02019R0033 — MT — 11.01.2019 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/33

tas-17 ta' Ottubru 2018

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni

(ĠU L 009 11.1.2019, p. 2)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 269, 23.10.2019, p.  13 (2019/33)




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/33

tas-17 ta' Ottubru 2018

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONI INTRODUTTORJA

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar denominazzjonijiet ta' oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u termini tradizzjonali, minbarra t-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid, fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a) applikazzjonijiet għall-protezzjoni;

(b) il-proċedura ta' oġġezzjoni;

(c) ir-restrizzjonijiet tal-użu tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(d) l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u l-modifiki għat-termini tradizzjonali;

(e) it-tħassir tal-protezzjoni;

(f) it-tikkettar u l-preżentazzjoni.



KAPITOLU II

DENOMINAZZJONIJIET TA' ORIĠINI U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI



TAQSIMA 1

Applikazzjoni għal protezzjoni

Artikolu 2

L-isem li jrid jiġi protett

1.  L-isem li jrid jiġi protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jiġi rreġistrat biss fil-lingwi li jintużaw jew li storikament kienu jintużaw biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika demarkata.

2.  L-isem ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jiġi rreġistrat fl-iskritt oriġinali tiegħu. Fejn l-iskritt oriġinali ma jkunx f'alfabett Latin, jenħtieġ li tiġi rreġistrata traskrizzjoni fl-alfabett Latin flimkien mal-isem fl-iskritt oriġinali tiegħu.

Artikolu 3

L-applikant

Produttur uniku jista' jitqies bħala applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jekk jintwera li:

(a) il-persuna kkonċernata hija l-uniku produttur li jkun lest iressaq applikazzjoni; u

(b) iż-żona ġeografika demarkata għandha karatteristiċi li jvarjaw b'mod konsiderevoli minn dawk taż-żoni tal-viċinat, jew il-karatteristiċi tal-prodott huma differenti minn dawk prodotti fiż-żoni tal-viċinat.

Iċ-ċirkustanza li biha denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta tkun tinkludi jew tikkonsisti f'isem l-azjenda tal-produttur applikant uniku ma għandhiex tipprevjeni lill-produtturi l-oħra milli jużaw dak l-isem, dment li huma jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 4

Rekwiżiti addizzjonali għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

1.  Id-deskrizzjoni tal-prodotti tad-dwieli għandha tindika l-kategorija jew il-kategoriji rilevanti ta' prodotti tad-dwieli minn fost il-kategoriji stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Fejn l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tindika li l-ippakkjar, inkluż l-ibbottiljar, għandu jseħħ fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata jew fi ħdan żona fi prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tinkludi wkoll ġustifikazzjoni li turi għalfejn, fil-każ speċifiku, l-ippakkjar irid iseħħ fiż-żona ġeografika partikolari biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, biex jiġi żgurat l-oriġini jew biex jiġi żgurat il-kontroll, filwaqt li jitqies id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari dak dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Artikolu 5

Derogi li jikkonċernaw il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

1.  B'deroga mill-punti (a)(iii) u (b)(iii) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tipprovdi hekk, prodott b'denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jista' jsir inbid fi kwalunkwe wieħed mill-postijiet li ġejjin:

(a) f'żona fil-prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni;

(b) f'żona li tinsab fi ħdan l-istess unità amministrattiva jew fi ħdan unità ammistrattiva tal-viċinat, f'konformità mar-regoli nazzjonali;

(c) fil-każ ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika transfruntiera, jew fejn ikun jeżisti qbil dwar il-miżuri ta' kontroll bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, f'żona li tinsab fi prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni.

2.  B'deroga mill-punt (a)(iii) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tipprovdi hekk, prodott jista' jsir inbid frizzanti jew inbid semifrizzanti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li tkun barra l-prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni, jekk din il-prattika kienet issir qabel l-1 ta' Marzu 1986.

3.  B'deroga mill-punt (a)(iii) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-rigward ta' nbejjed likur bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Málaga” u “Jerez-Xérès-Sherry”, il-most tal-għeneb imqadded li miegħu ikun żdied alkoħol newtrali ġej mid-dwieli biex tiġi evitata l-fermentazzjoni, miksub minn varjetà ta' dwieli Pedro Ximénez, jista' jiġi mir-reġjun “Montilla-Moriles”.

Artikolu 6

Proċedura nazzjonali

Meta jibgħat applikazzjoni għall-protezzjoni lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, Stat Membru għandu jinkludi dikjarazzjoni li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-protezzjoni taħt is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet adottati skontha, kif ukoll li huwa jiċċertifika li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa sommarju leali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar oġġezzjonijiet ammissibbli riċevuti fil-proċedura nazzjonali. L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali li possibbilment jolqtu l-applikazzjoni għall-protezzjoni.

Artikolu 7

Applikazzjonijiet konġunti

Fejn jitressqu applikazzjonijiet konġunti għall-protezzjoni ta' isem bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif jissemma fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-proċeduri nazzjonali preliminari relatati, inkluż l-istadju ta' oġġezzjoni, għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

Artikolu 8

Protezzjoni nazzjonali tranżizzjonali

1.  Fuq bażi tranżizzjonali biss, Stat Membru jista' jagħti protezzjoni lil isem fil-livell nazzjonali, b'effett mid-data meta tkun intbagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni lill-Kummissjoni.

Din il-protezzjoni nazzjonali tranżizzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tittieħed deċiżjoni dwar il-protezzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew inkella tiġi rtirata l-applikazzjoni.

2.  Fejn isem ma jkunx protett skont dan ir-Regolament, il-konsegwenzi ta' din il-protezzjoni nazzjonali għandhom ikunu r-responsabbiltà unika tal-Istat Membru kkonċernat. Il-miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ma għandu jkollhom ebda effett fuq il-kummerċ intra-UE jew internazzjonali.

Artikolu 9

Ammissibbiltà tal-applikazzjoni

1.  Applikazzjonijiet għall-protezzjoni jitqiesu bħala ammissibbli jekk jitressqu skont l-Artikoli 94, 95 u 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u jekk ikunu kkompletati kif xieraq.

Applikazzjoni għall-protezzjoni titqies ikkompletata kif xieraq meta tkun tikkonforma mal-Artikolu 94(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u jekk id-dokument uniku jkun ikkompletat kif xieraq.

Id-dokument uniku li jagħti sommarju tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jitqies ikkompletat kif xieraq meta jkun jikkonforma mar-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott titqies ikkompletata kif xieraq meta tkun tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Jekk il-Kummissjoni tqis li applikazzjoni tkun inammissibbli, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew lil dawk tal-pajjiż terz, jew lill-applikant stabbilit f'pajjiż terz, dwar ir-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni nstabet inammissibbli.

3.  Mill-inqas darba f'xahar, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' ismijiet li għalihom tkun irċeviet applikazzjonijiet għall-protezzjoni bħala denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif ukoll l-Istat Membru jew il-pajjiż terz applikant u d-data tat-tressiq tal-applikazzjoni.

Artikolu 10

Skrutinju tal-applikazzjoni

Kif jissemma fl-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, eżami tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni għandu jikkonsisti f'kontroll li ma hemmx żbalji ċari fl-applikazzjoni. Meta teżamina l-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari d-dokument uniku. L-eżami għandu jitlesta fi żmien sitt (6) xhur. Jekk jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miktub dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.



TAQSIMA 2

Proċedura ta' oġġezzjoni

Artikolu 11

Ammissibbiltà u raġunijiet għall-oġġezzjoni

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ssostanzjata għandha tkun ammissibbli fejn:

(a) tasal għand il-Kummissjoni qabel l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b) tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34;

u:

(c) turi li l-applikazzjoni għall-protezzjoni, għall-emendar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, jew għat-tħassir tal-protezzjoni hija inkumpatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, minħabba li:

(i) tkun f'kunflitt mal-Artikoli 92 sa 95, 105 jew 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mad-dispożizzjonijiet adottati skonthom,

(ii) ir-reġistrazzjoni tal-isem propost ikun f'kunflitt mal-Artikoli 100 jew 101 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013,

(iii) ir-reġistrazzjoni tal-isem propost ikun jipperikola d-drittijiet ta' detentur ta' trademark jew ta' utent ta' isem kompletament omonimu, jew ta' isem kompost fejn wieħed mit-termini tiegħu ikun identiku għall-isem li jkun se jiġi rreġistrat, jew inkella l-eżistenza ta' ismijiet parzjalment omonimi jew ta' ismijiet oħra li jkunu simili għall-isem li jkun se jiġi rreġistrat, li jkunu jirreferu għal prodotti tad-dwieli li jkunu ilhom legalment fis-suq mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni għandhom jiġu vvalutati b'rabta mat-territorju tal-Unjoni.

Fejn persuna fiżika jew ġuridika tressaq oġġezzjoni, id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ssostanzjata kif xieraq għandha tkun ammissibbli biss jekk turi l-interess leġittimu ta' min joġġezzjona.

2.  Fejn il-Kummissjoni tqis li l-oġġezzjoni hija inammissibbli, għandha tinforma lill-awtorità, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun oġġezzjonat, dwar ir-raġunijiet għalfejn l-oġġezzjoni nstabet inammissibbli.

Artikolu 12

Proċedura ta' oġġezzjoni

1.  Jekk il-Kummissjoni tqis li l-oġġezzjoni hija ammissibbli, għandha tistieden lill-awtorità, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-oġġezzjoni, kif ukoll lill-awtorità, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, biex jidħlu f'konsultazzjonijiet xierqa għal perjodu ta' tliet xhur. L-istedina għandha tinħareġ fi żmien erba' xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni, li magħha tkun relatata d-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ssostanzjata, tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandha tkun akkumpanjata minn kopja tad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ssostanzjata. Fi kwalunkwe mument matul dawn it-tliet xhur, fuq talba tal-awtorità, jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-applikazzjoni, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b'massimu ta' tliet xhur.

2.  L-awtorità jew il-persuna li tkun ressqet l-oġġezzjoni, u l-awtorità jew il-persuna li tkun ressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet mingħajr dewmien bla meħtieġ. Għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għall-protezzjoni tikkonformax mal-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.  Jekk il-partijiet jilħqu ftehim, jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz jew inkella l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li minnu tkun tressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa, kif ukoll dwar il-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq dak il-ftehim, inkluż l-opinjonijiet tal-partijiet. Jekk id-dettalji ppubblikati skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ikunu ġew emendati b'mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirrepeti l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 97(2) ta' dak ir-Regolament wara li tkun twettqet proċedura nazzjonali li tiżgura l-pubblikazzjoni adegwata ta' dawk id-dettalji emendati. Wara l-qbil, fejn ma jkun hemm ebda emenda għall-ispecifikazzjoni tal-prodott jew fejn l-emendi ma jkunux sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li tikkonferixxi protezzjoni fuq id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

4.  Jekk ma jintlaħaqx ftehim, jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz jew inkella l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li minnu tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-protezzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa, kif ukoll dwar l-informazzjoni u d-dokumenti relatati kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jew tikkonferixxi l-protezzjoni jew inkella tiċħad l-applikazzjoni.

Artikolu 13

Restrizzjonijiet tal-użu tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perjodu tranżizzjonali sa ħames snin, biex tippermetti li prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, li d-denominazzjoni tagħhom tkun tikkonsisti f'isem jew tinkludi isem li jmur kontra l-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ikunu jistgħu jkomplu jużaw id-denominazzjoni li biha jkunu ġew ikkummerċjalizzati.

L-għoti ta' dan il-perjodu tranżizzjonali huwa kundizzjonali fuq it-tressiq ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ammissibbli skont l-Artikolu 96(3) jew l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li tkun turi li d-deċiżjoni li tinkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem tipperikola l-eżistenza:

(a) ta' isem kompletament identiku, jew ta' isem kompost fejn wieħed mit-termini tiegħu jkun identiku għall-isem li jkun se jiġi rreġistrat; jew

(b) ta' ismijiet parzjalment omonimi jew ta' ismijiet oħra li jkunu simili għall-isem li jkun se jiġi rreġistrat, li jkunu jirreferu għal prodotti tad-dwieli u li jkunu ilhom legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  F'każijiet iġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 sa 15-il sena, fejn jintwera li:

(a) id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun intużat legalment b'mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għall-protezzjoni tressqet lill-Kummissjoni;

(b) l-għan tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'ebda mument ma kien li japprofitta mir-reputazzjoni tal-isem irreġistrat, u jintwera li l-konsumatur la tqarraq u lanqas seta' jiġi mqarraq dwar l-oriġini reali tal-prodott.

3.  Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini għandu jidher b'mod ċar u viżibbli fuq it-tikkettar.

4.  Biex jegħleb diffikultajiet temporanji, bl-għan fit-tul li jiżgura li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, Stat Membru jista' jagħti protezzjoni għal perjodu tranżizzjonali li jibda mid-data li fiha l-applikazzjoni tintbagħat lill-Kummissjoni, dment li l-operaturi kkonċernati jkunu kkummerċjalizzaw il-prodotti tad-dwieli kkonċernati legalment, bl-ismijiet ikkonċernati, għal mill-inqas ħames snin kontinwi qabel it-tressiq tal-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru, u li dawn id-diffikultajiet temporanji kienu tqajmu fil-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 96(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Il-perjodu tranżizzjonali għandu jkun qasir kemm jista' jkun u ma għandux jaqbeż l-10 snin.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew denominazzjoni ta' oriġini protetta li tirreferi għal żona ġeografika li tinsab f'pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta' oġġezzjoni.

