02019R0626 — MT — 01.11.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/626

tal-5 ta' Marzu 2019

li jikkonċerna listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-listi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 131 17.5.2019, p. 31)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1981 tat-28 ta’ Novembru 2019

  L 308

72

29.11.2019

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1572 tat-28 ta’ Ottubru 2020

  L 359

5

29.10.2020




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/626

tal-5 ta' Marzu 2019

li jikkonċerna listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta' dawn il-listi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jikkonċerna l-listi ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati l-kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għad-dħul fl-Unjoni mill-perspettiva tas-sikurezza tal-ikel skont l-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definit fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(2) 

“preparati tal-laħam” tfisser preparati tal-laħam kif definiti fil-punt 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(3) 

“laħam” tfisser laħam kif definit fil-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(4) 

“pollam” tfisser pollam kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(5) 

“kaċċa selvaġġa” tfisser kaċċa selvaġġa kif definita fil-punt 1.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(6) 

“bajd” tfisser bajd kif definiti fil-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(7) 

“prodotti mill-bajd” tfisser prodotti mill-bajd kif definiti fil-punt 7.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(8) 

“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(9) 

“Stonkijiet, vexxiki u intestini trattati” tfisser stonkijiet, vexxiki u intestini trattati kif definiti fil-punt 7.9 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(10) 

“molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(11) 

“prodotti tas-sajd” tfisser prodotti tas-sajd kif definiti fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(12) 

“ħalib mhux ipproċessat” tfisser ħalib nej kif definit fil-punt 4.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(13) 

“prodotti mill-ħalib” tfisser prodotti mill-ħalib kif definiti fil-punt 7.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(14) 

“kolostru” tfisser kolostru kif definit fil-punt 1 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(15) 

“prodotti li fihom il-kolostru” tfisser prodotti li fihom il-kolostru kif definiti fil-punt 2 tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(16) 

“saqajn taż-żrinġijiet” tfisser saqajn taż-żrinġijiet kif definiti fil-punt 6.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

▼M1

(17) 

“bebbux” tfisser bebbux kif definit fil-punt 6.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kull speċi oħra ta’ bebbux tal-familja ta’ Helicidae, Hygromiidae jew Sphincterochilidae, maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

▼B

(18) 

“grass tal-annimali mdewweb” tfisser grass tal-annimali mdewweb kif definit fil-punt 7.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(19) 

“qrieqeċ” tfisser qrieqeċ kif definiti fil-punt 7.6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(20) 

“ġelatina” tfisser ġelatina kif definita fil-punt 7.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(21) 

“kollaġen” tfisser kollaġni kif definita fil-punt 7.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(22) 

“għasel” tfisser għasel kif definit fil-punt 1 tal-Parti IX tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(23) 

“prodotti tal-apikultura” tfisser prodotti tal-apikultura kif definiti fil-punt 2 tal-Parti IX tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(24) 

“laħam tar-rettili” tfisser laħam tar-rettili kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/625;

(25) 

“insetti” tfisser insetti kif definiti fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/625.

Artikolu 3

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam frisk u preparati tal-laħam tal-ungulati

Il-kunsinni ta' laħam frisk u preparati tal-laħam tal-ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

Artikolu 4

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam ta' pollam, ratiti u għasafar tal-kaċċa salvaġġa, preparati tal-laħam tal-pollam, bajd u prodotti tal-bajd

Il-kunsinni ta' pollam, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġa, preparati tal-laħam tal-pollam, bajd u prodotti tal-bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 ( 2 ).

Artikolu 5

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam ta' leporidae salvaġġi, ta' mammali salvaġġi tal-art minbarra ungulati u leporidae u ta' fniek imrobbija fl-irziezet

Il-kunsinni ta' laħam leporidae selvaġġi, ta' mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati u leporidae u ta' fniek imrobbija fl-irziezet maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

Artikolu 6

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, tal-vexxiki u tal-intestini trattati minbarra budellat

Il-kunsinni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonku, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, minbarra budellat, maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Madankollu, il-kunsinni tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Artikolu 7

Pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' budellat

Il-kunsinni ta' budellat maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/779/KE.

