02019R0779 — MT — 16.06.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/779 tas-16 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (ĠU L 139I 27.5.2019, p. 360) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/780 tat-12 ta’ Ġunju 2020 |
L 188 |
8 |
15.6.2020 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/779
tas-16 ta' Mejju 2019
li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni (“ċertifikat ECM”) u jinkludi l-funzjonijiet ta' manutenzjoni deskritti fl-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
2. Dan japplika għall-vetturi kollha, u jintroduċi l-possibbiltà għaċ-ċertifikazzjoni ta' funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati.
3. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“akkreditament” tfisser akkreditament kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“korp taċ-ċertifikazzjoni” tfisser korp, responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta' entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni jew għaċ-ċertifikazzjoni tal-entità jew tal-organizzazzjoni li jwettqu l-funzjonijiet ta' manutenzjoni msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, jew partijiet minn dawk il-funzjonijiet;
“rilaxx għas-servizz” tfisser l-assigurazzjoni ġġustifikata u rreġistrata akkumpanjata minn dokumentazzjoni fejn ikun xieraq, mogħtija mill-entità li twettaq il-manutenzjoni lill-amministratur tal-manutenzjoni tal-flotta, li l-manutenzjoni tkun twettqet skont l-ordnijiet tal-manutenzjoni;
“ritorn għall-operazzjoni” tfisser avviż mogħti lill-utent, pereżempju impriża ferrovjarja jew detentur, mill-entità inkarigata mill-manutenzjoni, abbażi ta' rilaxx għas-servizz, li jassigura li jkunu tlestew ix-xogħlijiet xierqa kollha ta' manutenzjoni u li l-vettura, li preċedentement kienet tneħħiet mill-operazzjoni, hija f'kundizzjoni li tintuża b'mod sikur, possibbilment soġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-użu;
Għandha tapplika d-definizzjoni ta' “komponent kritiku għas-sikurezza” prevista fit-Taqsima 4.2.12.1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 ( 1 ).
Artikolu 3
Sistema ta' Ċertifikazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, kwalunkwe entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II, fir-rigward tal-vetturi kollha soġġetti għad-Direttiva (UE) 2016/798.
2. Iċ-ċertifikazzjoni ECM li tistabbilixxi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Anness II għandha tkun obbligatorja għal kwalunkwe entità inkarigata mill-manutenzjoni:
responsabbli għall-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija, jew
li ma tkunx impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura li jkunu qegħdin iwettqu manutenzjoni ta' vetturi esklużivament għall-operazzjonijiet tagħhom stess.
3. Kwalunkwe entità inkarigata mill-manutenzjoni ta' vetturi għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, tista' tapplika għal ċertifikazzjoni ECM.
4. Il-konformità mal-Anness II għandha tintwera permezz ta' ċertifikazzjoni ECM jew, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fil-każ tal-impriżi ferrovjarji permezz tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew fil-każ tal-amministraturi tal-infrastruttura permezz ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza.
5. Iċ-ċertifikat ECM mogħti lil impriża ferrovjarja jew lil amministratur tal-infrastruttura għandu jitqies bħala evidenza tal-konformità mal-punti 5.2.4 u 5.2.5 kemm tal-Anness I u kemm tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 ( 2 ) fir-rigward tal-manutenzjoni tal-vetturi.
Artikolu 4
Komponenti kritiċi għas-sikurezza
1. Għall-ġestjoni tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tqis l-identifikazzjoni inizjali tal-komponenti kritiċi għas-sikurezza mill-manifattur tal-vettura flimkien ma' kwalunkwe struzzjoni speċifika ta' manutenzjoni rreġistrata fil-fajls tekniċi tas-subsistemi msemmija fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
2. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tipprovdi informazzjoni direttament jew permezz tad-detentur lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi tal-infrastruttura li joperaw il-vetturi, lid-detenturi, lill-manifatturi, lid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni tat-tip tal-vetturi, tas-subsistemi jew tal-komponenti, kif l-iktar ikun xieraq, u għandha b'mod partikolari tinformahom dwar sejbiet ta' manutenzjoni eċċezzjonali lil hinn mit-tkagħbir bl-użu.
3. Fejn matul il-manutenzjoni ta' vettura, entità inkarigata mill-manutenzjoni ssir taf b'evidenza li tissuġġerixxi li komponent li preċedentement ma kienx ġie identifikat bħala kritiku għas-sikurezza jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala tali, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-manifattur, lid-detentur tal-awtorizzazzjoni tat-tip tal-vettura u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-vettura.
4. Sabiex jiġi kkonfermat jekk il-komponent huwiex kritiku għas-sikurezza, il-manifattur, meta jkun jista' jiġi identifikat, għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskji. Għandu jqis kif ikun maħsub li jintuża l-komponent u l-ambjent li fih ikun maħsub li jintuża. Kif ikun xieraq, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha taġġusta l-proċeduri tal-manutenzjoni tagħha sabiex tiżgura l-monitoraġġ u l-manutenzjoni sikura tal-komponent.
5. Il-komponenti kritiċi għas-sikurezza, inkluż dawk identifikati skont il-paragrafu 4 ta' hawn fuq, għandhom jiġu rreġistrati fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-vetturi u għandhom jiġu ġestiti permezz tagħha kif ġej:
il-manifatturi għandhom jiġġestixxu l-informazzjoni dwar il-komponenti kritiċi għas-sikurezza u l-istruzzjonijiet xierqa tal-manutenzjoni relatati magħhom permezz ta' referenza fil-fajl tekniku ta' subsistemi msemmija fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797; u
l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni għandhom jiġġestixxu l-komponenti kritiċi għas-sikurezza u l-istruzzjonijiet xierqa tal-manutenzjoni kif ukoll l-attivitajiet rilevanti tal-manutenzjoni fil-fajl jew fid-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2016/798.
6. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tinforma lis-settur ferrovjarju u lill-industrija tal-provvista ferrovjarja dwar sejbiet ġodda jew mhux mistennija li jkunu rilevanti għas-sikurezza, inkluż sejbiet eċċezzjonali tal-manutenzjoni lil hinn mit-tkagħbir bl-użu, b'rabta mal-vetturi, mas-subsistemi jew ma' komponenti oħra, meta r-riskji relatati jkunu rilevanti għal iktar atturi li x'aktarx ma jkunux ikkontrollati sew. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tuża l-għodda tal-IT ta' Twissija għas-Sikurezza jew għodda informatika oħra pprovduta mill-Aġenzija għal dan l-iskop.
7. Fuq talba tal-entità inkarigata għall-manutenzjoni jew tad-detentur tal-vettura, il-manifatturi għandhom jipprovdu appoġġ tekniku u ta' inġinerija għall-komponenti kritiċi għas-sikurezza u għall-integrazzjoni sikura tagħhom.
Artikolu 5
Obbligi tal-partijiet involuti fil-proċess ta' manutenzjoni
1. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni tal-vettura għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni ta' vettura, u fejn ikun applikabbli dwar aspetti rilevanti għat-tħaddim, lill-impriżi ferrovjarji jew lill-amministraturi tal-infrastruttura meta jitolbu għaliha, jew direttament jew inkella permezz tad-detentur.
2. L-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar it-tħaddim ta' vettura lill-entità inkarigata mill-manutenzjoni meta din tintalab, jew direttament jew inkella permezz tad-detentur tal-vettura.
3. Il-partijiet kollha involuti fil-proċess ta' manutenzjoni bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, id-detenturi, l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni, kif ukoll il-manifatturi ta' vetturi, ta' subsistemi jew ta' komponenti, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-manutenzjoni f'konformità mal-kriterji elenkati fit-Taqsimiet I.7 u I.8 tal-Anness II.