Dawn il-perjodi tranżizzjonali għandhom jiġu indikati fil-fajl tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.



TAQSIMA 3

Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

Artikolu 14

Tipi ta' emendi

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, emendi għal speċifikazzjoni tal-prodott huma kklassifikati f'żewġ kategoriji fir-rigward tal-importanza tagħhom: emendi li jeħtieġu proċedura ta' oġġezzjoni fil-livell tal-Unjoni (“emendi tal-Unjoni”), u emendi li jridu jiġu ttrattati fil-livell tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi (“emendi standard”).

Emenda titqies bħala emenda tal-Unjoni fejn:

(a) tinkludi bidla fl-isem tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta;

(b) tikkonsisti f'bidla, tħassir jew żieda ta' kategorija ta' prodotti tad-dwieli, kif jissemma fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c) potenzjalment tista' tannulla r-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d) tinvolvi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Applikazzjoni għal emendi tal-Unjoni mressqin minn pajjiżi terzi jew minn produtturi f'pajjiżi terzi għandhom jinkludu provi li l-emenda mitluba tikkonforma mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-seħħ f'dak il-pajjiż terz.

L-emendi l-oħra kollha jitqiesu bħala emendi standard.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, emenda temporanja hija emenda standard li tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri obbligatorji sanitarji u fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi, jew tkun marbuta ma' diżastri naturali jew kundizzjonijiet tat-temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 15

Proċedura għall-emendi tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

1.  Kif iddefinit fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament, applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 mutatis mutandis.

2.  Abbażi tal-eżami mwettaq skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 97(3) ta' dak ir-Regolament huma ssodisfati, għandha tippubblika l-applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C. Id-deċiżjoni finali dwar l-approvazzjoni tal-emenda għandha tiġi adottata mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dment li ma tkunx ġiet ippreżentata oġġezzjoni ammissibbli jew li ma tkunx ġiet miċħuda l-applikazzjoni għall-emendar; f'dan il-każ għandu japplika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 99 ta' dak ir-Regolament.

3.  Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emendi tal-Unjoni għandha tinkludi esklussivament emendi tal-Unjoni. Jekk applikazzjoni għal emendi tal-Unjoni tkun tinkludi wkoll emendi standard jew temporanji, il-proċedura għall-emendi tal-Unjoni għandha tapplika biss għall-emendi tal-Unjoni. L-emendi standard jew temporanji għandhom jitqiesu bħala mhux ippreżentati.

4.  Meta teżamina l-applikazzjonijiet għall-emendar, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq l-emendi proposti.

Artikolu 16

Ammissibilità tal-applikazzjonijiet għal emenda tal-Unjoni

1.  Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott jitqiesu ammissibbli jekk jitressqu skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, mutatis mutandis, u jekk ikunu kkompletati kif xieraq.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott għandha titqies ikkompletata kif xieraq fejn tkun komprensiva u eżawrjenti, u fejn tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

L-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott għandha tkopri biss l-emendi ppreżentati fl-applikazzjoni nfisha.

2.  Jekk l-applikazzjoni titqies inammissibbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew l-applikant stabbilit f'pajjiż terz, għandhom jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni nstabet inammissibbli.

Artikolu 17

Emendi standard

1.  L-emendi standard għandhom jiġu approvati u ppubblikati minn Stati Membri li magħhom tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitressqu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li miegħu tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni jew l-indikazzjoni. L-applikanti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott ma tiġix mill-applikant li kien ressaq l-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem jew ismijiet li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tirreferi għalih jew għalihom, l-Istati Membri għandhom jagħtu lil dak l-applikant l-opportunità li jikkummenta dwar l-applikazzjoni, jekk dak l-applikant ikun għadu jeżisti.

L-applikazzjoni għal emenda standard għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-emendi standard, tagħti sommarju tar-raġunijiet għalfejn l-emendi huma meħtieġa, u tiddimostra li l-emendi proposti jikkwalifikaw bħala standard skont l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament.

2.  Fejn l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u d-dispożizzjonijiet adotatti skontu jkunu ssodisfati, jista' japprova u jippubblika l-emenda standard. Id-deċiżjoni ta' approvazzjoni għandha tinkludi d-dokument uniku kkonsolidat modifikat, fejn rilevanti, kif ukoll l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikkonsolidata mmodifikata.

L-emenda standard għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru ladarba tkun ġiet ippubblikata. L-Istat Membru għandu jikkomunika l-emendi standard lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni.

3.  Deċiżjonijiet li japprovaw emendi standard li jikkonċernaw prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom jittieħdu f'konformità mas-sistema fis-seħħ fil-pajjiż terz ikkonċernat, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minn produttur uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3, jew minn grupp ta' produtturi li jkollhom interess leġittimu, direttament lill-Kummissjoni jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz, mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha jiġu ppubblikati.

4.  Il-komunikazzjoni tal-emendi standard għandha titqies ikkompletata b'mod xieraq meta tikkonforma mal-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

5.  F'każ li l-emenda standard timplika modifika fid-dokument uniku, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deskrizzjoni tal-emenda standard imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u d-dokument uniku mmodifikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-komunikazzjoni tasal mingħand l-Istat Membru, il-pajjiż terz, jew il-produttur uniku jew il-grupp ta' produtturi ta' pajjiż terz.

6.  F'każ li l-emenda standard ma tkunx timplika modifika fid-dokument uniku, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz tas-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, id-deskrizzjoni tal-emenda standard fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-komunikazzjoni tasal mingħand l-Istat Membru, il-pajjiż terz, jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz.

7.  L-emendi standard għandhom ikunu applikabbli fit-territorju tal-Unjoni ladarba jkunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C, jew inkella ppubblikati mill-Kummissjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

8.  Jekk iż-żona ġeografika tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw il-proċedura għal emendi standard separatament għall-parti miż-żona li taqa' taħt it-territorju tagħhom. L-emenda standard għandha tkun applikabbli biss wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-aħħar Stat Membru li japprova l-emenda standard għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha jkun ippubblika d-deċiżjoni tiegħu li japprova l-emenda standard.

Jekk Stat Membru wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati ma jadottawx id-deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jista' jippreżenta applikazzjoni taħt il-proċedura ta' emenda tal-Unjoni. Din ir-regola għandha tapplika mutatis mutandis anke meta pajjiż wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati jkun pajjiż terz.

Artikolu 18

Emendi temporanji

1.  L-emendi temporanji għandhom jiġu approvati u ppubblikati minn Stati Membri li magħhom tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. Għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet li jappoġġaw l-emendi standard mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. Emenda temporanja għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru ladarba tkun ġiet ippubblikata.

2.  Fejn iż-żona ġeografika tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċedura għal emendi temporanji tapplika separatament fl-Istati Membri kkonċernati għall-parti miż-żona li taqa' taħt it-territorju tagħhom. L-emendi temporanji għandhom ikunu applikabbli biss wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-aħħar Stat Membru li japprova l-emenda temporanja għandu jikkomunikaha lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tiġi ppubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni tiegħu. Din ir-regola tapplika, mutatis mutandis, anke meta pajjiż wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati jkun pajjiż terz.

3.  L-emendi temporanji li jikkonċernaw prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet li jappoġġaw l-emendi temporanji, minn produttur uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3, jew minn grupp ta' produtturi li jkollhom interess leġittimu, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz, mhux aktar tard minn xahar wara li jiġu approvati.

4.  Il-komunikazzjoni tal-emendi temporanji għandha titqies bħala kkompletata b'mod xieraq meta tinkludi l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-emendi fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-komunikazzjoni tasal mingħand l-Istat Membru, il-pajjiż terz, jew il-produttur uniku jew il-grupp ta' produtturi ta' pajjiż terz. Emenda temporanja hija applikabbli fit-territorju tal-Unjoni ladarba tkun ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni.



TAQSIMA 4

Tħassir ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta

Artikolu 19

Proċedura ta' tħassir

Kif jissemma fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, it-talbiet biex titħassar denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99 ta' dak ir-Regolament, flimkien mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 1, 2 u 4 tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u tat-Taqsimiet 1, 2, 4 u 5 tal-Kapitolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, mutatis mutandis.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-talba ta' tħassir imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C.

Artikolu 20

Raġunijiet għat-tħassir

Għall-finijiet tal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha titqies ukoll bħala mhux żgurata fejn ebda prodott li jġorr l-isem protett ma jkun tqiegħed fis-suq għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi.

Artikolu 21

Ammissibbiltà tat-talbiet ta' tħassir

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, talba ta' tħassir sostanzjata għandha tkun ammissibbli fejn:

(a) it-talba ta' tħassir tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, u

(b) it-talba ta' tħassir tissejjes fuq ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Fejn il-Kummissjoni tqis li t-talba ta' tħassir mhijiex ammissibbli, għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet it-talba, dwar ir-raġunijiet li jappoġġaw l-inammissibbiltà.

3.  Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni sostanzjati għat-tħassir għandhom ikunu ammissibbli biss fejn juru dipendenza kummerċjali minn persuna interessata fuq l-isem irreġistrat.



TAQSIMA 5

Użu ta' simboli, indikazzjonijiet u taqsiriet

Artikolu 22

Tikkettar u preżentazzjoni temporanji

Wara li applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun intbagħtet lill-Kummissjoni, il-produtturi jistgħu jindikawha fit-tikkettar u l-preżentazzjoni, u jużaw logos u indikazzjonijiet nazzjonali, skont id-dritt tal-Unjoni u b'mod partikolari skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Simboli tal-Unjoni li jindikaw id-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, l-indikazzjonijiet tal-Unjoni “denominazzjoni ta' oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” u t-taqsiriet tal-Unjoni “DOP” jew “IĠP”, jistgħu jidhru fuq it-tikkettar biss wara li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni li tikkonferixxi l-protezzjoni fuq dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

Fejn l-applikazzjoni tiġi rrifjutata, kwalunkwe prodott tad-dwieli ttikkettat f'konformità mal-ewwel subparagrafu jista' jiġi kkummerċjalizzat sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 23

Derogi mill-obbligu tal-użu tat-terminu “denominazzjoni ta' oriġini protetta” fuq it-tikketti

F'konformità mal-Artikolu 119(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, referenzi għat-terminu “denominazzjoni ta' oriġini protetta” jistgħu jitħallew barra għall-inbejjed li jkollhom id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

(a) il-Greċja:

Σάμος (Samos);

(b) Spanja:

Cava, Jerez, Xérès jew Sherry, Manzanilla;

(c) Franza:

Champagne;

(d) l-Italja:

Asti, Marsala, Franciacorta;

(e) Ċipru:

Κουμανδαρία (Commandaria);

(f) il-Portugall:

Madeira jew Madère, Port jew Porto.



KAPITOLU III

TERMINI TRADIZZJONALI



TAQSIMA 1

Applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-proċedura ta' eżami

Artikolu 24

Lingwa u ortografija tat-terminu tradizzjonali

1.  Terminu tradizzjonali għandu jiġi rreġistrat:

(a) bil-lingwa uffiċjali jew bil-lingwa reġjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li minnu joriġina t-terminu; jew

(b) bil-lingwa użata fil-kummerċ għal dan it-terminu.

2.  Terminu tradizzjonali għandu jiġi rreġistrat bl-ortografija oriġinali tiegħu u fl-iskritt oriġinali tiegħu. Fejn l-iskritt oriġinali ma jkunx f'ittri Latini, jenħtieġ li tiġi rreġistrata traskrizzjoni f'ittri Latin flimkien mal-isem fl-iskritt oriġinali tiegħu.

Artikolu 25

Applikanti

1.  Awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi stabbiliti f'pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali.

2.  “Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva” għandha tfisser kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu adottaw l-istess regoli, u li joperaw fiż-żona ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar, fejn tinkludi fis-sħubija tagħha mill-inqas żewġ terzi mill-produtturi stabbiliti fiż-żona li fiha topera, u tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi mill-produzzjoni ta' dik iż-żona. Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva tista' tressaq applikazzjoni għall-protezzjoni biss għall-prodotti tad-dwieli li hija tipproduċi.

Artikolu 26

Ammissibbiltà tal-applikazzjoni

1.  Applikazzjonijiet għall-protezzjoni jitqiesu ammissibbli jekk jitressqu skont l-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament, kif ukoll skont l-Artikolu 21 u l-Artikolu 30(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u jekk ikunu kkompletati kif xieraq.

Applikazzjoni għandha titqies bħala kkompletata kif xieraq meta tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem li jrid jiġi protett bħala terminu tradizzjonali;

(b) it-tip ta' terminu tradizzjonali, kemm jekk jaqa' taħt l-Artikolu 112(a) u kemm jekk taħt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c) il-lingwa li fiha huwa espress l-isem li jrid jiġi protett bħala terminu tradizzjonali;

(d) il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti tad-dwieli kkonċernati;

(e) sommarju tad-definizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu;

(f) id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati.

2.  L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn kopja tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat jew mir-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiż terz jew fil-pajjiżi kkonċernati, li jirregolaw l-użu tat-terminu inkwistjoni, kif ukoll referenza għall-pubblikazzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni jew dawk ir-regoli.

3.  Jekk l-applikazzjoni ma tkunx ikkompletata kif xieraq jew jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux ġew ipprovduti fl-applikazzjoni, l-applikazzjoni għandha tkun inammissibbli.