Artikolu 8

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħa, iffriżati jew ipproċessati

Il-kunsinni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħa, iffriżati jew ipproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness I. Madankollu, id-dħul fl-Unjoni ta' muskoli addutturi tal-pectinidae minbarra l-annimali tal-akkwakultura, isseparati mill-vixxri u mill-gonadi, għandu jiġi permess ukoll minn pajjiżi terzi li ma jidhrux fuq tali lista.

Artikolu 9

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tas-sajd minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 8

Il-kunsinni ta' prodotti tas-sajd minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 8 maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.

▼M2

Artikolu 10

Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ kolostru, ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li fihom il-kolostru

Il-kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ kolostru, ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni skont l-Artikoli 2, 3 u 4 tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

▼B

Artikolu 11

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' saqajn taż-żrinġijiet

Il-kunsinni ta' saqajn taż-żrinġijiet maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness III.

▼M1

Artikolu 12

Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni tal-bebbux

Il-kunsinni tal-bebbux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 13

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' grass tal-annimali mdewweb u qrieqeċ

Il-kunsinni ta' grass tal-annimali mdewweb u qrieqeċ maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam skont il-punt (b)(i) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Artikolu 14

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ġelatina u kollaġen

▼M1

1.  
Il-kunsinni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini, maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jew mill-Korea t’Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan.
2.  
Il-kunsinni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn pollam maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, jew mit-Tajwan.

▼B

3.  
Il-kunsinni ta' ġelatina u kollaġen derivati minn prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.
4.  
Il-kunsinni ta' ġelatina u kollaġen derivati minn leporidae u minn mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

Artikolu 15

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen

1.  
Il-kunsinni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-kollaġen derivati minn annimali bovini, ovini, kaprini u porċini u ekwini maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk tal-ungulati speċifiċi fl-Unjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
2.  
Il-kunsinni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn pollam maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' laħam tal-pollam tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikat f'dik il-parti ta' dak l-Anness.
3.  
Il-kunsinni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.
4.  
Il-kunsinni ta' materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn leporidae u minn mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

Artikolu 16

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen

1.  
Il-kunsinni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn annimali bovini, ovini, kaprini u porċini u ekwini maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan.
2.  
Il-kunsinni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn pollam maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jew mit-Tajwan.
3.  
Il-kunsinni ta' materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma elenkati fl-Anness II.
4.  
Il-kunsinni ta' materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen derivati minn leporidae u minn mammali selvaġġi tal-art minbarra ungulati maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.
5.  
Il-kunsinni ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u kollaġni msemmija fil-punt 4(b)(iii) tal-Kapitolu I tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk dawn jiġu minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul ta' materja prima derivata minn dawk il-komoditajiet skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' għasel u prodotti tal-apikultura oħra

Il-kunsinni ta' għasel u prodotti tal-apikultura oħra maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna “Pajjiż” fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE ( 3 ) u mmarkati b'“X” fil-kolonna “Għasel” f'dak l-Anness.

Artikolu 18

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' ċerti prodotti raffinati ħafna

Il-kunsinni ta' sulfat tal-kondrojtina, aċidu jaluroniku, prodotti oħrajn tal-qarquċa idrolizzata, kitosan, glukosammina, tames, isinglass u aċidi amminiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li ġejjin:

1. 

fil-każ tal-materja prima derivata mill-ungulati, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan;

2. 

fil-każ tal-materja prima derivata mill-prodotti tas-sajd, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom kollha li huma elenkati fl-Anness II;

3. 

fil-każ tal-materja prima derivata mill-pollam, il-pajjiżi terzi jew it-territorji elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

Artikolu 19

Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' laħam tar-rettili

Il-kunsinni ta' laħam tar-rettili maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-Iżvizzera ( 4 ), mill-Botswana, mill-Vjetnam, mill-Afrika t'Isfel jew miż-Żimbabwe.

