolu 4(8)

Anness I, punt (3)

Artikolu 4(9)

Anness I, punt (3)

Artikolu 4(10)

Anness I, punt (5)

Artikolu 4(11)

Anness I, punt (8)

Artikolu 4(12)

Anness I, punt (9)

Artikolu 4(13)

Artikolu 4(14)

Artikolu 4(15)

Artikolu 4(16)

Artikolu 4(17)

Artikolu 4(18)

Artikolu 4(19) u (20)

Anness I, punt (10)

Artikolu 4(21)

Artikolu 4(22)

Artikolu 4(23)

Anness I, punt (11)

Artikolu 4(24)

Anness I, punt (12)

Artikolu 5

Anness I, punt (1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 7(1)

Artikolu 4

Artikolu 7(2)

Artikolu 5(1)

Artikolu 7(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 7(4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 26

Artikolu 8(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10(4)

Artikolu 9(3)

Artikolu 10(5)

Artikolu 9(5) u (6)

Artikolu 10(6), punti (a) sa (c), (e) u (f)

Artikolu 10(6)(d)

Artikolu 12(2)

Artikolu 10(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(4) u (7)

Artikolu 10(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1)

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 11(2) u (3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 12(2),(3) u (4)

Artikolu 13(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 9(9)

Artikolu 13(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4)

Artikolu 13(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 13(3), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4)

Artikolu 13(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 13(5)

Artikolu 13(6)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13(7)

Artikolu 14(1)

Anness I, punt (13)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15(2)

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 13

Artikolu 18

Artikolu 19(1)

Artikolu 12(3)

Artikolu 19(2)

Artikolu 20, punt (a)

Artikolu 20, punt (b)

Artikolu 28(2)

Artikolu 20, punt (c)

Artikolu 20, punt (d)

Artikolu 21(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 16

Artikolu 21(3)

Artikolu 15(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(4)

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(4)

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 22(2)

Artikolu 23(1), kliem introduttorju u punti (a), (b) u (c)

Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(3)

Artikolu 23(2)

Artikolu 17(1), it-tieni sentenza

Artikolu 24(1) sa (4)

Artikolu 24(5), (6) u (7)

Artikolu 17(2)

Artikolu 24(8)

Artikolu 17(3)

Artikolu 24(9)

Artikolu 17(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 25

Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(5)

Artikolu 26(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 26(2)

Artikolu 17(6)

Artikolu 27(1)

Artikolu 17(7), l-ewwel sentenza

Artikolu 27(2), (3) u (4)

Artikolu 27(5)

Artikolu 17(7), it-tieni sentenza

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30(1), (2) u (3)

Artikolu 17(8), l-ewwel sentenza

Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(8), it-tieni sentenza

Artikolu 30(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 31

Artikolu 21

Artikolu 32

Artikolu 18

Artikolu 33(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 33(2) u (3)

Artikolu 34(1), (2) u (3)

Artikolu 19

Artikolu 34(4)

Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 35(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 35(2)

Artikolu 23(3)

Artikolu 35(3)

Artikolu 36(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 36(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 37

Artikolu 38(1)

Artikolu 38(2)

Artikolu 22(1)

Artikolu 38(3)

Artikolu 22(2)

Artikolu 38(4)

Artikolu 38(5)

Artikolu 22(3)

Artikolu 38(6)

Artikolu 22(4)

Artikolu 39(1)

Artikolu 39(2) u (3)

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 43(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 43(2)

Artikolu 24(3)

Artikolu 44(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 44(2)

Artikolu 45

Artikolu 6

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 25

Artikolu 48

Artikolu 49

Artikolu 29

Artikolu 50

Artikolu 28

Artikolu 51

Artikolu 30

Anness I, kategoriji 1 sa 31

Anness II, kategoriji 1 sa 31

Anness I, kategorija 32

Anness II, kategorija 37a

Anness I, kategorija 33

Anness II, kategorija 32

Anness I, kategorija 34

Anness II, kategorija 33

Anness I, kategorija 35

Anness II, kategorija 37

Anness I, kategorija 36

Anness II, kategorija 38

Anness I, kategorija 37

Anness II, kategorija 39

Anness I, kategorija 38

Anness II, kategorija 40

Anness I, kategorija 39

Anness II, kategorija 41

Anness I, kategorija 40

Anness II, kategorija 42

Anness I, kategorija 41

Anness II, kategorija 43

Anness I, kategorija 42

Anness II, kategorija 44

Anness I, kategorija 43

Anness II, kategorija 45

Anness I, kategorija 44

Anness II, kategorija 46

Anness II

Anness II, parti taħt it-Titolu “Xorb spirituż ieħor”

Anness III

Anness IV



( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

( 2 ) Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minerali naturali (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).

( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53).

( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

( 7 ) ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).

( 9 ) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

( 10 ) Regolament(UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).

( 11 ) Kif imsemmi fl-Anness 2-D tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika.

( 12 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 21).