4.  Fejn l-applikazzjoni tkun inammissibbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew dawk tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni għandhom jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għalfejn instabet inammissibbli, kif ukoll li huma intitolati jressqu applikazzjoni oħra kkompletata kif xieraq.

Artikolu 27

Kundizzjonijiet ta' validità

1.  Applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandha titqies valida jekk l-isem li għalih tintalab il-protezzjoni:

(a) jissodisfa r-rekwiżiti ta' terminu tradizzjonali kif iddefiniti fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament;

(b) jikkonsisti esklużivament minn:

(i) isem li tradizzjonalment jintuża fil-kummerċ f'parti kbira mit-territorju tal-Unjoni jew tal-pajjiż terz inkwistjoni, biex jiġu distinti kategoriji speċifiċi ta' prodotti tad-dwieli msemmija fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; jew inkella

(ii) isem rinomat li tradizzjonalment jintuża fil-kummerċ mill-inqas fit-territorju tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz inkwistjoni, biex jiġu distinti kategoriji speċifiċi ta' prodotti tad-dwieli msemmija fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c) ma jkunx sar ġeneriku, u

(d) huwa ddefinit u rregolat fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru jew huwa suġġett għall-kundizzjonijiet tal-użu kif previst mir-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiż terz inkwistjoni, inkluż dawk minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

Il-punt (b) ma għandux japplika għat-termini tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 112(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(b), “użu tradizzjonali” tfisser:

(a) użu li jammonta għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin fil-każ ta' termini ppreżentati fil-lingwa uffiċjali jew fil-lingwa reġjonali tal-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn joriġina t-terminu;

(b) użu li jammonta għal perjodu ta' mill-inqas 15-il sena f'każ ta' termini rreġistrati fil-lingwa li tintuża għall-kummerċ.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c), isem li jkun sar “ġeneriku” jfisser isem li, għalkemm ikun relatat ma' metodu speċifiku ta' produzzjoni jew metodu speċifiku ta' maturazzjoni, jew mal-kwalità, il-kulur, it-tip ta' post, jew avveniment partikolari marbut mal-istorja ta' prodott tad-dwieli, ikun sar l-isem komuni ta' dak il-prodott fl-Unjoni.

Artikolu 28

Skrutinju mill-Kummissjoni

1.  Id-data tat-tressiq ta' applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandha tkun id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi l-applikazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-applikazzjoni għall-protezzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 26 u 27, għandha tadotta att ta' implimentazzjoni rigward il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.  Jekk applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda, u tistabbilixxi skadenza għall-irtirar jew għall-modifika tal-applikazzjoni, jew inkella għat-tressiq ta' kummenti.

5.  Jekk l-applikant ma jirrimedjax l-ostakli qabel l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiċħad l-applikazzjoni skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.



TAQSIMA 2

Proċedura ta' oġġezzjoni

Artikolu 29

Tressiq ta' oġġezzjoni

Id-data tat-tressiq ta' oġġezzjoni għandha tkun id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi l-oġġezzjoni.

Artikolu 30

Ammissibbiltà u raġunijiet għall-oġġezzjoni

1.  Oġġezzjoni ssostanzjata għandha tkun ammissibbli fejn:

(a) titressaq minn kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu;

(b) tasal għand il-Kummissjoni qabel l-iskadenza prevista fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34;

(c) tiddimostra li l-applikazzjoni għall-protezzjoni hija inkompatibbli mar-regoli dwar termini tradizzjonali minħabba li ma tikkonformax mal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament jew minħabba li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun f'kunflitt mal-Artikoli 32 jew 33 ta' dan ir-Regolament.

2.  Oġġezzjoni li titqies ammissibbli għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew inkella lill-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Artikolu 31

Skrutinju ta' oġġezzjoni

1.  Fejn il-Kummissjoni ma tirrifjutax l-oġġezzjoni f'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, għandha tikkomunika l-oġġezzjoni lill-applikant li jkun ressaq l-applikazzjoni, u għandha tistieden lill-applikant iressaq osservazzjonijiet fil-perjodu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34. Kwalunkwe osservazzjoni riċevuta f'dan il-perjodu għandha tiġi kkomunikata lil min ikun ressaq l-oġġezzjoni.

Matul l-iskrutinju ta' oġġezzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-partijiet biex jipprovdu kummenti, jekk ikun xieraq, fil-perjodu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, dwar il-komunikazzjonijiet riċevuti mingħand il-partijiet l-oħra.

2.  Fejn l-applikant jew min ikun ressaq l-oġġezzjoni ma jressqux osservazzjonijiet bħala tweġiba, jew fejn ma jiġux rispettati l-perjodi ta' żmien għat-tressiq ta' osservazzjonijiet u kummenti kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, il-Kummissjoni għandha tipproċedi billi tieħu deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni ta' ċaħda jew ta' rikonoxximent tat-terminu tradizzjonali inkwistjoni abbażi tal-evidenza li tkun għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 27, 32 jew 33 ta' dan ir-Regolament. Deċiżjoni ta' ċaħda tat-terminu tradizzjonali għandha tiġi nnotifikata lil min ikun ressaq l-oġġezzjoni u lill-applikant.

4.  Fejn jitressqu iktar minn oġġezzjoni waħda, eżami preliminari ta' waħda jew aktar minn dawk l-oġġezzjonijiet jista' jipprevjeni applikazzjoni għall-protezzjoni milli tipproċedi. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-proċeduri ta' oġġezzjoni l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet l-oħra li jkunu ressqu oġġezzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li tolqothom u li tkun ittieħdet matul il-proċedura.

Fejn applikazzjoni tiġi rrifjutata, il-proċeduri ta' oġġezzjoni li jkunu ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqa, u l-partijiet ikkonċernati li jkunu ressqu oġġezzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq.



TAQSIMA 3

Protezzjoni

Artikolu 32

Relazzjoni ma' trademarks

1.  Ir-reġistrazzjoni ta' trademark li tinkludi jew tikkonsisti minn terminu tradizzjonali, li ma tirrispettax id-definizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu ta' dak it-terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u li tkun relatata ma' prodott li jaqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tiegħu, għandha:

(a) tiġi rrifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark titressaq wara d-data tat-tressiq lill-Kummissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali, u sussegwentement it-terminu tradizzjonali jkun ġie protett; jew

(b) tiġi invalidata.

2.  Isem ma għandux jiġi protett bħala terminu tradizzjonali fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta' trademark, din il-protezzjoni x'aktarx li tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità reali, in-natura, il-karatteristika jew il-kwalità tal-prodott tad-dwieli.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, trademark imsemmija fil-paragrafu 1 li tkun tressqet applikazzjoni għaliha, tkun ġiet irreġistrata jew stabbilita b'użu bona fide, fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi hekk, fit-territorju tal-Unjoni, qabel id-data tal-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali fil-pajjiż ta' oriġini, tista' tkompli tintuża u tiġġedded irrispettivament mill-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali, dment li ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tat-trademark skont id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jew skont ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

F'tali każijiet, l-użu tat-terminu tradizzjonali għandu jkun permess flimkien mat-trademarks rilevanti.

Artikolu 33

Omonimi

1.  Terminu li għalih titressaq applikazzjoni għall-protezzjoni, u li jkun kompletament jew parzjalment omonimu ma' terminu tradizzjonali li jkun diġà protett skont l-Artikolu 113 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jiġi rreġistrat b'kunsiderazzjoni dovuta għall-użu lokali u tradizzjonali kif ukoll għar-riskju ta' konfużjoni.

Terminu omonimu li jqarraq bil-konsumaturi dwar in-natura, il-kwalità jew l-oriġini reali tal-prodotti tad-dwieli ma għandux jiġi rreġistrat, lanqas jekk it-terminu jkun preċiż.

Terminu omonimu rreġistrat jista' jintuża biss jekk fil-prattika jkun hemm distinzjoni suffiċjenti bejn l-omonimu rreġistrat sussegwentement u t-terminu li jkun diġà fir-reġistru, wara li jiġu kkunsidrati l-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b'mod ekwu u l-ħtieġa li l-konsumatur ma jiġix imqarraq.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għat-termini tradizzjonali protetti qabel l-1 ta' Awwissu 2009 li huma kompletament jew parzjalment omonimi ma' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew isem ta' varjetà ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimu tagħha elenkat fl-Anness IV.



TAQSIMA 4

Modifika u tħassir

Artikolu 34

Modifika ta' terminu tradizzjonali

Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25 jista' japplika għall-approvazzjoni ta' modifika ta' terminu tradizzjonali rreġistrat li jikkonċerna l-elementi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 26(1).

L-Artikoli 26 sa 31 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għal modifika.

Artikolu 35

Tħassir ta' terminu tradizzjonali

F'konformità mal-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fuq talba ssostanzjata kif xieraq minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali.

L-Artikoli 26 sa 31 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għal tħassir.

Artikolu 36

Raġunijiet għat-tħassir

Il-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandha titħassar fejn:

(a) it-terminu tradizzjonali ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 32 jew 33;

(b) ma tkunx għada żgurata l-konformità mad-definizzjoni korrispondenti u mal-kundizzjonijiet tal-użu.

Artikolu 37

Ammissibbiltà ta' talba għat-tħassir

1.  Talba għat-tħassir sostanzjata għandha tkun ammissibbli fejn:

(a) tkun tressqet lill-Kummissjoni minn Stat Membru, pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu; u

(b) tissejjes fuq waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 36.

It-talba għat-tħassir sostanzjata kif xieraq għandha tkun ammissibbli biss jekk tiddimostra l-interess leġittimu tal-applikant.

2.  Fejn il-Kummissjoni tqis li t-talba għat-tħassir mhijiex ammissibbli, għandha tinforma lill-awtorità jew lill-persuna li tkun bagħtet it-talba dwar ir-raġunijiet għall-inammissibbiltà.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-talba għat-tħassir disponibbli għall-awtoritajiet u l-persuni affettwati, f'konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

4.  Dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni ssostanzjati għat-talbiet ta' tħassir għandhom ikunu ammissibbli biss jekk juru dipendenza kummerċjali kontinwata ta' persuna interessata fuq l-isem irreġistrat.

Artikolu 38

Regoli li jikkonċernaw it-termini tradizzjonali li jintużaw f'pajjiżi terzi

1.  Id-definizzjoni ta' termini tradizzjonali prevista fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tapplika mutatis mutandis għat-termini li tradizzjonalment jintużaw f'pajjiżi terzi għal-prodotti tad-dwieli koperti minn indikazzjonijiet ġeografiċi jew denominazzjonijiet ta' oriġini skont il-leġiżlazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi.

2.  Prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi li t-tikketti tagħhom juru indikazzjonijiet tradizzjonali għajr it-termini tradizzjonali elenkati fil-bażi ta' data elettronika “E-Bacchus”, kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, jistgħu jużaw dawn l-indikazzjonijiet tradizzjonali fuq it-tikketti tal-inbid skont ir-regoli applikabbli fil-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż dawk minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.



TAQSIMA 5

Artikolu 39

Termini tradizzjonali protetti eżistenti

Terminu tradizzjonali li huwa protett skont ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandu jkun protett awtomatikament skont dan ir-Regolament.



KAPITOLU IV

TIKKETTAR U PREŻENTAZZJONI



TAQSIMA 1

Dettalji obbligatorji

Artikolu 40

Preżentazzjoni ta' dettalji obbligatorji

1.  Id-dettalji obbligatorji msemmija fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv fuq il-kontenitur, b'tali mod li jkunu jistgħu jinqraw simultanjament mingħajr ma jiddawwar il-kontenitur, b'ittri li ma jitħassrux, u għandhom ikunu distinti b'mod ċar mit-test jew il-grafika ta' madwarhom.

▼C1

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, id-dettalji obbligatorji msemmija fl-Artikolu 41(1), l-indikazzjoni tal-importatur u n-numru tal-lott, jistgħu jidhru barra mill-kamp viżiv imsemmi f’dak il-paragrafu.

▼B

3.  Id-daqs tal-ittri tad-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 41(1) irid ikun ugwali jew akbar minn 1,2 mm, irrispettivament mill-format tal-ittri li jintuża.

Artikolu 41

Applikazzjoni ta' ċerti regoli orizzontali

1.  Kif imsemmi fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, għall-finijiet tal-indikazzjoni ta' ċerti sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranza, it-termini li jikkonċernaw is-sulfiti, il-bajd u l-prodotti bbażati fuq il-bajd, kif ukoll il-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib li jridu jintużaw, huma dawk elenkati fil-Parti A tal-Anness I.

2.  It-termini msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu akkumpanjati mill-pittogramma rilevanti li tidher fil-Parti B tal-Anness I.

Artikolu 42

Kummerċjalizzazzjoni u esportazzjoni

1.  Prodotti tad-dwieli li t-tikketta jew il-preżentazzjoni tagħhom ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet korrispondenti stabbiliti f'dan ir-Regolament la għandhom jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni u lanqas jiġu esportati.

2.  B'deroga mis-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 2 u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn prodotti tad-dwieli jkunu se jiġu esportati, l-Istati Membri jistgħu jippermettu dettalji u preżentazzjonijiet li jkunu f'kunflitt mar-regoli fis-seħħ tal-Unjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni, jekk dawn id-dettalji jew il-preżentazzjonijiet tal-prodotti tad-dwieli jkunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz inkwistjoni. Dawn id-dettalji jistgħu jidhru f'lingwi oħra minbarra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

3.  B'deroga mis-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 2 u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn prodotti tad-dwieli jkunu se jiġu kkonsmati abbord ajruplani, l-Istati Membri jistgħu jippermettu preżentazzjonijiet li jkunu f'kunflitt mar-regoli fis-seħħ tal-Unjoni dwar il-preżentazzjoni, jekk dawn il-preżentazzjonijiet tal-prodotti tad-dwieli jkunu meħtieġa għal raġunijiet ta' sigurtà.