4. Fejn kwalunkwe parti involuta, b'mod partikolari impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura, ikollha evidenza li entità inkarigata mill-manutenzjoni ma tikkonformax mal-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-korp taċ-ċertifikazzjoni u lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti b'dan. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni jew, fejn l-entità inkarigata mill-manutenzjoni ma tkunx iċċertifikata, l-awtorità nazzjonali rilevanti għas-sikurezza, għandhom jieħdu azzjoni xierqa biex jikkontrollaw jekk l-ilment ta' nuqqas ta' konformità huwiex ġustifikat.
5. Fejn l-entità inkarigata mill-manutenzjoni tinbidel, id-detentur, f'konformità mal-Artikolu 47(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797, għandu jinforma mingħajr dewmien lill-entità tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE ( 3 ) u jitlob li r-reġistru tal-vetturi jiġi aġġornat. F'dik is-sitwazzjoni:
l-entità preċedenti inkarigata mill-manutenzjoni għandha tipprovdi mingħajr dewmien id-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni lid-detentur;
l-entità preċedenti inkarigata mill-manutenzjoni għandha tinħeles mill-obbligi tagħha meta titneħħa mir-reġistru tal-vetturi;
fin-nuqqas ta' entità ġdida inkarigata mill-manutenzjoni, ir-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tiġi sospiża.
Artikolu 6
Korpi taċ-ċertifikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-korpi taċ-ċertifikazzjoni lill-Aġenzija:
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni fi żmien xahar minn meta sseħħ dik il-bidla.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jikkonformaw mal-kriterji u mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Anness I u ma' kwalunkwe skema speċifika ta' akkreditament settorjali stabbilita permezz tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.
5. Sabiex jiġu armonizzati l-approċċi għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jikkooperaw ma' xulxin fl-Istati Membri u fl-Unjoni kollha.
6. L-Aġenzija għandha torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-korpi taċ-ċertifikazzjoni.
7. Kull tliet snin il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu rapport tal-attività f'forma elettronika lill-Aġenzija. Il-kontenut ta' tali rapport għandu jiġi definit mill-Aġenzija (f'kollaborazzjoni mal-korpi taċ-ċertifikazzjoni) u għandu jkun disponibbli fis-16 ta' Diċembru 2020 u konformi ma' kwalunkwe skema speċifika ta' akkreditament settorjali stabbilita permezz tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tippubblika r-rapporti fuq is-sit web tagħha.
8. Awtorità nazzjonali tas-sikurezza, korp nazzjonali ta' investigazzjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu għal informazzjoni mingħand kwalunkwe korp taċ-ċertifikazzjoni dwar is-sitwazzjoni fir-rigward ta' ċertifikazzjoni ECM individwali. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jwieġeb mhux iktar tard minn ġimagħtejn wara.
Artikolu 7
Ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni
1. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tapplika għal ċertifikazzjoni ECM għand korp taċ-ċertifikazzjoni. Għandha tuża l-formola rilevanti fl-Anness III u tipprovdi evidenza dokumentata għar-rekwiżiti u għall-proċeduri stabbiliti fl-Anness II. L-applikazzjoni għandha tinkludi d-deskrizzjoni tal-istrateġija sabiex tiġi żgurata konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, wara l-għoti taċ-ċertifikazzjoni ECM, inkluż il-konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 ( 4 ).
2. L-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ECM tista' tkun limitata għal kategorija speċifikata ta' vetturi.
3. L-applikant għandu jibgħat informazzjoni u dokumentazzjoni supplimentari fuq talba tal-korp taċ-ċertifikazzjoni. Iż-żmien biex wieħed jipprovdi informazzjoni supplimentari għandu jkun raġonevoli, proporzjonat għad-diffikultà li wieħed jipprovdi l-informazzjoni li tintalab, u miftiehem mal-applikant fuq talba.
4. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jivverifika l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Għal dak l-għan, jista' jagħmel żjarat fis-sit tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni.
5. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jieħu deċiżjoni li jagħti jew li jirrifjuta ċertifikazzjoni ECM mhux iktar tard minn erba' xhur wara li jkun irċieva l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha.
6. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jagħti r-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjonijiet tiegħu. Huwa għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-entità inkarigata mill-manutenzjoni, b'indikazzjoni tal-proċess tal-appell, il-limitu ta' żmien għal appell u d-dettalji ta' kuntatt tal-korp tal-appell.
7. Id-deċiżjoni li tingħata ċ-ċertifikazzjoni ECM għandha tiġi nnotifikata bl-użu tal-formola rilevanti stabbilita fl-Anness IV.
8. Ċertifikazzjoni ECM għandha tkun valida għal perjodu massimu ta' ħames snin. L-entità ċċertifikata inkarigata mill-manutenzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-korp taċ-ċertifikazzjoni bi kwalunkwe bidla li jaf ikollha impatt fuq il-validità taċ-ċertifikazzjoni tagħha.
Artikolu 8
Konformità tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni
1. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jwettaq attivitajiet ta' sorveljanza fir-rigward tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni sabiex jivverifika l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Huwa għandu jwettaq żjarat fis-sit minn tal-inqas darba kull 12-il xahar. L-għażla dwar in-natura tal-attivitajiet ta' sorveljanza u s-siti li trid issirilhom żjara għandu jkollha l-għan li tiżgura konformità kontinwa ġenerali u għandha tkun ibbażata fuq bilanċ ġeografiku u funzjonali. Għandha tqis l-attivitajiet ta' sorveljanza preċedenti tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni li tkun taħt sorveljanza.
2. Fejn il-korp taċ-ċertifikazzjoni jsib li entità inkarigata mill-manutenzjoni ma għadhiex tikkonforma mar-rekwiżiti li abbażi tagħhom ħareġ iċ-ċertifikazzjoni ECM, jista' jieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
3. Fejn l-entità inkarigata mill-manutenzjoni ma ssegwix il-pjan ta' titjib jew tkompli bin-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiddeċiedi li jillimita l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni ECM jew li jirrevokaha, skont il-livell ta' nuqqas ta' konformità.
4. F'każ ta' revoka ta' ċertifikazzjoni ECM, l-entità inkarigata mir-reġistru nazzjonali jew Ewropew tal-vetturi għandha tiżgura s-sospensjoni tar-reġistrazzjoni tal-vetturi affettwati bir-revoka, sakemm tiġi rreġistrata entità ġdida inkarigata mill-manutenzjoni għall-vetturi kkonċernati.
5. Kull entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tibgħat rapport annwali tal-attivitajiet tagħha lill-korp taċ-ċertifikazzjoni tagħha u tara li jkun disponibbli għall-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u għall-Aġenzija jekk jitolbuh. Ir-rekwiżiti għal dan ir-rapport huma stabbiliti fl-Anness V.
Artikolu 9
Esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet ta' manutenzjoni
1. Waħda jew iktar mill-funzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, jew partijiet minnhom, jistgħu jiġu esternalizzati u l-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiġi infurmat b'dan.
2. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha turi lill-korp taċ-ċertifikazzjoni kif tikkonforma mar-rekwiżiti u mal-kriterji ta' valutazzjoni kollha stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tal-funzjonijiet li tiddeċiedi li testernalizza.
3. L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tibqa' responsabbli għall-eżitu tal-attivitajiet ta' manutenzjoni esternalizzati u għandha tistabbilixxi sistema biex timmonitorja t-twettiq tagħhom.
Artikolu 10
Ċertifikazzjoni għal funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati
1. Tista' tintalab ċertifikazzjoni minn kwalunkwe entità jew organizzazzjoni li twettaq waħda jew iktar mill-funzjonijiet ta' manutenzjoni kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 14(3). Tali ċertifikazzjoni għandha tikkonferma li l-manutenzjoni mwettqa mill-entità jew mill-organizzazzjoni kkonċernati ta' waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Anness II.
2. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 13(2) adattati għall-każ partikolari tal-applikant.
Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal ċertifikazzjoni fir-rigward ta' funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati jew partijiet minnhom, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom japplikaw:
ir-rekwiżiti u l-kriterji ta' valutazzjoni stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness II, adattati għat-tip u għal-livell ta' servizz tal-organizzazzjoni;
ir-rekwiżiti u l-kriterji ta' valutazzjoni li jiddeskrivu l-funzjoni jew il-funzjonijiet speċifiċi tal-manutenzjoni.
Artikolu 11
Ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza
Jekk awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun taf li entità inkarigata mill-manutenzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew mar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tinforma lill-korpi jew lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-akkreditament jew għar-rikonoxximent, lill-Aġenzija, lill-korp taċ-ċertifikazzjoni u lil partijiet interessati oħra kif ikun xieraq.
Artikolu 12
Kooperazzjoni mal-korpi taċ-ċertifikazzjoni
L-Aġenzija għandha tappoġġa s-sistema armonizzata ta' ċertifikazzjoni permezz tal-provvista ta':
assistenza lill-korpi nazzjonali tal-akkreditament u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jirrikonoxxu l-korpi taċ-ċertifikazzjoni;
kooperazzjoni fir-rigward ta' skemi xierqa ta' akkreditament u ta' ċertifikazzjoni. Dawk l-iskemi għandhom jistabbilixxu l-kriterji u l-proċeduri sabiex tiġi vvalutata l-konformità tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I (permezz tal-infrastruttura Ewropea ta' akkreditament stabbilita skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008).
Artikolu 13
Għoti ta' informazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tiġbor, tirreġistra u tippubblika l-informazzjoni bażika dwar il-korpi taċ-ċertifikazzjoni u l-entitajiet iċċertifikati inkarigati mill-manutenzjoni. L-Aġenzija għandha toħloq għodda tal-IT biex twettaq dan il-kompitu.
2. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija biċ-ċertifikazzjonijiet ECM kollha li ġew maħruġa, emendati, imġedda, sospiżi jew revokati jew biċ-ċertifikazzjonijiet kollha għall-funzjonijiet kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 14(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, fi żmien ġimgħa mid-deċiżjoni tagħhom, billi jużaw il-formoli stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 14
Rapportar
L-Aġenzija għandha tibgħat lill-Kummissjoni l-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapporti sussegwenti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kull tliet snin wara l-ewwel rapport.
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni akkreditati jew rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 445/2011 għandhom jitqiesu akkreditati jew rikonoxxuti f'konformità ma' dan ir-Regolament skont il-kundizzjonijiet li bihom dawk il-korpi taċ-ċertifikazzjoni ġew akkreditati jew rikonoxxuti.
2. L-attestazzjoni għal entità inkarigata mill-manutenzjoni għal vetturi għajr vaguni tal-merkanzija, maħruġa mill-korp taċ-ċertifikazzjoni abbażi tal-liġijiet nazzjonali, applikabbli fil-qasam irregolat b'dan ir-Regolament, qabel is-16 ta' Ġunju 2020 għandha tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikazzjonijiet ECM għall-perjodu ta' validità oriġinali tagħha jew mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2023.
3. L-attestazzjonijiet ta' konformità mal-prinċipji u mal-kriterji ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 445/2011 maħruġa minn korp taċ-ċertifikazzjoni għal vetturi għajr vaguni tal-merkanzija, sa mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2019, għandhom jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikazzjonijiet ECM maħruġa skont dan ir-Regolament għall-perjodu ta' validità oriġinali tagħhom jew mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2023.
4. L-attestazzjonijiet ta' konformità għall-funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati għal vetturi għajr vaguni tal-merkanzija, maħruġa mill-korp taċ-ċertifikazzjoni sa mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2022, abbażi tal-liġijiet nazzjonali applikabbli fil-qasam irregolat b'dan ir-Regolament qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu għandhom jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikazzjonijiet ECM għall-funzjonijiet ta' manutenzjoni esternalizzati maħruġa skont dan ir-Regolament għall-perjodu ta' validità oriġinali tagħhom jew mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2025.
5. L-entitajiet kollha inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi minbarra l-vaguni tal-merkanzija u tal-vetturi elenkati fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, li mhumiex soġġetti għall-paragrafi 2 sa 4, għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Ġunju 2022.
6. Mingħajr preġudizzju għal xi proċedura li l-korp taċ-ċertifikazzjoni jaf jistabbilixxi bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 445/2011, il-validità taċ-ċertifikati ECM jew taċ-ċertifikati fir-rigward ta’ funzjonijiet ta’ manutenzjoni esternalizzati maħruġa skont dak ir-Regolament, li jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, għandha tiġi estiża għal sitt (6) xhur addizzjonali.
Artikolu 16
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 445/2011 jitħassar b'effett mis-16 ta' Ġunju 2020.
Iċ-ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 445/2011 minn korp taċ-ċertifikazzjoni għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skont dan ir-Regolament għall-perjodu ta' validità oriġinali tagħhom.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2020. Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika mis-16 ta’ Ġunju 2021 u l-Artikolu 15(6) għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Kriterji għall-akkreditament jew għar-rikonoxximent tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni involuti fil-valutazzjoni u fl-għoti taċ-ċertifikati ECM
1. ORGANIZZAZZJONI
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiddokumenta l-istruttura organizzattiva tiegħu, filwaqt li jindika d-dmirijiet, ir-responsabbiltà u l-awtorità tal-persunal tal-ġestjoni tagħha, kif ukoll ta' persunal ieħor ta' ċertifikazzjoni u ta' kwalunkwe kumitat. Fejn il-korp taċ-ċertifikazzjoni jkun parti definita minn entità ġuridika, l-istruttura għandha tinkludi l-linja ta' awtorità u r-relazzjoni ma' partijiet oħra fl-istess entità ġuridika.
2. INDIPENDENZA
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun korp indipendenti mil-lat organizzattiv u funzjonali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu mill-impriżi ferrovjarji, mill-amministraturi tal-infrastruttura, mid-detenturi, mill-manifatturi u mill-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni u ma għandux jipprovdi servizzi simili.
L-indipendenza tal-persunal responsabbli għall-kontrolli taċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi ggarantita. L-ebda uffiċjal ma għandu jiġi rremunerat abbażi tan-numru ta' kontrolli mwettqa jew tar-riżultati ta' dawk il-kontrolli.
3. KOMPETENZA
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni u l-persunal skjerat għandu jkollhom il-kompetenza professjonali meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-vetturi u s-sistema xierqa ta' manutenzjoni. Ir-rekwiżiti speċifiċi li jindirizzaw il-persunal involut fil-ġestjoni u fit-twettiq tal-valutazzjoni u fiċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu deskritti fl-iskema ta' akkreditament.
4. IMPARZJALITÀ
Id-deċiżjonijiet tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq evidenza oġġettiva ta' konformità jew nuqqas ta' konformità miksuba mill-korp taċ-ċertifikazzjoni, u ma għandhomx jiġu influwenzati minn interessi jew minn partijiet oħra.
5. RESPONSABBILTÀ
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni mhuwiex responsabbli għall-iżgurar tal-konformità kontinwa mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni.
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu r-responsabbiltà li jivvaluta evidenza oġġettiva suffiċjenti biex fuqha jibbaża d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni.
6. TRASPARENZA
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiżvela jew jipprovdi aċċess pubbliku għal informazzjoni xierqa u f'waqtha dwar il-proċess tal-awditjar u l-proċess taċ-ċertifikazzjoni tiegħu. Għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dwar l-istat taċ-ċertifikazzjoni (inkluż l-għoti, l-estensjoni, iż-żamma, it-tiġdid, is-sospensjoni, it-tnaqqis tal-ambitu jew l-irtirar taċ-ċertifikazzjoni) ta' kwalunkwe organizzazzjoni, sabiex irawwem il-fiduċja fl-integrità u fil-kredibbiltà taċ-ċertifikazzjoni. It-trasparenza hija prinċipju ta' żvelar jew ta' aċċess għal informazzjoni xierqa.