▼M1

Artikolu 20

Pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni tal-insetti

Il-kunsinni tal-insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk tali prodotti tal-ikel ikunu oriġinaw u jkunu ġew kunsinnati minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, elenkati fl-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 21

Lista ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali

Il-kunsinni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 3 sa 20 maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni biss jekk jiġu mill-pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom li ġejjin:

1. 

jekk derivati mill-ungulati, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew mill-Korea t'Isfel, mill-Malasja, mill-Pakistan jew mit-Tajwan;

2. 

jekk derivati mill-pollam, il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jew mit-Tajwan;

3. 

jekk derivati mill-prodotti tas-sajd, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness II;

4. 

jekk derivati minn leporidae u minn mammali salvaġġi tal-art minbarra ungulati, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fil-kolonna 1 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009;

5. 

jekk derivati minn speċijiet differenti, il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fil-punti 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu għal kull prodott li joriġina mill-annimali.

Artikolu 22

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:

1. 

L-Artikolu 1 jitħassar;

2. 

L-Anness I jitħassar.

Artikolu 23

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE titħassar. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2006/766/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Sal-20 ta' April 2021, l-Istati Membri għandhom ikomplu jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta' kunsinni ta' budellat imsemmija fl-Artikolu 7 minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta' tali kunsinni skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/779/KE.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' MOLLUSKI BIVALVI, EKINODERMI, TUNIKATI U GASTEROPODI TAL-BAĦAR ĦAJJIN, IMKESSĦA, IFFRIŻATI JEW IPPROĊESSATI GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM (1)

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

RIMARKI

AU

L-Awstralja

 

CA

Il-Kanada

 

CH

L-Iżvizzera (2)

 

CL

Iċ-Ċilì

 

GL

Greenland

 

JM

Il-Ġamajka

Il-gasteropodi tal-baħar biss

JP

Il-Ġappun

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss

KR

Il-Korea t'Isfel

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss

MA

Il-Marokk

Il-molluski bivalvi pproċessati li jagħmlu parti mill-ispeċi Acanthocardia tuberculatum iridu jiġu akkumpanjati minn: (a) attestazzjoni tas-saħħa addizzjonali skont il-mudell stabbilit fil-Parti B tal-Appendiċi V tal-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27); u (b) ir-riżultati analitiċi tat-test li juri li l-molluski ma fihomx livell ta' tossina paralizzanti tal-muskoli (PSP) li jista' jiġi identifikat permezz tal-metodu bijoassaġġ.

NZ

New Zealand

 

PE

Il-Perù

Il-Pectinidae (arzelli) evixxerati li joriġinaw mill-akkwakultura biss

TH

It-Tajlandja

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss

TN

It-Tuneżija

 

TR

It-Turkija

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerka

L-awtoritjiet tal-Istat ta' Washington u Massachusetts

UY

L-Urugwaj

 

VN

Il-Vjetnam

Il-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar iffriżati u pproċessati biss

(1)   

Inklużi dawk koperti mid-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-punt 3.1, tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(2)   

B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).




ANNESS II



IL-LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' PRODOTTI TAS-SAJD, ĦLIEF DAWK KOPERTI MILL-ANNESS I

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

RESTRIZZJONIJIET

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

AG

Antigua u Barbuda

L-awwisti ħajjin biss

AL

L-Albanija

 

AM

L-Armenja

Iċ-ċkal selvaġġ ħaj, iċ-ċkal mhux imrobbi li huwa pproċessat bis-sħana u ċ-ċkal mhux imrobbi li jkun iffriżat biss

AO

L-Angola

 

AR

L-Arġentina

 

AU

L-Awstralja

 

AZ

L-Ażerbajġan

Il-kavjar biss

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

BD

Il-Bangladesh

 

BJ

Il-Benin

 

BN

Il-Brunei

Prodotti tal-akkwakultura biss

BR

Il-Brażil

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius, Saba

 

BS

Il-Bahamas

 

BY

Il-Belarussja

 

BZ

Il-Belize

 

CA

Il-Kanada

 