Artikolu 43

Projbizzjoni ta' kapsuli bbażati fuq iċ-ċomb jew fojl

Il-mezzi tal-għeluq għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (11), (13), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhomx jingħalqu f'kapsuli bbażati fuq iċ-ċomb jew fil-fojl.

Artikolu 44

Qawwa alkoħolika proprja

Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum imsemmija fl-Artikolu 119(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tkun indikata f'unitajiet perċentwali jew f'nofs unitajiet.

Iċ-ċifra għandha tiġi segwita mis-simbolu “% vol”, u tista' tkun preċeduta mill-kliem “qawwa alkoħolika proprja”, “qawwa alkoħolika” jew “alk”. Rigward most parzjalment iffermentat jew inbid ġdid li jkun għadu qed jiġi ffermentat, l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika proprja tista' tiġi ssostitwita jew ikkompletata biċ-ċifra tal-qawwa alkoħolika totali segwita bis-simbolu “% vol” u preċeduta bil-kliem “qawwa alkoħolika proprja” jew “alkoħol totali”.

Mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi stabbiliti għall-metodu ta' analiżi ta' referenza li jintuża, il-qawwa murija ma tistax tvarja b'aktar minn 0,5 % vol minn dik mogħtija mill-analiżi. Madankollu, mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi stabbiliti għall-metodu ta' analiżi ta' referenza li jintuża, il-qawwa alkoħolika tal-prodotti tad-dwieli b'denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti maħżuna fil-fliexken għal aktar minn tliet snin, inbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti ta' kwalità, inbejjed frizzanti bil-gass, inbejjed semifrizzanti, inbejjed semifrizzanti bil-gass, inbejjed likur u nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed ma tistax tvarja b'aktar minn 0,8 % vol minn dik mogħtija mill-analiżi.

Artikolu 45

Indikazzjoni tal-provenjenza

1.  L-indikazzjoni tal-provenjenza kif imsemmija fl-Artikolu 119(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi indikata kif ġej:

(a) għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1), (3) sa (9), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jintuża l-kliem “inbid ta' (…)”, “prodott minn (…)”, “prodott ta' (…)” jew “sekt ta' (…)”, jew inkella għandhom jiġu espressi f'termini ekwivalenti ssupplimentati mill-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn l-għeneb inqata' u ġie pproċessat fi nbid;

(b) il-kliem “inbid tal-Unjoni Ewropea” jew “taħlita ta' nbejjed minn pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea”, jew espressi f'termini ekwivalenti fil-każ ta' nbid li jirriżulta minn taħlit ta' nbejjed li joriġinaw f'għadd ta' Stati Membri;

(c) il-kliem “inbid tal-Unjoni Ewropea” jew “inbid miksub fi (…) minn għeneb maqtugħ fi (…)”, fejn jiġu elenkati l-ismijiet tal-Istati Membri inkwistjoni, għall-inbejjed li jiġu mmanifatturati fi Stat Membru minn għeneb maqtugħ fi Stat Membru ieħor;

(d) il-kliem “taħlita minn (…)”, jew espressi f'termini ekwivalenti, issupplimentati mill-ismijiet tal-pajjiżi terzi inkwistjoni, fil-każ ta' nbid li jirriżulta minn taħlit ta' nbejjed li joriġinaw f'għadd ta' pajjiżi terzi;

(e) il-kliem “inbid miksub fi (…) minn għeneb maqtugħ fi (…)”, fejn jiġu elenkati l-ismijiet tal-pajjiżi terzi inkwistjoni, għal inbejjed immanifatturati f'pajjiż terz minn għeneb maqtugħ f'pajjiż terz ieħor.

B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-indikazzjoni msemmija f'dak il-punt (a) tista' tiġi ssostitwita bl-indikazzjoni “prodott fi (…)”, jew inkella tiġi espressa f'termini ekwivalenti ssupplimentati mill-isem tal-Istat Membru fejn saret it-tieni fermentazzjoni.

▼C1

L-ewwel u t-tieni subparagrafi huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 46 u 55.

▼B

2.  Kif imsemmi fl-Artikolu 119(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (2), (10), (11) u (13) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-indikazzjoni tal-provenjenza għandha tkun indikata kif ġej:

(a) most ta' (…)” jew “most prodott fi (…)” jew espress f'termini ekwivalenti, issupplimentat b'isem l-Istat Membru;

(b) taħlita magħmula mill-prodott ta' żewġ pajjiżi jew aktar tal-Unjoni Ewropea” fil-każ ta' taħlit ta' prodotti tad-dwieli mmanifatturati f'żewġ Stati Membri jew aktar;

(c) most miksub fi (…) mill-għeneb maqtugħ fi (…)” fil-każ ta' most li ma jkunx sar fl-Istat Membru fejn ikun inqatal-għeneb.

3.  Rigward ir-Renju Unit u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 u fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, isem l-Istat Membru jista' jiġi ssostitwit bl-isem tal-pajjiż individwali rilevanti li jifforma parti mir-Renju Unit li fih jinqatal-għeneb użat fil-manifattura tal-prodott tad-dwieli.

Artikolu 46

Indikazzjoni tal-bottiljatur, tal-produttur, tal-importatur u tal-bejjiegħ

1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 119(1)(e) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u ta' dan l-Artikolu:

(a) bottiljatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' tali persuni stabbiliti fl-Unjoni Ewropea li jwettqu bbottiljar jew iqabbdu lil min jibbottilja f'isimhom;

(b) ibbottiljar” tfisser li l-prodott ikkonċernat jitqiegħed f'kontenituri ta' kapaċità li ma taqbiżx is-60 litru, għal bejgħ sussegwenti;

(c) produttur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' tali persuni li jwettqu jew li jqabbdu lil min iwettaq f'isimhom l-ipproċessar tal-għeneb jew tal-most biex jinbidel fi nbid, jew inkella l-ipproċessar tal-most jew tal-inbid biex jinbidel fi nbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti bil-gass, inbejjed frizzanti ta' kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità;

(d) importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' tali persuni stabbiliti fl-Unjoni li jassumu r-responsabbiltà għaċ-ċirkolazzjoni ta' merkanzija mhux tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(24) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(e) bejjiegħ” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' tali persuni, mhux koperti mid-definizzjoni ta' produttur, li jixtru u mbagħad jiċċirkolaw inbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti bil-gass, inbejjed frizzanti ta' kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità;

(f) indirizz” tfisser l-indikazzjonijiet taż-żona amministrattiva lokali u tal-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fih jinsab il-post tan-negozju jew l-uffiċċju ewlieni tal-bottiljatur, tal-produttur, tal-bejjiegħ jew tal-importatur.

2.  L-isem u l-indirizz tal-bottiljatur għandhom ikunu ssupplimentati:

(a) bil-kliem “bottiljatur” jew “ibbottiljat minn (…)”, li jista jkun supplimentat b'termini li jirreferu għall-azjenda tal-produttur; jew inkella

(b) minn termini li l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom huma ddefiniti mill-Istati Membri, fejn isir l-ibbottiljar ta' prodotti tad-dwieli b'denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta:

(i) fl-azjenda tal-produttur, jew

(ii) fil-post tan-negozju ta' grupp ta' produtturi, jew

(iii) f'intrapriża li tinsab fiż-żona ġeografika demarkata jew fil-prossimità immedjata taż-żona ġeografika demarkata inkwistjoni.

F'każ ta' bbottiljar ikkuntrattat, l-indikazzjoni tal-bottiljatur għandha tkun issupplimentata bil-kliem “ibbottiljat f'isem (…)” jew, fejn ikunu indikati l-isem u l-indirizz tal-persuna li tkun wettqet l-ibbottiljar f'isem parti terza, bil-kliem “ibbottiljat f'isem (…) minn (…)”.

Fejn l-ibbottiljar ma jsirx għand il-bottiljatur, l-indikazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza għall-post eżatt fejn tkun saret l-operazzjoni, u jekk tkun saret fi Stat Membru ieħor, isem dak l-Istat Membru. Dawn ir-rekwiżiti ma japplikawx fejn l-ibbottiljar jitwettaq f'post fi prossimità immedjata għal dak tal-bottiljatur.

F'każ ta' kontenituri li mhumiex fliexken, il-kliem “ippakkjatur” u “ippakkjat minn (…)” għandu jissostitwixxi lill-kliem “bottiljatur” u “ibbottiljat minn (…)” rispettivament, għajr fejn il-lingwa użata fiha nfisha ma tkunx tindika din id-differenza.

3.  L-isem u l-indirizz tal-produttur jew tal-bejjiegħ għandhom ikunu ssupplimentati bit-termini “produttur” jew “prodott minn” u “bejjiegħ” jew “mibjugħ minn”, jew l-ekwivalenti.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li:

(a) jagħmlu l-identifikazzjoni tal-produttur obbligatorja;

(b) jawtorizzaw is-sostituzzjoni tal-kliem “produttur” jew “prodott minn” bil-kliem elenkat fl-Anness II.

4.  L-isem u l-indirizz tal-importatur għandhom ikunu preċeduti mill-kliem “importatur” jew “importat minn (…)”. Għall-prodotti tad-dwieli importati bl-ingrossa u bbottiljati fl-Unjoni, isem l-importatur jista' jiġi ssostitwit jew issupplimentat bl-indikazzjoni tal-bottiljatur, f'konformità mal-paragrafu 2.

5.  L-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jistgħu jinġabru flimkien jekk ikunu jikkonċernaw l-istess persuna fiżika jew ġuridika.

Waħda minn dawn l-indikazzjonijiet tista' tiġi ssostitwita b'kodiċi ddeterminat mill-Istat Membru li fih il-bottiljatur, il-produttur, l-importatur jew il-bejjiegħ ikollu l-uffiċċju ewlieni tiegħu. Il-kodiċi għandu jkun issupplimentat b'referenza għall-Istat Membru inkwistjoni. L-isem u l-indirizz ta' persuna fiżika jew ġuridika oħra involuta fid-distribuzzjoni kummerċjali minbarra l-bottiljatur, il-produttur, l-importatur jew il-bejjiegħ, indikati b'kodiċi, għandhom jidhru wkoll fuq it-tikketta tal-inbid tal-prodott ikkonċernat.

6.  Fejn l-isem jew l-indirizz tal-bottiljatur, il-produttur, l-importatur jew il-bejjiegħ ikunu jinkludu jew jikkonsistu minn denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, din għandha tidher fuq it-tikketta:

(a) f'ittri li mhumiex akbar minn nofs id-daqs ta' dawk użati jew għad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografiċi protetta, jew inkella għad-deżinjazzjoni tal-kategorija ta' prodott tad-dwieli kkonċernata; jew

(b) bl-użu ta' kodiċi kif previst fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema għażla tapplika għall-prodotti tad-dwieli mmanifatturati fit-territorji tagħhom.

Artikolu 47

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor fl-inbid frizzanti, fl-inbid frizzanti bil-gass, fl-inbid frizzanti ta' kwalità jew fl-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità

1.  It-termini elenkati fil-Parti A tal-Anness III ta' dan ir-Regolament li jindikaw il-kontenut taz-zokkor għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti tad-dwieli kif previst fl-Artikolu 119(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Jekk il-kontenut taz-zokkor tal-prodotti tad-dwieli, espress f'termini ta' fruttożju, glukożju u sukrożju, jiġġustifika l-użu ta' tnejn mit-termini elenkati fil-Parti A tal-Anness III, għandu jintgħażel biss terminu wieħed minn dawk it-tnejn.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet tal-użu deskritti fil-Parti A tal-Anness III, il-kontenut taz-zokkor ma jistax ivarja b'aktar minn 3 grammi għal kull litru minn dak li jidher fuq it-tikketta tal-prodott.

Artikolu 48

Regoli speċifiċi għall-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid semifrizzanti bil-gass u l-inbid frizzanti ta' kwalità

1.  It-termini “inbid frizzanti bil-gass” u “inbid semifrizzanti bil-gass” kif imsemmija fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu ssupplimentati b'ittri tal-istess tip u daqs bil-kliem “magħmul biż-żieda ta' diossidu tal-karbonju” jew “magħmul biż-żieda ta' anidride tal-karbonju”, anke fejn japplika l-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-lingwa użata fiha nfisha tindika li jkun żdied id-diossidu tal-karbonju.

3.  Għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista' titħalla barra għall-inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu t-terminu “Sekt”.



TAQSIMA 2

Dettalji fakultattivi

Artikolu 49

Sena tal-qtugħ tal-għeneb

1.  Is-sena tal-qtugħ tal-għeneb imsemmija fl-Artikolu 120(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tista' tidher fuq it-tikketti tal-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (11), (13), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dment li mill-inqas 85 % tal-għeneb użat biex jiġu mmanifatturati dawk il-prodotti jkunu nqatgħu fis-sena inkwistjoni. Dan ma jinkludix:

(a) kwalunkwe kwantità ta' prodotti tad-dwieli li jintużaw fit-taħlil, “likur ta' spedizzjoni” jew “likur tirage”, jew

(b) kwalunkwe kwantità ta' prodott tad-dwieli kif imsemmija fil-punt (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-prodotti tad-dwieli li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta iżda li jkollhom indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb fuq it-tikketta, għandhom jiġu ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 ( 5 ).