7. KUNFIDENZJALITÀ
Sabiex jikseb l-aċċess privileġġat għall-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata b'mod adegwat il-konformità mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni, korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta' kwalunkwe informazzjoni kummerċjali dwar klijent.
8. PROĊEDURA GĦALL-ILMENTI
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi proċedura biex jindirizza l-ilmenti dwar id-deċiżjonijiet u dwar attivitajiet oħra relatati maċ-ċertifikazzjoni.
9. OBBLIGAZZJONI U FINANZJAMENT
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun kapaċi juri li evalwa r-riskji li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tiegħu u li għandu arranġamenti adegwati (inkluż assigurazzjoni jew riżervi) biex ikopri l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tiegħu f'kull qasam tal-attivitajiet tiegħu u fiż-żoni ġeografiċi li jopera fihom.
ANNESS II
Ir-rekwiżiti u l-kriterji ta' valutazzjoni għall-organizzazzjonijiet li japplikaw għal ċertifikat ECM jew għal ċertifikat fir-rigward tal-funzjonijiet tal-manutenzjoni esternalizzati minn entità inkarigata mill-manutenzjoni
I. Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-funzjoni tal-ġestjoni
1. Tmexxija — impenn għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' manutenzjoni tal-organizzazzjoni u għat-titjib kontinwu tal-effettività tagħha
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri:
biex tistabbilixxi politika xierqa ta' manutenzjoni għat-tip u għal-livell ta' servizz tal-organizzazzjoni, li tkun approvata mill-kap eżekuttiv tal-organizzazzjoni jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha;
biex tiżgura li jiġu stabbiliti miri tas-sikurezza, f'konformità mal-qafas ġuridiku u li jkunu konsistenti mat-tip, mal-livell u mar-riskji rilevanti tal-organizzazzjoni;
biex tivvaluta l-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tagħha fir-rigward tal-miri tas-sikurezza korporattivi tagħha;
biex tiżviluppa pjanijiet u proċeduri biex tilħaq il-miri tas-sikurezza tagħha;
biex tiżgura li jkunu disponibbli r-riżorsi meħtieġa biex jitwettqu l-proċessi kollha sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness;
biex tidentifika u tiġġestixxi l-impatt ta' attivitajiet oħra ta' ġestjoni fuq is-sistema ta' manutenzjoni;
biex tiżgura li l-amministrazzjoni superjuri tkun konxja mir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-awditjar tal-prestazzjoni u tieħu r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni ta' bidliet fis-sistema ta' manutenzjoni;
biex tiżgura li l-persunal u r-rappreżentanti tal-persunal ikunu rappreżentati u kkonsultati b'mod adegwat fil-proċessi tad-definizzjoni, tal-iżvilupp, tal-monitoraġġ u tar-rieżami tal-aspetti tas-sikurezza tal-proċessi relatati kollha li jistgħu jinvolvu lill-persunal.
2. Ġestjoni tar-riskji — approċċ strutturat biex jiġu vvalutati r-riskji assoċjati mal-manutenzjoni tal-vetturi, inkluż dawk li jirriżultaw direttament minn proċessi operazzjonali u mill-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet jew ta' persuni oħra, u biex jiġu identifikati l-miżuri xierqa ta' kontroll tar-riskji
2.1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri u arranġamenti fis-seħħ biex tirrikonoxxi l-ħtieġa u l-impenn għall-kollaborazzjoni mad-detenturi, mal-impriżi ferrovjarji, mal-amministraturi tal-infrastruttura, mad-disinjaturi u mal-manifatturi tal-vetturi u tal-komponenti jew ma' partijiet interessati oħra. |
2.2. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri ta' ġestjoni tar-riskji biex tiġġestixxi l-bidliet fil-fajl tal-manutenzjoni, inkluż pjanijiet ta' manutenzjoni, tagħmir, proċeduri, organizzazzjoni, persunal jew interfaċċi, u biex tapplika l-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi tal-evalwazzjoni u tal-valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
2.3. |
Meta tivvaluta r-riskji, organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tqis il-ħtieġa li tiddetermina, tipprovdi u ssostni ambjent tax-xogħol xieraq li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni, b'mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE ( 5 ). |
3. Monitoraġġ — approċċ strutturat biex jiġi żgurat li l-miżuri tal-kontroll tar-riskji huma fis-seħħ, li qegħdin jaħdmu sew u li qegħdin jilħqu l-objettivi tal-organizzazzjoni
3.1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex b'mod regolari tiġbor, timmonitorja u tanalizza d-data rilevanti dwar is-sikurezza, inkluż:
(a)
it-twettiq ta' proċessi rilevanti;
(b)
ir-riżultati tal-proċessi (inkluż is-servizzi u l-prodotti kollha b'kuntrattar);
(c)
l-effettività tal-arranġamenti tal-kontroll tar-riskji;
(d)
l-informazzjoni dwar l-esperjenza, il-funzjonament ħażin, id-difetti u t-tiswijiet li jirriżultaw mit-tħaddim ta' kuljum u mill-manutenzjoni. |
3.2. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li l-aċċidenti, l-inċidenti, l-okkorrenzi fejn wieħed jeħlisha ħafif u okkorrenzi perikolużi oħra jiġu rrapportati, irreġistrati, investigati u analizzati. |
3.3. |
Biex isir rieżami perjodiku tal-proċessi kollha, l-organizzazzjoni għandu jkollha sistema ta' awditjar intern li tkun indipendenti, imparzjali u li taġixxi b'mod trasparenti. Din is-sistema għandu jkollha proċeduri fis-seħħ biex:
(a)
tiżviluppa pjan ta' awditjar intern, li jista' jiġi revedut skont ir-riżultati ta' awditjar preċedenti u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni;
(b)
tanalizza u tevalwa r-riżultati tal-awditjar;
(c)
tipproponi u timplimenta miżuri jew azzjonijiet korrettivi speċifiċi;
(d)
tivverifika l-effettività ta' miżuri jew ta' azzjonijiet preċedenti. |
3.4. |
Il-proċeduri msemmija fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 ta' din it-Taqsima għandhom jikkonformaw mal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi tal-evalwazzjoni u tal-valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798 u mal-metodi għall-valutazzjoni tal-livell ta' sikurezza u tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi ferrovjarji fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni kif adottati skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1) ta' dik id-Direttiva. |
4. Titjib kontinwu — approċċ strutturat biex tiġi analizzata l-informazzjoni miġbura permezz ta' monitoraġġ regolari, awditjar, jew sorsi rilevanti oħra, u biex ir-riżultati jservu ta' tagħlim u biex jiġu adottati miżuri preventivi jew korrettivi għaż-żamma jew għat-titjib tal-livell ta' sikurezza
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri sabiex jiġi żgurat li:
in-nuqqasijiet identifikati jiġu rettifikati;
l-iżviluppi ġodda fis-sikurezza jiġu implimentati;
is-sejbiet tal-awditjar intern jintużaw biex tittejjeb is-sistema;
jiġu implimentati azzjonijiet preventivi jew korrettivi, meta jkunu meħtieġa, biex tiġi żgurata l-konformità tas-sistema ferrovjarja mal-istandards u ma' rekwiżiti oħra matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir u tal-operazzjonijiet;
l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-investigazzjoni u l-kawżi tal-aċċidenti, tal-inċidenti, tal-okkorrenzi fejn wieħed jeħlisha ħafif u ta' okkorrenzi perikolużi oħra sservi ta' tagħlim u, fejn ikun meħtieġ, biex jiġu adottati miżuri sabiex jittejjeb il-livell ta' sikurezza;
ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, mill-korp nazzjonali ta' investigazzjoni u mill-investigazzjonijiet industrijali jew interni jiġu evalwati u implimentati jekk ikunu xierqa;
ir-rapporti jew l-informazzjoni rilevanti mill-impriżi ferrovjarji/mill-amministraturi tal-infrastruttura, u mid-detenturi jew minn sorsi rilevanti oħra jiġu kkunsidrati u jitqiesu.