CG

Il-Kongo

Il-prodotti tas-sajd biss li jkunu maqbuda, imnaddfa u msewwija (fejn xieraq), iffriżati u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fil-baħar

CH

L-Iżvizzera (1)

 

CI

Il-Kosta tal-Avorju

 

CL

Iċ-Ċilì

 

CN

Iċ-Ċina

 

CO

Il-Kolombja

 

CR

Il-Costa Rica

 

CU

Kuba

 

CV

Cape Verde

 

CW

Curaçao

 

DZ

L-Alġerija

 

EC

L-Ekwador

 

EG

L-Eġittu

 

ER

L-Eritrea

 

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

GA

Il-Gabon

 

GD

Grenada

 

GE

Il-Georgia

 

GH

Il-Ghana

 

GL

Greenland

 

GM

Il-Gambja

 

GN

Il-Guinea

Il-ħut biss li ma jkun għadda mill-ebda operazzjoni ta' tħejjija jew ipproċessar ħlief il-qtugħ tar-ras, it-tiswija, it-tkessiħ jew l-iffriżar. Il-frekwenza mnaqqsa ta' kontrolli fiżiċi, previsti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE (ĠU L 158, 25.6.1994, p. 41), ma għandhiex tiġi applikata.

GT

Il-Gwatemala

 

GY

Il-Guyana

 

HK

Hong Kong

 

HN

Il-Honduras

 

ID

L-Indoneżja

 

IL

Iżrael

 

IN

L-Indja

 

IR

L-Iran

 

JM

Il-Ġamajka

 

JP

Il-Ġappun

 

KE

Il-Kenja

 

KI

Ir-Repubblika ta' Kiribati

 

KR

Il-Korea t'Isfel

 

KZ

Il-Każakistan

 

LK

Is-Sri Lanka

 

MA

Il-Marokk

 

MD

Ir-Repubblika tal-Moldova

Il-kavjar biss

ME

Il-Montenegro

 

MG

Madagascar

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

 

MM

Il-Myanmar

 

MR

Il-Mauritania

 

MU

Mauritius

 

MV

Il-Maldivi

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malasja

 

MZ

Il-Mozambique

 

NA

In-Namibja

 

NC

New Caledonia

 

NG

In-Niġerja

 

NI

In-Nikaragwa

 

NZ

New Zealand

 

OM

L-Oman

 

PA

Il-Panama

 

PE

Il-Perù

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

PG

Papua New Guinea

 

PH

Il-Filippini

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

PK

Il-Pakistan

 

RS

Is-Serbja

Ma tinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999

 

RU

Ir-Russja

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

SB

Il-Gżejjer Solomon

 

SC

Is-Seychelles

 

SG

Singapore

 

SH

Saint Helena

Ma tinkludix il-gżejjer ta' Tristan da Cunha u Ascension

 

Tristan da Cunha

Ma tinkludix il-gżejjer ta' Saint Helena u Ascension

Awwisti (friski jew iffriżati) biss

SN

Is-Senegal

 

SR

Is-Suriname

 

SV

El Salvador

 

SX

Sint Maarten

 

TG

It-Togo

 

TH

It-Tajlandja

 

TN

It-Tuneżija

 

TR

It-Turkija

 

TW

It-Tajwan

 

TZ

It-Tanzanija

 

UA

L-Ukrajna

 

UG

L-Uganda

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerka

 

UY

L-Urugwaj

 

VE

Il-Venezwela

 

VN

Il-Vjetnam

 

YE

Il-Jemen

 

ZA

L-Afrika t'Isfel

 

ZW

Iż-Żimbabwe

 

(1)   

B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).