3.  Għal prodotti tad-dwieli li tradizzjonalment jinkisbu minn għeneb maqtugħ f'Jannar jew Frar, is-sena tal-qtugħ tal-għeneb li għandha tidher fuq it-tikketta tal-prodotti tad-dwieli għandha tkun dik tas-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 50

Isem il-varjetà ta' għeneb tal-inbid

1.  L-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 120(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (11), (13), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jistgħu jidhru fuq it-tikketta ta' dawk il-prodotti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b), jekk huma mmanifatturati fl-Unjoni, jew inkella taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (c), jekk huma mmanifatturati f'pajjiżi terzi.

(a) L-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom jistgħu jiġu indikati taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) jekk tissemma biss varjetà waħda ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimu tagħha, mill-inqas 85 % tal-prodott irid ikun sar minn dik il-varjetà, mhux inkluż:

 kwalunkwe kwantità ta' prodotti tad-dwieli li jintużaw fit-taħlil, “likur ta' spedizzjoni” jew “likur tirage”; jew

 kwalunkwe kwantità ta' prodott tad-dwieli kif imsemmi fil-punt (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(ii) jekk jissemmew żewġ varjetajiet jew aktar ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom, 100 % tal-prodott ikkonċernat irid ikun sar minn dawk il-varjetajiet, mhux inkluż:

 kwalunkwe kwantità ta' prodotti tad-dwieli li jintużaw fit-taħlil, “likur ta' spedizzjoni” jew “likur tirage”; jew

 kwalunkwe kwantità ta' prodott tad-dwieli kif imsemmi fil-punt (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid għandhom jidhru fuq it-tikketta f'ordni dixxendenti tal-proporzjon użat u f'ittri tal-istess daqs.

(b) Għall-prodotti tad-dwieli mmanifatturati fl-Unjoni, l-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom għandhom ikunu dawk speċifikati fil-klassifika tal-varjetà ta' għeneb tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 81(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Għall-Istati Membri eżentati mill-obbligu ta' klassifika kif previst fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi għandhom ikunu dawk speċifikati fil-“Lista internazzjonali ta' varjetajiet ta' dwieli u s-sinonimi tagħhom” ġestita mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid.

(c) Għal prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi, il-kundizzjonijiet tal-użu tal-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew tas-sinonimi tagħhom għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiż terz ikkonċernat, inklużi dawk minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi, u l-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew tas-sinonimi tagħhom għandhom ikunu dawk speċifikati fil-lista ta' mill-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet li ġejjin:

(i) l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid;

(ii) l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti;

(iii) il-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, prodott tad-dwieli li ma jkollux denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta iżda li jkollu indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb fuq it-tikketta tiegħu għandu jiġi ċċertifikat f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274.

Fil-każ ta' nbejjed frizzanti u nbejjed frizzanti ta' kwalità, l-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid użati biex jissupplimentaw id-deskrizzjoni tal-prodott, jiġifieri “pinot blanc”, “pinot noir”, “pinot meunier” jew “pinot gris” u l-ismijiet ekwivalenti fil-lingwi l-oħra tal-Unjoni, jistgħu jiġu ssostitwiti bis-sinonimu “pinot”.

3.  L-ismijiet tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jinkludu jew jikkonsistu minn denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li jistgħu jidhru fuq it-tikketta ta' prodott li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ta' pajjiż terz huma dawk elenkati fil-Parti A tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Il-Parti A tal-Anness IV tista' tiġi mmodifikata mill-Kummissjoni biss biex tqis il-prattiki ta' tikkettar stabbiliti ta' Stati Membri ġodda, wara l-adeżjoni.

4.  L-ismijiet tal-varjetà ta' għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom elenkati fil-Parti B tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament, li parzjalment jinkludu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u li jirreferu direttament għall-element ġeografiku tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta inkwistjoni, jistgħu jidhru biss fuq it-tikketta ta' prodott li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ta' pajjiż terz.

Artikolu 51

Regoli speċifiċi għall-indikazzjoni ta' varjetajiet ta' għeneb tal-inbid fuq prodotti tad-dwieli li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta

Għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (9) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, u dment li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 120(2) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw it-terminu “inbid varjetali” ssupplimentat b'wieħed jew bit-tnejn li ġejjin:

(a) isem l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i);

(b) isem il-varjetà/varjetajiet ta' għeneb tal-inbid.

Għall-prodotti tad-dwieli msemmija fl-ewwel paragrafu li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta, jew li ma jkollhomx indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz bl-isem ta' varjetà waħda jew aktar ta' għeneb tal-inbid fuq it-tikketti tagħhom, il-pajjiżi terzi jistgħu jiddeċiedu li jużaw it-terminu “inbid varjetali” ssupplimentat bl-isem/ismijiet tal-pajjiż(i) terz(i) konċernat(i).

L-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika fir-rigward tal-indikazzjoni tal-isem/ismijiet tal-Istat(i) Membru/i jew il-pajjiż(i) terz(i).

Fil-każ tar-Renju Unit, isem l-Istat Membru jista' jiġi ssostitwit bl-isem tal-pajjiż individwali rilevanti li jifforma parti mir-Renju Unit li fih jinqatal-għeneb użat fil-manifattura tal-prodott tad-dwieli.

Artikolu 52

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor għall-prodotti tad-dwieli għajr l-inbid frizzanti, l-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid frizzanti ta' kwalità jew l-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità

1.  Il-kontenut taz-zokkor espress bħala fruttożju u glukożju kif previst fil-Parti B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament jista' jidher fuq it-tikketta tal-prodotti tad-dwieli minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 119(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  Fejn il-kontenut taz-zokkor tal-prodotti tad-dwieli jiġġustifika l-użu ta' tnejn mit-termini elenkati fil-Parti B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, għandu jintgħażel terminu wieħed biss minn dawk it-tnejn.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet tal-użu deskritti fil-Parti B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, il-kontenut taz-zokkor ma jistax ivarja b'aktar minn 1 g għal kull litru minn dak li jidher fuq it-tikketta.

4.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (3), (8) u (9) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dment li l-kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor jiġu rregolati mill-Istati Membri jew stabbiliti fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat, inkluż, fil-każ ta' pajjiżi terzi, regoli minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

Artikolu 53

Termini li jirreferu għal ċerti metodi ta' produzzjoni

1.  F'konformità mal-Artikolu 120(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (11), (13), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu juru indikazzjonijiet li jirreferu għal ċerti metodi ta' produzzjoni. Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jinkludu l-metodi ta' produzzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.

2.  Huma biss it-termini użati biex jirreferu għall-indikazzjonijiet ta' ċerti metodi ta' produzzjoni u li huma elenkati fl-Anness V li għandhom jintużaw biex jiddeskrivu prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew li jkollu indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz li jkun ġie ffermentat jew immaturat f'kontenitur tal-injam. Madankollu, għal tali prodott tad-dwieli, l-Istati Membri u pajjiżi terzi jistgħu jistabbilixxu indikazzjonijiet oħra ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness V.

Għandu jkun permess l-użu ta' waħda mill-indikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu fejn il-prodott tad-dwieli jkun ġie mmaturat f'kontenitur tal-injam f'konformità mar-regoli nazzjonali fis-seħħ, anke meta l-proċess ta' maturazzjoni jkompli f'tip ta' kontenitur ieħor.

L-indikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jistgħux jintużaw biex jiddeskrivu prodott tad-dwieli li jkun ġie mmanifatturat bl-għajnuna ta' ċipep tal-ballut, anke b'assoċjazzjoni mal-użu ta' kontenituri tal-injam.

3.  L-espressjoni “iffermentat fil-flixkun” tista' tintuża biss biex tiddeskrivi nbejjed frizzanti li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ta' pajjiż terz, jew inbejjed frizzanti ta' kwalità, dment li:

(a) il-prodott ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fi flixkun;

(b) it-tul tal-proċess ta' produzzjoni, inkluża l-maturazzjoni fl-intrapriża fejn ikun ġie mmanifatturat il-prodott, ikkalkulat mill-bidu tal-proċess ta' fermentazzjoni mfassal biex jagħmel lill-cuvée frizzanti, ma jkunx inqas minn disa' xhur;

(c) il-proċess ta' fermentazzjoni mfassal biex il-cuvée ssir frizzanti u l-preżenza tal-cuvée fuq il-karfa jkunu damu mill-inqas 90 jum;

(d) il-prodott ikun infired mill-karfa permezz tal-filtrazzjoni, f'konformità mal-metodu ta' tiswib tal-inbid minn ġo flixkun għal ieħor, jew inkella ta' sbokkament.

4.  L-espressjonijiet “iffermentat fil-flixkun bil-metodu tradizzjonali” jew “metodu tradizzjonali” jew “metodu klassiku” jew “metodu tradizzjonali klassiku” jistgħu jintużaw biss biex jiddeskrivu inbejjed frizzanti li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz, jew inbejjed frizzanti ta' kwalità, dment li l-prodott:

(a) ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun;

(b) ikun baqa' f'kuntatt mal-karfa għal mill-inqas disa' xhur fl-istess impriża, minn meta tkun ġiet ikkostitwita l-cuvée;

(c) ikun infired mill-karfa permezz tal-isbokkament.

5.  L-espressjoni “crémant” tista' tintuża biss għal inbejjed frizzanti ta' kwalità bojod jew “rożè” li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz, dment li:

(a) l-għeneb jinqata' manwalment;

(b) l-inbid isir minn most miksub bit-tagħsir ta' għeneb sħiħ jew ta' għeneb bla zkuk. Il-kwantità tal-most miksub ma għandhiex taqbeż il-100 litru għal kull 150 kg ta' għeneb;

(c) il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit ma jaqbiżx 150 mg/l;

(d) il-kontenut taz-zokkor ikun inqas minn 50 g/l;

(e) l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55, it-terminu “crémant” għandu jiġi indikat fuq it-tikketti ta' nbejjed frizzanti ta' kwalità flimkien ma' isem l-unità ġeografika sottostanti għaż-żona demarkata tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta tal-pajjiż terz inkwistjoni.

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-produtturi li għandhom trademarks li jinkludu t-terminu “crémant” irreġistrati qabel l-1 ta' Marzu 1986.

6.  Ir-referenzi għall-produzzjoni organika tal-għeneb huma rregolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 6 ).

Artikolu 54

Indikazzjoni tal-azjenda

1.  It-termini li jirreferu għal azjenda elenkata fl-Anness VI, għajr l-indikazzjoni ta' isem il-bottiljatur, il-produttur jew il-bejjiegħ, għandhom ikunu riżervati għal prodotti tad-dwieli b'denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

Dawk it-termini għandhom jintużaw biss jekk il-prodott tad-dwieli jkun magħmul esklużivament minn għeneb maqtugħ f'vinji sfruttati minn dik l-azjenda, u l-produzzjoni tal-inbid issir kompletament f'dik l-azjenda.

2.  L-Istati Membri għandhom jirregolaw l-użu tat-termini rispettivi tagħhom elenkati fl-Anness VI. Il-pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar l-użu applikabbli għat-termini rispettivi tagħhom elenkati fil-Anness VI, inlkluż dawk minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

3.  L-operaturi involuti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott tad-dwieli mmanifatturat f'tali azjenda jistgħu jużaw isem l-azjenda għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' dak il-prodott tad-dwieli biss jekk l-azjenda inkwistjoni taqbel ma' dak l-użu.

Artikolu 55

Referenza għall-ismijiet ta' unitajiet ġeografiċi iżgħar jew akbar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta

1.  Skont l-Artikolu 120(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 45 u 46, huwa biss prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta' oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta jew indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz li fuq it-tikketta jista' jkollu referenza għall-isem ta' unità ġeografika li tkun iżgħar jew akbar miż-żona ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

2.  Fejn jissemmew ismijiet ta' unitajiet ġeografiċi li jkunu iżgħar miż-żona sottostanti tad-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, iż-żona tal-unità ġeografika inkwistjoni għandha tkun iddefinita sew mill-applikant fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u fid-dokument uniku. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw l-użu ta' dawn l-unitajiet ġeografiċi.

Għall-prodotti tad-dwieli magħmula f'unità ġeografika iżgħar, japplika dan li ġej:

(a) mill-inqas 85 % tal-għeneb li minnu jkun sar il-prodott tad-dwieli għandu joriġina minn dik l-unità ġeografika iżgħar. Dan ma jinkludix:

(i) kwalunkwe kwantità ta' prodotti tad-dwieli li jintużaw fit-taħlil, “likur ta' spedizzjoni” jew “likur tirage”,

(ii) kwalunkwe kwantità ta' prodott tad-dwieli kif imsemmi fil-punt (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(b) L-għeneb li jifdal użat fil-produzzjoni għandu joriġina fiż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata.

Fil-każ ta' trademarks irreġistrati jew trademarks stabbiliti bl-użu qabel il-11 ta' Mejju 2002 li jinkludu jew jikkonsistu minn isem ta' unità ġeografika li tkun iżgħar miż-żona sottostanti tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika u r-referenzi taż-żona ġeografika tal-Istat Membru kkonċernat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu.