5. Struttura u responsabbiltà — approċċ strutturat biex jiġu ddefiniti r-responsabbiltajiet tal-individwi u tat-timijiet biex l-objettivi tas-sikurezza tal-organizzazzjoni jintlaħqu b'mod sigur
5.1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex talloka r-responsabbiltajiet għall-proċessi rilevanti kollha fl-organizzazzjoni kollha. |
5.2. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiddefinixxi b'mod ċar l-oqsma ta' responsabbiltà relatati mas-sikurezza u d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet għal funzjonijiet speċifiċi assoċjati magħhom kif ukoll mal-interfaċċi tagħhom. Dawn jinkludu l-proċeduri indikati fil-punt 2.1 ta' hawn fuq bejn l-organizzazzjoni u d-detenturi, u fejn ikun xieraq, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura. |
5.3. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li l-persunal b'responsabbiltajiet delegati fl-organizzazzjoni jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi xierqa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Ir-responsabbiltà u l-kompetenza għandhom ikunu koerenti u kompatibbli mar-rwol tiegħu, u d-delegi għandhom isiru bil-miktub. |
5.4. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet relatati mal-proċessi rilevanti fl-organizzazzjoni kollha. |
5.5. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex lil dawk bi rwol amministrattiv iżżommhom responsabbli għall-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tas-sikurezza. |
6. Ġestjoni tal-kompetenzi — approċċ strutturat biex jiġi żgurat li l-impjegati jkollhom il-kompetenzi meħtieġa sabiex l-objettivi tal-organizzazzjoni jintlaħqu b'mod sikur, effettiv u effiċjenti fiċ-ċirkostanzi kollha
6.1. |
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' ġestjoni tal-kompetenzi li tipprevedi:
(a)
l-identifikazzjoni tal-karigi bir-responsabbiltà li fis-sistema jwettqu l-proċessi kollha meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness;
(b)
l-identifikazzjoni tal-karigi li jinvolvu kompiti relatati mas-sikurezza;
(c)
l-allokazzjoni ta' persunal b'kompetenzi xierqa għall-kompiti rilevanti. |
6.2. |
Fis-sistema tal-ġestjoni tal-kompetenzi tal-organizzazzjoni, għandu jkun hemm proċeduri ta' ġestjoni tal-kompetenzi tal-persunal, li minn tal-inqas jinkludu:
(a)
l-identifikazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-esperjenza meħtieġa għall-kompiti relatati mas-sikurezza skont kif ikun xieraq għar-responsabbiltajiet tagħhom;
(b)
il-prinċipji dwar is-selezzjoni, inkluż il-livell edukattiv bażiku, il-ħila mentali u s-saħħa fiżika;
(c)
it-taħriġ inizjali u l-kwalifiki jew iċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi jew tal-ħiliet akkwiżiti;
(d)
il-garanzija li l-persunal kollu jkun konxju mir-rilevanza u mill-importanza tal-attivitajiet tiegħu u kif jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tas-sikurezza;
(e)
it-taħriġ kontinwu u l-aġġornament perjodiku tal-għarfien u tal-ħiliet eżistenti;
(f)
il-kontrolli perjodiċi tal-kompetenzi, tal-ħila mentali u tas-saħħa fiżika fejn ikun meħtieġ;
(g)
il-miżuri speċjali fil-każ ta' aċċidenti/inċidenti jew assenzi twal minn fuq il-post tax-xogħol, kif ikun meħtieġ. |
7. Informazzjoni – approċċ strutturat biex jiġi żgurat li l-informazzjoni importanti tkun disponibbli għal dawk li jesprimu ġudizzju u li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni
7.1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex jiġu definiti mezzi ta' rappurtar biex tiżgura li, fl-entità stess u fil-ftehimiet kummerċjali tagħha ma' atturi oħra, inkluż l-amministraturi tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji, id-detenturi u d-disinjaturi jew il-manifatturi tal-vetturi jew tal-komponenti, jew it-tnejn li huma meta jkun xieraq, l-informazzjoni dwar il-proċessi rilevanti kollha tiġi skambjata u tintbagħat kif suppost lill-persuna li jkollha r-rwol xieraq kemm fl-organizzazzjoni stess kif ukoll f'organizzazzjonijiet oħra, minnufih u b'mod ċar. |
7.2. |
Sabiex tiżgura skambju adegwat tal-informazzjoni, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri:
(a)
għall-wasla u għall-ipproċessar ta' informazzjoni speċifika;
(b)
għall-identifikazzjoni, għall-ġenerazzjoni u għat-tixrid ta' informazzjoni speċifika;
(c)
biex tara li tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u aġġornata. |
7.3. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li l-informazzjoni operazzjonali ewlenija tkun:
(a)
rilevanti u valida;
(b)
akkurata;
(c)
kompluta;
(d)
aġġornata b'mod xieraq;
(e)
ivverifikata;
(f)
konsistenti u faċli biex tinftiehem (inkluż il-lingwaġġ użat);
(g)
mgħarrfa lill-persunal skont ir-responsabbiltajiet tiegħu, qabel ma tiġi applikata;
(h)
aċċessibbli faċilment għall-persunal, u jiġu pprovduti kopji fejn ikun meħtieġ. |
7.4. |
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 7.1, 7.2 u 7.3 japplikaw b'mod partikolari għall-informazzjoni operazzjonali li ġejja:
(a)
il-kontrolli tal-akkuratezza u tal-kompletezza tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi fir-rigward tal-identifikazzjoni (inkluż il-mezzi) u r-reġistrazzjoni tal-vetturi li tkun saritilhom manutenzjoni mill-organizzazzjoni;
(b)
id-dokumentazzjoni dwar il-manutenzjoni;
(c)
l-informazzjoni dwar l-appoġġ ipprovdut lid-detenturi u, fejn ikun xieraq, lil partijiet oħra, inkluż l-impriżi ferrovjarji/l-amministraturi tal-infrastruttura;
(d)
l-informazzjoni dwar il-kwalifiki tal-persunal u s-superviżjoni sussegwenti matul l-iżvilupp tal-manutenzjoni;
(e)
l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet (inkluż l-għadd ta' mili, it-tip u l-livell ta' attivitajiet, l-inċidenti jew l-aċċidenti) u t-talbiet tal-impriżi ferrovjarji, tad-detenturi u tal-amministraturi tal-infrastruttura;
(f)
ir-rekords tal-manutenzjoni mwettqa, inkluż l-informazzjoni dwar in-nuqqasijiet identifikati waqt l-ispezzjonijiet u l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-impriżi ferrovjarji jew mill-amministraturi tal-infrastruttura bħal pereżempju l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ imwettqa qabel it-tluq tal-ferrovija jew tul ir-rotta tagħha;
(g)
ir-rilaxx għas-servizz u r-ritorn għall-operazzjoni;
(h)
l-ordnijiet tal-manutenzjoni;
(i)
l-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta lill-impriżi ferrovjarji/lill-amministraturi tal-infrastruttura u lid-detenturi għall-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni;
(j)
l-informazzjoni f'każ ta' emerġenza li tikkonċerna sitwazzjonijiet fejn jiġi mfixkel l-istat sikur tal-operat, li jaf tikkonsisti:
(i)