ANNESS III



LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW REĠJUNI TAGĦHOM LI MINNHOM HUWA PERMESS ID-DĦUL FL-UNJONI TA' KOXOX TAŻ-ŻRINĠIJIET U BEBBUX, IPPREPARATI SKONT IS-SEZZJONI XI TAL-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 853/2004 MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ

PAJJIŻ TERZ JEW REĠJUNI TIEGĦU

RESTRIZZJONIJIET

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

AL

L-Albanija

 

▼M1

AM

L-Armenja

 

▼B

AO

L-Angola

 

AR

L-Arġentina

 

AU

L-Awstralja

 

AZ

L-Ażerbajġan

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

BD

Il-Bangladesh

 

BJ

Il-Benin

 

BR

Il-Brażil

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius, Saba

 

BS

Il-Bahamas

 

BY

Il-Belarussja

 

BZ

Il-Belize

 

CA

Il-Kanada

 

CH

L-Iżvizzera (1)

 

CI

Il-Kosta tal-Avorju

 

CL

Iċ-Ċilì

 

CN

Iċ-Ċina

 

CO

Il-Kolombja

 

CR

Il-Costa Rica

 

CU

Kuba

 

CV

Cape Verde

 

CW

Curaçao

 

DZ

L-Alġerija

 

EC

L-Ekwador

 

EG

L-Eġittu

 

ER

L-Eritrea

 

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

GA

Il-Gabon

 

GD

Grenada

 

GE

Il-Georgia

 

GH

Il-Ghana

 

GL

Greenland

 

GM

Il-Gambja

 

GT

Il-Gwatemala

 

GY

Il-Guyana

 

HK

Hong Kong

 

HN

Il-Honduras

 

ID

L-Indoneżja

 

IL

Iżrael

 

IN

L-Indja

 

IR

L-Iran

 

JM

Il-Ġamajka

 

JP

Il-Ġappun

 

KE

Il-Kenja

 

KI

Ir-Repubblika ta' Kiribati

 

KR

Il-Korea t'Isfel

 

▼M2

TH

It-Tajlandja

 

▼B

KZ

Il-Każakistan

 

LK

Is-Sri Lanka

 

MA

Il-Marokk

 

MD

Ir-Repubblika tal-Moldova

Bebbux biss

ME

Il-Montenegro

 

MG

Madagascar

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

 

MM

Il-Myanmar

 

MR

Il-Mauritania

 

MU

Mauritius

 

MV

Il-Maldivi

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malasja

 

MZ

Il-Mozambique

 

NA

In-Namibja

 

NC

New Caledonia

 

NG

In-Niġerja

 

NI

In-Nikaragwa

 

NZ

New Zealand

 

OM

L-Oman

 

PA

Il-Panama

 

PE

Il-Perù

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

PG

Papua New Guinea

 

PH

Il-Filippini

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

PK

Il-Pakistan

 

RS

Is-Serbja

Ma tinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999

 

RU

Ir-Russja

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

SB

Il-Gżejjer Solomon

 

SC

Is-Seychelles

 

SG

Singapore

 

SH

Saint Helena

Ma tinkludix il-gżejjer ta' Tristan da Cunha u Ascension

 

SN

Is-Senegal

 

SR

Is-Suriname

 

SV

El Salvador

 

SX

Sint Maarten

 

SY

Is-Sirja

Bebbux biss

TG

It-Togo

 

TH

It-Tajlandja

 

TN

It-Tuneżija

 

TR

It-Turkija

 

TW

It-Tajwan

 

TZ

It-Tanzanija

 

UA

L-Ukrajna

 

UG

L-Uganda

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerka

 

UY

L-Urugwaj

 

VE

Il-Venezwela

 

VN

Il-Vjetnam

 

YE

Il-Jemen

 

ZA

L-Afrika t'Isfel

 

ZW

Iż-Żimbabwe

 

(1)   

B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

▼M1




ANNESS IIIa

Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ insetti, imsemmija fl-Artikolu 20



Kodiċi ISO tal-pajjiż

Pajjiż terz jew reġjuni tiegħu

Rimarki

CA

Il-Kanada

 

CH

L-Iżvizzera

 

KR

Il-Korea t’Isfel

 

▼B




ANNESS IV



IT-TABELLA TA' KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 23

Id-Deċiżjoni 2006/766/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 8

Artikolu 2

Artikolu 9

Artikolu 3

Artikolu 4

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1)

( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

( 4 ) B'konformità mal-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).