3.  L-isem ta' unità ġeografika li tkun iżgħar jew akbar miż-żona sottostanti tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika jew ir-referenzi taż-żona ġeografika għandu jirreferi għal:

(a) lokalità jew grupp ta' lokalitajiet;

(b) żona amministrattiva lokali jew parti minnha;

(c) subreġjun ta' vitikultura jew parti minnu;

(d) żona amministrattiva.



TAQSIMA 3

Regoli dwar ċerti forom u għeluq speċifiċi tal-fliexken

Artikolu 56

Kundizzjonijiet tal-użu għal ċerti forom speċifiċi tal-fliexken

Biex jikkwalifika għall-inklużjoni fil-lista ta' tipi speċifiċi ta' flixkun stipulata fl-Anness VII, tip partikolari ta' flixkun għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) irid ikun intuża esklużivament, ġenwinament u tradizzjonalment għall-aħħar 25 sena għal prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta partikolari; u

(b) l-użu tiegħu għandu jevoka għall-konsumaturi prodott tad-dwieli li għandu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta.

L-Anness VII jistipula l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tat-tipi speċifiċi ta' fliexken rikonoxxuti.

Artikolu 57

Regoli dwar il-preżentazzjoni għal ċerti prodotti tad-dwieli

1.  L-inbid frizzanti, l-inbid frizzanti ta' kwalità u l-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità mmanifatturat fl-Unjoni għandu jiġi kkummerċjalizzat jew esportat fi fliexken tal-ħġieġ tat-tip “inbid frizzanti” magħluqa bi:

(a) għal fliexken b'volum nominali ta' aktar minn 0,20 litri: tapp forma ta' faqqiegħ magħmul mis-sufra jew minn materjal ieħor li jista' jiġi f'kuntatt ma' prodotti alimentari, miżmum f'postu minn qfil, mgħotti, jekk meħtieġ, minn kapsun u miksi fil-fojl li jgħatti kompletament lit-tapp u lil parti mill-għonq, jew l-għonq kollu, tal-flixkun;

(b) għal fliexken b'kontenut ta' volum nominali li ma jaqbiżx 0,20 litri: kwalunkwe għeluq ieħor xieraq.

Xorb ieħor immanifatturat fl-Unjoni ma għandux jiġi kkummerċjalizzat jew esportat la f'tip ta' fliexken tal-ħġieġ “inbid frizzanti” u lanqas b'għeluq kif deskritt fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

2.  B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li xorb ieħor jista' jiġi kkummerċjalizzat jew esportat f'tip ta' fliexken tal-ħġieġ “inbid frizzanti” jew b'għeluq kif deskritt fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jew bit-tnejn li huma, dment li tradizzjonalment ikunu bbottiljati f'dawn il-fliexken u ma jqarrqux bil-konsumaturi rigward in-natura reali tax-xorb.

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti mill-Istati Membri produtturi relatati mat-tikkettar u l-preżentazzjoni

▼C1

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju, jipprojbixxu jew jillimitaw l-użu tal-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 49, 50, 52, 53 u 55 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34 għal prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li jiġi mmanifatturat fit-territorju tagħhom, billi jintroduċu kundizzjonijiet li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu permezz tal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-prodott ta’ dawk il-prodotti tad-dwieli.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-użu tal-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 52 u 53 ta' dan ir-Regolament għal prodotti tad-dwieli mmanifatturati fit-territorju tagħhom, fejn dawk il-prodotti tad-dwieli ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta.

3.  Għall-finijiet ta' kontroll, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għal prodotti tad-dwieli mmanifatturati fit-territorji tagħhom, jiddefinixxu u jirregolaw indikazzjonijiet oħra għajr dawk elenkati fl-Artikoli 119(1) u 120(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

4.  Għall-finijiet ta' kontroll, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu applikabbli l-Artikoli 118, 119 u 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal prodotti tad-dwieli bbottiljati fit-territorji tagħhom iżda li jkunu għadhom ma ġewx ikkummerċjalizzati jew esportati.



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 59

Lingwa proċedurali

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha mibgħuta lill-Kummissjoni fir-rigward ta' applikazzjoni għall-protezzjoni, applikazzjoni għall-emendar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-proċedura ta' tħassir ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, f'konformità mal-Artikoli 94 sa 98 u l-Artikoli 105 u 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u ta' terminu tradizzjonali, f'konformità mal-Artikoli 25 sa 31 u l-Artikoli 34 u 35 ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċertifikata f'waħda minn dawk il-lingwi.

Artikolu 60

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 huwa mħassar.

Artikolu 61

Miżuri tranżizzjonali

1.  L-Artikoli 2 sa 12 u l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 rigward l-applikazzjoni għall-protezzjoni u t-tikkettar temporanju għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni pendenti fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 rigward il-proċedura ta' oġġezzjoni għandhom ikomplu japplikaw għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni li d-dokumenti uniċi relatati magħhom ikunu diġà ġew ippubblikati għall-oppożizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.  L-Artikoli 21, 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 rigward it-tħassir tal-protezzjoni għandhom ikomplu japplikaw għal talbiet pendenti għat-tħassir tal-protezzjoni fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

4.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 li jirregolaw l-oġġezzjonijiet għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet pendenti li għalihom dokument uniku jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

5.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-proċeduri li jikkonċernaw termini tradizzjonali li, fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikollhom applikazzjoni għall-protezzjoni jew talba għat-tħassir pendenti f'isimhom.

6.  L-Artikoli 20 u 72 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 rigward emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott u tikkettar temporanju għandhom ikomplu japplikaw kemm għal applikazzjonijiet għall-emendar ta' speċifikazzjoni tal-prodott li jkunu diġà ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll għal applikazzjonijiet għal emendi minuri u mhux minuri li jkunu ġew indikati mill-Istati Membri bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal emenda tal-Unjoni.

Rigward applikazzjoni pendenti għall-emendar mhux koperti mis-subparagrafu 1, id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jippreżentaw dawn l-emendi lill-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala approvazzjoni ta' emenda standard f'konformità mal-Artikolu 17(2) ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-lista ta' emendi pendenti lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika fi żmien tliet xhur wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Din il-lista għandha titqassam fiż-żewġ gruppi li ġejjin:

(a) emendi li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' emenda tal-Unjoni;

(b) emendi li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' emenda standard.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' emendi standard għal kull Stat Membru f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-lista kompluta ta' kull Stat Membru, u għandha tippubblika l-applikazzjonijiet u d-dokumenti uniċi relatati ma' dawk l-emendi standard.

7.  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandhom ikomplu japplikaw għal applikazzjonijiet pendenti għall-emendar ta' terminu tradizzjonali fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

8.  Emendi għal speċifikazzjoni tal-prodott imressqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru fl-1 ta' Awwissu 2009 jew wara, u trażmessi minn dawn l-awtoritajiet lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' Ġunju 2014, f'konformità mal-Artikolu 73(2) tar-Regolament (KE) Nru 607/2009, jitqiesu bħala approvati jekk ikunu ġew rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala li jġibu lill-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'konformità mal-Artikolu 118c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Emendi li ma jkunux ġew rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala li jġibu lill-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'konformità mal-Artikolu 118c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jitqiesu bħala applikazzjonijiet għal emenda standard u għandhom isegwu r-regoli tranżizzjonali stipulati fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

9.  Prodotti tad-dwieli li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu ttikkettati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 607/2009 jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

10.  Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 118s tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tapplika għal kwalunkwe modifika għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott imressqa lil Stat Membru fl-1 ta' Awwissu 2009 jew wara, u mibgħuta lill-Kummissjoni minn dak l-Istat Membru qabel il-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 62

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

TAQSIMA A

Termini msemmija fl-Artikolu 41(1)



Lingwa

Termini li jikkonċernaw is-sulfiti

Termini li jikkonċernaw il-bajd u l-prodotti bbażati fuq il-bajd

Termini li jikkonċernaw il-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib

bil-Bulgaru

“сулфити” jew “серен диоксид”

“яйце”, “яйчен протеин”, “яйчен продукт”, “яйчен лизозим” jew “яйчен албумин”

“мляко”, “млечни продукти”, “млечен казеин” jew “млечен протеин”

bl-Ispanjol

“sulfitos” jew “dióxido de azufre”

“huevo”, “proteína de huevo”, “ovoproducto”, “lisozima de huevo” jew “ovoalbúmina”

“leche”, “productos lácteos”, “caseína de leche” jew “proteína de leche”

biċ-Ċek

“siřičitany” jew “oxid siřičitý”

“vejce”, “vaječná bílkovina”, “výrobky z vajec”, “vaječný lysozym” jew “vaječný albumin”

“mléko”, “výrobky z mléka”, “mléčný kasein” jew “mléčná bílkovina”

bid-Daniż

“sulfitter”jew“svovldioxid”.

“æg”,“ægprotein”,“ægprodukt”,“æglysozym”, jew“ægalbumin”

“mælk”,“mælkeprodukt”,“mælkecasein”jew“mælkeprotein”,

bil-Ġermaniż

“Sulfite” jew “Schwefeldioxid”

“Ei”, “Eiprotein”, “Eiprodukt”, “Lysozym aus Ei” jew “Albumin aus Ei”

“Milch”, “Milcherzeugnis”, “Kasein aus Milch” jew “Milchprotein”

bl-Estonjan

“sulfitid” jew “vääveldioksiid”

“muna”, “munaproteiin”, “munatooted”, “munalüsosüüm” jew “munaalbumiin”…

“piim”, “piimatooted”, “piimakaseiin” jew “piimaproteiin”

bil-Grieg

“θειώδη”, “διοξείδιο του θείου” jew “ανυδρίτης του θειώδους οξέος”

“αυγό”, “πρωτεΐνη αυγού”, “προϊόν αυγού”, “λυσοζύμη αυγού” jew “αλβουμίνη αυγού”

“γάλα”, “προϊόντα γάλακτος”, “καζεΐνη γάλακτος” jew “πρωτεΐνη γάλακτος”

bl-Ingliż

“sulphites”, “sulfites”, “sulphur dioxide” jew “sulfur dioxide”

“egg”, “egg protein”, “egg product”, “egg lysozyme” jew “egg albumin”

“milk”, “milk products”, “milk casein” jew “milk protein”

bil-Franċiż

“sulfites” jew “anhydride sulfureux”

“œuf”, “protéine de l'œuf”, “produit de l'œuf”, “lysozyme de l'œuf” jew “albumine de l'œuf”

“lait”, “produits du lait”, “caséine du lait” jew “protéine du lait”

bil-Kroat

“sulfiti” jew “sumporov dioksid”

“jaje”, “bjelančevine iz jaja”, “proizvodi od jaja”, “lizozim iz jaja” jew “albumin iz jaja”;

“mlijeko”, “mliječni proizvodi”, “kazein iz mlijeka” jew “mliječne bjelančevine”

bit-Taljan

“solfiti”, jew “anidride solforosa”

“uovo”, “proteina dell'uovo”, “derivati dell'uovo”, “lisozima da uovo” jew “ovoalbumina”

“latte”, “derivati del latte”, “caseina del latte” jew “proteina del latte”

bil-Latvjan

“sulfīti” jew “sēra dioksīds”

“olas”, “olu olbaltumviela”, “olu produkts”, “olu lizocīms” jew “olu albumīns”

“piens”, “piena produkts”, “piena kazeīns” jew “piena olbaltumviela”

bil-Litwan

“sulfitai” jew “sieros dioksidas”

“kiaušiniai”, “kiaušinių baltymai”, “kiaušinių produktai”, “kiaušinių lizocimas” jew “kiaušinių albuminas”

“pienas”, “pieno produktai”, “pieno kazeinas” jew “pieno baltymai”

bl-Ungeriż

“szulfitok” jew “kén-dioxid”

“tojás”, “tojásból származó fehérje”, “tojástermék”, “tojásból származó lizozim” jew “tojásból származó albumin”

“tej”, “tejtermékek”, “tejkazein” jew “tejfehérje”

bil-Malti

“sulfiti”, jew “diossidu tal-kubrit”

“bajd”, “proteina tal-bajd”, “prodott tal-bajd”, “liżożima tal-bajd” jew “albumina tal-bajd”

“ħalib”, “prodotti tal-ħalib”, “kaseina tal-ħalib” jew “proteina tal-ħalib”

bl-Olandiż

“sulfieten” jew “zwaveldioxide”

“ei”, “eiproteïne”, “eiderivaat”, “eilysozym” jew “eialbumine”

“melk”, “melkderivaat”, “melkcaseïne” jew “melkproteïnen”

bil-Pollakk

“siarczyny”, “dwutlenek siarki” jew “ditlenek siarki”

“jajo”, “białko jaja”, “produkty z jaj”, “lizozym z jaja” jew “albuminę z jaja”

“mleko”, “produkty mleczne”, “kazeinę z mleka” jew “białko mleka”

bil-Portugiż

“sulfitos” jew “dióxido de enxofre”

“ovo”, “proteína de ovo”, “produto de ovo”, “lisozima de ovo” jew “albumina de ovo”

“leite”, “produtos de leite”, “caseína de leite” jew “proteína de leite”

bir-Rumen

“sulfiți” jew “dioxid de sulf”

“ouă”, “proteine din ouă”, “produse din ouă”, “lizozimă din ouă” jew “albumină din ouă”

“lapte”, “produse din lapte”, “cazeină din lapte” jew “proteine din lapte”

bis-Slovakk

“siričitany” jew “oxid siričitý”

“vajce”, “vaječná bielkovina”, “výrobok z vajec”, “vaječný lyzozým” jew “vaječný albumín”