mill-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet tal-użu jew ta' kundizzjonijiet speċifiċi tat-tħaddim ta' vetturi li saritilhom manutenzjoni mill-organizzazzjoni jew ta' vetturi oħra tal-istess serje anke jekk il-manutenzjoni tkun saritilhom minn entitajiet oħra inkarigati mill-manutenzjoni, billi din l-informazzjoni għandha tiġi kondiviża wkoll mal-partijiet involuti kollha;
(ii)
minn informazzjoni urġenti dwar kwistjonijiet relatati mas-sikurezza li ġew identifikati waqt il-manutenzjoni, bħal pereżempju nuqqasijiet identifikati f'komponent li jkunu komuni għal diversi kategoriji jew serje ta' vetturi;
(k)
mill-informazzjoni/mid-data rilevanti kollha meħtieġa sabiex jintbagħat ir-rapport annwali dwar il-manutenzjoni lill-korp taċ-ċertifikazzjoni u lill-klijenti rilevanti (inkluż id-detenturi), billi dan ir-rapport għandu jkun disponibbli ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jekk jitolbu għalih. |
8. Dokumentazzjoni — approċċ strutturat biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-informazzjoni rilevanti kollha
8.1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri adegwati fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-proċessi rilevanti kollha jiġu ddokumentati kif suppost. |
8.2. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri adegwati fis-seħħ biex:
(a)
timmonitorja u taġġorna regolarment id-dokumentazzjoni rilevanti kollha;
(b)
tifformattja, tiġġenera, tiddistribwixxi u tivverifika l-bidliet fid-dokumentazzjoni rilevanti kollha;
(c)
tirċievi, tiġbor u tarkivja d-dokumentazzjoni rilevanti kollha. |
9. Attivitajiet ta' kuntrattar — approċċ strutturat biex jiġi żgurat li ssir ġestjoni xierqa tal-attivitajiet sottokuntrattati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-organizzazzjoni
9.1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri fis-seħħ sabiex tiżgura li l-prodotti u s-servizzi relatati mas-sikurezza jiġu identifikati. |
9.2. |
Meta jintużaw kuntratturi u/jew fornituri ta' prodotti u ta' servizzi relatati mas-sikurezza, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri fis-seħħ sabiex fil-mument tas-selezzjoni tivverifika li:
(a)
il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u l-fornituri jkunu kompetenti;
(b)
il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u l-fornituri jkollhom sistema ta' manutenzjoni u ta' ġestjoni li tkun adegwata u ddokumentata. |
9.3. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tiddefinixxi r-rekwiżiti li tali kuntratturi u fornituri għandhom jissodisfaw. |
9.4. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri sabiex timmonitorja kemm il-fornituri u/jew il-kuntratturi jkunu konxji tar-riskji li huma jikkawżaw lill-operazzjonijiet tal-organizzazzjoni. |
9.5. |
Meta s-sistema ta' manutenzjoni jew ta' ġestjoni ta' kuntrattur jew ta' fornitur tkun iċċertifikata, il-proċess ta' monitoraġġ deskritt fil-punt 3 jista' jiġi limitat għar-riżultati tal-proċessi operazzjonali b'kuntrattar imsemmija fil-punt 3.1(b). |
9.6. |
Minn tal-inqas il-prinċipji bażiċi għall-proċessi li ġejjin għandhom jiġu definiti, magħrufa u allokati b'mod ċar fil-kuntratt bejn il-partijiet kontraenti:
(a)
ir-responsabbiltajiet u l-kompiti marbuta mal-kwistjonijiet relatati mas-sikurezza ferrovjarja;
(b)
l-obbligi marbuta mat-trasferiment tal-informazzjoni rilevanti bejn iż-żewġ partijiet;
(c)
it-traċċabbiltà tad-dokumenti relatati mas-sikurezza. |
II. Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-funzjoni tal-iżvilupp tal-manutenzjoni
1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura għall-identifikazzjoni u għall-ġestjoni:
(a)
tal-attivitajiet kollha ta' manutenzjoni li jaffettwaw is-sikurezza;
(b)
tal-komponenti kritiċi kollha għas-sikurezza. |
2. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiggarantixxi l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabbiltà, inkluż l-aġġornamenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja, billi:
(a)
tiżgura l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-parametri bażiċi għall-interoperabbiltà kif stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs) rilevanti;
(b)
tivverifika fiċ-ċirkostanzi kollha l-konsistenza tal-fajl tal-manutenzjoni mal-awtorizzazzjoni relatata mal-vettura (inkluż kwalunkwe rekwiżit nazzjonali tas-sikurezza), inkluż il-konformità mal-fajl tekniku u mat-tip ta' rekords bħal fir-Reġistru Ewropew tat-Tipi ta' Vetturi Awtorizzati (ERATV);
(c)
tiġġestixxi kwalunkwe sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni;
(d)
tidentifika l-ħtieġa għal valutazzjoni tar-riskji tal-impatt potenzjali tal-bidla inkwistjoni fuq is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja, permezz tal-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798;
(e)
tiġġestixxi l-konfigurazzjoni tal-bidliet tekniċi kollha li jaffettwaw l-integrità tas-sistema tal-vettura. |
3. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura għad-disinn u għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-għodod tal-manutenzjoni żviluppati u meħtieġa speċifikament għat-twettiq tal-manutenzjoni. L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tikkontrolla li dawn il-faċilitajiet, it-tagħmir u l-għodod jintużaw, jinħażnu u ssirilhom manutenzjoni skont l-iskeda tal-manutenzjoni tagħhom u f'konformità mar-rekwiżiti tal-manutenzjoni tagħhom. |
4. |
Meta l-vetturi jibdew l-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex:
(a)
tikseb aċċess għar-rakkomandazzjonijiet għaż-żamma tad-dokumentazzjoni inizjali u tiġbor biżżejjed informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ippjanati;
(b)
tanalizza dawk ir-rakkomandazzjonijiet għaż-żamma tad-dokumentazzjoni inizjali u tipprovdi, permezz tal-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-ewwel fajl tal-manutenzjoni, filwaqt li tqis ukoll l-informazzjoni li tinsab fi kwalunkwe garanzija assoċjata;
(c)
tiżgura li l-implimentazzjoni tal-ewwel fajl tal-manutenzjoni issir skont dan. |
5. |
Sabiex iżżomm il-fajl tal-manutenzjoni aġġornat tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vettura, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex:
(a)
minn tal-inqas tiġbor l-informazzjoni rilevanti rigward:
(i)
it-tip u l-livell ta' operazzjonijiet imwettqa effettivament, inklużi l-aċċidenti, l-aċċidenti serji u l-inċidenti, iżda mhux limitat għalihom biss, kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/798;
(ii)
id-detezzjoni tal-ħsarat fil-komponenti;
(iii)
it-tip u l-livell tal-operazzjonijiet ippjanati;
(iv)
il-manutenzjoni mwettqa effettivament.