“mlieko”, “výrobky z mlieka”, “mliečne výrobky”, “mliečny kazeín” jew “mliečna bielkovina”

bis-Sloven

“sulfiti” jew “žveplov dioksid”

“jajce”, “jajčne beljakovine”, “proizvod iz jajc”, “jajčni lizocim” jew “jajčni albumin”

“mleko”, “proizvod iz mleka”, “mlečni kazein” jew “mlečne beljakovine”

bil-Finlandiż

“sulfiittia”, “sulfiitteja” jew “rikkidioksidia”

“kananmunaa”, “kananmunaproteiinia”, “kananmunatuotetta”, “lysotsyymiä (kananmunasta)” jew “kananmuna-albumiinia”

“maitoa”, “maitotuotteita”, “kaseiinia (maidosta)” jew “maitoproteiinia”

bl-Iżvediż

“sulfiter” jew “svaveldioxid”

“ägg”, “äggprotein”, “äggprodukt”, “ägglysozym” jew “äggalbumin”

“mjölk”, “mjölkprodukter”, “mjölkkasein” jew “mjölkprotein”

TAQSIMA B

Pittogrammi msemmija fl-Artikolu 41(2)



image

image

image

image




ANNESS II

Kliem imsemmi fl-Artikolu 46(3), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)



Lingwa

Kliem awtorizzat minflok “produttur”

Kliem awtorizzat minflok “prodott minn”

BG

“преработвател”

“преработено от”

ES

“elaborador”

“elaborado por”

CS

“zpracovatel” jew “vinař”

“zpracováno v” jew “vyrobeno v”

DA

“forarbejdningsvirksomhed”jew“vinproducent”

“forarbejdet af”

DE

“Verarbeiter”

“verarbeitet von” jew “versektet durch”

“Sektkellerei”

ET

“töötleja”

“töödelnud”

EL

“οινοποιός”

“οινοποιήθηκε από”,

EN

“processor” jew “winemaker”

“processed by” jew “made by”

FR

“élaborateur”

“élaboré par”

IT

“elaboratore” jew “spumantizzatore”

“elaborato da” jew “spumantizzato da”

LV

“izgatavotājs”

“vīndaris” jew “ražojis”

LT

“perdirbėjas”

“perdirbo”

HU

“feldolgozó:”

“feldolgozta:”

MT

“proċessur”

“ipproċessat minn”

NL

“verwerker” jew “bereider”

“verwerkt door” jew “bereid door”

PL

“przetwórca” jew “wytwórca”

“przetworzone przez” jew “wytworzone przez”

PT

“elaborador” jew “preparador”

“elaborado por” jew “preparado por”

RO

“elaborator”

“elaborat de”

SI

“pridelovalec”

“prideluje”

SK

“spracovateľ”

“spracúva”

FI

“valmistaja”

“valmistanut”

SV

“bearbetningsföretag”

“bearbetat av”




ANNESS III

TAQSIMA A

Lista ta' termini msemmija fl-Artikolu 47(1), li għandhom jintużaw għal inbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità



Termini

Kundizzjonijiet tal-użu

brut nature, naturherb, bruto natural, pas dosé, dosage zéro, natūralusis briutas, īsts bruts, přírodně tvrdé, popolnoma suho, dosaggio żero, брют натюр, brut natur

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun inqas minn 3 grammi għal kull litru; dawn it-termini jistgħu jintużaw biss għal prodotti li ma jiżdidilhomx iz-zokkor wara l-fermentazzjoni sekondarja.

extra brut, extra herb, ekstra briutas, ekstra brut, ekstra bruts, zvláště tvrdé, extra bruto, izredno suho, ekstra wytrawne, екстра брют

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 0 u 6 grammi kull litru.

brut, herb, briutas, bruts, tvrdé, bruto, zelo suho, bardzo wytrawne, брют

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun inqas minn 12-il gramma għal kull litru.

extra dry, extra trocken, extra seco, labai sausas, ekstra kuiv, ekstra sausais, különlegesen száraz, wytrawne, suho, zvláště suché, extra suché, екстра сухо, extra sec, ekstra tør, vrlo suho

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 12 u 17 grammi kull litru.

sec, trocken, secco, asciutto, dry, tør, ξηρός, seco, torr, kuiva, sausas, kuiv, sausais, száraz, półwytrawne, polsuho, suché, сухо, suho

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 17 u 32 grammi kull litru.

demi-sec, halbtrocken, abboccato, medium dry, halvtør, ημίξηρος, semi seco, meio seco, halvtorr, puolikuiva, pusiau sausas, poolkuiv, pussausais, félszáraz, półsłodkie, polsladko, polosuché, polosladké, полусухо, polusuho

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 32 u 50 grammi kull litru.

doux, mild, dolce, sweet, sød, γλυκός, dulce, doce, söt, makea, saldus, magus, édes, ħelu, słodkie, sladko, sladké, сладко, dulce, saldais, slatko

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun aktar minn 50 gramma għal kull litru.

TAQSIMA B

Lista ta' termini msemmija fl-Artikolu 52(1), li għandhom jintużaw għal prodotti oħra għajr dawk elenkati fil-Parti A



Termini

Kundizzjonijiet tal-użu

сухо, seco, suché, tør, trocken, kuiv, ξηρός, dry, sec, secco, asciuttto, sausais, sausas, száraz, droog, wytrawne, seco, sec, suho, kuiva

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu ma jaqbiżx:

— 4 grammi għal kull litru, jew

— 9 grammi għal kull litru, dment li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta' aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu.

полусухо, semiseco, polosuché, halvtør, halbtrocken, poolkuiv, ημίξηρος, medium dry, demi-sec, abboccato, pussausais, pusiau sausas, félszáraz, halfdroog, półwytrawne, meio seco, adamado, demisec, polsuho, puolikuiva, halvtorrt, polusuho

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jaqbeż il-massimu permess iżda ma jaqbiżx:

— 12-il gramma għal kull litru, jew

— 18-il gramma għal kull litru, dment li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta' aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 10 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu.

полусладко, semidulce, polosladké, halvsød, lieblich, poolmagus, ημίγλυκος, medium, medium sweet, moelleux, amabile, pussaldais, pusiau saldus, félédes, halfzoet, półsłodkie, meio doce, demidulce, polsladko, puolimakea, halvsött, poluslatko

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jaqbeż il-massimu permess iżda ma jaqbiżx 45 gramma għal kull litru.

сладко, dulce, sladké, sød, süss, magus, γλυκός, sweet, doux, dolce, saldais, saldus, édes, ħelu, zoet, słodkie, doce, dulce, sladko, makea, sött, slatko.

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu ikun mill-inqas 45 gramma għal kull litru.




ANNESS IV

LISTA TA' VARJETAJIET TA' GĦENEB TAL-INBID U S-SINONIMI TAGĦHOM LI JISTGĦU JIDHRU FUQ IT-TIKKETTAR TAL-INBEJJED ( 7 )

TAQSIMA A

Lista ta' varjetajiet ta' għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed f'konformità mal-Artikolu 50(3)



 

Isem ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta

Isem il-varjetà jew is-sinonimi tagħha

Pajjiżi li jistgħu jużaw isem il-varjetà jew wieħed mis-sinonimi tiegħu (1)

1

Alba (IT)

Albarossa

L-Italjao

2

Alicante (ES)

Alicante Bouschet

Il-Greċjao, l-Italjao, il-Portugallo, l-Alġerijao, it-Tuneżija°, l-Istati Unitio, Ċipruo , l-Afrika t'Isfel, il-Kroazja

Nota: L-isem “Alicante” ma jistax jintuża waħdu biex jindika inbid.

3

Alicante Branco

Il-Portugall o

4

Alicante Henri Bouschet

Franzao, is-Serbja u l-Montenegro (6)

5

Alicante

L-Italja o

6

Alikant Buse

Is-Serbja u l-Montenegro (4)

7

Avola (IT)

Nero d'Avola

L-Italja

8

Bohotin (RO)

Busuioacă de Bohotin

Ir-Rumanija

9

Borba (PT)

Borba

Spanja o

10

Bourgogne (FR)

Blauburgunder

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-20-30), l-Awstrija (18-20), il-Kanada (20-30), iċ-Ċilì (20-30), l-Italja (20-30), l-Iżvizzera

11

Blauer Burgunder

L-Awstrija (10-13), is-Serbja u l-Montenegro (17-30)

12

Blauer Frühburgunder

Il-Ġermanja (24)

13

Blauer Spätburgunder

Il-Ġermanja (30), l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-20-30), l-Awstrija (10-11), il-Bulgarija (30), il-Kanada (10-30), iċ-Ċilì (10-30), ir-Rumanija (30), l-Italja (10-30)

14

Burgund Mare

Ir-Rumanija (35, 27, 39, 41)

14a

Borgonja istarska

Il-Kroazja

15

Burgundac beli

Is-Serbja u l-Montenegro (34)

15a

Burgundac bijeli

Il-Kroazja

17

Burgundac crni

Is-Serbja u l-Montenegro (11-30), il-Kroazja

18

Burgundac sivi

Il-Kroazja°, is-Serbja u l-Montenegro o

19

Burgundec bel

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o

20

Burgundec crn

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-13-30)

21

Burgundec siv

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o

22

Early Burgundy

L-Istati Uniti o

23

Fehér Burgundi, Burgundi

L-Ungerija (31)

24

Frühburgunder

Il-Ġermanja (12), in-Netherlandso

25

Grauburgunder

Il-Ġermanja, il-Bulgarija, l-Ungerija°, ir-Rumanija (26)

26

Grauer Burgunder

Il-Kanada, ir-Rumanija (25), il-Ġermanja, l-Awstrija

27

Grossburgunder

Ir-Rumanija (37, 14, 40, 42)

28

Kisburgundi kék

L-Ungerija (30)

29

Nagyburgundi

L-Ungerijao

30

Spätburgunder

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-13-20), is-Serbja u l-Montenegro (11-17), il-Bulgarija (13), il-Kanada (10-13), iċ-Ċilì, l-Ungerija (29), il-Moldovao, ir-Rumanija (13), l-Italja (10-13), ir-Renju Unit, il-Ġermanja (13)

31

 

Weißburgunder

L-Afrika t'Isfel (33), il-Kanada, iċ-Ċilì (32), l-Ungerija (23), il-Ġermanja (32, 33), l-Awstrija (32), ir-Renju Unito, l-Italja

32

 

Weißer Burgunder

Il-Ġermanja (31, 33), l-Awstrija (31), iċ-Ċilì (31), is-Slovenja, l-Italja

33

 

Weissburgunder

L-Afrika t'Isfel (31), il-Ġermanja (31, 32), ir-Renju Unit, l-Italja, l-Iżvizzerao

34

 

Weisser Burgunder

Is-Serbja u l-Montenegro (15)

35

Il-Calabria (IT)

Calabrese

L-Italja

36

Cotnari (RO)

Grasă de Cotnari

Ir-Rumanija

37

Franken (DE)

Blaufränkisch

Ir-Repubblika Ċeka (39), l-Awstrijao, il-Ġermanja, is-Slovenja (Modra frankinja, Frankinja), l-Ungerija, ir-Rumanija (14, 27, 39, 41)

38

Frâncușă

Ir-Rumanija

39

Frankovka

Ir-Repubblika Ċeka (37), is-Slovakkja (40), ir-Rumanija (14, 27, 38, 41), il-Kroazja,

40

Frankovka modrá

Is-Slovakkja (39)

41

Kékfrankos

L-Ungerija, ir-Rumanija (37, 14, 27, 39)

42

Il-Friuli (IT)

Friulano

L-Italja

43

Graciosa (PT)

Graciosa

Il-Portugall o

44

Мелник (BU)

Melnik

Мелник

Melnik

Il-Bulgarija

45

Montepulciano (IT)

Montepulciano

L-Italja o

46

Moravské (CZ)

Cabernet Moravia

Ir-Repubblika Ċeka o

47

Moravia dulce

Spanja o

48

Moravia agria

Spanja o

49

Muškat moravský

Ir-Repubblika Ċekao, is-Slovakkja

50

Odobești (RO)

Galbenă de Odobești

Ir-Rumanija

51

Porto (PT)

Portoghese

L-Italja o

52

Rioja (ES)

Torrontés riojano

L-Arġentina o

53

Sardenja (IT)

Barbera Sarda

L-Italja

54

Sciacca (IT)

Sciaccarello

Franza

55

Teran (SI)

Teran

Il-Kroazja (2)

(1)   Għall-pajjiżi kkonċernati, id-derogi previsti f'dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta' nbejjed li juru denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta magħmulin bil-varjetajiet ikkonċernati.

(2)   Unikament għad-DOP “Hrvatska Istra” (PDO-HR-A1652), bil-kundizzjoni li “Hrvatska Istra” u “Teran” jidhru fl-istess kamp viżiv u li l-isem “Teran” jidher b'tipa iżgħar minn dik użata għal “Hrvatska Istra”.

TAQSIMA B

Lista ta' varjetajiet ta' għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed f'konformità mal-Artikolu 50(4)



 

Isem ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta

Isem il-varjetà jew is-sinonimi tagħha

Pajjiżi li jistgħu jużaw isem il-varjetà jew wieħed mis-sinonimi tiegħu (1)

1

Mount Athos — Agioritikos (GR)

Agiorgitiko

Il-Greċja, Ċipruo

2

Aglianico del Taburno (IT)

Aglianico

L-Italjao, il-Greċjao, Maltao, l-Istati Uniti

2a

Aglianico del Taburno

Aglianico crni

Il-Kroazja

 

Aglianico del Vulture (IT)

Aglianicone

L-Italja o

4

Aleatico di Gradoli (IT)

Aleatico di Puglia (IT)

Aleatico

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

5

Ansonica Costa dell'Argentario (IT)

Ansonica

L-Italja, l-Awstralja

6

Conca de Barbera (ES)

Barbera Bianca

L-Italja o

7

Barbera

L-Afrika t'Isfelo, l-Arġentinao, l-Awstraljao, il-Kroazjao, il-Messikuo, is-Slovenjao, l-Urugwajo, l-Istati Unitio, il-Greċjao, l-Italjao, Maltao

8

Barbera Sarda

L-Italja o

9

Malvasia di Castelnuovo Don Bosco (IT)

Bosco Eliceo (IT)

Bosco

L-Italja o

10

Brachetto d'Acqui (IT)

Brachetto

L-Italja, l-Awstralja

11

Etyek-Buda (HU)

Budai

L-Ungerija o

12

Cesanese del Piglio (IT)

Cesanese di Olevano Romano (IT)

Cesanese di Affile (IT)

Cesanese

L-Italja, l-Awstralja

13

Cortese di Gavi (IT)

Cortese dell'Alto Monferrato (IT)

Cortese

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

14

Duna (HU)

Duna gyöngye

L-Ungerija

15

Dunajskostredský (SK)

Dunaj

Is-Slovakkja

16

Côte de Duras (FR)

Durasa

L-Italja

17

Korinthos-Korinthiakos (GR)

Corinto Nero

L-Italja o

18

Korinthiaki

Il-Greċja o

19

Fiano di Avellino (IT)

Fiano

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

20

Fortana del Taro (IT)

Fortana

L-Italja, l-Awstralja

21

Freisa d'Asti (IT)

Freisa di Chieri (IT)

Freisa

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

22

Greco di Bianco (IT)

Greco di Tufo (IT)

Greco

L-Italja, l-Awstralja

23

Grignolino d'Asti (IT)

Grignolino del Monferrato Casalese (IT)

Grignolino

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

24

Izsáki Arany Sárfehér (HU)

Izsáki Sárfehér

L-Ungerija

25

Lacrima di Morro d'Alba (IT)

Lacrima

L-Italja, l-Awstralja

26

Lambrusco Grasparossa di Castelvetro

Lambrusco grasparossa

L-Italja

27

Lambrusco

L-Italja, l-Awstralja (2), l-Istati Uniti

28

Lambrusco di Sorbara (IT)

29

Lambrusco Mantovano (IT)

30

Lambrusco Salamino di Santa Croce (IT)

31

Lambrusco Salamino

L-Italja

32

Colli Maceratesi

Maceratino

L-Italja, l-Awstralja

33

Nebbiolo d'Alba (IT)

Nebbiolo

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Kroazja

34

Colli Orientali del Friuli Picolit (IT)

Picolit

L-Italja

35

Pikolit

Is-Slovenja

36

Colli Bolognesi Classico Pignoletto (IT)

Pignoletto

L-Italja, l-Awstralja

37

Primitivo di Manduria

Primitivo

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Kroazja

38

Rheingau (DE)

Rajnai rizling

L-Ungerija (41)

39

Rheinhessen (DE)

Rajnski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (40-41-46), il-Kroazja

40

Renski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (39-43-46), is-Slovenja o (45)

41

Rheinriesling

Il-Bulgarijao, l-Awstrija, il-Ġermanja (43), l-Ungerija (38), ir-Repubblika Ċeka (49), l-Italja (43), il-Greċja, il-Portugall, is-Slovenja

42

Rhine Riesling

L-Afrika t'Isfelo, l-Awstraljao, iċ-Ċilì (44), il-Moldovao, New Zealando, Ċipru, l-Ungerija o

43

Riesling renano

Il-Ġermanja (41), is-Serbja u l-Montenegro (39-40-46), l-Italja (41)

44

Riesling Renano

Iċ-Ċilì (42), Malta o

45

Radgonska ranina

Is-Slovenja, il-Kroazja

46

Rizling rajnski

Is-Serbja u l-Montenegro (39-40-43)

47

Rizling Rajnski

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonjao, il-Kroazja o

48

Rizling rýnsky

Is-Slovakkja o

49

Ryzlink rýnský

Ir-Repubblika Ċeka (41)

50

Rossese di Dolceacqua (IT)

Rossese

L-Italja, l-Awstralja

51

Sangiovese di Romagna (IT)

Sangiovese

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Kroazja

52

Štajerska Slovenija (SI)

Štajerska belina

Is-Slovenja, il-Kroazja

52 a

Štajerska Slovenija (SI)

Štajerka

Il-Kroazja

53

Teroldego Rotaliano (IT)

Teroldego

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

54

Vinho Verde (PT)

Verdea

L-Italja o

55

Verdeca

L-Italja

56

Verdese

L-Italja o

57

Verdicchio dei Castelli di Jesi (IT)

Verdicchio di Matelica (IT)

Verdicchio

L-Italja, l-Awstralja

58

Vermentino di Gallura (IT)

Vermentino di Sardegna (IT)

Vermentino

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kroazja

59

Vernaccia di San Gimignano (IT)

Vernaccia di Oristano (IT)

Vernaccia di Serrapetrona (IT)

Vernaccia

L-Italja, l-Awstralja

60

Zala (HU)

Zalagyöngye

L-Ungerija

(1)   Għall-pajjiżi kkonċernati, id-derogi previsti f'dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta' nbejjed li juru denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta magħmulin bil-varjetajiet ikkonċernati.

(2)   L-użu huwa awtorizzat f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(4) tal-Ftehim tal-1 ta' Diċembru 2008 bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid (ĠU L 28, 30.1.2009, p. 3).




ANNESS V

Indikazzjonijiet awtorizzati biex jintużaw fuq it-tikketta tal-inbejjed skont l-Artikolu 53(2)



iffermentat fil-btieti

immaturat fil-btieti

misjur fil-btieti

iffermentat f'kartelli ta' […]

[indika t-tip ta' injam]

immaturat f'kartelli ta' […]

[indika t-tip ta' injam]

misjur f'kartelli ta' […]

[indika t-tip ta' injam]

iffermentat fil-kartelli

immaturat fil-kartelli

misjur fil-kartelli

Il-kelma “kartelli” tista' tiġi ssostitwita bil-kelma “btieti”.




ANNESS VI

Termini msemmija fl-Artikolu 54(1)



Stat Membru

Termini

L-Awstrija

Burg, Domäne, Eigenbau, Familie, Gutswein, Güterverwaltung, Hof, Hofgut, Kloster, Landgut, Schloss, Stadtgut, Stift, Weinbau, Weingut, Weingärtner, Winzer, Winzermeister

Ir-Repubblika Ċeka

Sklep, vinařský dům, vinařství

Il-Ġermanja

Burg, Domäne, Kloster, Schloss, Stift, Weinbau, Weingärtner, Weingut, Winzer

Franza

Abbaye, Bastide, Campagne, Chapelle, Château, Clos, Commanderie, Cru, Domaine, Mas, Manoir, Mont, Monastère, Monopole, Moulin, Prieuré, Tour

Il-Greċja

Αγρέπαυλη (Agrepavlis), Αμπελι (Ampeli), Αμπελώνας(-ες) (Ampelonas-(es)), Αρχοντικό (Archontiko), Κάστρο (Kastro), Κτήμα (Κtima), Μετόχι (Metochi), Μοναστήρι (Monastiri), Ορεινό Κτήμα (Orino Ktima), Πύργος (Pyrgos)

L-Italja

abbazia, abtei, ansitz, burg, castello, kloster, rocca, schlofl, stift, torre, villa

Ċipru

Αμπελώνας (-ες) (Ampelonas (-es), Κτήμα (Ktima), Μοναστήρι (Monastiri), Μονή (Moni)

Il-Portugall

Casa, Herdade, Paço, Palácio, Quinta, Solar

Is-Slovenja

Klet, Kmetija, Posestvo, Vinska klet

Is-Slovakkja

Kaštieľ, Kúria, Pivnica, Vinárstvo, Usadlosť




ANNESS VII

Restrizzjoni fuq l-użu ta' tipi speċifiċi ta' flixkun, kif imsemmi fl-Artikolu 56

1. “Flûte d'Alsace”:

(a) tip: flixkun tal-ħġieġ li jikkonsisti minn forma ċilindrika dritta b'għonq twil, b'bejn wieħed u ieħor il-proporzjonijiet li ġejjin:

 tul totali/dijametru fil-qiegħ = 5:1,

 tul tal-forma ċilindrika = tul totali/3;

(b) l-inbejjed li għalihom huwa riżervat dan it-tip ta' flixkun, fil-każ ta' nbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Franċiż, huma l-inbejjed tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

 “Alsace” jew “vin d'Alsace”, “Alsace Grand Cru”,

 “Crépy”,

 “Château-Grillet”,

 “Côtes de Provence”, aħmar u rożè,

 “Cassis”,

 “Jurançon”, “Jurançon sec”,

 “Béarn”, “Béarn-Bellocq”, rożè,

 “Tavel”, rożè.

Madankollu, ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' fliexken ta' dan it-tip għandha tapplika biss għal inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Franċiż.

2. “Bocksbeutel” jew “Cantil”:

(a) tip: flixkun tal-ħġieġ b'għonq qasir, b'żaqq wiesgħa iżda b'forma ċatta; il-qiegħ u s-sezzjoni trażversali tal-flixkun fil-punt tal-akbar konvessività huma ellissojdali:

 il-proporzjon bejn l-assi t-twil u l-qasir tas-sezzjoni trażversali ellissojdali = 2:1,

 il-proporzjon tat-tul tal-forma konvessa mal-għonq ċilindriku tal-flixkun = 2,5:1;

(b) l-inbejjed li għalihom huwa riżervat dan it-tip ta' flixkun:

(i) inbejjed Ġermaniżi tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

 Franken,

 Baden:

 

 li joriġinaw f'Taubertal u fi Schüpfergrund,

 li joriġinaw fil-partijiet li ġejjin taż-żona amministrattiva lokali ta' Baden-Baden: Neuweier, Steinbach, Umweg u Varnhalt;

(ii) inbejjed Taljani tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

 Santa Maddalena (St. Magdalener),

 Valle Isarco (Eisacktaler), magħmul mill-varjetajiet ta' Sylvaner u Müller-Thurgau,

 Terlaner, magħmul mill-varjetà ta' Pinot bianco,

 Bozner Leiten,

 Alto Adige (Südtiroler), magħmul mill-varjetajiet ta' Riesling, Müller-Thurgau, Pinot nero, Moscato giallo, Sylvaner, Lagrein, Pinot blanco (Weissburgunder) u Moscato rosa (Rosenmuskateller),

 Greco di Bianco,

 Trentino, magħmul mill-varjetà ta' Moscato;

(iii) inbejjed Griegi:

 Agioritiko,

 Rombola Kephalonias,

 inbejjed mill-gżira ta' Kefalonia,

 inbejjed mill-gżira ta' Paros,

 inbejjed ta' indikazzjoni ġeografika protetta mill-Peloponnese:

(iv) inbejjed Portugiżi:

 inbejjed rożè u nbejjed oħra ta' denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li għalihom tista' tingħata prova li diġà ġew ippreżentati b'mod korrett u tradizzjonali fi fliexken tat-tip “cantil”, qabel ma ġew ikklassifikati bħala nbejjed b'denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

3. “Clavelin”:

(a) tip: flixkun tal-ħġieġ b'għonq qasir li jesa' 0,62 litru, li jikkonsisti f'forma ċilindrika bi spallejn wisgħin, li lill-flixkun tagħtih apparenza baxxa, b'bejn wieħed u ieħor il-proporzjonijiet li ġejjin:

 tul totali/dijametru fil-qiegħ = 2,75,

 tul tal-parti ċilindrika = tul totali/2;

(b) l-inbejjed li għalihom huwa riżervat dan it-tip ta' flixkun:

 inbejjed Franċiżi tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

 Côte du Jura,

 Arbois,

 L'Etoile,

 Château Chalon.

4. “Tokaj”:

(a) tip: flixkun tal-ħġieġ dritt, b'għonq twil u trasparenti li jikkonsisti minn forma ċilindrika bil-proporzjonijiet li ġejjin:

 tul tal-forma ċilindrika/tul totali = 1:2,7,

 tul totali/dijametru fil-qiegħ = 1:3,6,

 kapaċità: 500 ml; 375 ml, 250 ml, 100 ml jew 187,5 ml (f'każ ta' esportazzjoni lejn pajjiż terz),

 siġill magħmul mill-materjal tal-flixkun li jirreferi għar-reġjun tal-inbid jew għall-produttur jista' jitqiegħed fuq il-flixkun;

(b) l-inbejjed li għalihom huwa riżervat dan it-tip ta' flixkun:

inbejjed Ungeriżi u Slovakki tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

 Tokaj,

 Vinohradnícka oblasť Tokaj,

supplimentati b'wieħed mit-termini tradizzjonali protetti li ġejjin:

 aszú/výber,

 aszúeszencia/výberová esencia,

 eszencia/esencia,

 máslas/mášláš,

 fordítás/forditáš,

 szamorodni/samorodné.

Madankollu, ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' fliexken ta' dan it-tip għandha tapplika biss għall-inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Ungeriż jew Slovakk.



( 1 ) Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).

( 2 ) Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (Riformulazzjoni) (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1-59).

( 6 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

( 7