(b)
tiddefinixxi l-ħtieġa li jsiru aġġornamenti, filwaqt li jitqiesu l-valuri ta' limitu għall-interoperabbiltà;
(c)
tagħmel proposti dwar il-bidliet u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll tapprovahom, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni bbażata fuq kriterji ċari, filwaqt li jitqiesu s-sejbiet mill-valutazzjoni tar-riskji mwettqa permezz tal-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798;
(d)
tiżgura li l-implimentazzjoni tal-bidliet issir skont dan;
(e)
timmonitorja l-effettività tal-bidliet permezz ta' proċess b'konsistenza mal-metodi għall-valutazzjoni tal-livell ta' sikurezza u tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi ferrovjarji fil-livell nazzjonali u dak Ewropew kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
6. |
Meta l-proċess ta' ġestjoni tal-kompetenzi jiġi applikat għall-funzjoni tal-iżvilupp tal-manutenzjoni, minn tal-inqas għandhom jitqiesu l-attivitajiet li ġejjin li jaffettwaw is-sikurezza:
(a)
l-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 għall-valutazzjoni tal-bidliet fil-fajl tal-manutenzjoni;
(b)
id-dixxiplini tal-inġinerija meħtieġa għall-ġestjoni tal-istabbiliment, tal-bidliet fil-fajl tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp, tal-valutazzjoni, tal-validazzjoni u tal-approvazzjoni tas-sostituzzjonijiet fil-qafas tal-manutenzjoni;
(c)
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq il-komponenti kritiċi għas-sikurezza;
(d)
it-tekniki tat-tgħaqqid (inkluż l-iwweldjar u l-irbit);
(e)
l-ittestjar mhux distruttiv. |
7. |
Meta l-proċess tad-dokumentazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tal-iżvilupp tal-manutenzjoni, minn tal-inqas jeħtieġ li tiġi ggarantita t-traċċabbiltà tal-elementi li ġejjin:
(a)
id-dokumentazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp, tal-valutazzjoni, tal-validazzjoni u tal-approvazzjoni ta' sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni;
(b)
il-konfigurazzjoni tal-vetturi, inkluż il-komponenti kritiċi għas-sikurezza u l-modifiki tas-softwer abbord, iżda mhux limitat għalihom biss;
(c)
ir-rekords dwar il-manutenzjoni mwettqa;
(d)
ir-riżultati ta' studji dwar l-esperjenza miksuba;
(e)
il-verżjonijiet suċċessivi kollha tal-fajl tal-manutenzjoni, inkluż il-valutazzjoni tar-riskji;
(f)
ir-rapporti dwar il-kompetenza u s-superviżjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni u tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta;
(g)
l-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta bħala appoġġ għad-detenturi, għall-impriżi ferrovjarji u għall-amministraturi tal-infrastruttura. |
III. Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta
1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tikkontrolla l-kompetenza, id-disponibbiltà u l-kapaċità tal-entità responsabbli għat-twettiq tal-manutenzjoni qabel ma tingħata l-ordni li ssir il-manutenzjoni. Dan jirrikjedi li l-workshops tal-manutenzjoni jkunu kkwalifikati kif suppost biex jiddeċiedu dwar ir-rekwiżiti għall-kompetenzi tekniċi fil-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni. |
2. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura għall-kompożizzjoni tal-pakkett tax-xogħol u għall-ħruġ u għar-rilaxx tal-ordni tal-manutenzjoni. |
3. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tibgħat il-vetturi għall-manutenzjoni fil-ħin opportun. |
4. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tiġġestixxi t-tneħħija tal-vetturi mit-tħaddim għall-manutenzjoni jew meta jiġi mfixkel it-tħaddim sikur jew meta l-ħtiġijiet tal-manutenzjoni jaffettwaw it-tħaddim normali. |
5. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex tiddefinixxi l-miżuri ta' verifika meħtieġa li jiġu applikati għat-twettiq tal-manutenzjoni u għar-rilaxx għas-servizz tal-vetturi. |
6. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex toħroġ avviż ta' ritorn għall-operazzjoni, inkluż id-definizzjoni ta' restrizzjonijiet tal-użu biex jiġi żgurat it-tħaddim sikur billi titqies id-dokumentazzjoni tar-rilaxx għas-servizz. |
7. |
Meta l-proċess tal-ġestjoni tal-kompetenzi jiġi applikat għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta, minn tal-inqas għandu jitqies ir-ritorn għall-operazzjoni, inkluż id-definizzjoni tar-restrizzjoni tal-użu. |
8. |
Meta l-proċess ta' informazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta, minn tal-inqas jeħtieġ li l-elementi li ġejjin jiġu pprovduti għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni:
(a)
ir-regoli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli;
(b)
il-pjan ta' manutenzjoni għal kull vettura;
(c)
lista tal-partijiet ta' rikambju, inkluż deskrizzjoni teknika dettaljata biżżejjed għal kull parti sabiex tkun tista' ssir sostituzzjoni eżatta bl-istess garanziji;
(d)
lista ta' materjali, inkluż deskrizzjoni dettaljata biżżejjed tal-użu tagħhom u l-informazzjoni meħtieġa dwar is-saħħa u s-sikurezza;
(e)
dossier li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-attivitajiet li jaffettwaw is-sikurezza u li jinkludi r-restrizzjonijiet waqt l-użu għall-komponenti;
(f)
lista ta' komponenti jew sistemi soġġetti għal rekwiżiti legali u lista ta' dawk ir-rekwiżiti (inkluż l-akkumulaturi tal-brejkijiet u t-tankijiet għat-trasport ta' oġġetti perikolużi);
(g)
l-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 għall-valutazzjoni tal-bidliet li jaffettwaw il-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta. |
9. |
Meta l-proċess ta' informazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta, il-partijiet interessati għandhom minn tal-inqas jiġu infurmati dwar ir-ritorn għall-operazzjoni, inkluż ir-restrizzjonijiet tal-użu rilevanti għall-utenti (l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura). |
10. |
Meta l-proċess tad-dokumentazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta, minn tal-inqas jeħtieġ li jiġu rreġistrati l-elementi li ġejjin:
(a)
l-ordnijiet tal-manutenzjoni;
(b)
ir-ritorn għall-operazzjoni, inkluż ir-restrizzjonijiet tal-użu rilevanti għall-impriżi ferrovjarji u għall-amministraturi tal-infrastruttura. |
IV. Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni
1. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex:
(a)
tikkontrolla l-kompletezza u l-adegwatezza tal-informazzjoni mogħtija mill-funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta fir-rigward tal-attivitajiet ordnati;
(b)
tivverifika l-użu tad-dokumenti tal-manutenzjoni meħtieġa u rilevanti u ta' standards oħra applikabbli għat-twettiq ta' servizzi ta' manutenzjoni f'konformità mal-ordnijiet tal-manutenzjoni;
(c)
tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti kollha tal-manutenzjoni, kif definit fir-regolamenti applikabbli u fl-istandards speċifikati fl-ordnijiet tal-manutenzjoni, ikunu disponibbli għall-persunal involut kollu (eż. ikunu disponibbli fl-istruzzjonijiet tax-xogħol interni). |
2. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri sabiex jiġi żgurat li:
(a)
il-komponenti (inkluż il-partijiet ta' rikambju) u l-materjali jintużaw kif speċifikat fl-ordnijiet tal-manutenzjoni u fid-dokumentazzjoni tal-fornitur;
(b)
il-komponenti u l-materjali jinħażnu, jiġu ttrattati u jiġu ttrasportati b'mod li jipprevjeni it-tkagħbir bl-użu u li ssirilhom xi ħsara u kif inhu speċifikat fl-ordnijiet tal-manutenzjoni u fid-dokumentazzjoni tal-fornitur;
(c)
il-komponenti u l-materjali kollha, inkluż dawk ipprovduti mill-klijent, jikkonformaw mar-regoli nazzjonali u internazzjonali rilevanti kif ukoll mar-rekwiżiti tal-ordnijiet tal-manutenzjoni rilevanti. |
3. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiddetermina, tidentifika, tipprovdi, tirreġistra u tara li jkunu disponibbli faċilitajiet, tagħmir u għodod adegwati u xierqa sabiex tkun tista' twettaq is-servizzi ta' manutenzjoni f'konformità mal-ordnijiet tal-manutenzjoni u ma' speċifikazzjonijiet applikabbli oħra, filwaqt li tiżgura:
(a)
it-twettiq sikur tal-manutenzjoni, inkluż is-saħħa u s-sikurezza tal-persunal tal-manutenzjoni;
(b)
l-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa, inkluż ukoll l-interfaċċi bejn l-utenti u s-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika jew it-tagħmir dijanjostiku. |
4. |
Fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu żgurati riżultati validi, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri li jiżguraw li t-tagħmir tal-kejl tagħha jkun:
(a)
ikkalibrat jew ivverifikat f'intervalli speċifikati, jew qabel l-użu, skont standards ta' kejl internazzjonali, nazzjonali jew industrijali – fejn ma jeżistux tali standards, għandha tiġi rreġistrata l-bażi li tintuża għall-kalibrazzjoni jew għall-verifika;
(b)
aġġustat jew aġġustat mill-ġdid skont kif ikun meħtieġ;
(c)
identifikat biex l-istat tal-kalibrazzjoni jkun jista' jiġi ddeterminat;
(d)
salvagwardjat minn aġġustamenti li jistgħu jinvalidaw ir-riżultat tal-kejl;
(e)
protett minn ħsara u minn deterjorament matul it-trattament, il-manutenzjoni u l-ħżin. |
5. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li l-faċilitajiet, it-tagħmir u l-għodod kollha jintużaw, jiġu kkalibrati, jiġu ppreservati u ssirilhom manutenzjoni b'mod korrett f'konformità mal-proċeduri ddokumentati. |
6. |
L-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tikkontrolla li l-kompiti mwettqa jkunu f'konformità mal-ordnijiet tal-manutenzjoni u biex toħroġ l-avviż tar-rilaxx għas-servizz. L-avviż tar-rilaxx għas-servizz għandu jinkludi l-informazzjoni kollha li tkun utli biex jiġu definiti r-restrizzjonijiet tal-użu. |
7. |
Meta l-proċess tal-valutazzjoni tar-riskji (b'mod partikolari il-punti 2.2 u 2.3 tat-Taqsima I) jiġi applikat għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, l-ambjent tax-xogħol għandu jinkludi mhux biss il-workshops fejn issir il-manutenzjoni iżda wkoll il-binarji barra l-binjiet tal-workshops u l-postijiet kollha fejn jitwettqu l-attivitajiet ta' manutenzjoni. |
8. |
Meta l-proċess tal-ġestjoni tal-kompetenzi jiġi applikat għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, minn tal-inqas għandhom jitqiesu l-attivitajiet li ġejjin li jaffettwaw is-sikurezza, fejn ikun xieraq:
(a)
it-tekniki tat-tgħaqqid (inkluż l-iwweldjar u l-irbit);
(b)
l-ittestjar mhux distruttiv;
(c)
l-ittestjar finali tal-vetturi u r-rilaxx għas-servizz;
(d)
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq is-sistemi tal-brejkijiet, is-settijiet tar-roti u t-tagħmir ta' trazzjoni, u l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq komponenti speċifiċi tal-vaguni tal-merkanzija għat-trasport ta'oġġetti perikolużi, pereżempju tankijiet, valvijiet, eċċ.;
(e)
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq il-komponenti kritiċi għas-sikurezza;
(f)
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq is-sistemi ta' kontroll-kmand u sinjalazzjoni;
(g)
l-attivitajiet ta' manutenzjoni fuq is-sistemi ta' kontroll tal-bibien;
(h)
oqsma speċjalizzati identifikati oħra li jaffettwaw is-sikurezza. |
9. |
Meta l-proċess tal-informazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, minn tal-inqas l-elementi li ġejjin għandhom jiġu pprovduti għall-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta u tal-iżvilupp tal-manutenzjoni:
(a)
ix-xogħlijiet imwettqa f'konformità mal-ordnijiet tal-manutenzjoni;
(b)
kwalunkwe ħsara jew difett possibbli fir-rigward tas-sikurezza, li jiġu identifikati mill-organizzazzjoni;
(c)
ir-rilaxx għas-servizz. |
10. |
Meta l-proċess tad-dokumentazzjoni jiġi applikat għall-funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, minn tal-inqas l-elementi li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati għall-attivitajiet ta' manutenzjoni li jaffettwaw is-sikurezza, kif imsemmi fil-punt 1(a) tat-Taqsima II:
(a)
identifikazzjoni ċara tal-faċilitajiet, tat-tagħmir u tal-għodod kollu/kollha;
(b)
ix-xogħlijiet kollha ta' manutenzjoni mwettqa, inkluż il-persunal, l-għodod, it-tagħmir, il-partijiet ta' rikambju u l-materjali li ntużaw, filwaqt li jitqiesu:
(i)
ir-regoli nazzjonali rilevanti fil-post fejn l-organizzazzjoni hija stabbilita;
(ii)
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ordnijiet tal-manutenzjoni, inkluż ir-rekwiżiti fir-rigward tar-rekords;
(iii)
l-ittestjar finali u d-deċiżjoni fir-rigward tar-rilaxx għas-servizz;
(c)
il-miżuri ta' kontroll meħtieġa mill-ordnijiet tal-manutenzjoni u r-rilaxx għas-servizz;
(d)
ir-riżultati tal-kalibrazzjoni u tal-verifika, li permezz tagħhom, għas-softwer tal-kompjuter użat fil-monitoraġġ u fil-kejl tar-rekwiżiti speċifikati, il-ħila tas-softwer li jwettaq il-kompitu meħtieġ għandha tiġi kkonfermata qabel l-użu inizjali u għandha tiġi kkonfermata mill-ġdid meta jkun meħtieġ;
(e)
il-validità tar-riżultati tal-kejl preċedenti meta jinstab li strument tal-kejl ma jikkonformax mar-rekwiżiti. |
ANNESS III
Formoli tal-applikazzjoni
ANNESS IV
Formoli taċ-ċertifikazzjoni
ANNESS V
Rapport tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni
1. |
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha toħroġ rapport, li jkopri perjodu li jibda xahrejn qabel l-aħħar sorveljanza u li jintemm xahrejn qabel is-sorveljanza ppjanata li jmiss. |
2. |
Dan ir-rapport minn tal-inqas għandu jinkludi:
—
spjegazzjonijiet u ġustifikazzjoni dwar kif il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità ġew indirizzati jew solvuti, jew it-tnejn li huma;
—
informazzjoni dwar il-kwantità ta' manutenzjoni mwettqa matul il-perjodu prevalenti;
—
il-feedback dwar l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza relatati mal-metodi ta' evalwazzjoni u ta' valutazzjoni tar-riskji kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798 u mal-metodi għall-monitoraġġ li jridu jiġu applikati mill-impriżi ferrovjarji, mill-amministraturi tal-infrastruttura u mill-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni kif adottati skont l-Artikolu 6(1)(c) ta' dik id-Direttiva;
—
il-bidliet relatati:
—
mas-sjieda legali tal-kumpanija;
—
mal-organizzazzjoni (il-proċeduri fis-seħħ);
—
mal-vetturi li għalihom l-entità hija inkarigata mill-manutenzjoni;
—
mas-siti u mal-kuntratturi, inkluż il-proċessi u t-tagħmir;
—
mal-bilanċ bejn l-attivitajiet interni u esterni relatati mat-tliet funzjonijiet tal-manutenzjoni (l-iżvilupp tal-manutenzjoni, il-manutenzjoni tal-flotta u t-twettiq tal-manutenzjoni);
—
mal-arranġamenti kuntrattwali mal-utenti (inkluż id-detenturi u l-iskambju tad-data);
—
mas-sistema ta' manutenzjoni;
—
mad-difetti u mal-ħsarat tal-komponenti relatati mas-sikurezza, imsemmija fit-Taqsima II tal-Anness II, u l-informazzjoni rilevanti dwar il-manutenzjoni skambjata skont l-Artikolu 5(3);
—
mar-rapporti tal-awditjar intern;
—
mal-azzjonijiet ta' infurzar jew mal-investigazzjonijiet tal-aġenzija, tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u ta' awtoritajiet oħra, inkluż l-ilmenti f'konformità mal-Artikoli 8 u 12 ta' dan l-att legali;
—
mal-ġestjoni tal-kompetenzi.
|
3. |
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha żżid fir-rapport l-informazzjoni kollha li tqis li hija rilevanti għall-korp taċ-ċertifikazzjoni. |
4. |
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tindirizza r-rapport lill-korp taċ-ċertifikazzjoni xahar qabel is-sorveljanza ppjanata tal-awditjar li jmiss. |
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji – lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).
( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi ta' sikurezza komuni dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 26).
( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).
( 5 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).